ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 136

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
18 ta' April 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 136/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 136/02

Kawża C-604/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Alcoa Trasformazioni Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lil Alcoa Trasformazioni Srl — Rimbors mill-Fond ta’ aġġustament ta’ parti mill-ispejjeż tal-elettriku ffatturati lil din il-kumpannija mill-fornitur tagħha — Inkompatibbiltà mas-suq komuni — Vantaġġ — Obbligu tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq analiżi ekonomika)

2

2016/C 136/03

Kawża C-103/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2016 – Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Azzjonijiet fl-oqsma li jinteressaw il-pajjiżi fil-proċess ta’ żvilupp — Rifjut li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti tal-proċess li jikkonċernaw il-kuntratt LIEN 97-2011 — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali)

2

2016/C 136/04

Kawża C-194/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Torino – l-Italja) – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 63 TFUE u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 49 TFUE — Liberta’ ta’ stabbiliment — Tassazzjoni diretta — Taxxa fuq id-dividendi — Ftehim bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja — Taxxa doppja legali)

3

2016/C 136/05

Kawża C-251/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 – Emsibeth SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Nael — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti verbali Komunitarja Mc Neal — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti — Evalwazzjoni tal-grad ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti — Evalwazzjoni tal-paragun tal-prodotti, tax-xebh tas-sinjali u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni)

4

2016/C 136/06

Kawża C-382/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Skype Ultd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky pl, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd (Appell — Trade mark Komunitarja — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

4

2016/C 136/07

Kawża C-383/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Skype Ultd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky pl, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd (Appell — Trade mark Komunitarja — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

5

2016/C 136/08

Kawża C-384/15 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Skype Ultd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky pl, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd (Appell — Trade mark Komunitarja — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

5

2016/C 136/09

Kawża C-397/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Itzehoe – il-Ġermanja) – Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG vs Gerhild Lukath (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — L-Ewwel Protokoll dwar l-Interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni ta’ Ruma — Artikoli 1 u 2(a) u (b) — Qrati nazzjonali li għandhom il-possibbiltà li jagħmlu domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

6

2016/C 136/10

Kawża C-170/15 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 minn Enercon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-28 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-655/13 – Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

6

2016/C 136/11

Kawża C-701/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

7

2016/C 136/12

Kawża C-3/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat

7

2016/C 136/13

Kawża C-9/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Jannar 2016 – proċeduri kriminali kontra A

8

2016/C 136/14

Kawża C-26/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-21 ta’ Jannar 2016 – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

9

2016/C 136/15

Kawża C-29/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stralsund (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2016 – HanseYachts AG vs Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

10

2016/C 136/16

Kawża C-31/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Jannar 2016 – Visser Vastgoed Beleggingen BV vs Raad van de gemeente Appingedam

11

2016/C 136/17

Kawża C-34/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 6 de Alicante (Spanja) fil-21 ta’ Jannar 2016 – Manuel González Poyato u Ana Belén Tovar García vs Banco Popular Español S.A.

12

2016/C 136/18

Kawża C-39/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

13

2016/C 136/19

Kawża C-48/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Dunajská Streda (is-Slovakkja) fis-27 ta’ Jannar 2016 – ERGO Poisťovňa, a. s. vs Alžbeta Barlíková

14

2016/C 136/20

Kawża C-49/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Jannar 2016 – Unibet International Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatal

15

2016/C 136/21

Kawża C-51/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Jannar 2016 – Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

15

2016/C 136/22

Kawża C-52/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-29 ta’ Jannar 2016 – SEGRO Kft. vs Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala

16

2016/C 136/23

Kawża C-72/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Frar 2016 – Prospector Offshore Drilling SA, Prospector Rig 1 Contracting Company SARL, Prospector Rig 5 Contracting Company SARL, Ensco plc, Ensco Offshore UK Limited, Rowan Companies plc, Rowan Cayman Limited, vs Her Majesty’s Treasury, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

17

2016/C 136/24

Kawża C-80/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fit-12 ta’ Frar 2016 – ArcelorMittal Atlantique et Lorraine vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

18

2016/C 136/25

Kawża C-83/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Frar 2016 – Heta Asset Resolution Bulgaria OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

19

2016/C 136/26

Kawża C-105/16 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 mir-Repubblika tal-Polonja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-367/13 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2016/C 136/27

Kawża C-60/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

22

2016/C 136/28

Kawża C-610/14: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov – is-Slovakkja) – Helena Kolcunová vs Provident Financial s. r. o.

22

2016/C 136/29

Kawża C-204/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Proċeduri kriminali kontra Valsts ieņēmumu dienests, fil-preżenza ta’: SIA Latspas

23

2016/C 136/30

Kawża C-306/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

23

2016/C 136/31

Kawża C-445/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’ Nutricia Limited vs Secretary of State for Health

23

2016/C 136/32

Kawża C-522/15 P: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Siderurgica Latina Martin SpA (SLM), Ori Martin SA

23

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 136/33

Kawża T-40/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark Komunitarja verbali VOGUE CAFÉ — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Vogue u VOGUE studio u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VOGUE — Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2016/C 136/34

Kawża T-251/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – EGL et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet — Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali — Definizzjoni tas-suq — Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri — Kooperazzjoni — Immunità parzjali minn multa)

24

2016/C 136/35

Kawża T-254/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Kühne + Nagel International et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Servizzi ta’ trasport bl-ajru internazzjonali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Sovrataxxa u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali — Effett fuq il-kummċer bejn Stat Membri — Żbalji ta’ evalwazzjoni — Tul tal-ksur — Ammont tal-multa — Paragrafu 13 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Valur tal-bejgħ — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża)

25

2016/C 136/36

Kawża T-264/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – UTi Worldwide et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali tas-servizzi — Żbalji ta’ evalwazzjoni — Prova — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Effett sinjifikattiv fuq il-kompetizzjoni — Ammont tal-multa — Gravità tal-ksur — Proporzjonalità — Responsabbiltà in solidum — Ġurisidzzjoni Sħiħa)

26

2016/C 136/37

Kawża T-265/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Schenker vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet — Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali — Provi li jinsabu f’applikazzjoni għall-immunità — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti — Regoli ta’ etika relatati ma’ obbligu ta’ lealtà u ma projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja — Obbligi ta’ fiduċja — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Għażla tal-kumpanniji — Multi — Proporzjonalità — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ugwaljanza fit-trattament — Kooperazzjoni — Tranżazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006)

27

2016/C 136/38

Kawża T-267/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet — Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali — Provi li jinsabu f’applikazzjoni għall-immunità — Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti — Regoli ta’ etika relatati ma’ obbligu ta’ lealtà u ma projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja — Obbligi ta’ fiduċja — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Għażla tal-kumpanniji — Multi — Proporzjonalità — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ugwaljanza fit-trattament — Kooperazzjoni — Tranżazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006)

27

2016/C 136/39

Kawża T-270/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Panalpina World Transport (Holdings) et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Iffissar tal-prezzijiet — Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali — Multi — Proporzjonalità — Gravità tal-ksur — Ugwaljanza fit-trattament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Tranżazzjoni — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006)

28

2016/C 136/40

Kawża T-15/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2016 – Simet vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Kumpens retroattiv għal servizz pubbliku mogħti mill-awtoritajiet Taljani — Servizzi ta’ trasport interreġjonali bix-xarabank ipprovduti bejn l-1987 u l-2003 — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Żamma ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku — Għoti ta’ kumpens — Regolament (KEE) Nru 1191/69)

29

2016/C 136/41

Kawża T-79/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Secop vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Salvataġġ ta’ impriżi f’diffikultà — Għajnuna taħt forma ta’ garanzija mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ eżami formali — Diffikultajiet serji — Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati)

29

2016/C 136/42

Kawża T-538/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Peri vs EUIPO (Multiprop) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multiprop — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni])

30

2016/C 136/43

Kawża T-557/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – BrandGroup vs UASI – Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele (SPEZOOMIX) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPEZOOMIX — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Spezi — Raġuni relattiv għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

30

2016/C 136/44

Kawża T-675/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Sezzjoni Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imwettaq minn Spanja — Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa — Korrezzjoni finanzjarja ta’ darba — Estensjoni tal-korrezzjoni finanzjarja għal perijodu wara l-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885.2006)

31

2016/C 136/45

Kawża T-778/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Marzu 2016 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY) (Trade mark Komunitarja — Procedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja COYOTE UGLY — Raġunijiet relattivi għal rifjut — skadenza tat-trade mark Komunitarja preċedenti — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza tat-trade mark mhux irreġistrata — Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi — Artikolu 8(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009)

32

2016/C 136/46

Kawża T-846/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Spokey vs UASI – Leder Jaeger (SPOKeY) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva SPOKeY — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SPOOKY — Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali — Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Eżami tal-provi — Article 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Article 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

32

2016/C 136/47

Kawża T-61/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – 1&1 Internet vs UASI – Unoe Bank (1e1) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1e1 — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti UNO E u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti unoe — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

33

2016/C 136/48

Kawżi magħquda T-279/15 sa T-282/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2016 – Pirelli Tyre vs UASI (Treads ta’ tajers et) (Disinn Komunitarju — Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw treads ta’ tajers u kisi pnewmatiku għal roti ta’ vetturi — Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid u kanċellazzjoni tad-disinn mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni — Applikazzjoni għal restitutio in integrum u applikazzjoni għat-tiġdid tad-disinn)

34

2016/C 136/49

Kawża T-82/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – InAccess Networks Integrated Systems vs Il-Kummissjoni (Is-Seba’ Programm- Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) — Konvenzjoni ta’ Sussidju għall-proġett ATRACO — Noti ta’ debitu u deċiżjonijiet li jinsabu f’xi ittri — Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Natura kuntrattwali tat-tilwima — Inammissibbiltà parzjali)

34

2016/C 136/50

Kawża T-296/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2016 – Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/408 — Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni — Inklużjoni tal-metalaksil fil-lista msemmija — Nuqqas ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà)

35

2016/C 136/51

Kawża T-33/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni

36

2016/C 136/52

Kawża T-80/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – Shire Pharmaceuticals Ireland vs EMA

37

2016/C 136/53

Kawża T-82/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – International Gaming Projects vs EUIPO – adp Gauselmann (TRIPLE EVOLUTION)

38

2016/C 136/54

Kawża T-85/16: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi fuq żarbuna)

39

2016/C 136/55

Kawża T-86/16: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – Codorníu vs EUIPO – Bodegas Altun (ANA DE ALTUN)

40

2016/C 136/56

Kawża T-87/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Eurofast vs Il-Kummissjoni

40

2016/C 136/57

Kawża T-88/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Opko Ireland Global Holdings vs EUIPO – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

41

2016/C 136/58

Kawża T-91/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

42

2016/C 136/59

Kawża T-93/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Rheinmetall Waffe Munition vs EUIPO (VANGUARD)

43

2016/C 136/60

Kawża T-98/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2016 – Société générale vs Il-Kummissjoni

44

2016/C 136/61

Kawża T-646/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Micula et vs Il-Kummissjoni

44

2016/C 136/62

Kawża T-843/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea

44

2016/C 136/63

Kawża T-58/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2016 – Ludwig Bertram vs EUIPO – Seni Vita (Sanivita)

45

2016/C 136/64

Kawża T-177/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Grandel vs UASI – Beautyge Beauty Group (Beautygen)

45

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 136/65

Kawża F-3/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament Nru 1023/2013 — Artikolu 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Żieda fl-età tal-pensjoni — Rimbors tal-kontribuzzjonijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni — Artikolu 26 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Rivalutazzjoni tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni)

46

2016/C 136/66

Kawża F-59/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Marzu 2016 – FX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Allowance għall-firda — Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Tmiem definittiv tas-servizz)

47

2016/C 136/67

Kawża F-60/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Ruiz Molina vs UASI (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Persunal tal-UASI — Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment — Klawżola li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni — Xoljiment tal-kuntratt skont il-klawżola ta’ xoljiment — Data ta’ dħul fis-seħħ tal-klawżola ta’ xoljiment — Kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/13/02)

47

2016/C 136/68

Kawża F-83/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Marzu 2016 – Pujante Cuadrupani vs GSA (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Membru tal-persunal temporanju — Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova — Rikors għal annullament ippreżentat kemm kontra d-deċiżjoni ta’ tkeċċija kif ukoll kontra d-deċiżjoni konfermattiva ta’ tkeċċija — Ammissibbiltà — Artikolu 14(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Użu ħażin ta’ poter u ta’ proċedura — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Konsultazzjoni mal-kumitat konġunt tal-evalwazzjoni — Opinjoni bbażata fuq l-eżami ta’ materjal bil-miktub, mingħajr smigħ tar-rikorrent — Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża)

48

2016/C 136/69

Kawża F-84/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Loescher vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rappreżentant sindakali — Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjoni sindakali jew professjonali — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss — Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Paragun tal-merti — Assenza ta’ obbligu, fir-Regolamenti tal-Persunal, li jiġi previst metodu speċifiku ta’ paragun tal-merti tal-persunal mqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjonijiet sindakali jew professjonali — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjoni tal-livell ta’ responsabbiltà eżerċitata — Provi — Stħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni)

49

2016/C 136/70

Kawża F-25/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2016 – McArdle vs Il-Kummissjoni

49

2016/C 136/71

Kawża F-56/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2016 – McArdle vs Il-Kummissjoni

49

2016/C 136/72

Kawża F-29/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2016 – Wisniewski vs Il-Kummissjoni

50

2016/C 136/73

Kawża F-38/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Marzu 2016 – FJ vs Il-Parlament

50


 

Rettifika

2016/C 136/74

Rettifika għar-Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – EDF/Il-Kummissjoni (Kawża T-747/15) ( ĠU C 78, 29.2.2016 .)

51


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 136/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 118, 4.4.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 111, 29.3.2016

ĠU C 106, 21.3.2016

ĠU C 98, 14.3.2016

ĠU C 90, 7.3.2016

ĠU C 78, 29.2.2016

ĠU C 68, 22.2.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Alcoa Trasformazioni Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-604/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Taljana lil Alcoa Trasformazioni Srl - Rimbors mill-Fond ta’ aġġustament ta’ parti mill-ispejjeż tal-elettriku ffatturati lil din il-kumpannija mill-fornitur tagħha - Inkompatibbiltà mas-suq komuni - Vantaġġ - Obbligu tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq analiżi ekonomika))

(2016/C 136/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Alcoa Trasformazioni Srl (rappreżentanti: O. W. Brouwer, avukat, T. Salonico u M. Siragusa, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti), Ir-Repubblika Taljana

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Alcoa Trasformazioni Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 89, 16.3.2015


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Jannar 2016 – Internationaler Hilfsfonds eV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-103/15 P) (1)

((Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Azzjonijiet fl-oqsma li jinteressaw il-pajjiżi fil-proċess ta’ żvilupp - Rifjut li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti tal-proċess li jikkonċernaw il-kuntratt “LIEN 97-2011” - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali))

(2016/C 136/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Internationaler Hilfsfonds eV (rappreżentanti: H.-H. Heyland, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u T. Scharf, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Internationaler Hilfsfonds eV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 302, 14.09.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Torino – l-Italja) – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

(Kawża C-194/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 49 TFUE - Liberta’ ta’ stabbiliment - Tassazzjoni diretta - Taxxa fuq id-dividendi - Ftehim bilaterali għall-ħelsien mit-taxxa doppja - Taxxa doppja legali))

(2016/C 136/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commisione Tributaria Provinciale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Véronique Baudinet, Adrien Boyer, Pauline Boyer, Edouard Boyer

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE, 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li bis-saħħa tagħha, meta resident ta’ dan l-Istat Membru, li jkun azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi minn din il-kumpannija dividendi ntaxxati f’dawn iż-żewġ Stati Membri, ma tiġix evitata t-taxxa doppja permezz tal-għoti, fl-Istat Membru ta’ residenza tal-azzjonist, ta’ kreditu ta’ taxxa għall-inqas ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa fl-Istat Membru tas-sors ta’ dawn id-dividendi.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 – Emsibeth SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-251/15 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva Nael - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark preċedenti verbali Komunitarja Mc Neal - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti - Evalwazzjoni tal-grad ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti - Evalwazzjoni tal-paragun tal-prodotti, tax-xebh tas-sinjali u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni))

(2016/C 136/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Emsibeth SpA (rappreżentanti: A. Arpaia, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Emsibeth SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 311, 21.09.2015


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Skype Ultd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky pl, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd

(Kawża C-382/15 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2016/C 136/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Skype Ultd (rappreżentanti: A. Carboni u M. Browne, solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent), Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd (rappreżentanti: D. Rose u J. Curry, solicitors)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

2)

Skype Ultd hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Skype Ultd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky pl, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd

(Kawża C-383/15 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2016/C 136/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Skype Ultd (rappreżentanti: A. Carboni u M. Browne, solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent), Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd (rappreżentanti: D. Rose u J. Curry, solicitors)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

2)

Skype Ultd hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Jannar 2016 – Skype Ultd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky pl, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd

(Kawża C-384/15 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni))

(2016/C 136/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Skype Ultd (rappreżentanti: A. Carboni u M. Browne, solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent), Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc, Sky IP International Ltd (rappreżentanti: D. Rose u J. Curry, solicitors)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell.

2)

Skype Ultd hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Itzehoe – il-Ġermanja) – Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG vs Gerhild Lukath

(Kawża C-397/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - L-Ewwel Protokoll dwar l-Interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Konvenzjoni ta’ Ruma - Artikoli 1 u 2(a) u (b) - Qrati nazzjonali li għandhom il-possibbiltà li jagħmlu domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2016/C 136/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Itzehoe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG

Konvenut: Gerhild Lukath

fil-preżenza ta’: Rüdiger Boy, Boy Finanzberatung GmbH, Christian Maibaum, Vienna-Life Lebensversicherung AG, Frank Weber

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mil-Landgericht Itzehoe (qorti reġjonali ta’ Itzehoe, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża C-397/15.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/6


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 minn Enercon mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-28 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-655/13 – Enercon GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-170/15 P)

(2016/C 136/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Enercon GmbH (rappreżentant: R. Böhm, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

B’digriet tal-21 ta’ Jannar 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lir-rikorrenti għall-ispejjeż tagħha stess.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fil-31 ta’ Diċembru 2015 – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

(Kawża C-701/15)

(2016/C 136/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malpensa Logistica Europa SpA

Konvenuta: SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (1), sa fejn dan jissuġġetta l-attivitajiet ta’ esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għar-regoli li jirregolaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi Komunitarji bil-għan tat-tqegħid ta’ ajruporti għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru, hekk kif iddefiniti mill-ġurisprudenza nazzjonali mfakkra fil-punti 6.4 u 6.5, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija fl-Artikoli 4 u 11 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 18/1999, li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa pubblika għal offerti għal kull għoti, inkluż temporanju, ta’ spazji intiżi għal dan il-għan?


(1)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fl-4 ta’ Jannar 2016 – Lucio Cesare Aquino vs Belgische Staat

(Kawża C-3/16)

(2016/C 136/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lucio Cesare Aquino

Konvenuta: Belgische Staat

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-applikazzjoni tal-ġurisprudenza żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Köbler (sentenza tat-30 ta’ Settembru 2003, Köbler, C-224/01) (1) u Traghetti del Mediterraneo (sentenza tat-13 ta’ Ġunju 2006, Traghetti del Mediterraneo, C-173/03) (2), fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-Istat għal aġir żbaljat mill-qrati li jinvolvi ksur tad-dritt tal-Unjoni, għandha titqies bħala qorti tal-aħħar istanza l-qorti li d-deċiżjoni tagħha ma ġietx eżaminata fil-kuntest ta’ appell ta’ kassazzjoni għaliex ir-rikorrent, li ppreżenta nota fil-proċedura ta’ kassazzjoni, huwa preżunt b’mod inkonfutabbli li rtira ruħu mill-proċeduri b’applikazzjoni ta’ regola proċedurali nazzjonali?

2)

Huwa kompatibbli mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tal-Artikolu 52(3), moqrija flimkien, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (3), li qorti nazzjonali marbuta taħt din id-dispożizzjoni tat-Trattat li tressaq talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, tiċħad talba intiża sabiex titressaq talba għal deċiżjoni preliminari għas-sempliċi raġuni li t-talba hija fformulata f’nota li, skont ir-regoli proċedurali applikabbli, għandha tiġi miċħuda minħabba li ġiet ippreżentata tard?

3)

Fil-każ li l-ogħla fost il-qrati ordinarji ma teżaminax talba intiża sabiex tintalab deċiżjoni preliminari, għandu jitqies li twettaq ksur tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE, ukoll fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47, u tal-Artikolu 52(3), moqrija flimkien, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta din il-qorti tiċħad it-talba għas-sempliċi raġuni li t-talba mhux ser issir “peress li l-aggravji ma humiex ammissibbli għal raġuni speċifika għall-proċedura quddiem il-Hof”?


(1)  EU:C:2003:513.

(2)  EU:C:2006:391.

(3)  ĠU 2000, C 364, p. 1.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Kehl (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Jannar 2016 – proċeduri kriminali kontra A

(Kawża C-9/16)

(2016/C 136/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Kehl

Parti fil-kawża prinċipali

A

Parti oħra: Staatsanwaltschaft Offenburg

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 67(2) TFUE u l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), (1) jew regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru inkwistjoni s-setgħa li jiċċekjaw, f’żona ta’ mhux iktar minn 30 km mill-fruntiera tal-art ta’ dan l-Istat Membru mal-Istati li huma parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen), (2) l-identità ta’ kwalunkwe persuna, irrispettivament mill-aġir tagħha u miċ-ċirkustanzi speċifiċi, għall-prevenzjoni jew għall-waqfien ta’ dħul illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew għall-prevenzjoni ta’ ċerti atti kriminali diretti kontra s-sigurtà jew il-protezzjoni tal-fruntiera jew imwettqa b’rabta mal-qsim tal-fruntiera, fl-assenza ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntiera interna rilevanti skont l-Artikoli 2 et seq tal-Kodiċi ta’ Schengen dwar il-fruntieri?

2)

L-Artikolu 67(2) TFUE u l-Artikoli 20 u 21 tar-Regolament Nru 562/2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jew regoli oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istat Membru inkwistjoni s-setgħa li jwaqqfu fil-qasir lil kwalunkwe persuna fuq ferrovija jew fil-bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija ta’ dan l-Istat Membru, għall-prevenzjoni jew għall-waqfien ta’ dħul illegali fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, u jagħmlulha mistoqsijiet u jitolbu lil din il-persuna tipproduċi għall-iskopijiet ta’ ċċekkjar id-dokumenti ta’ identità jew id-dokumenti għall-qsim tal-fruntiera li qed iġġorr magħha u li jispezzjonaw l-oġġetti li hija qed iġġorr, jekk, abbażi ta’ fatti magħrufa jew abbażi tal-esperjenza tal-pulizija fil-fruntieri, jista’ jiġi preżunt li tali ferroviji jew bini tal-istazzjonijiet tal-ferrovija jintużaw għal dħul illegali u li tali dħul isir minn Stat li huwa parti mill-Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 (Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen), fl-assenza ta’ introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta’ kontrolli fuq il-fruntiera fil-fruntiera interna rilevanti skont l-Artikoli 23 et seq tal-Kodiċi ta’ Schengen dwar il-fruntieri?


(1)  Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU 2006 L 105, p. 1).

(2)  Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) (il-Portugall) fil-21 ta’ Jannar 2016 – Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-26/16)

(2016/C 136/14)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Santogal M-Comércio e Reparação de Automóveis Lda

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, jipprekludi li regoli tad-dritt nazzjonali [Artikoli 1(e) u 14(b) tas-Sistema tal-VAT fit-tranżazzjonijiet intra-Komunitarji] jirrikjedu, sabiex tiġi rikonoxxuta l-eżenzjoni tal-VAT fir-rigward tal-kunsinna ta’ mezzi ta’ trasport ġodda mwettqa b’korrispettiv ta’ ħlas u ttrasportati mix-xerrej mit-territorju nazzjonali lejn Stat Membru ieħor, li x-xerrej ikun stabbilit jew residenti f’dan l-Istat Membru?

2)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, jipprekludi li tiġi rrifjutata l-eżenzjoni fl-Istat Membru ta’ tluq tal-kunsinna f’sitwazzjoni fejn il-mezz ta’ trasport akkwistat ikun ġie ttrasportat minn Spanja fejn kien suġġett għal reġistrazzjoni turistika, ta’ natura provviżorja u taħt ir-reġim fiskali previst fl-Artikoli 8 sa 11, 13 u 15 tar-Real Decreto Spanjol Nru 1571/1993, tal-10 ta’ Settembru?

3)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, jipprekludi li jiġi rikjest il-ħlas tal-VAT lill-fornitur tal-mezz ta’ trasport ġdid, f’sitwazzjoni fejn la ġie kkonstatat jekk waqfux japplikaw ir-regoli ta’ reġistrazzjoni turistika għal waħda mir-raġunijiet previsti fl-Artikoli 11 u 15 tar-Real Decreto Spanjol Nru 1571/1993, tal-10 ta’ Settembru, u lanqas jekk tħallasx jew għandux jitħallas il-VAT fil-każ li dawn ir-regoli jkunu waqfu japplikaw?

4)

L-Artikolu 138[(2)(a)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE u l-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, jipprekludu li jiġi rikjest il-ħlas tal-VAT mill-fornitur tal-mezz ta’ trasport ġdid mibgħut minn Stat Membru ieħor f’sitwazzjoni fejn:

ix-xerrej, qabel l-ispedizzjoni, qal lill-fornitur li jirrisjedi fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-kunsinna u werielu dokument li juri li ġie attribwit lilu numru ta’ identità ta’ resident barrani f’dan l-Istat Membru, li fiha kienet indikata residenza f’dan l-aħħar Stat Membru li kienet differenti minn dik li qal li kellu;

ix-xerrej sussegwentement wera lill-fornitur dokumenti li juru li l-mezz ta’ trasport akkwistat kien ġie ssuġġettat għal inspezzjoni teknika fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni u hemmhekk kienet ġiet attribwita reġistrazzjoni turistika lill-mezz ta’ trasport;

ma ġiex ipprovat li l-fornitur kien ikkollabora max-xerrej fis-sens tal-evitar tal-ħlas tal-VAT;

id-dipartimenti doganali ma qajmu ebda ostakolu għall-annullament tad-dikjarazzjoni doganali tal-vettura abbażi tad-dokumenti li l-fornitur kellu fil-pussess tiegħu?-


(1)  ĠU L 347, p. 1


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stralsund (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2016 – HanseYachts AG vs Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

(Kawża C-29/16)

(2016/C 136/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stralsund

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HanseYachts AG

Konvenuti: Port D’Hiver Yachting SARL, Société Maritime Côte D’Azur, Compagnie Generali IARD SA

Domanda preliminari

Fejn id-dritt proċedurali ta’ Stat Membru jipprevedi proċedura awtonoma għal ġbir ta’ provi li fiha, fuq ordni tal-qorti, jinkiseb rapport ta’ espert (f’dan il-każ l-“expertise judiciaire” tad-dritt Franċiż), u fejn din il-proċedura awtonoma għal ġbir ta’ provi titmexxa f’dan l-Istat Membru u azzjoni legali bbażata fuq ir-riżultati ta’ din il-proċedura awtonoma titressaq sussegwentement fl-istess Stat Membru bejn l-istess partijiet:

F’dan il-każ, l-att li bih inbdiet il-proċedura awtonoma għal ġbir ta’ provi għandu jitqies li huwa “dokument li jiftaħ il-proċedimenti jew dokument ekwivalenti” fis-sens tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001? (1) Jew huwa biss l-att li permezz tiegħu titressaq azzjoni legali li għandu jitqies li huwa “dokument li jiftaħ il-proċedimenti jew dokument ekwivalenti”?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Jannar 2016 – Visser Vastgoed Beleggingen BV vs Raad van de gemeente Appingedam

(Kawża C-31/16)

(2016/C 136/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Visser Vastgoed Beleggingen BV

Konvenut: Raad van de gemeente Appingedam

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “servizz” li jinsab fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva “servizzi” (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kummerċ bl-ingrossa li jikkonsisti fil-bejgħ ta’ merkanzija lil konsumaturi, bħaż-żraben u l-ħwejjeġ, jikkostitwixxi servizz, suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva skont l-Artikolu 2(1) tagħha?

2)

Sabiex tinżamm il-vijabbiltà taċ-ċentru tal-belt u sabiex jiġi evitat il-bini mhux okkupat f’żona urbana, ir-regola inkwistjoni hija intiża sabiex tipprekludi ċerti forom ta’ kummerċ bl-ingrossa, bħall-bejgħ ta’ żraben u ta’ ħwejjeġ, barra miċ-ċentru tal-belt. Fid-dawl tal-premessa 9 tad-Direttiva “servizzi”, leġiżlazzjoni li tinkludi tali regola tevita milli taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, minħabba li tali regoli għandhom jiġu kkunsidrati bħala “regoli dwar […] ippjanar urban jew rurali […] li ma jirregolawx b’mod speċifiku jew ma jaffettwawx b’mod speċifiku l-attività ta’ servizz iżda għandhom ikunu rispettati minn fornituri waqt it-twettiq ta’ l-attività ekonomika tagħhom bl-istess mod bħal minn individwi li jaġixxu fil-kapaċità privata tagħhom”?

3)

Sabiex jiġi kkunsidrat li sitwazzjoni għandha natura transkonfinali, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li b’ebda mod ma jista’ jiġi eskluż li impriża ta’ bejgħ bl-ingrossa li tinsab fi Stat Membru ieħor tista’ tistabbilixxi ruħha fuq il-post jew li klijenti tal-impriża ta’ bejgħ bl-ingrossa jistgħu jiġu minn Stat Membru ieħor, jew hemm bżonn li jeżistu indikazzjonijiet konkreti f’dan is-sens?

4)

Il-Kapitolu III (libertà ta’ stabbiliment) tad-Direttiva “servizzi” japplika għal sitwazzjonijiet purament interni jew, sabiex jiġi evalwat jekk dan il-kapitolu japplikax, għandha tiġi applikata l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u dwar il-moviment liberu tas-servizzi f’sitwazzjonijiet purament interni?

5

a)

Regola li tinsab fi pjan urban, bħar-regola inkwistjoni, taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “rekwiżit” imsemmi fl-Artikolu 4(7) u fl-Artikolu 14 initio u (5) tad-Direttiva “servizzi” u mhux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “skema ta’ awtorizzazzjoni” fis-sens tal-Artikoli 4(6), 9 u 10 tad-Direttiva “servizzi”?

b)

L-Artikolu 14 initio u (5) tad-Direttiva “servizzi” – fl-ipoteżi fejn regola bħar-regola inkwistjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “rekwiżit” – jew l-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva “servizzi” – fl-ipoteżi fejn regola bħar-regola inkwistjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kunċett ta’ “skema ta’ awtorizzazzjoni” – jipprekludu li kunsill muniċipali jistabbilixxi leġiżlazzjoni bħar-regola inkwistjoni?

6)

Regola bħar-regola inkwistjoni taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 34 sa 36 TFUE inkużi jew tal-Artikoli 49 sa 55 TFUE inklużi u, fl-affermattiv, l-eċċezzjonijiet irrikonoxxuti mill-Qorti tal-Ġustizzja huma għalhekk applikabbli, sa fejn il-kundizzjonijiet tagħhom ikunu ssodisfatti?


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 6 de Alicante (Spanja) fil-21 ta’ Jannar 2016 – Manuel González Poyato u Ana Belén Tovar García vs Banco Popular Español S.A.

(Kawża C-34/16)

(2016/C 136/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 6 de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Manuel González Poyato u Ana Belén Tovar García

Konvenuta: Banco Popular Español S.A.

Domandi preliminari

1)

Fil-kuntest ta’ ftehim ta’ self konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur li jinkludi klawżola predefinita ma kinitx innegozjata individwalment dwar il-limitazzjoni tat-tnaqqis tar-rata ta’ interessi ordinarja miftiehma (klawżola ta’ rata minima), imdaħħla fl-imsemmi kuntratt b’mod mhux suffiċjentement ċar u li jinftiehem għall-konsumatur sal-punt li l-qorti tqisha inġusta, interpretazzjoni tal-espressjoni “ma jkunux jorbtu”, li tgħid li d-dikjarazzjoni tal-qorti tan-natura inġusta ta’ tali klawżola tista’ ma twassalx għar-restituzzjoni lill-konsumaturi tal-ammonti ħallsa fil-passat lill-bejjiegħ jew fornitur abbażi ta’ din il-klawżola, hija konformi mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1)?

2)

Jekk l-interpretazzjoni preċedenti titqies konformi mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13, interpretazzjoni bħal dik esposta preċedentement dwar l-effetti li għandhom jirriżultaw mid-dikjarazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola bħal dik deskritta hija kompatibbli mal-kunċett ta’ “mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti” previst fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13?

3)

Jekk l-interpretazzjonijiet preċedenti ma jitqisux konformi mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13, l-inklużjoni f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur ta’ klawżoli li jiddefinixxu l-għan prinċipali tal-kuntratt redatt b’mod mhux suffiċjentement ċar u li jinftiehem hija dejjem u fi kwalunkwe każ kuntrarja għall-“ħtieġa ta’ buona fede”, jew tali ksur tal-prinċipju ta’ bona fide għandu jiġi evalwat skont ċirkustanzi oħra? F’dan l-aħħar każ, liema ċirkustanzi għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-qorti nazzjonali meta tikkonstata l-eżistenza ta’ klawżola li tiddefinixxi l-għan prinċipali tal-kuntratt li ġiet redatta b’mod mhux ċar ħafna u li ma jinftehimx wisq, sabiex tkun tista’ tikkonkludi li ma hemmx ksur tal-prinċipju ta’ bona fide? Waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi tista’ b’mod partikolari tkun l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha l-grad ta’ liġi jew ta’ regolament li tipprevedi, b’mod astratt, il-validità ta’ dan it-tip ta’ “klawżoli ta’ rata minima”?

4)

Fil-kuntest ta’ proċedura bħal dik f’dan il-każ, jiġifieri azzjoni individwali intiża sabiex “klawżola ta’ rata minima” meqjusa ftit trasparenti tiġi ddikjarata nulla, interpretazzjoni li tillimita r-restituzzjoni tal-ammonti mħallsa mill-konsumatur lill-bejjiegħ jew fornitur skont klawżola ta’ rata minima ddikjarata inġusta mill-qorti, interpretazzjoni bbażata fuq riskju ta’ disturbi serji għall-ordni pubbliku ekonomiku jekk is-sentenza mogħtija ma għandhiex l-awtorità ta’ res judicata għal konsumaturi oħra li jkunu fl-istess sitwazzjoni, hija koformi mal-espressjoni “ma jkunux jorbtu” prevista fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Argenta Spaarbank NV vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-39/16)

(2016/C 136/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Argenta Spaarbank NV

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 198(10) tal-Kodiċi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (WIB92), fil-verżjoni applikabbli għas-snin ta’ taxxa 2000 u 2001, jikser jew le l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva Parent-Sussidjarja, tat-23 ta’ Lulju 1990 (Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE (1)) sa fejn dan jipprovdi li l-interessi ma humiex ikkunsidrati bħala spejjeż tan-negozju sa ammont li jikkorrispondi għal dak tad-dħul li jista’ jiġi eżentat taħt l-Artikoli 202 sa 204, minn azzjonijiet jew ishma miksuba minn kumpannija li, fil-mument tat-trasferiment tagħhom, ma kinitx żammithom għal perijodu mhux interrott ta’ minn tal-inqas sena, billi ma jagħmilx distinzjoni skont jekk dawn l-interessi jirrigwardawx parteċipazzjoni (jew il-finanzjament ta’ parteċipazzjoni) li minnha nġabru d-dividendi li jistgħu jiġu eżentati?

2)

L-Artikolu 198(10) WIB92, fil-verżjoni applikabbli għas-snin ta’ taxxa 2000 u 2001, jikkostitwixxi dispożizzjoni intiża li tipprevjeni l-frodi u l-abbuż fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva Parent-Sussidjarja (Direttiva tal-Kunsill Nru 90/435/KEE), u, jekk dan ikun il-każ, l-Artikolu 198(10) WIB92 imur lil hinn minn dak li hu neċessarju għall-prevenzjoni ta’ dan il-frodi u l-abbuż sa fejn dan jipprovdi li l-interessi ma humiex ikkunsidrati bħala spejjeż tan-negozju sa ammont li jikkorrispondi għal dak tad-dħul li jista’ jiġi eżentat taħt l-Artikoli 202 sa 204, minn azzjonijiet jew ishma miksuba minn kumpannija li, fil-mument tat-trasferiment tagħhom, ma kinitx żammithom għal perijodu mhux interrott ta’ minn tal-inqas sena, billi ma jagħmilx distinzjoni skont jekk dawn l-interessi jirrigwardawx parteċipazzjoni (jew il-finanzjament ta’ parteċipazzjoni) li minnha nġabru d-dividendi li jistgħu jiġu eżentati?


(1)  Direttiva tal-Kunsill Nru 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Dunajská Streda (is-Slovakkja) fis-27 ta’ Jannar 2016 – ERGO Poisťovňa, a. s. vs Alžbeta Barlíková

(Kawża C-48/16)

(2016/C 136/19)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Dunajská Streda

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ERGO Poisťovňa, a. s.

Konvenuta: Alžbeta Barlíková

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni “l-kuntratt bejn il-parti terzi u l-prinċipal mhux ser jiġi eżegwit” fl-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 1986 (1), dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (iktar ‘il quddiem id-“Direttiva 86/653”) għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi:

a)

in-nuqqas totali ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt, u għaldaqstant il-każ fejn la l-prinċipal u lanqas it-terz ma jipprovdu, lanqas parzjalment, is-servizzi previsti fil-kuntratt, jew

b)

anki n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni parzjali tal-kuntratt, u għaldaqstant, pereżempju, jekk ma jintlaħaqx id-dħul mill-bejgħ stabbilit, jew, jekk ikun il-każ, il-kuntratt ma jkunx ġie osservat għall-perijodu ta’ żmien previst?

2)

Jekk l-interpretazzjoni kellha tkun dik imsemmija fil-paragrafu b) tal-ewwel domanda, l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 86/653 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-klawżola ta’ agenzija kuntrattwali li biha l-aġent ikun obbligat jirritorna kwota proporzjonali tal-provvista tiegħu jekk il-kuntratt bejn il-prinċipal u t-terz ma jiġix eżegwit fil-portata prevista, u, b’mod partikolari, fil-portata stabbilita fil-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, ma jikkostitwixxix deroga għad-detriment tal-aġent?

3)

Fiċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, sabiex jiġi evalwat jekk jeżistix “fatt […] dovut għal raġuni li għaliha l-prinċipal […] għandu[…] ħtija” fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 86/653, għandhom jiġu eżaminati:

a)

unikament iċ-ċirkustanzi legali li wasslu direttament għax-xoljiment tal-kuntratt (pereżempju, meta x-xoljiment tal-kuntratt ikun dovut għall-inadempjenza tal-obbligi li jirriżultaw minnu minn naħa tat-terz)

b)

jew għandu jiġi eżaminat ukoll jekk tali ċirkustanzi legali kinux konsegwenza tal-imġieba tal-prinċipal fir-rapporti legali mal-imsemmija terz, li jkun wassal għal telf ta’ fiduċja minn naħa tat-terz lejn il-prinċipal u konsegwentement dan ikun wassal lit-terz jikser l-obbligu li jirriżulta mill-kuntratt mal-prinċipal?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1 p. 177.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fis-27 ta’ Jannar 2016 – Unibet International Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatal

(Kawża C-49/16)

(2016/C 136/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet

Rikorrenti: Unibet International Limited

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Hivatal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem it-“TFUE”) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura nazzjonali skont liema l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li fil-kuntest tal-ftuħ, eventwalment, ta’ sejħa għal offerti għall-attribuzzjoni ta’ konċessjoni jew fil-kuntest tal-aċċettazzjoni ta’ offerta ppreżentata għall-ksib ta’ din il-konċessjoni, tiżgura fit-teorija l-possibbiltà li kwalunkwe fornitur ta’ servizzi li jissodisfa r-rekwiżiti legali – inkluż fornitur ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor – jikseb il-konċessjoni sabiex jipprovdi servizzi ta’ logħob tal-ażżard online mhux liberalizzati, permezz ta’ sejħa għal offerti pubblika jew permezz ta’ preżentazzjoni ta’ offerta, meta fir-realtà l-Istat Membru ikkonċernat ma jiftaħ l-ebda sejħa għal offerti għall-għotja ta’ konċessjoni u l-fornitur ta’ servizzi, fil-prattika, ma għandux il-possibbiltà li jippreżenta offerta, u madankollu, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jiddikjaraw li l-fornitur ta’ servizzi, peress li pprovda dan is-servizz mingħajr ma kellu l-liċenzja bbażata fuq il-konċessjoni, kiser il-liġi u jimponulu s-sanzjoni amministrattiva prevista fid-dispożizzjoni legali (għeluq temporanju tal-aċċess u impożizzjoni ta’ multa jekk huwa reċidiv)?

2)

L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi lil Stat Membru milli jintroduċi regoli, ta’ livell superjuri fid-dawl tad-dritt nazzjonali tiegħu, li fit-teorija tagħti lill-fornituri ta’ servizzi ta’ logħob tal-ażżard online l-possibbiltà li jeżerċitaw l-attività tagħhom fuq livell transkonfinali, iżda li, minħabba fl-assenza tar-regoli ta’ implementazzjoni ta’ livell inferjuri, l-imsemmija fornituri ta’ servizzi huma fir-realtà mċaħħda mill-possibbiltà li jiksbu mill-awtorità l-liċenzji neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività?

3)

Fil-każ li l-qorti li quddiemha tressqet il-kawża prinċipali tikkonstata, fid-dawl tar-risposti li jingħataw għad-domandi preċedenti, li l-miżura tal-Istat Membru tmur kontra l-Artikolu 56 TFUE, din il-qorti taġixxi b’mod konformi mad-dritt tal-Unjoni jekk tqis li l-ksur ikkonstatat fid-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-Istat Membru minħabba fil-provvista ta’ servizzi mwettqa mingħajr liċenzja u s-sanzjoni amministrattivi applikata konsegwentement (għeluq temporanju tal-aċċess u multa) imorru kontra l-Artikolu 56 TFUE?


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Jannar 2016 – Stryker EMEA Supply Chain Services BV vs Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-51/16)

(2016/C 136/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stryker EMEA Supply Chain Services BV

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

Domandi preliminari

1)

L-intestatura 9021 tan-NM [Nomenklatura Magħquda] għandha tiġi interpretata fis-sens li l-viti għall-impjanti, kif deskritti fil-punt 4 iktar ’il fuq, li huma esklużivament intiżi sabiex jiddaħħlu fil-ġisem ta’ bniedem għat-trattament ta’ ksur tal-għadam jew għat-tqegħid ta’ protesijiet, jistgħu jiġu kklassifikati taħt din l-intestatura?

2)

Ir-Regolament Nru 1212/2014 (1) huwa validu?


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2014, tal-11 ta’ Novembru 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 329, p. 3).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fid-29 ta’ Jannar 2016 – “SEGRO” Kft. vs Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala

(Kawża C-52/16)

(2016/C 136/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“SEGRO” Kft.

Konvenut: Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 u 63 TFUE u l-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi – mingħajr ma tikkunsidra kriterji oħra – obbligu li jitħassru d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu gravanti fuq art agrikola li jkunu ġew irreġistrati favur operaturi ekonomiċi u persuni fiżiċi li ma humiex membri tal-familja fil-qrib tal-proprjetarji tal-art agrikola, u dan mingħajr ma kontemporanjament tipprevedi kumpens pekunjarju għad-detenturi tad-drittijiet ta’ użufrutt u ta’ użu mitlufa, liema kumpens, anki jekk huwa marbut ma’ kuntratt validu, ma jistax jiġi mitlub fil-kuntest ta’ ftehim għas-saldu bejn il-partijiet tal-imsemmija kuntratt?

2)

L-Artikoli 49 u 63 TFUE u l-Artikoli 17 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi – mingħajr ma tikkunsidra kriterji oħra – obbligu li jitħassru d-drittijiet ta’ użufrutt u d-drittijiet ta’ użu gravanti fuq art agrikola li jkunu ġew irreġistrati favur operaturi ekonomiċi u persuni fiżiċi li ma humiex membri tal-familja fil-qrib tal-proprjetarji tal-art agrikola, abbażi ta’ kuntratti gravanti fuq tali artijiet agrikoli konklużi qabel it-30 ta’ April 2014, filwaqt li tipprevedi kumpens pekunjarju tad-detenturi ta’ drittijiet ta’ użufrutt u ta’ użu mitlufa, liema kumpens, anki jekk marbut ma’ kuntratt validu, ma jistax jiġi mitlub fil-kuntest ta’ ftehim għas-saldu bejn il-partijiet tal-imsemmija kuntratt?


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fl-10 ta’ Frar 2016 – Prospector Offshore Drilling SA, Prospector Rig 1 Contracting Company SARL, Prospector Rig 5 Contracting Company SARL, Ensco plc, Ensco Offshore UK Limited, Rowan Companies plc, Rowan Cayman Limited, vs Her Majesty’s Treasury, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-72/16)

(2016/C 136/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prospector Offshore Drilling SA, Prospector Rig 1 Contracting Company SARL, Prospector Rig 5 Contracting Company SARL, Ensco plc, Ensco Offshore UK Limited, Rowan Companies plc, Rowan Cayman Limited

Konvenuti: Her Majesty’s Treasury, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49, 56 jew 63 TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni, bħall-Parti 8ZA tal-Corporation Tax Act 2010, li tirregola l-eżenzjoni għan-nefqa disponibbli fir-rigward tal-profitti taxxabbli tar-Renju Unit ta’ kumpannija li tipprovdi servizzi ta’ tħaffir għall-industrija taż-żejt (“kuntrattur taż-żejt”) minn attivitajiet (il-“kummerċ affettwat”) li jinvolvu l-użu ta’ ċerti tipi ta’ assi (“assi rilevanti”) mikrija mingħand persuna “assoċjata” mal-kuntrattur taż-żejt, li:

1.1

għall-iskopijiet li jiġu kkalkolati l-profitti tal-kummerċ affettwat, timponi limitu predeterminat fuq it-tnaqqis ta’ pagamenti għall-kiri ta’ assi rilevanti minn persuni assoċjati, ikkalkolati b’riferiment għall-ispiża oriġinali tal-assi mikrija;

1.2

tgħid li l-ammont ta’ pagamenti li ma ġewx ammessi mil-limitu jistgħu jiġu eżentati kontra l-profitti taxxabbli fir-Renju Unit (jekk hemm) tal-kuntrattur taż-żejt jew kumpanniji oħra fl-istess grupp, li ma joħorġux mill-kummerċ affettwat; u

1.3

tissepara l-profitti mill-kummerċ affettwat billi tipprevjeni spejjeż imġarrba jew kemm telf fir-Renju Unit kif ukoll mhux fir-Renju Unit minn x’imkien ieħor fil-grupp tal-kuntrattur taż-żejt milli jkunu tpaċuti kontra l-profitti tal-kummerċ affettwat, iżda tippermettihom li jkunu tpaċuti kontra profitti oħra (jekk ikun hemm)?

2)

Speċifikament, l-Artikoli 49, 56 jew 63 TFUE jipprekludu tali leġiżlazzjoni f’ċirkustanzi fejn:

2.1

kuntrattur taż-żejt suġġett għal taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit jikri l-assi tiegħu minn kumpannija assoċjata, mhux suġġetta għal taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit u li tkun inkorporata u jkollha l-uffiċċju rreġistrat fi Stat Membru ieħor; u/jew

2.2

iċ-ċirkustanzi ikunu kif stabbiliti fil-punt 2.1 iktar ’il fuq u speċifikament il-kuntrattur taż-żejt ikun inkorporat ukoll u bl-uffiċċju rreġistrat f’dak l-Istat Membru l-ieħor; u/jew

2.3

il-kuntrattur taż-żejt suġġett għat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-Renju Unit jkun is-sussidjarju ta’ kumpannija omm fir-Renju Unit li jkollha sussidjarja oħra, mhux suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji u li tkun inkorporata u jkollha l-uffiċċju rreġistrat f’pajjiż terz, u l-kuntrattur taż-żejt jikri l-assi tiegħu minn dik is-sussidjarja minn pajjiż terz; u/jew

2.4

kull kombinazzjoni rilevanti oħra ta’ post ta’ stabbiliment u/jew sistema ta’ taxxa applikabbli għall-kuntrattur taż-żejt u/jew kerrej proprjetarju ta’ assi?

3)

Xi risposti għad-domandi hawn fuq ikunu differenti li kieku ġeneralment, u/jew fil-każ speċifiku tar-rikorrenti, gruppi proprjetarji ta’ riggijiet taż-żejt u li jipprovdu servizzi tat-tħaffir ma jkollhom ebda profitti sinjifikattivi netti minbarra t-tħaffir?

4)

Xi risposti għad-domandi hawn fuq ikunu differenti li kieku l-iskop tad-dispożizzjonijiet ikkontestati kien ikun li jipprevjenu l-evitar tat-taxxa billi jimplementaw struttura ta’ kumpannija frammentata artifiċjalment li ma jkollha l-ebda realtà ekonomika indipendenti barra mill-grupp?”


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Montreuil (Franza) fit-12 ta’ Frar 2016 – ArcelorMittal Atlantique et Lorraine vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

(Kawża C-80/16)

(2016/C 136/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Montreuil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ArcelorMittal Atlantique et Lorraine

Konvenut: Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie

Domandi preliminari

1)

Fid-Deċiżjoni 2011/278/UE (1) tagħha, billi eskludiet mill-valur tal-parametru referenzjarju tal-metall sħun, l-emissjonijiet marbuta mal-gassijiet tal-iskart irriċiklati fil-produzzjoni tal-elettriku, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE (2) dwar ir-regoli li jistabbilixxu parametri referenzjarji ex-ante u b’mod partikolari l-għan ta’ rkupru effiċjenti ta’ enerġija mill-gassijiet tal-iskart u l-possibbiltà ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas fil-każ tal-elettriku prodott mill-gassijiet tal-iskart?

2)

Billi f’din id-deċiżjoni bbażat ruħha fuq id-data li tirriżulta mill-“BREF” ħadid u azzar u mill-“LDSD 2007” għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-metall sħun, il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tuża l-iktar data xjentifika preċiża u aġġornata disponibbli u/jew il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba?

3)

Fid-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-għażla tal-Kummissjoni Ewropea, jekk tiġi pprovata, li tinkludi fabbrika li tipproduċi kemm minerali sinterizzati kif ukoll pritkuni fl-installazzjonijiet ta’ riferiment għad-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-minerali sinterizzati, hija tali li tivvizzja b’illegalità l-valur ta’ dan il-parametru referenzjarju?

4)

Il-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni impost mill-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi ma ppreċiżatx speċifikament f’din id-deċiżjoni r-raġunijiet għal din l-għażla?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

(2)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Frar 2016 – Heta Asset Resolution Bulgaria OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

(Kawża C-83/16)

(2016/C 136/25)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Heta Asset Resolution Bulgaria OOD

Konvenut: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 161(5) u 210(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-esportatur ta’ merkanzija mit-territorju doganali tal-Komunità huwa l-persuna, stabbilita f’dan it-territorju, li hija parti fil-kuntratt ta’ bejgħ ta’ din il-merkanzija lil persuna stabbilita f’pajjiż terz, meta dan il-kuntratt jissuġġetta l-merkanzija inkwistjoni għall-proċedura doganali ta’ esportazzjoni fis-sens tal-imsemmi regolament?

2)

L-Artikoli 161(1) u 210(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, ikun hemm każ ta’ esportazzjoni u jkun tnissel dejn doganali fuq l-esportazzjoni fir-rigward ta’ bastiment għad-divertiment (yacht) irreġistrat fi Stat Membru għas-sempliċi raġuni li jkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ bejgħ lil persuna stabbilita fi Stat terz u li jkun tneħħa mir-reġistru marittimu tal-imsemmi Stat Membru?

3)

Il-punt (b) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 795(1) tar-Regolament [tal-Kumissjoni] (KEE) Nru 2454[/93], tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, fil-kuntest tal-esportazzjoni ta’ bastiment għad-divertiment (yacht) irreġistrat fi Stat Membru, il-kuntratt ta’ bejgħ ta’ dan il-bastiment lil persuna stabbilita fi Stat terz u t-tneħħija tal-istess bastiment mir-reġistri marittimi tal-imsemmi Stat Membru jikkostitwixxu prova suffiċjenti fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni?

4)

Il-punt (b) tat-tielet subparagrafu u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 795(1), [moqrija flimkien mal-]Artikolu 796e(1)(b) tar-Regolament [tal-Kumissjoni] (KEE) Nru 2454[/93], tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-evalwazzjoni mill-awtorità doganali kompetenti tan-natura suffiċjenti tal-provi fis-sens tal-Artikolu 796da(4) tal-istess regolament hija vinkolanti u ma hijiex suġġetta għall-kontroll tal-awtorità doganali li tintalab taċċetta d-dikjarazzjoni fid-dwana a posteriori fis-sens tal-ewwel dispożizzjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/20


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2016 mir-Repubblika tal-Polonja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-3 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-367/13 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-105/16 P)

(2016/C 136/26)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-367/13, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea, sa fejn din is-sentenza tiċħad l-ewwel ilment marbut mar-rekwiżit li minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna finanzjarja għandha tintuża għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni, imressaq fil-kuntest tal-ewwel motiv intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [notifikata bid-dokument C(2013) 2436)] (1);

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat- 2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [notifikata bid-dokument C(2013) 2436)] sa fejn f’din id-deċiżjoni twettqet korrezzjoni estrapolata ta’ 11 %, fl-ammonti ta’ EUR 4 583 950,92 u EUR 39 583 726,30, fir-rigward tan-nefqa innotifikata mir-Repubblika tal-Polonja għall-għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Polonja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-367/13, Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea, sa fejn din is-sentenza tiċħad l-ewwel ilment marbut mar-rekwiżit li minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna finanzjarja għandha tintuża għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni, imressaq fil-kuntest tal-ewwel motiv intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) [notifikata bid-dokument C(2013) 2436)] (ĠU L 123, 4.5.2013, p. 11) sa fejn f’din id-deċiżjoni twettqet korrezzjoni estrapolata ta’ 11 %, fl-ammonti ta’ EUR 4 583 950,92 u EUR 39 583 726,30, fir-rigward tan-nefqa nnotifikata mir-Repubblika tal-Polonja għall-għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza, u tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Fis-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat mir-Repubblika tal-Polonja għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi li għandhom jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 8 292 783,94 u EUR 71 610 559,39 fir-rigward tan-nefqa nnotifikata mir-Repubblika tal-Polonja fir-rigward tal-għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza.

Il-Kummissjoni allegat li r-Repubblika tal-Polonja kienet wettqet ħames istanzi ta’ ksur fir-rigward tar-rilaxx tal-fondi għall-għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza, inkluż in-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit previst fl-Artikolu 33b tar-Regolament Nru 1257/1999 (2) li l-operatur tal-azjenda agrikola għandu juża minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna għal finijiet ta’ miżuri ta’ ristrutturazzjoni. Dan in-nuqqas kien il-bażi li fuqha l-Kummissjoni wettqet korrezzjoni estrapolata, fl-ammont ta’ 11 %, tan-nefqa nnotifikata għall-għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza, li tikkorrispondi għall-perċentwali tal-applikazzjonijiet li fihom, minn kampjun ta’ 100 applikazzjoni vverifikati mill-Kummissjoni, irriżulta li ma kienx ġie osservat ir-rekwiżit li nofs l-għajnuna finanzjarja tintuża għar-ristrutturazzjoni.

F’dan il-kuntest, ir-Repubblika tal-Polonja tressaq l-aggravju li kien hemm interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 33b tar-Regolament Nru 1257/1999 fis-sens li tqies li l-għoti ta’ għajnuna lil azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza jeħtieġ li minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna tintuża għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni, u dan minkejja li tali rekwiżit ma huwa bbażat fuq ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

Fil-fehma tar-Repubblika tal-Polonja, l-interpretazzjoni żbaljata tal-imsemmija dispożizzjoni wasslet lill-Qorti Ġenerali tassumi li l-Kummissjoni kienet aġixxiet b’mod korrett fid-deċiżjoni kontenzjuża meta bbażat ruħha fuq il-preżunzjoni li r-Repubblika tal-Polonja kien imissha approvat biss l-applikazzjonijiet oriġinali għal għajnuna finanzjarja li fihom l-operaturi tal-azjendi agrikoli li xtaqu jibbenefikaw mill-għajnuna kienu impjenaw ruħhom b’mod partikolari li jużaw minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni.

Skont l-appellanti, l-ilment fis-sens li n-nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit li bih l-operatur ta’ azjenda agrikola għandu juża minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni jikkostitwixxi l-bażi għall-korrezzjoni estrapolata, fl-ammont ta’ 11 %, tan-nefqa nnotifikata għall-għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza.

Fil-fehma tar-Repubblika tal-Polonja, ir-rekwiżit li l-operatur tal-azjenda agrikola għandu juża minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni ma jirriżultax mid-dritt tal-Unjoni. Hija ssostni li ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li fiha huma stabbiliti b’mod iddettaljat il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza ma tistabbilixxi l-kundizzjoni li minn tal-inqas 50 % tal-għajnuna għandha tintuża għal miżuri ta’ ristrutturazzjoni. Hija ssostni li l-Artikolu 33b tar-Regolament Nru 1257/1999 ma jistabbilixxix tali kundizzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx tali rekwiżit fir-Regolament Nru 141/2004 (3) li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni ta’ miżuri speċifiċi għall-iżvilupp rurali previsti fil-Kapitolu IXa tar-Regolament Nru 1257/1999.

Għaldaqstant, qiegħed jingħad li l-awtoritajiet Pollakki ma kisrux l-obbligi ta’ kontroll tagħhom fir-rigward tal-imsemmija kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna fil-kuntest tal-miżura “Għajnuna għal Azjendi Agrikoli ta’ Semi Sussistenza”. Għalhekk, ma hemm ebda ġustifikazzjoni sabiex titwettaq korrezzjoni finanzjarja fir-rigward ta’ tali ksur. Dan ifisser li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/214/UE sa fejn f’din id-deċiżjoni twettqet korrezzjoni estrapolata fl-ammont ta’ 11 % tan-nefqa nnotifikata mir-Repubblika tal-Polonja għall-għajnuna għal azjendi agrikoli ta’ semi sussistenza.


(1)  ĠU L 123, p. 11.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 141/2004, tat-28 ta’ Jannar 2004, li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 rigward il-miżuri ta’ żvilupp rurali transitorji applikabbli għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU Edizzjoni Speċjali, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 243).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/22


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-60/14) (1)

(2016/C 136/27)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 93, 29.3.2014.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/22


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresný súd Prešov – is-Slovakkja) – Helena Kolcunová vs Provident Financial s. r. o.

(Kawża C-610/14) (1)

(2016/C 136/28)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Litwanja) – Proċeduri kriminali kontra Valsts ieņēmumu dienests, fil-preżenza ta’: SIA “Latspas”

(Kawża C-204/15) (1)

(2016/C 136/29)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 228, 13.07.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-306/15) (1)

(2016/C 136/30)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 311, 21.9.2015


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq it-talba ta’ Nutricia Limited vs Secretary of State for Health

(Kawża C-445/15) (1)

(2016/C 136/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/23


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Diċembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Siderurgica Latina Martin SpA (SLM), Ori Martin SA

(Kawża C-522/15 P) (1)

(2016/C 136/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 406, 07.12.2015.


Il-Qorti Ġenerali

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ)

(Kawża T-40/09) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark Komunitarja verbali VOGUE CAFÉ - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti Vogue u VOGUE studio u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva VOGUE - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 136/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Pethke u D. Botis, sussegwentement I. Harrington, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Selecciones Americanas, SA (Sitges, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Selecciones Americanas, SA u Advance Magazine Publishers, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċizjoni fuq it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Novembru 2008 (Każ R 0280/2008-4), sa fejn hija tikkonkludi li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni, VOGUE CAFÉ, u t-trade mark figurattiva Spanjola VOGUE studio rreġistrata bin-numru 2529728.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Advance Magazine Publishers, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 82, 4.4.2009.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – EGL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-251/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali - Definizzjoni tas-suq - Effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri - Kooperazzjoni - Immunità parzjali minn multa”))

(2016/C 136/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EGL, Inc. (Houston, l-Istati Uniti), Ceva Freight (UK) Ltd (Ashby de la Zouch, Renju Unit) u Ceva Freight Shanghai Ltd (Shanghai, iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment M. Brealey, QC, S. Love, barrister, M. Pullen, D. Gillespie u R. Fawcett Feuillette, solicitors, sussegwentement M. Brealey, S. Love, M. Pullen, R. Fawcett Feuillette u M. Boles, solicitors, u finalment M. Brealy u M. Pullen)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa (rappreżentanti: V. Bottka u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn S. Kingston, barrister)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, jew, talba għal bidla tal-multi li ġew imposti fuqhom fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EGL, Inc., Ceva Freight (UK) Ltd u Ceva Freight Shanghai Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 227, 28.7.2012.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Kühne + Nagel International et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ trasport bl-ajru internazzjonali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Sovrataxxa u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali - Effett fuq il-kummċer bejn Stat Membri - Żbalji ta’ evalwazzjoni - Tul tal-ksur - Ammont tal-multa - Paragrafu 13 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bejgħ - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża”))

(2016/C 136/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kühne + Nagel International AG (Feusisberg, l-Isvizzera), Kühne + Nagel Management AG (Feusisberg), Kühne + Nagel Ltd (Uxbridge, ir-Renju Unit), Kühne + Nagel Ltd (Shanghai, iċ-Ċina), u Kühne + Nagel Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: U. Denzel, C. Klöppner u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Hödlmayr, N. von Lingen u G. Meessen, sussegwentement C. Hödlmayr, G. Meessen u A. Dawes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 –Tranżitu), sa fejn hija tirrigwarda lir-rikorrenti u, sussidjarjament, titlob sabiex jiġu aġġustati l-multi li ġew imposti fuqhom fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kühne + Nagel International AG, Kühne + Nagel Management AG, Kühne + Nagel Ltd (stabbilita f’Uxbridge), Kühne + Nagel Ltd (stabbilita f’Shanghai), u Kühne + Nagel Ltd (stabbilita f’Ħong Kong) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 227, 28.7.2012.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – UTi Worldwide et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali tas-servizzi - Żbalji ta’ evalwazzjoni - Prova - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Effett sinjifikattiv fuq il-kompetizzjoni - Ammont tal-multa - Gravità tal-ksur - Proporzjonalità - Responsabbiltà in solidum - Ġurisidzzjoni Sħiħa”))

(2016/C 136/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: UTi Worldwide, Inc. (Tortola, ir-Renju Unit), UTi Nederland BV (Schiphol, il-Pajjiżi l-Baxxi), u UTI Worldwide (UK) Ltd (Reading, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, V. Bottka u G. Meessen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), hija annullata sa fejn l-ammont tal-multa imposta fuq UTI Worldwide, Inc. jaqbeż l-ammont tal-multi imposti fuq UTI Nederland BV u UTI Worldwide (UK) Ltd

2)

L-ammont totali tal-multa imposta fuq UTI Worldwide fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni C (2012) 1959 finali huwa stabbilit għal EUR 2 965 000, l-ammont tal-multa imputabbli lilha skont l-ewwel linja tal-Artikolu 2(2)(j) ta’ l-imsemmija deċiżjoni huwa stabbilit għal EUR 1 692 000.

3)

Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

4)

UTi Worldwide, UTi Nederland u UTI Worldwide (UK) għandhom ibatu disa’ partijiet minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u tal-ispejjeż rispettivi tagħhom.

5)

Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u ta’ dawk sostnuti minn UTi Worldwide, minn UTi Nederland u minn UTI Worldwide (UK).


(1)  ĠU C 235, 4.8.2012.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Schenker vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-265/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali - Provi li jinsabu f’applikazzjoni għall-immunità - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Regoli ta’ etika relatati ma’ obbligu ta’ lealtà u ma projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja - Obbligi ta’ fiduċja - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Għażla tal-kumpanniji - Multi - Proporzjonalità - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Kooperazzjoni - Tranżazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))

(2016/C 136/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schenker Ltd (Feltham, Royaume-Uni) (rappreżentanti: F. Montag, B. Kacholdt, F. Hoseinian, avukati, D. Colgan u T. Morgan, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Dawes u N. von Lingen, sussegwentement A. Dawes u G. Meessen, aġenti, assistiti minn B. Kennelly u H. Mussa, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Schenker Ltd hija kundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 11.8.2012.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-267/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali - Provi li jinsabu f’applikazzjoni għall-immunità - Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn avukati u klijenti - Regoli ta’ etika relatati ma’ obbligu ta’ lealtà u ma projbizzjoni ta’ rappreżentanza doppja - Obbligi ta’ fiduċja - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Għażla tal-kumpanniji - Multi - Proporzjonalità - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Kooperazzjoni - Tranżazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))

(2016/C 136/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bahn AG (Berlin, il-Ġermanja), Schenker AG (Essen, il-Ġermanja), Schenker China Ltd (Shanghai, iċ-Ċina), u Schenker International (HK) Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: F. Montag, B. Kacholdt, F. Hoseinian, avukati, D. Colgan u T. Morgan, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Dawes u N. von Lingen, sussegwentement A. Dawes u G. Meessen, aġenti, assistiti minn B. Kennelly u H. Mussa, barristers)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Bahn AG, Schenker AG, Schenker China Ltd u Schenker International (HK) Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 11.8.2012.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Panalpina World Transport (Holdings) et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-270/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Servizzi ta’ spedizzjoni tal-merkanzija internazzjonali bl-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Iffissar tal-prezzijiet - Sovrataxxi u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali - Multi - Proporzjonalità - Gravità tal-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Tranżazzjoni - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))

(2016/C 136/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Panalpina World Transport (Holding) Ltd (Basel, l-Isvizzera), Panalpina Management AG (Basel), Panalpina China Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: S. Mobley, A. Stratakis, T. Grimmer u B. Smith, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Meessen u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn C. Thomas, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 – Spedizzjoni tal-merkanzija), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll talba għal bidla tal-multa li ġiet imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Panalpina World Transport (Holding) Ltd, Panalpina Management AG u Panalpina China Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 11.8.2012.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2016 – Simet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-15/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Kumpens retroattiv għal servizz pubbliku mogħti mill-awtoritajiet Taljani - Servizzi ta’ trasport interreġjonali bix-xarabank ipprovduti bejn l-1987 u l-2003 - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Żamma ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku - Għoti ta’ kumpens - Regolament (KEE) Nru 1191/69”))

(2016/C 136/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Simet SpA (Rossano Calabro, l-Italja) (rappreżentanti: A. Clarizia, C. Varrone u P. Clarizia, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u P.-J. Loewenthal, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/201/UE, tat-2 ta’ Ottubru 2013, Għajnuna mill-Istat SA.33037 (2012/C) – l-Italja Kumpens ta’ Simet SpA għall-operat ta’ servizzi tat-trasport pubbliku mill-1987 sal-2003 (ĠU 2014, L 114, p. 67).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Simet SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Secop vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Salvataġġ ta’ impriżi f’diffikultà - Għajnuna taħt forma ta’ garanzija mill-Istat - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ eżami formali - Diffikultajiet serji - Drittijiet proċedurali tal-partijiet interessati”))

(2016/C 136/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Secop GmbH (Flensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Schnelle u C. Aufdermauer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 9119 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, dwar għajnuna mill-Istat SA.37640 – Għajnuna ta’ salvataġġ favur ACC Compressors SpA – l-Italja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Secop GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 85, 22.3.2014.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – Peri vs EUIPO (Multiprop)

(Kawża T-538/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multiprop - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”]))

(2016/C 136/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peri GmbH (Weißenhorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u A. Bognár, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (trade marks u disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annulament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2014 (Każ R 1661/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Multiprop bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Peri GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – BrandGroup vs UASI – Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele (SPEZOOMIX)

(Kawża T-557/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPEZOOMIX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Spezi - Raġuni relattiv għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 136/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BrandGroup GmbH (Bechtsrieth, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raible, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Schneider u A. Schifko, sussegwentement minn A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele KG (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schlecht, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 941/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele KG u BrandGroup GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BrandGroup GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2016 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-675/14) (1)

((“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq minn Spanja - Korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa - Korrezzjoni finanzjarja ta’ darba - Estensjoni tal-korrezzjoni finanzjarja għal perijodu wara l-komunikazzjoni prevista fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 885.2006”))

(2016/C 136/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. J. García-Valdecasas Dorrego, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u D. Triantafyllou, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: I. Kalniņš u D. Pelše, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/458/UE, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), sezzjoni “Garanzija”, skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn din tirrigwarda l-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja li jammonta għal EUR 2 713 208,07.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Latvja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 3 ta’ Marzu 2016 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)

(Kawża T-778/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Procedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja COYOTE UGLY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - skadenza tat-trade mark Komunitarja preċedenti - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza tat-trade mark mhux irreġistrata - Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ trade mark li hija magħrufa sew fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi - Artikolu 8(2)(ċ) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2016/C 136/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ugly, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. St Quintin, barrister, K. Gilbert u C. Mackey, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Lukošiūtė, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Group Lottuss Corp., SL (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1369/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ugly, Inc. u Group Lottuss Corp.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ugly, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Spokey vs UASI – Leder Jaeger (SPOKeY)

(Kawża T-846/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva SPOKeY - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SPOOKY - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami tal-provi - Article 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Article 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2016/C 136/46)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Spokey sp. z o.o. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Zajfert u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Leder Jaeger GmbH (Siegen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 525/2014-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Leder Jaeger GmbH u Spokey sp. z o.o.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Spokey sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2016 – 1&1 Internet vs UASI – Unoe Bank (1e1)

(Kawża T-61/15) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 1e1 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti UNO E u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti unoe - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 136/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1&1 Internet AG (Montabaur, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Klopp, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Unoe Bank, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: N. González Alberto Rodríguez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 101/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unoe Bank, SA u 1&1 Internet AG

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 101/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Unoe Bank SA u 1&1 Internet AG, hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn 1&1 Internet AG.

3)

Unoe Bank, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 107, 30.3.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2016 – Pirelli Tyre vs UASI (Treads ta’ tajers et)

(Kawżi magħquda T-279/15 sa T-282/15) (1)

((“Disinn Komunitarju - Disinni Komunitarji li jirrappreżentaw treads ta’ tajers u kisi pnewmatiku għal roti ta’ vetturi - Assenza ta’ applikazzjoni għal tiġdid u kanċellazzjoni tad-disinn mal-iskadenza tar-reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum u applikazzjoni għat-tiġdid tad-disinn”))

(2016/C 136/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pirelli Tyre SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: D. Caneva u G. Fucci, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Suġġett

Erba’ rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mit-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Jannar 2015 (Każijiet R 1285/2014-3 u R 1286/2014-3) u tal-11 ta’ Frar 2015 (Każijiet R 1287/2014-3 u R 1288/2014-3), dwar l-applikazzjonijiet għal restitutio in integrum.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Pirelli Tyre SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 17.8.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – InAccess Networks Integrated Systems vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-82/15) (1)

((“Is-Seba’ Programm- Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) - Konvenzjoni ta’ Sussidju għall-proġett ATRACO - Noti ta’ debitu u deċiżjonijiet li jinsabu f’xi ittri - Parzjalment ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Natura kuntrattwali tat-tilwima - Inammissibbiltà parzjali”))

(2016/C 136/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: InAccess Networks Integrated Systems – Applications Services for Telecommunication and Related Equipment Commercial and Industrial Co. SA (Maroussi, il-Greċja) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler u G. Pandey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tal-11 ta’ Diċembru 2014 li permezz tagħha l-Kummissjoni tikkonferma r-rifjut tagħha ta’ finanzjament ta’ spejjeż invokati mir-rikorrenti, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fin-nota ta’ debitu Nru 3241211514 tat-23 ta’ Ottubru 2012 u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Diċembru 2012 li titlob lir-rikorrenti tħallas lura l-fondi riċevuti u tħallas kumpens b’rata fissa ta’ EUR 12 814,10.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet imressqa kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tas-7 ta’ Ottubru 2012 u n-nota ta’ debitu tat-23 ta’ Ottubru 2012.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

3)

InAccess Networks Integrated Systems – Applications Services for Telecommunication and Related Equipment Commercial and Industrial Co. SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2016 – Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/408 - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni - Inklużjoni tal-metalaksil fil-lista msemmija - Nuqqas ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà”))

(2016/C 136/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Químicas del Vallés, SA (Mollet del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín, P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 80(7) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jistabbilixxi lista ta’ kandidati għas-sostituzzjoni (ĠU L 67, p. 18).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Industrias Químicas del Vallés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 254, 03.08.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/36


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – TestBioTech vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/16)

(2016/C 136/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TestBioTech (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Smith, QC, J. Stevenson, barrister, R. Stein, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Novembru 2015, li ċaħdet it-talba tar-rikorrenti għal reviżjoni interna tad-Deċiżjonijiet ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/686 (1), (UE) 2015/696 (2) u (UE) 2015/698 (3) tal-24 ta’ April 2015 li jagħtu tliet awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (4) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament IĠM”) lil Monsanto jew lil Pioneer għall-fażola tas-sojja ġenetikament immodifikati tagħhom MON 87769, MON 87705 u/jew 305423;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti; u

tordna kull miżura oħra xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament ta’ Aarhus (5) moqri flimkien mal-Artikolu 2(f) u (g) u l-premessi 11 u 18 sa 21 tal-istess regolament, inkwantu kkonkludiet li l-maġġoranza assoluta tar-reviżjonijiet interni kienu relatati ma’ affarijiet li kienu jaqgħu barra mill-portata tar-Regolament ta’ Aarhus.

Organizzazzjoni nongovernattiva eliġibbli għandha d-dritt li tressaq talba għal reviżjoni interna ta’ att amministrattiv adottat taħt id-dritt ambjentali. Ir-Regolament IĠM jikkostitwixxi att li jaqa’ taħt dan id-dritt. Konsegwentement, l-organizzazzjoni tista’ titlob reviżjoni ta’ kull att amministrattiv magħmul taħt dan ir-regolament, inkluża awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq.

Fid-dawl kemm tat-termini, tas-suġġett u tal-għan tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, tal-25 ta’ Ġunju 1988 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”), tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa (UNECE), u tar-Regolament ta’ Aarhus, kif ukoll tal-Linji Gwida għall-implementazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ma hemm l-ebda bażi għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li tista’ tifframmenta deċiżjonijiet adottati taħt ir-Regolament IĠM fis-sens li jaqgħu kemm taħt il-portata u kif ukoll barra mill-portata tar-Regolament ta’ Aarhus.

L-organiżmi ġenetikament immodifikati huma elementi tal-ambjent. L-argument tal-Kummissjoni li l-impatt ta’ tali organiżmi fuq is-saħħa tal-bniedem ma huwiex kwistjoni ambjentali u għaldaqstant ma huwiex kopert mir-Regolament ta’ Aarhus huwa essenzjalment żbaljat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament ta’ Aarhus minħabba n-nuqqas tagħha li twieġeb it-talba għal reviżjoni interna, imressqa fid-29 ta’ Mejju 2015, qabel is-16 ta’ Novembru 2015.

Il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata fis-16 ta’ Novembru 2015, erbgħa u għoxrin ġimgħa wara li tressqet it-talba għal reviżjoni interna. Il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni adegwata għalfejn kisret ir-rekwiżit normali li tingħata tweġiba fi tnax-il ġimgħa u, fi kwalunkwe każ, naqset milli tissodisfa t-terminu assolut li twieġeb fi tmintax-il ġimgħa.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/686, tal-24 ta’ April 2015, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkun fihom, li jkunu jikkonsistu jew li jkunu prodotti mill-fażola tas-sojja MON 87769 (MON-87769-7) modifikata ġenetikament skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, p. 16).

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/696, tal-24 ta’ April 2015, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON87705 (MON-877Ø5-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, p. 60).

(3)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/698, tal-24 ta’ April 2015, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew huma prodotti mill-fażola tas-sojja modifikata ġenetikament 305423 (DP-3Ø5423-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 112, p. 71).

(4)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432)

(5)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 264, p. 13).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – Shire Pharmaceuticals Ireland vs EMA

(Kawża T-80/16)

(2016/C 136/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shire Pharmaceuticals Ireland Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: D. Anderson, QC, M. Birdling, Barrister, G. Castle u S. Cowlishaw, Solicitors)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, tal-15 ta’ Diċembru 2015, u kkomunikata lir-rikorrenti fit-18 ta’ Diċembru 2015, li permezz tagħha tirrifjuta li tivvalida applikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 (1) għad-denominazzjoni ta’ prodott mediċinali orfni; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati u l-argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li bih tallega li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 141/2000. Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta:

applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 billi naqset illi tikkunsidra n-natura proċedurali tal-proċess ta’ validazzjoni;

ma kellhiex tikkonkludi li l-kriterji ta’ denominazzjoni ma ġewx (jew ma setgħux jiġu) stabbiliti;

bi żball ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-kunċetti ta’ “prodott mediċinali” u “sustanza attiva” bi ksur tal-Artikoli 3 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000;

applikat b’mod ħażin u bi żball qagħdet fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 (2);

bi żball invokat il-fatt illi r-rikorrenti kienet irċeviet għajnuna tal-protokoll skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000; u

fixklet l-għan tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 kif identifikat fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 u l-premessi tiegħu.


(1)  Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21).

(2)  Komunikazzjoni (2003/C 178/02) mill-Kummissjoni dwar ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU 2003 L 178, p. 2).


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/38


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – International Gaming Projects vs EUIPO – adp Gauselmann (TRIPLE EVOLUTION)

(Kawża T-82/16)

(2016/C 136/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Valletta, Malta) (rappreżentanti: M. Garayalde Niño, A. Alpera Plazas, avukati)

Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-UE figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE EVOLUTION” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 968 138

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-02/12/2015 fil-Każ R 725/2015-2

Talbiet tar-rikorrenti

tammetti r-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-UE TRIPLE EVOLUTION għal prodotti u servizzi kollha li għalihom qed tfittex il-protezzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew l-avversarju għad-drittijiet u għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Il-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali kkonfrontati.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/39


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2016 – Shoe Branding Europe vs EUIPO – adidas (Pożizzjoni ta’ żewġ strixxi fuq żarbuna)

(Kawża T-85/16)

(2016/C 136/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Shoe Branding Europe (Oudenaarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkonċernata: ir-rikorrent

Trade mark ikkonċernata: trade mark ta’ pożizzjoni tal-UE, li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli mqegħda fuq is-superfiċji ta’ barra tal-parti superjuri ta’ żarbuna – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 477 701

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni appellata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 3106/2014-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment:

tannulla d-deċiżjoni appellata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

sussidjarjament:

tirreferi l-kawża lill-konvenut u tordna eżami mill-ġdid independenti mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża Nru T-145/14;

iktar sussidjarjament:

tirreferi l-kawża lill-konvenut, tordna sospensjoni tal-proċedimenti fuq l-eżitu tal-appell mid-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża Nru T-145/14, ippreżentata mir-rikorrenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, Kawża Nru C-396/15 P, u meta tingħata s-sentenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’din il-kawża, twettaq evalwazzjoni tagħha tas-similitudnijiet u d-differenzi bejn it-trade marks imqabbla.

Motivi invokati

il-konvenut żbalja meta ma wettaqx evalwazzjoni tiegħu tas-similitudnijiet u tad-differenzi bejn it-trade mark ikkontestata tar-rikorrenti u t-trade mark preċedenti tal-parti li qed topponi, irreġistrata bħala trade mark tal-UE Nru 3 517 646;

il-konvenut żbalja meta kkonkluda li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 kienu ssodisfatti.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2016 – Codorníu vs EUIPO – Bodegas Altun (ANA DE ALTUN)

(Kawża T-86/16)

(2016/C 136/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Codorníu SA (Esplugues de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Altun, SL (Baños de Ebro, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “ANA DE ALTUN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 860 913

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 199/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, jekk tintervjeni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) kif ukoll tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/40


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Eurofast vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-87/16)

(2016/C 136/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Eurofast SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ kumpens tas-17 ta’ Diċembru 2015 tal-Kummissjoni;

tiddikjara li l-kreditu li l-Kummissjoni tallega li żżomm fir-rigward ta’ Eurofast, skont il-kuntratt ASSET, huwa infondat;

tiddikjara li l-ispejjeż kollha magħmula fuq il-proġett ASSET, jiġifieri EUR 507 574 huma eliġibbli u li l-Kummissjoni tikkonferma l-leġittimità tal-finanzjament, kif speċifikat mill-Grant Agreement, jiġifieri EUR 365 639;

tordna lill-Kummissjoni li twettaq il-ħlas tas-somma ta’ EUR 69 923,68 skont il-kuntrat EKSISTENZ flimkien mal-interessi moratorji;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kumpens kuntrattwali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi, rispettivament invokati insostenn tat-talba tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ kumpens li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2015 u tat-talba tagħħa għall-konstatazzjoni tal-ineżistenza tal-kreditu kuntrattwali inkwistjoni.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 78 u 80 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-Artikolu II.21 tal-FP7 Grant agreement, Annex II – General conditions, tal-prinċipju ta’ bona fide tal-Artikolu 1134 tal-kodiċi ċivili Belġjan (Code civil belge) kif ukoll tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli kuntrattwali tal-Kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ sussidju ASSET u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tar-regoli relatati mal-ispejjeż eliġibbli.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/41


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Opko Ireland Global Holdings vs EUIPO – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-88/16)

(2016/C 136/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Opko Ireland Global Holdings Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, A. Smith and D. Meale, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Jerusalem, l-Iżrael)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ALPHAREN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 320 297

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 2387/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 1(d)(2) tar-Regolament Nru 216/96 peress li żewġ membri tal-Bord li addottaw id-deċiżjoni originali tal-Bord tal-Appell tal-2014 (u d-deċiżjoni ta’ revoka tal-Bord tal-Appell tal-2015) kienu wkoll membri tal-Bord li adottat id-deċiżjoni kkontestata;

Ksur tal-Artikolu 50 tal-Regolament ta’ implementazzjoni minħabba l-użu ta’ provi ġodda li ma ġietx ippreżentata quddiem l-EUIPO fl-ewwel seduta ta’ oppożizzjoni;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 minħabba nuqqas li jiġi impost l-oneru tal-prova fuq il-persuna li topponi sabiex jiġi pprovat ix-xebh bejn l-oġġetti waqt l-oppożizzjoni;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-pubbliku rilevanti u b’mod ġenerali fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/42


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Frar 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/16)

(2016/C 136/58)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla, skont l-Artikolu 264 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)9413, tas-17 ta’ Diċembru 2015, innotifikata fit-18 ta’ Diċembru 2015, dwar it-tnaqqis tal-kontribut tal-Fond Soċjali Ewropew għall-programm operattiv għal Sicilia, li jagħmel parti mill-qafas Komunitarju ta’ appoġġ għall-interventi strutturali fir-reġjuni Taljani li huma kkonċernati mill-obbjettiv Nru 1 (POR Sicilia 2000-2006), u għaldaqstant tiddeċiedi li l-Kummissjoni għandha tilqa’, fl-intier tagħha, it-talba finali għal ħlas ippreżentata mill-awtoritajiet Taljani u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

Id-deċiżjoni ġiet adottata wara duplikazzjoni illegali tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31) li nfetħu mill-ġdid u ġew irrepetuti mal-awditu tas-sena 2008, wara li dawn il-verifiki twettqu u ntemmu mal-awditu relatat mas-snin 2005 u 2006, għall-inqas għal dak li jikkonċerna l-ispejjeż iċċertifikati bid-data tal-31 ta’ Diċembru 2006.

2.

Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba inkwantu l-Kummissjoni kkomunikat ir-riżultati tal-awditu tal-2008 b’dewmien ta’ tmintax-il xahar wara t-twettiq tal-missjoni.

3.

Id-deċiżjoni kkontestata tinjora l-fatt li, matul il-perijodu ta’ wara l-awditu tal-2005 u l-2006, ir-rata ta’ żbalji kienet letteralment waqgħet minn 53,13 % għal 3,05 % fl-2007 u għal 1,45 % fl-2008 u fl-2009.

4.

Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità inkwantu hija ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-ispejjeż iċċertifikati għat-tliet snin mill-2007 sal-2009, affettwati minn rata ta’ żbalji minima, kienu jammontaw għal madwar nofs l-ammont totali tal-programm li jaqa’ taħt il-FSE (għall-parti FSE).

5.

Id-deċiżjoni kkontestata hija infondata fil-fatt u fid-dritt inkwantu testendi għat-tliet snin sussegwenti l-iskala tan-nuqqasijiet sistematiċi li rriżultaw u li ġew solvuti matul il-perijodu mitmum fil-31 ta’ Diċembru 2006, mingħajr ma saret ebda verifika partikolari fir-rigward tagħhom.

6.

Id-deċiżjoni kkontestata hija wkoll ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni. Skont ir-rikorrenti, din id-deċiżjoni tapplika t-teknika tal-estrapolazzjoni, li tikkonsisti fl-estesjoni għall-ispejjeż mhux ikkontrollati r-rata ta’ żbalji kkonstatata għall-ispejjeż ikkontrollati, minkejja li din it-teknika hija awtorizzata biss għar-regolamenti relattivi għall-programmazzjoni 2007-2013; hija madankollu ppreżumiet, filwaqt li rreferiet għas-snin 2007 sa 2009, rata ta’ żbalji ta’ 8,39 % minkejja li l-awtoritajiet Taljani kienu spjegaw li l-kampjun imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 438/2001, tat-2 ta’ Marzu 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 132) ma kienx ekwilibrat peress li ma kienx ġie stabbilit b’mod każwali, bħal kampjun statistiku ta’ vera, iżda kien ġie kkonċentrat volontarjament fuq il-proġetti li kellhom fatturi ta’ riskju.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/43


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 – Rheinmetall Waffe Munition vs EUIPO (VANGUARD)

(Kawża T-93/16)

(2016/C 136/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rheinmetall Waffe Munition GmbH (Südheide, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schmidt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “VANGUARD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 166 003

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 69/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2016 – Société générale vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-98/14) (1)

(2016/C 136/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142 tal-12.5.2014


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Micula et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-646/14) (1)

(2016/C 136/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 439 tat- 8.12.2014


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża T-843/14) (1)

(2016/C 136/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 56, 16.2.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Frar 2016 – Ludwig Bertram vs EUIPO – Seni Vita (Sanivita)

(Kawża T-58/15) (1)

(2016/C 136/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Frar 2016 – Grandel vs UASI – Beautyge Beauty Group (Beautygen)

(Kawża T-177/15) (1)

(2016/C 136/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 198, 15.6.2015.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/46


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Frieberger u Vallin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-3/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament Nru 1023/2013 - Artikolu 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Żieda fl-età tal-pensjoni - Rimbors tal-kontribuzzjonijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni - Artikolu 26 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Rivalutazzjoni tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni))

(2016/C 136/65)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jürgen Frieberger (Woluwe-Satint-Lambert, il-Belġju) u Benjamin Vallin (Saint-Gilles, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u E. Taneva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti għar-rimbors ta’ parti mill-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea li tnaqqsu mir-remunerazzjoni tagħhom kif ukoll it-talba għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-akkreditazzjoni relatata mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz lejn l-iskema tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Marzu 2014 li tiċħad it-talba ta’ J. Frieberger tas-17 ta’ Diċembru 2013 sa fejn permezz tagħha ried jikseb kalkolu ġdid tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni ttrasferiti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea hija annullata.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn ġie ppreżentat minn B. Vallin kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Marzu 2014 sa fejn hija allegatament ċaħdet talba intiża li jinkiseb kalkolu ġdid tal- akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni ttrasferiti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 96, 23/03/2015, p. 25.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Marzu 2016 – FX vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-59/15) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Allowance għall-firda - Artikolu 12(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Tmiem definittiv tas-servizz))

(2016/C 136/66)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FX (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma titħallasx l-allowance għall-firda mitluba mir-rikorrent wara t-tmiem tas-servizz tiegħu u għall-għoti ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FX għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż sostnuti minn FX.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015, p. 48.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Ruiz Molina vs UASI

(Kawża F-60/15) (1)

((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Persunal tal-UASI - Kuntratt għal żmien determinat li fih klawżola ta’ xoljiment - Klawżola li ttemm il-kuntratt fil-każ li l-membru tal-persunal ma jkunx inkluż fil-lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni - Xoljiment tal-kuntratt skont il-klawżola ta’ xoljiment - Data ta’ dħul fis-seħħ tal-klawżola ta’ xoljiment - Kompetizzjonijiet ġenerali OHIM/AD/01/13 u OHIM/AST/13/02))

(2016/C 136/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: José Luis Ruiz Molina (San Juan de Alicante, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Lhoëst, avukat, sussegwentement N. Lhoëst u S. Michiels, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentanti: inizjalment B. Wägenbaur, avukat, sussegwentment A. Lukošiūtė, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-President tal-UASAI tal-4 ta’ Ġunju 2014 li ttemm kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent kif ukoll it-talba li, jekk possibbli, jidħol lura mal-UASI u, jekk le, jirċievu kumpens finanzjarju ġust għall-allegat xoljiment illegali tal-kuntratt tiegħu u, fl-aħħar nett, it-talba għad-danni għall-allegat dannu morali subit.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J. L. Ruiz Molina għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

3)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015, p. 48.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-1 ta’ Marzu 2016 – Pujante Cuadrupani vs GSA

(Kawża F-83/15) (1)

((Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Membru tal-persunal temporanju - Tkeċċija fi tmiem il-perijodu ta’ prova - Rikors għal annullament ippreżentat kemm kontra d-deċiżjoni ta’ tkeċċija kif ukoll kontra d-deċiżjoni konfermattiva ta’ tkeċċija - Ammissibbiltà - Artikolu 14(3) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Użu ħażin ta’ poter u ta’ proċedura - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Konsultazzjoni mal-kumitat konġunt tal-evalwazzjoni - Opinjoni bbażata fuq l-eżami ta’ materjal bil-miktub, mingħajr smigħ tar-rikorrent - Assenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża))

(2016/C 136/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Antonio Pujante Cuadrupani (Murcia, Spanja) (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea GNSS (rappreżentanti: O. Lambinet u D. Petrlík, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u tad-deċiżjoni sussegwenti tad-Direttur Eżekuttiv tal-konvenuta li huwa jitkeċċa fi tmiem il-perijodu ta’ prova.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A. Pujante Cuadrupani għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea GNSS.


(1)  ĠU C 279, 24/8/2015, p. 60.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Marzu 2016 – Loescher vs Il-Kunsill

(Kawża F-84/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rappreżentant sindakali - Tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjoni sindakali jew professjonali - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Paragun tal-merti - Assenza ta’ obbligu, fir-Regolamenti tal-Persunal, li jiġi previst metodu speċifiku ta’ paragun tal-merti tal-persunal mqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ organizzazzjonijiet sindakali jew professjonali - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjoni tal-livell ta’ responsabbiltà eżerċitata - Provi - Stħarriġ tal-iżball manifest ta’ evalwazzjoni))

(2016/C 136/69)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bernd Loescher (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad li jmiss (AD 12) fil-proċedura ta’ promozzjoni 2014 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

B. Loescher għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015, p. 60.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/49


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2016 – McArdle vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-25/13) (1)

(2016/C 136/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013, p. 55.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/49


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2016 – McArdle vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/13) (1)

(2016/C 136/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013, p. 29.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/50


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2016 – Wisniewski vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-29/14) (1)

(2016/C 136/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014, p. 44.


18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/50


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Marzu 2016 – FJ vs Il-Parlament

(Kawża F-38/15) (1)

(2016/C 136/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015, p. 26.


Rettifika

18.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 136/51


Rettifika għar-Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – EDF/Il-Kummissjoni

(Kawża T-747/15)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 78, 29.2.2016 .)

(2016/C 136/74)

L-avviż fil-ĠU tal-Kawża T-747/15, EDF vs Il-Kummissjoni għandu jinqara kif ġej:

“Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – EDF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-747/15)

(2016/C 078/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Électricité de France (EDF) (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Debroux, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tannulla l-Artikoli 1, 2, 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-22 ta’ Lulju 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.13869 (C 68/2002) (ex NN 80/2002) Riklassifikazzjoni f’kapital tar-riżervi kontabbli b’eżenzjoni mit-taxxa għat-tiġdid tan-Netwerk ta’ Provvista Ġenerali (‘NPĠ’), implimentata minn Franza favur EDF (iktar ’il quddiem id-‘deċiżjoni kkontestata’), minħabba ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, żbalji ta’ liġi u żbalji ta’ fatt;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1, 2 u 3 tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-ammont li r-rimbors tiegħu ġie impost fuq EDF ġie ssopravalutat sinjifikattivament, u

f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi prinċipali.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107 TFUE. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, dwar l-applikabbiltà tat-test tal-investitur privat, hija komposta minn ħames subpartijiet.

L-ewwel subparti, fejn jiġi allegat li, mingħajr ma pprovdiet ġustifikazzjoni jew motivazzjoni, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni diversi dokumenti u atti li ġew debitament ikkomunikati lilha minn Franza u minn EDF.

It-tieni subparti, fejn jiġi allegat li b’mod sistematiku l-Kummissjoni ma għamlitx distinzjoni bejn l-elementi li jirrigwardaw rispettivament l-applikabbiltà u l-applikazzjoni tat-test tal-investitur privat.

It-tielet subparti, fejn jiġi allegat li l-Kummissjoni żbaljatament eskludiet l-applikabbiltà tal-kriterju tal-investitur privat avżat, biss minħabba l-fatt li fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-miżura Franza kienet ħadet inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, kunsiderazzjonijiet relatati mal-kwalità tagħha ta’ awtorità pubblika, flimkien ma kusiderazzjonijiet relatati mal-kwalità tagħha ta’ azzjonista.

Ir-raba’ subparti, fejn jiġi allegat li l-Kummissjoni żbaljatament identifikat l-obbligu li EDF ikollha business plan formali sabiex ikun applikabbli l-kriterju tal-investitur privat avżat.

Il-ħames subparti, fejn jiġi allegat li l-Kummissjoni interpretat ħażin in-natura u l-għan ta’ din il-miżura, il-kuntest li minnu tifforma parti, kif ukoll l-għan imfittex u r-regoli li għalihom hija suġġetta l-imsemmija miżura.

It-tieni parti, dwar l-applikazzjoni tat-test tal-investitur privat, hija komposta minn tliet subpartijiet.

L-ewwel subparti, fejn jiġi allegat li l-Kummissjoni żbaljatament iddeċidiet li r-Rapport Oxera ma kienx ammissibbli inkwantu prova.

It-tieni subparti, fejn jiġi allegat li l-metodoloġija tal-Kummissjoni hija vvizzjata b’nuqqasijiet flagranti. Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni la ħadet inkunsiderazzjoni l-kuntest ta’ dak iż-żmien u lanqas il-kriterji li l-investituri ta’ dak iż-żmien kienu jsegwu. Fit-tieni lok, it-teżi tar-‘riġal fiskali’, invokata b’mod persistenti mill-Kummissjoni, mhux biss talli tikkostitwixxi żball ta’ liġi iżda talli hija l-oriġini ta’ żbalji fl-evalwazzjoni tar-rilevanza tal-investiment. Fit-tielet lok, il-Kummissjoni wettqet numru kunsiderevoli ta’ żbalji metodoloġiċi, li kull wieħed minnhom huwa suffiċjenti sabiex jintwera li l-Kummissjoni ma wrietx, b’mod manifest, li l-kriterju tal-investitur privat ma ġiex applikat.

It-tielet subparti, bbażata fuq il-konsegwenzi tal-iżbalji metodoloġiċi mwettqa mill-Kummissjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka wkoll żewġ motivi sussidjarji.

1.

L-ewwel motiv sussidjarju, ibbażat fuq il-fatt li l-parti l-kbira tal-allegata għajnuna hija preskritta. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:

L-ewwel parti, fejn jiġi allegat li din hija essenzjalment għajnuna eżistenti li tirriżulta minn miżra implementata qabel il-ftuħ tas-suq Ewropew tal-elettriku għall-kompetizzjoni.

It-tieni parti, fejn jiġi allegat li parti sinjifikattiva tal-allegata għajnuna tirriżulta minn miżura implementata iktar minn għaxar snin qabel l-ewwel att ta’ investigazzjoni.

2.

It-tieni motiv sussidjarju, ibbażat fuq żbalji ta’ kalkolu allegatament imwettqa mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-allegata għajnuna. Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet:

L-ewwel parti, fejn jiġi allegat li l-Kummissjoni wettqet żbalji fir-rigward tal-ammont totali tar-riżervi għat-tiġdid.

It-tieni parti, fejn jiġi allegat li l-Kummissjoni wettqet żbalji fir-rigward tar-rata tat-taxxa applikabbli.

– It-tielet parti, fejn jiġi allegat li l-ammont tal-allegata għajnuna għandu jiġi rivedut abbażi ta’ din id-data kkoreġuta.”