ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 59 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
III Atti preparatorji |
|
|
Il-Bank Ċentrali Ewropew |
|
2016/C 130/01 |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2016/C 130/02 |
||
2016/C 130/03 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 130/04 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2016/C 130/05 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 130/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7858 — INEOS/partijiet minn Celanese) ( 1 ) |
|
2016/C 130/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7941 — Saint-Gobain Glass France/Corning/JV) ( 1 ) |
|
2016/C 130/08 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7959 — APG/DV4/QDREIC/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2016/C 130/09 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
III Atti preparatorji
Il-Bank Ċentrali Ewropew
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-3 ta' Marzu 2016
dwar proposta għal regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għal kummerċjanti ta’ prodotti bażiċi
(CON/2016/10)
(2016/C 130/01)
Introduzzjoni u bażi legali
Fit-12 ta' Jannar 2016 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjkoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' eżenzjonijiet għal kummerċjanti ta' prodotti bażiċi (1) (iktar 'il quddiem ir-“regolament propost”). Fit-8 ta' Frar 2016, il-BĊE ġie kkonsultat dwar l-istess proposta mill-Parlament Ewropew.
Il-Kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea peress li r-regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta' kompetenza tal-BĊE, b'mod partikolari b'rabta mal-kompitu tas-SEBĊ skont l-Artikolu 127(5) li jikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti li huma relatati mal-istabbiltà tas- sistema finanzjarja.
Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
1. Osservazzjonijiet ġenerali
1.1 |
L-objettiv tar-regolament propost huwa li jiżgura li l-kummerċjanti ta' prodotti bażiċi (“ditti tal-investimenti li n-negozju ewlieni tagħhom jikkonsisti b’mod esklussiv fil-forniment ta’ servizzi tal-investimenti jew f’attivitajiet relatati mal-istrumenti finanzjarji stabbiliti fil-punti 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] (2) u li għalihom, fil-31 ta’ Diċembru 2006, ma kinitx tapplika d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (3)”) ma jsirux so[[etti g]ar-rekwi\iti kollha li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-“Regolament dwar ir-Rekwiżiti Kapitali” jew “RRK”) (4) fir-rigward ta' skoperturi kbar u fondi proprji fl-1 ta' Jannar 2018 mingħajr deċiżjoni konxja u infurmata li dak it-trattament huwa xieraq għalihom. |
1.2 |
Waqt li r-rekwiżiti dwar l-iskoperturi l-kbar u l-fondi proprji tal-RRK a jidhrux li huma mfassla apposta għall-kummerċjanti ta' prodotti bażiċi, deċiżjoni biex tiġi estiża l-eżenzjoni minn dawn ir-rekwiżiti prudenzjali għandha tqis kwalunkwe riskju sistemiku potenzjali li jistgħu jippreżentaw il-kummerċjanti ta' prodotti bażiċi. Dawk ir-riskji jistgħu jirriżultaw minn numru ta' sorsi, b'mod partikolari:
|
1.3 |
Il-BĊE s'issa ma identifika ebda indikazzjoni konkreta ta' riskju sistemiku maħluq minn kummerċjanti ta' prodotti bażiċi li jagħmilha strettament neċessarja f'dan l-istadju li titneħħa l-eżenzjoni għal rekwiżiti li jikkonċernaw skoperturi kbar u fondi proprji li japplikaw fil-preżent. Kummerċjanti ta' komoditajiet attivi fl-Ewropa huma ġeneralment inqas ingranati u għandhom strutturi kapitali aktar reżiljenti minn banek. Huma, tipikament, għandhom proporzjonijiet ta' assi għall-ekwità relattivament baxxi u ma jidhrux li jinvolvu ruħhom fi trasformazzjonijiet ta' maturità u likwidità bħall-banek. Barra minn hekk, rabtiet mas-sistema bankarja permezz ta' dejn u rati ta' inadempjenza relatati jidhru li huma pjuttost limitati; L-iskopertura diretta tal-banek għall-kummerċjanti ta' komoditajiet tidher li hija relattivament minuri, u ttaffi r-riskji potenzjali ta' kontaġju. Finalment, minkejja t-tkabbir konsiderevoli tas-swieq tad-derivattivi ta' prodotti bażiċi matul dawn l-aħħar 15-il sena, m'hemm l-ebda evidenza konklużiva li l-kummerċ f'derivattivi ta' prodotti bażiċi għandu effetti negattivi fuq is-sistema finanzjarja aktar wiesgħa. Madankollu, analiżi dettaljata tal-impatt tidher li hija pass neċessarju sabiex tittieħed l-aktar deċiżjoni xierqa fir-rigward tat-tneħħija jew l-estensjoni temporanja tal-eżenzjoni. B'mod partikolari, għandha tingħata kunsiderazzjoni lil kwistjonijiet ta' kundizzjonijiet ġusti relatati ma' istituzzjonijiet ta' kreditu li jinnegozjaw prodotti bażiċi. |
1.4 |
L-eżenzjoni għandha tabilħaqq tkun biss ta' natura temporanja. Il-Kummissjoni Ewropea hija mistennija li tippreżenta proposta għal reviżjoni komprensiva tar-regolazzjoni prudenzjali ta' ditti ta' investiment. Ir-raġunament u l-objettiv ta' estensjoni temporanja tal-eżenzjoni għandhom ikunu llimitati għall-evitar ta' bidliet regolatorji sinifikanti qabel dik ir-reviżjoni komprensiva, li għandha ssir kemm jista' jkun malajr. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Marzu 2016.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) COM(2015) 648 finali.
(2) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 007 P. 263 - 306).
(3) Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE tal-10 ta’ Mejju 1993 dwar servizzi ta’ investiment fil-qasam ta’ titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 002 P. 43 - 62)
(4) Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ April 2016
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Greċja, l-Ungerija u l-Iżvezja
(2016/C 130/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati ppreżentata lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Frar 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mid-29 ta’ Frar 2016 sat-28 ta’ Frar 2019. |
(2) |
Il-gvernijiet tal-Greċja, l-Ungerija u l-Iżvezja ppreżentaw aktar nomini għal diversi postijiet li jridu jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma maħturin bħala membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2019:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
Greċja |
Is-Sur Ioannis KONSTANTAKOPOULOS |
Is-Sinjura Aggeliki MOIROU Is-Sur Georgios GOURZOULIDIS |
Żvezja |
Is-Sinjura Erna ZELMIN-EKENHEM |
Is-Sinjura Boel CALLERMO Is-Sinjura Anne-Sofie DALENG |
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
Greċja |
Is-Sur Ioannis ADAMAKIS |
Is-Sur Andreas STOIMENIDIS Is-Sur Alexandros KOMINIS |
Ungerija |
Is-Sur Károly GYÖRGY |
|
Żvezja |
Is-Sinjura Christina JÄRNSTEDT |
Is-Sinjura Karin FRISTEDT Is-Sinjura Elise-Marie DONOVAN |
III. RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
Greċja |
Is-Sur Christos KAVALOPOULOS |
Is-Sinjura Anastasia AVLONITOU Is-Sur Antonis MEGOULIS |
Ungerija |
Is-Sinjura Ágnes BODNÁR |
Is-Sinjura Melinda GÁL PARRAGHNÉ |
Żvezja |
Is-Sinjura Bodil MELLBLOM |
Is-Sur Ned CARTER Is-Sinjura Cecilia ANDERSSON |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ April 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
M.H.P. VAN DAM
(1) ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 79, 1.3.2016, p. 1).
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran
(2016/C 130/03)
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament (UE) Nru 359/2011 (2).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
General Secretariat |
DG C 1C - Horizontal Issues Unit |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 359/2011.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).
Data personali tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(2) ĠU L 100, 14.4.2011, p. 1.
(3) ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.
Il-Kummissjoni Ewropea
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/6 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-12 ta’ April 2016
(2016/C 130/04)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1396 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
123,44 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4434 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,79840 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,2138 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0874 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3515 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,030 |
HUF |
Forint Ungeriż |
311,38 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2923 |
RON |
Leu Rumen |
4,4708 |
TRY |
Lira Turka |
3,2274 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4882 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4674 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8371 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6540 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5354 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 302,88 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
16,7396 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,3632 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,4890 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 917,84 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4273 |
PHP |
Peso Filippin |
52,517 |
RUB |
Rouble Russu |
75,6167 |
THB |
Baht Tajlandiż |
39,943 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,0034 |
MXN |
Peso Messikan |
20,0248 |
INR |
Rupi Indjan |
75,6680 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/7 |
Lista ta’ awtoritajiet nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli
(2016/C 130/05)
Stat Membru |
Isem l-Organizzazzjoni |
AT |
Risiko-Informations und Analysezentrum |
BE |
Douane |
BG |
Агенция Митници |
CY |
Τελωνειο Λαρνακας Τελωνειο Λεμεσου Τελωνειο Λευκωσιας Τελωνειο Παφου Τομεας Διερευνησεων Αρχιτελωνειο Τμημα Τελωνειων Τομεας Πληροφοριων και Αναλυσης Κινδυνου Αρχιτελωνειο |
CZ |
General Directorate of Customs |
DE |
Zollkriminalamt |
DK |
SKAT |
EE |
Teabeosakond - Maksu- ja Tolliamet |
ES |
Departamento de Aduanas e II.EE. |
FI |
Tulli, Valvontaosasto |
FR |
Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières |
GR |
Διεύθυνση Στρατηγικής Τελωνειακών Ελέγχων και Παραβάσεων |
HR |
Sustav upravljanja rizicima |
HU |
Nemzeti Adó- és Vámhivatal Központi Irányítás Rendészeti Főosztály |
IE |
Customs Division, Risk Management unit, Intelligence Support Unit, Mutual Assistance unit, Central Intelligence & Drugs Law Enforcement, National Drugs Team |
LT |
Muitinės kriminalinė tarnyba Vilniaus teritorinė muitinė Kauno teritorinė muitinė Klaipėdos teritorinė muitinė |
LU |
Service analyse de risques |
LV |
Latvijas Republikas Valsts ieņēmumu dienests, Muitas pārvalde, Latvijas Republikas Valsts ieņēmumu dienests, Muitas policijas pārvalde |
MT |
Dipartiment tad-Dwana — Malta |
NL |
Douane Informatie Centrum |
PL |
Izba Celna w Katowicach |
PT |
Direcção de Servicos Antifraude Aduaneira |
RO |
Agenția Națională de Administrare Fiscală - Direcția Generală a Vămilor |
SE |
Tullverket |
SI |
Finančna uprava Republike Slovenije |
SK |
Kriminálny úrad finančnej správy Slovenskej republiky |
UK |
BF Intelligence & Analytics Team RIS A&I HM Revenue & Customs UK HMRC NCU UK Border Force BFNIH RIS OPS Felixstowe Dover Project Tiger Intelligence Bureau London Southampton |
European Commission |
DG OLAF |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7858 — INEOS/partijiet minn Celanese)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 130/06)
1. |
Fl-1 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha INEOS Europe AG (“INEOS”, l-Isvizzera), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet minn Celanese Sales Germany GmbH (“Celanese” il-Ġermanja), jiġifieri n-negozju Ewropew ta’ Celanese fl-aċetat tal-n-butil (“CBB”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ assi. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal INEOS: manifattur dinji ta’ petrokimiċi, kimiki speċjalizzati u prodotti miż-żejt. — għal Celanese: attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ varjetà ta’ prodotti kimiċi bħal tal-kimika intermedja (pereż., l-aċetat ta’ n-butil, aċtu aċetiku), polimeri tal-emulsjoni (pereż., kopolimeri tal-aċetat tal-vinil), ingredjenti tal-ikel (pereż., l-aċesulfam tal-potassju) u materjali ffabbrikati (pereż., poliesteri termoplastiċi), ikkummerċjalizzati fiż-ŻEE, fil-Lvant Nofsani, fl-Afrika ta’ Fuq u fir-Russja. — għal CBB: tikkonsisti fil-kuntratti kummerċjali eżistenti tal-aċetat n-butil ma’ klijenti fiż-ŻEE, bl-esklużjoni ta’ assi tal-manifattura. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7858 — INEOS/partijiet minn Celanese, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7941 — Saint-Gobain Glass France/Corning/JV)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 130/07)
1. |
Fis-6 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċieva avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Compagnie de Saint-Gobain SA (Franza) u Corning Incorporated (l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunt (joint control, JV). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Saint-Gobain: materjali innovattivi (fosthom ħġieġ ċatt), prodotti tal-kostruzzjoni, u distribuzzjoni ta' materjali tal-bini; — għal Corning: ħġieġ ta' speċjalità, ċeramika, u fiżika ottika għall-użu f'firxa wiesgħa ta' industriji. L-oqsma prinċipali ta' attivitajiet ta' Corning huma l-ħġieġ ċatt għall-applikazzjonijiet ta' wiri u kopertura għall-użu fl-elettronika għall-konsumatur; fibra ottika, kejbil, ħardwer u tagħmir relatat għal netwerks ta’ komunikazzjoni; bastimenti għall-applikazzjonijiet ta' riċerka u skoperta tal-mediċini fl-industrija tax-xjenzi tal-ħajja; tubi farmaċewtiċi; filtri taċ-ċeramika u s-sustrati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn magni li jaqbdu; u teknoloġiji avvanzati tal-ħġieġ għal applikazzjonijiet ġodda; — għall-JV (l-impriża konġunta): l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi ta' glazing illaminat ħafif għall-industrija tal-karozzi li jinkludu mill-inqas saff wieħed ta’ ħġieġ b’saff irqiq ta’ kompożizzjoni ta' aluminosilikat. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7941 — Saint-Gobain Glass France/Corning/JV, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7959 — APG/DV4/QDREIC/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2016/C 130/08)
1. |
Fil-5 ta’ April 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi APG Strategic Real Estate Pool (“APG”, il-Pajjiżi l-Baxxi), DV4 Limited (“DV4”, il-Gżejjer Virgin Brittaniċi) u Qatar Diar Real Estate Investment Company (“QDREIC”, il-Qatar), proprjetà kollha kemm hi tal-Awtorità tal-Investiment tal-Qatar, jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) maħluqa ġdida attiva fis-settur tal-proprjetà immobbli fi Greater London (“JV”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal APG: depożitarju għal fond ta’ investiment fejn is-sid benefiċjarju aħħari huwa Stichting Pensioenfonds ABP, organizzazzjoni li tamministra l-pensjonijiet u li tispeċjalizza fil-qasam tal-pensjonijiet kollettivi fis-settur pubbliku, — għal DV4: fond ta’ investiment fil-proprjetà immobbli, — għal QDREIC: kumpanija tal-investiment u l-iżvilupp ta’ proprjetà immobbli, — għall-JV (l-impriża konġunta): is-sjieda, l-iżvilupp, il-ġestjoni u l-kiri ta’ proprjetà immobbli residenzjali f’siti qrib l-istazzjon tal-ferrovija Elephant & Castleu l-Olympic Park, fi Greater London. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7959 — DV4/APG/QDREIC/JV, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
13.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 130/12 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2016/C 130/09)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed jopponi għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEORAFIKA PROTETTA
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“NOIX DE GRENOBLE”
Nru tal-UE: FR-PDO-0217-01295 — 29.12.2014
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Grupp applikanti u interess leġittimu
Comité interprofessionnel de la Noix de Grenoble (CING) |
Les Colombières |
38160 Chatte |
FRANCE |
Tel. +33 476640664 |
Fax +33 476640740 |
Posta elettronika: cing@aoc-noixdegrenoble.com |
Is-CING hija assoċjazzjoni stabbilita skont il-liġi tal-1 ta’ Lulju 1901. Għandha interess leġittimu biex tippreżenta l-applikazzjoni u tikkonsisti minn madwar 1 000 operatur (produtturi, spedituri u imballaturi).
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Franza
3. Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
— |
☐ |
Isem il-prodott |
— |
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
— |
☒ |
Żona ġeografika |
— |
☒ |
Prova tal-oriġini |
— |
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
— |
☐ |
Rabta |
— |
☒ |
Tikkettar |
— |
☒ |
Oħrajn [rekwiżiti nazzjonali, aġġornament tad-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi ta’ kontroll, bidliet editorjali oħra] |
4. Tip ta’ emenda/i
— |
☐ |
Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
— |
☒ |
Emenda fl-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex titqies bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
5. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott:
Wara s-serje ta’ analiżi organolettika mwettqa mill-1997 ‘il hawn għal din id-denominazzjoni tal-oriġini u wara l-ħidma ta’ karatterizzazzjoni mwettqa mill-Università ta’ Suze la Rousse, żdiedu d-deskritturi tal-karatteristiċi organolettiċi tan-“Noix de Grenoble” li ġejjin:
— |
il-qalba tal-ġewża hija soda u mlaħħma, |
— |
kulur li jagħti fil-kannella ċar, |
— |
ħjiel ta’ togħma morra u b’aromi tal-ġellewż u tal-ħobż frisk. |
Żona ġeografika:
Ġew ippreċiżati l-istadji li jridu jitwettqu fiż-żona: l-istadji kollha mill-produzzjoni tal-ġewż sal-ippakkjar.
Iż-żona ġeografika ġiet estiża għall-muniċipalità ta’ Drôme: “Saint-Donat-sur l’Herbasse”, biswit iż-żona, fuq rapport ta’ espert li juri li din il-muniċipalità tikkonforma mal-kriterji ta’ demarkazzjoni taż-żona ġeografika ta’ din id-denominazzjoni. Fost il-kriterji relatati mal-fatturi naturali, wieħed jinnota: klima b’xejra kontinentali, altitudni ta’ inqas minn 600 m, ħamrija li tiffavorixxi l-iżvilupp tas-siġar tal-ġewż, kontinwità maż-żona ġeografika, u fost il-kriterji li għandhom x’jaqsmu ma’ fatturi umani: attività żviluppata tal-kultivazzjoni tal-ġewż, li influwenzat il-pajsaġġ, rabtiet mas-settur “Noix de Grenoble”, prattiki ta’ kultivazzjoni u ta’ trattament tal-frott wara l-ħsad li huma simili għal dawk użati fiż-żona ġeografika.
L-ispeċifikazzjoni oriġinarjament kienet tirreferi għal żona ġeografika li tikkonsisti minn 257 muniċipalità. Din iċ-ċifra ma kinitx korretta. Iż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini “Noix de Grenoble” kienet inizjalment deskritta biss fil-cantons fit-testi li jiddefinixxu d-denominazzjoni. Madankollu, il-cantons jevolvu b’mod regolari, u l-fruntieri tagħhom jinbidlu: xi muniċipalitajiet li oriġinarjament kienu jiffurmaw parti mill-cantons taż-żona ġeografika ma ġewx rikonoxxuti minħabba f’hekk. Riċerka dettaljata tal-bażi tal-cantons storiċi wriet li ż-żona, li baqgħet l-istess minn mindu saret ir-reġistrazzjoni inizjali fl-1996, hija magħmula minn 260 muniċipalità (flimkien mal-muniċipalità ċitata hawn fuq), li issa huma elenkati fl-ispeċifikazzjoni.
Il-proċedura tal-identifikazzjoni tal-biċċiet ta’ art, imsemmija fil-parti “Metodu ta’ produzzjoni” (li għad-DOP “Noix de Grenoble” ilha mill-1996) u li ssir biex tiżgura li l-biċċiet ta’ art użati jissodisfaw il-kriterji marbuta mal-post tat-tħawwil, ġiet deskritta f’aktar dettall f’din it-taqsima.
Prova tal-oriġini
Minħabba l-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, it-taqsima msejħa “Evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika” ġiet ikkonsolidata u tinkludi fost l-oħrajn l-obbligi tad-dikjarazzjoni u taż-żamma ta’ reġistri relatati mat-traċċabbiltà tal-prodott u mal-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.
F’dan il-kuntest, b’mod partikolari hija prevista awtorizzazzjoni tal-operaturi li tirrikonoxxi l-abbiltà tagħhom li jissodisfaw l-esiġenzi tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni li minnha qed jistennew li se jibbenefikaw, li tinħareġ minn korp ta’ kontroll, akkreditat u approvat mill-INAO. Din l-awtorizzazzjoni u l-kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP “Noix de Grenoble” isiru skont pjan ta’ kontroll imħejji mill-korp ta’ spezzjoni.
L-elementi b’rabta mal-istorja ġew ittrasferiti għat-taqsima “rabta mal-oriġini” (tal-ispeċifikazzjonijiet).
Metodu ta’ produzzjoni
— Varjetajiet għad-dakra:
Sabiex tkun regolata l-preżenza ta’ varjetajiet li jiddakkru, huwa ppreċiżat li fl-imsaġar huma awtorizzati 5 % tas-siġar tal-varjetajiet għad-dakra. Il-frott ta’ dawn is-siġar ma jibbenefikax minn denominazzjoni tal-oriġini.
— Densità ta’ tħawwil:
Sabiex din id-dispożizzjoni tissaħħaħ, tneħħiet il-possibbiltà ta’ siġar żgħar (anqas minn 12-il sena) b’densità ta’ iktar minn 100 siġra/ettaru. Ġie speċifikat ukoll il-metodu għall-kalkolu tal-erja minima għal kull siġra: l-erja minima ta’ 100 m2 għal kull siġra tinħadem billi tiġi multiplikata d-distanza ta’ bejn il-fillieri b’dik tal-ispazji bejn is-siġar.
— Kultivazzjoni simultanja:
Sabiex ikun żgurat li l-imsaġar jiġu ġestiti skont il-ħtiġijiet tas-siġar tal-ġewż, qed ġie ppreċiżat li l-kultivazzjoni intermedja tista’ ssir biss sa 5 snin wara t-tħawwil (jiġifieri qabel ma tinbeda l-produzzjoni tas-siġar tal-ġewż).
— Ħaxix:
Il-ħaxix fil-ħamrija fi żmien il-ħsad tal-ġewż matur, fil-ħarifa jtejjeb il-kwalità tal-prodott lest (il-kwalità sanitarja, il-kulur tal-ġewża). Għalhekk żdiedet id-dispożizzjoni li ġejja li l-preżenza tal-ħaxix fl-imsaġar misqija hija obbligatorja:
“fl-imsaġar misqija, il-preżenza tal-ħaxix, miżrugħ jew le, hija obbligatorja mill-1 ta’ Settembru ta’ kull sena, u dan mis-sitt sena wara dik tat-tħawwil. Din il-veġetazzjoni tista’ titneħħa fir-rebbiegħa.”
Din id-dispożizzjoni ddaħħlet biss għall-imsaġar li jiġu misqija, fejn il-ħaxix ma jikkompetix mas-siġar għall-ilma. It-tkabbir tal-ħaxix mhuwiex possibbli fiż-żoni l-aktar niexfa.
— Żabra:
Is-siġra tinżabar għall-formazzjoni sa meta jkollha madwar 10 snin.
Iż-żabra ssir b’mod li s-siġra tibqa’ tarmi l-frott kull sena u li jibqa’ jilħaqha biżżejjed dawlbilli, fil-varjetajiet tradizzjonali, il-blanzuni tal-frott ikunu fit-truf tal-friegħi ta’ dik is-sena.
Meta ssir regolarment, iż-żabra ssaħħaħ is-siġar u timpedixxi t-tkabbir ta’ ġewż żgħir. L-għan huwa li l-friegħi jew il-partijiet ta’ friegħi żejda (pereżempju r-rimjiet) jiġu eliminati għalkollox, u hekk is-siġra tkun imdawla iktar. L-operazzjonijiet taż-żabra jkunu moderati.
Il-kunċett taż-żabra tal-friegħi miz-zokk, li jirreferi għal żabra ġeneralment ħarxa fejn jinqatgħu friegħi sħaħ jew fejn jinqerdu partijiet sostanzjali, ma jidhirx adattat. Il-kunċett taż-żabra ta’ manutenzjoni jew dak ta’ fruttifikazzjoni huwa aktar adattat.
Il-kunċett taż-żabra tal-friegħi miz-zokk għalhekk ġie sostitwit bil-kunċett taż-żabra ta’ manutenzjoni:
“Is-siġar tal-ġewż jinżabru għall-manutenzjoni tal-inqas kull tliet snin.”
— Tisqija:
It-tisqija tippermetti li l-livell ta’ produzzjoni ikun regolarizzat u anki biex jinkiseb ġewż ta’ kwalità b’rabta mar-rekwiżiti tas-suq.
Matul staġun tal-veġetazzjoni, is-siġra tal-ġewż tgħaddi minn stadji differenti ta’ żvilupp li matulhom in-nuqqas ta’ ilma jista’ jipperikola l-ħsad ta’ dik is-sena (fil-kwantità kif ukoll fil-kwalità), il-ħsad tas-snin ta’ wara, u t-tul ta’ ħajja tal-masġar.
In-nuqqas ta’ ilma f’Ġunju jipperikola d-daqs tal-frott u t-tkabbir veġetattiv. F’Lulju, in-nixfa twassal biex il-blanzuni tal-frott jiffurmaw ħażin (il-frott jinħasad is-sena ta’ wara) u l-istess jiġri lill-ġewża (dan jaffettwa l-kwalità tal-ħsad ta’ dik is-sena). Fl-aħħar nett, f’Awwissu u f’Settembru, tisqija ħażina thedded il-kwalità tal-qalba tal-ġewża u ma tippermettix il-formazzjoni tal-friegħi ta’ dik is-sena fi zkuk. Barra minn hekk, żmien twil ta’ nixfa jirriżulta f’utilizzazzjoni ħażina tal-elementi fertilizzanti meħtieġa għall-iżvilupp tajjeb tal-organi differenti tas-siġra.
Għaldaqstant l-emenda hi maħsuba li tawtorizza t-tisqija u li tħassar id-data ta’ meta tintemm it-tisqija għaliex bis-saħħa ta’ tisqija iktar fit-tul se tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ġewża:
“It-tisqija hija permessa matul il-perjodu veġetattiv tas-siġra tal-ġewż, u anki sal- ħsad, u dan biex jiġi evitat li l-ġewża tinxef u hekk tiġi żgurata l-kwalità tal-ġewża finali.”
It-tisqija fuq il-weraq tibqa’ pprojbita, l-aktar minħabba li mhix effiċjenti u minħabba li tirrikjedi ħafna ilma.
— Nutrijenti għall-ħamrija:
Billi l-ġewż jinġabar minn fuq il-ħamrija, l-użu ta’ materjal organiku ta’ oriġini mhux agrikola huwa rregolat: żdiedet għalhekk dispożizzjoni fl-ispeċifikazzjoni. Kull żieda ta’ materjal organiku ta’ dan it-tip għandha tiġi analizzata bir-reqqa u għandha titwaqqaf minnufih.
L-użu ta’ regolaturi tat-tkabbir jibqa’ pprojbit. Ġie ċċarat ukoll li l-attivaturi tal-maturazzjoni kienu pprojbiti.
— Ħsad:
Ġew speċifikati r-regoli biex tiġi stabbilita data tal-ħsad li tikkorrispondi mal-aqwa fażi ta’ maturazzjoni tal-ġewż: il-maturazzjoni tajba tal-ġewż tfisser li l-ħsad isir meta l-ġewża tkun soda u titqaxxar b’mod faċli. Barra minn hekk, il-parti ċentrali interna tkun kompletament kannella fi 80 % tas-siġar tal-ġewż konċernati.
Minbarra dan, ġie ppreċiżat li huwa d-Direttur tal-INAO, l-awtorità kompetenti, li jistabbilixxi meta jibda l-perjodu tal-ħsad (fil-livell kollettiv) fuq proposta tal-konsorzju u wara analiżi tal-ġewż matur.
— Rendiment:
Biex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tat-traċċabbiltà u tal-volumi, ġiet introdotta l-medja tal-livellmassimu ta’ rendiment minn kull ettaru tal-azjenda, koerenti mal-potenzjal tal-kultivazzjoni tradizzjonali lokali tal-ġewż: “Il-medja tar-rendiment nett tal-imsaġar tal-azjenda ma tistax taqbeż l-4 tunnellati għal kull ettaru f’ekwivalenti ta’ ġewż niexef.”.
— Ħżin wara l-ħsad:
Billi dan l-istadju huwa importanti ħafna għall-kwalità finali tal-ġewż, ġie ppreċiżat huwa wkoll.
Għalhekk żdied dan li ġej: “Għall-ġewż li jkun għadu kif inħasad u li jkun se jiġi mnixxef, it-tnixxif għandu jibda kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar minn 36 siegħa wara l-ħsad.”
— Tnixxif:
Fl-intestatura “Le séchage des noix: guide pratique/CTIFL — Septembre 1993”, huwa ppreċiżat li t-temperatura massima ta’ tnixxif ta’ 30 °C hija kompatibbli mal-varjetajiet l-aktar fraġli tal-ġewż. Dan jiggarantixxi t-tnixxif rapidu u effikaċi tal-ġewż mingħajr ma tiġi affettwata l-kwalità tiegħu.
Ġie ppreċiżat li t-temperatura massima tat-tnixxif tkun dik ta’ 30 °C.
— Ħżin tal-ġewż:
Iddaħħlu d-dispożizzjonijiet li ġejjin: “Il-ġewż frisk jiġi ppreservat fl-azjendi tal-operaturi tal-issortjar, tal-ikkalibrar u tal-ippakkjar f’temperatura ta’ bejn 1° u 5 °C u f’livell ta’ umdità ta’ bejn 80 u 95 %.
Mill-31 ta’ Marzu tas-sena wara dik tal-ħsad, il-ġewż niexef jiġi ppreservat qabel l-ippakkjar f’temperatura li ma taqbiżx 8 °C u f’umdità ta’ bejn 60 u 75 %.”
Dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu l-preservazzjoni tal-ġewż filwaqt li jiġu ppreservati wkoll il-kwalitajiet organolettiċi u batterjoloġiċi.
— L-ippakkjar:
Għall-preservazzjoni mtejba tal-karatteristiċi tal-ġewż, iddaħħlu d-dispożizzjonijiet dwar l-organizzazzjoni tal-issortjar u, tal-ippakkjar, dwar id-daqs massimu tal-kontenut, in-natura tal-kontenut u d-dati ta’ skadenza għall-konsenja tal-ġewż tad-denominazzjoni tal-oriġini barra ż-żona ġeografika.
Huwa ppreċiżat li “L-operazzjonijiet tal-issortjar u tal-ippakkjar iridu jsiru fl-istess post, u fi proċess wieħed, mingħajr ħżin intermedju.” L-implimentazzjoni ta’ dawn l-istadji fi proċess wieħed twassal biex il-frott ma jiġix manipulat bosta drabi fuq xulxin, u hekk jiġi evitat li l-ġewż jitkisser u jitfarrak.
“Il-materjali użati għall-ippakkjar tal-ġewż ikunu ġodda u nodfa u ta’ tali kwalità li ma jikkawżawx alterazzjoni esterna jew interna fil-prodott.”
“Il-ġewż niexef jiġi ppakkjat f’imballaġġi ta’ massimu ta’ 25 kg.
Il-ġewż frisk jiġi ppakkjat f’imballaġġi ta’ massimu ta’ 10 kg.
Għall-ġewż frisk huwa awtorizzat biss l-ippakkjar f’boroż bit-toqob jew fi krejts miftuħin.”
“Il-ġewż jista’ jitqiegħed fis-suq bid-denominazzjoni tal-oriġini ‘Noix de Grenoble’ sa mhux aktar tard:
— |
minn xahrejn wara dakinhar li jibda l-ħsad fil-każ tal-ġewż frisk; |
— |
mill-31 ta’ Diċembru tas-sena wara dik tal-ħsad fil-każ tal-ġewż niexef.” |
Barra minn hekk, ġiet ikkonfermata l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ġewż li ma jkollux l-imballaġġ tal-oriġini, billi din id-dispożizzjoni ilha tapplika għal bosta snin f’dan is-settur.
— Il-kwalità tal-ġewż
Minkejja l-attenzjoni li tingħata waqt l-operazzjonijiet tal-issortjar u tal-ikkalibrar, xorta waħda jista’ jiġi ppakkjat ċertu frott li ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti. Barra minn hekk, ġie ppreċiżat li dan li ġej huwa aċċettabbli:
— |
sa 5 %, fl-għadd, ta’ ġewż fil-qoxra li jappartjeni għal varjetajiet oħra barra dawk awtorizzati għad-denominazzjoni tal-oriġini, |
— |
sa 5 %, fl-għadd, ta’ ġewż fil-qoxra ta’ daqs inferjuri għal 28 mm, |
mingħajr ma dawn flimkien jikkostitwixxu aktar minn 7 % tat-total.
Bil-għan li jiġi żgurat il-livell ta’ kwalità tal-prodotti, għall-kummerċjalizzazzjoni tal-ġewż fil-qoxra, l-ispeċifikazzjoni tad-DOP “Noix de Grenoble” tinkorpora l-livelli ta’ kwalità marbuta mal-kategorija I tal-istandard CEE ONU.
L-ispeċifikazzjonijiet stabbilew ukoll limitu għad-difetti kumulattivi għal kull lott ġewż, sabiex ma jkunx hemm valutazzjoni kumulattiva tagħhom.
Madankollu, globalment, il-lottijiet ta’ “Noix de Grenoble” niexef ma jistax ikollhom aktar minn perċentwal ta’ 10 % ta’ ġewż bid-difetti fil-qoxra tagħhom jew fil-parti li tittiekel (12 % għall-ġewż frisk).
— Ġustifikazzjoni għall-ippakkjar fiż-żona ġeografika
Sal-lum in-“Noix de Grenoble” jiġi ppakkjat fiż-żona ġeografika jew fil-viċinanza immedjata tagħha. L-ispeċifikazzjonijiet jiċċaraw dan il-punt billi jintroduċu, b’mod espliċitu, l-obbligu tal-ippakkjar tal-ġewż fiż-żona ġeografika.
L-elementi li ġejjin jiġġustifikaw l-obbligu tal-ippakkjar fiż-żona ġeografika
Biex tiġi ppreservata l-kwalità finali tad-denominazzjoni tal-oriġini “Noix de Grenoble”, xieraq li jkun hemm limitu fuq il-manipulazzjoni tal-ġewż. Fil-fatt, hemm ir-riskju li l-qoxra li tipproteġi l-parti tal-ġewż li tittiekel, tiddeterjora minħabba d-daqqiet li tieħu (ġewż li jitfarrak jew li jinkiser meta jinħatt fil-karrijiet).
Il-problemi marbuta mal- manipulazzjoni tal-ġewż, lill-operaturi tas-settur jinkwetawhom bil-kbir. Billi l-ħsad huwa mekkanizzat, jeħtieġ li l-manipulazzjoni ta’ wara l-ħsad tkun limitata kemm jista’ jkun sabiex il-ġewż ma jitfarrakx u ma jinkisirx.
Waqt l-ispezzjonijiet li jsiru fuq il-prodott, ta’ sikwit jinstab ġewż imkisser jew imfarrak fil-lottijiet, minkejja l-prekawzjonijiet kollha li jkunu ttieħdu fl-operazzjonijiet tal-ikkalibrar, tal-issortjar jew tal-ippakkjar biex jiġi evitat li l-ġewż jaqa’ mill-għoli.
Sabiex il-manipulazzjoni tal-frott titnaqqas kemm jista’ jkun, l-operazzjonijiet tal-issortjar u tal-ippakkjar isiru fl-istess post fi proċess wieħed, mingħajr ħżin intermedju.
L-ippakkjar isir f’reċipjenti ta’ dimensjonijiet limitati (10 kg għall-ġewż frisk, 25 kg għall-ġewż niexef) bil-għan li l-prodott ma jitgħaffiġx.
Għaldaqstant, meta l-ġewż mhux ippakkjat jinħareġ ‘il barra miż-żona ġeografika biex ikompli jiġi ppakkjat hemmhekk, dan ikun ifisser żieda fil-manipulazzjoni li twassal biex il-ġewż jitkisser, jitfarrak u jitgħaffeġ.
Barra minn hekk, l-ippakkjar isir fiż-żona biex ikunu ppreservati l-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-ġewż. Fil-fatt jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għar-rekwiżiti marbuta mal-preservazzjoni tal-prodott
Għall-ġewż frisk: dan il-ġewż, li 20 % minnu huwa kkostitwit mill-ilma, huwa soġġett għad-dessikazzjoni. Għandu ħajja limitata u ma jistax jintbagħat ‘il barra miż-żona aktar tard minn xahrejn wara li jinbeda l-ħsad. Fl-ebda każ ma jista’ jiġi ttrasformat f’ġewż niexef. Id-data tal-ippakkjar tinkiteb fuq il-kontenitur biex il-konsumatur ikun infurmat aħjar. Għall-ħsad tal-ġewż fl-azjendi tal-operaturi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet rigorużi tat-temperatura u tal-umdità: temperatura ta’ bejn 1 u 5 °C, u livell ta’ umdità ta’ bejn 80 u 95 %.
Għall-ġewż niexef: dan għandu kompożizzjoni differenti minħabba li l-livell ta’ umdità ma jaqbiżx it-12 %, għalkemm xorta waħda hija enfasizzata il-kompożizzjoni importanti tiegħu f’lipidi (aċidi grassi): 66 %. Preservazzjoni ħażina tista’ twassal għall-ossidazzjoni tal-prodott: jiġifieri jitħassar. Għal din ir-raġuni, l-operaturi tal-issortjar u tal-ippakkjar iridu jippreservaw il-ġewż niexef wara l-31 ta’ Marzu (meta t-tempertura terġa’ tibda tielgħa) f’temperatura limitata għal 8 °C u f’livell ta’ umdità ta’ bejn 60 u 75 %. Dan il-prodott ukoll għandu ħajja limitata, minħabba li l-konsenja tal-ġewż niexef ‘il barra miż-żona ma tistax issir qabel il-31 ta’ Diċembru ta’ wara l-ħsad.
Dawn il-kriterji ta’ preservazzjoni jistgħu jiġu vverifikati b’mod preċiż biss wara kontroll bir-reqqa taħt is-superviżjoni tal-operaturi tal-issortjar u tal-ippakkjar li jinsabu fiż-żona ġeografika. Barra minn hekk, l-ispezzjoni li ssir fuq il-lottijiet tal-ġewż ippakkjat tiggarantixxi lil dak li jkun li jkun qed josserva l-kundizzjonijiet kollha tal-preservazzjoni.
In-nuqqas tal-obbligu tal-ippakkjar fiż-żona ġeografika iqajjem problemi oħra ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà.
Fil-fatt, il-ġewż huwa prodott li jista’ jiġi sostitwit b’ieħor. Ir-riskju huwa dovut għas-sura tawwalija tal-varjetà li tiġi prodotta fil-biċċa l-kbira fiż-żona ġeografika: il-Franquette, li tista’ tiġi faċilment imfixkla mal-ġewż prodott f’żoni ġeografiki oħrajn. Sabiex tiġi evitata l-konfużjoni, l-għarfien espert tal-operaturi lokali huwa fundamentali għat-twettiq tal-kontrolli fuq il-purità tal-varjetà. Barra minn hekk, id-denominazzjoni “Noix de Grenoble”, li ilha teżisti mill-1938, tgawdi reputazzjoni kbira u diġà sfat fil-mira ta’ bosta prattiki abbużivi fil-livell internazzjonali (il-Kanada, l-Istati Uniti tal-Amerika…). Il-possibbiltà li l-ippakkjar jew l-ippakkjar mill-ġdid jitħalla jsir barra miż-żona ġeografika tad-DOP “Noix de Grenoble” tista’ twassal għal frodi simili.
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika jippermetti li l-kontrolli tal-karatteristiċi tal-prodott isiru fuq il-ġewż ippakkjat. Fuq il-kontenituri jitwaħħlu l-istikers “Noix de Grenoble” imqassma mill-konsorzju lil kull operatur li jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni. Dawn għandhom iżommu rendikont ta’ kollox biex ikunu jistgħu jiġu stabbiliti l-volumi kummerċjalizzati bħala d-DOP “Noix de Grenoble”. Din is-sistema, li ilha fis-seħħ mill-1968, tipprovdi garanzija addizzjonali dwar in-nonsostituzzjoni tal-prodotti qabel ma jitqiegħdu fis-suq. In-“Noix de Grenoble” jiġi ppreżentat għall-bejgħ lill-konsumatur fl-imballaġġ li fih ikun ġie ppakkjat inizjalment.
Tikkettar:
Il-kliem fuq it-tikkettar ġie stabbilit b’mod li l-konsumatur ikun infurmat aħjar.
L-obbligu li titpoġġa r-referenza “denominazzjoni tal-oriġini kontrollata” jew “DOK” tħassar.
Għall-ġewż frisk, kien previst li dan jista’ jissejjaħ ukoll “ġewż bikri” b’mod li jikkonforma ma’ dak li jeżisti wkoll fis-suq tal-ġewż frisk.
Qed jiġi ppreċiżat li s-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea huwa obbligatorju.
Skont il-prassi li ilha mill-1968, titwaħħal stiker speċifika fuq it-tikkettar tan-“Noix de Grenoble”.
Dawn l-istikers jingħataw mill-konsorzju, mingħajr limitu, lil kull operatur li jirrispetta l-ispeċifikazzjoni. Huma ta’ kulur aħmar jgħajjat (referenza: Pantone 032) u b’dijametru minimu ta’ 3 cm għal kull imballaġġ.
Sabiex il-konsumatur ikun infurmat aħjar, it-tikkettar għandu jispeċifika wkoll:
— |
l-identità ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-konsenja: l-isem u l-indirizz jew is-simbolu tal-identifikazzjoni; |
— |
is-sena tal-ħsad; |
— |
id-data tal-ippakkjar, għalkemm din hija obbligatorja għall-ġewż frisk, u mhux għall-ġewż niexef; |
— |
fil-każ tal-ġewż frisk, waħda mill-frażijiet li ġejjin: “A consommer rapidement, à entreposer de préférence au frais” jew “Conservation très limitée, à entreposer au frais”. |
Affarijiet oħra
Deskrizzjoni tal-prodott:
Il-kjarifiki maħsuba biex il-prodott jiġi deskritt aħjar, li diġà jeżistu fit-taqsima “Metodu ta’ produzzjoni”, ġew ittrasferiti għal din it-taqsima:
— |
żieda tal-ismijiet tal-varjetajiet lokali endemiċi użati: Franquette, Mayette u Parisienne, |
— |
dettalji tal-kategoriji “ġewż niexef” u “ġewż frisk”, bil-livell ta’ umdità rispettivi tagħhom (minimu ta’ 20 % għall-ġewż frisk u massimu ta’ 12 % għall-ġewż niexef). |
Metodu ta’ produzzjoni: Varjetajiet u msaġar:
Minħabba l-obbligu tal-provenjenza tal-frott minn imsaġaridentifikati fiż-żona ġeografika fit-taqsima “żona ġeografika”; il-kjarifika korrispondenti tħassret minn din it-taqsima.
Rabta maż-żona ġeografika:
Din it-taqsima ġiet organizzata taħt tliet subintestaturi u ġiet ippreċiżata.
Referenzi dwar il-korp ta’ kontroll:
Żdiedu d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti ta’ kontroll biex jissostitwixxu dawk tal-korp ta’ kontroll; dan sar bil-għan li -ispeċifikazzjonijiet ma jkollhomx għalfejn jiġu emendati f’każ li jinbidel il-korp ta’ kontroll.
Rekwiżiti nazzjonali:
Minħabba bidliet leġiżlattivi u oħrajn fir-regolamenti nazzjonali, l-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” issa tinkludi tabella li fiha l-punti prinċipali li għandhom jiġu ċċekkjati, il-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodi tal-evalwazzjoni tagħhom.
DOKUMENT UNIKU
“NOIX DE GRENOBLE”
Nru tal-UE: FR-PDO-0217-01295 — 29.12.2014
DOP ( X ) IĠP ( )
1. Isem
“Noix de Grenoble”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Franza
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li l-isem fil-punt 1 japplika għalih
Il-ġewż li jikkwalifika għad-denominazzjoni “Noix de Grenoble” huwa ġewż fil-qoxra minn waħda minn dawn il-varjetajiet li ġejjin jew aktar: Franquette, Mayette, u Parisienne. Il-ġewż jista’ jkun frisk jew niexef.
Il-ġewż frisk huwa frott b’dijametru minimu ta’ 28 mm. Il-qalba tkun soda u ħoxna, tagħti fil-kannella ċar, titqaxxar faċilment u għandha livell ta’ umdità naturali ta’ 20 % jew ogħla.
Il-ġewż niexef huwa frott b’dijametru minimu ta’ 28 mm. Il-qalba tkun soda u ħoxna, tagħi fil-kannella ċar, għandha livell ta’ umdità naturali ta’ 12 % jew inqas.
Il-ġewż frisk jew niexef huwa karatterizzat minn ħjiel ta’ togħma morra, u b’aromi tal-ġellewż u tal-ħobż frisk.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Jintuża biss il-ġewż matur tal-varjetajiet li ġejjin: Franquette, Mayette, u Parisienne.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
L-operazzjonijiet kollha, mill-ħsad tal-ġewż sal-issortjar u l-ikkalibrar finali, jitwettqu fiż-żona ġeografika.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li l-isem japplika għalih
L-elementi li ġejjin jiġġustifikaw l-obbligu tal-ippakkjar fiż-żona ġeografika
Biex tiġi ppreservata l-kwalità finali tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Noix de Grenoble”, jeħtieġ li titnaqqas kemm jista’ jkun il-manipulazzjoni tal-ġewż billi hemm ir-riskju li l-qoxra li tipproteġi l-parti tal-ġewż li tittiekel, tiddeterjora minħabba d-daqqiet li tieħu (u l-ġewż jitfarrak u jitkisser).
L-operaturi tas-settur għalhekk inaqqsu kemm jista’ jkun il-manipulazzjoni ta’ wara l-ħsad. Għalhekk, l-operazzjonijiet tal-issortjar u tal-ippakkjar isiru fl-istess post f’proċess wieħed, mingħajr ħżin intermedju.
L-ippakkjar isir f’reċipjenti ta’ dimensjonijiet limitati (10 kg għall-ġewż frisk, 25 kg għall-ġewż niexef) bil-għan li dan jevita l-problemi ta’ tagħfiġ.
Il-konsenja tal-ġewż mhux ippakkjat tfisser għalhekk żieda fil-manipulazzjoni, li twassal biex il-ġewż jitkisser, jitfarrak u jitgħaffeġ.
Barra minn hekk, l-ippakkjar isir fiż-żona biex jiġu ppreservati l-karatteristiċi fiżikokimiċi tal-ġewż.
— |
Il-ġewż frisk, li 20 % minnu huwa kkostitwit minn ilma huwa soġġett għad-dessikazzjoni. Għandu ħajja limitata: jintbagħat ‘il barra miż-żona mhux aktar tard minn xahrejn wara l-bidu ta’ ħsad. Għall-ħsad tal-ġewż fl-azjendi tal-operaturi tal-ikkalibrar, tal-issortjar u tal-ippakkjar huma stabbiliti kundizzjonijiet rigorużi tat-temperatura u ta’ umdità |
— |
Il-ġewż niexef fih kompożizzjoni importanti ta’ lipidi (aċidi grassi): 66 %. Preservazzjoni ħażina tista’ twassal għall-ossidazzjoni tal-prodott. Huma stabbiliti kondizzjonijiet ta’ temperatura u ta’ umdità għall-ħżin ta’ dan il-ġewż fl-azjendi tal-operaturi li jwettqu l-ikkalibrar, l-issortjar u l-ippakkjar wara l-31 ta’ Marzu. Il-konsenja tal-ġewż niexef ‘il barra miż-żona ma tistax issir qabel il-31 ta’ Diċembru li jiġi wara l-ħsad. |
Dawn il-kriterji ta’ preservazzjoni jistgħu jiġu vverifikati b’mod preċiż biss wara spezzjoni bir-reqqa taħt is-superviżjoni tal-operaturi tal-issortjar u tal-ippakkjar, li jinsabu fiż-żona ġeografika, tal-ġewż ippakkjat.
In-nuqqas tal-obbligu tal-ippakkjar fiż-żona ġeografika iqajjem problemi oħra ta’ kontroll u ta’ traċċabbiltà.
Fil-fatt, il-ġewż huwa prodott li jista’ jiġi sostitwit b’ieħor. L-għarfien espert tal-operaturi lokali hija essenzjali biex tiġi vverifikata l-purità tal-varjetà. Barra minn hekk, id-denominazzjoni “Noix de Grenoble”, li ilha teżisti mill-1938, tgawdi reputazzjoni kbira u diġà sfat fil-mira ta’ bosta usurpi fil-livell internazzjonali. Il-possibbiltà li l-ppakkjar jew l-ippakkjar mill-ġdid jitħalla jsir barra miż-żona ġeografika tad-DOP “Noix de Grenoble” tista’ twassal għal frodi simili.
L-ippakkjar fiż-żona ġeografika jagħmilha possibbli biex jitwettqu kontrolli tal-karatteristiċi tal-prodotti fuq il-ġewż imballat. Fuq il-kontenituri jitwaħħlu l-istikers “Noix de Grenoble”, li tagħhom il-konsorzju jżomm il-kontijiet li jippermetti li jiġu stabbiliti l-volumi li tqiegħdu fis-suq. Din is-sistema, introdotta mill-1968, tipprovdi garanzija addizzjonali dwar in-nonsostituzzjoni tal-prodotti sal-kummerċjalizzazzjoni tagħhom. In-“Noix de Grenoble” jiġi ppreżentat għall-bejgħ lill-konsumatur fl-imballaġġ li fih ikun ġie ppakkjat inizjalment.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih qed tirreferi d-denominazzjoni
Minbarra l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta bil-liġi, it-tikketta fuq il-pakketti individwali jinkludi l-indikazzjonijiet li ġejjin, miġbura fuq l-istess naħa tal-imballaġġ, f’karattri li ma jitħassrux, li jinqraw b’mod ċar u viżibbli:
— |
id-denominazzjoni “Noix de Grenoble”; |
— |
is-simbolu DOP tal-Unjoni Ewropea. |
— |
Fejn ikun xieraq, il-kliem “ġewż frisk” jew “ġewż bikri”, fuq l-imballaġġ ta’ ġewż frisk, jew “ġewż niexef”. |
— |
B’mod fakultattiv jista’ wkoll isegwi l-kliem “denominazzjoni ta’ oriġini” f’ittri individwali, jew jitqiegħed qrib sew l-isem. |
— |
Il-kliem kollu għandu jkun stampat f’karattri li d-dimensjonijiet tagħhom ma għandhomx jaqbżu dawk tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Noix de Grenoble”; |
— |
l-istiker bin-numru jew bin-numru tal-kuntratt maħruġ mill-Comité Interprofessionnel de la Noix de Grenoble, bil-kulur aħmar jgħajjat (kulur ta’ referenza: Pantone 032) b’dijametru minimu ta’ 3 ċm għal kull tip ta’ imballaġġ; |
— |
l-identità ta’ min hu responsabbli mill-ippakkjar u/jew mill-konsenja: l-isem u l-indirizz jew is-simbolu tal-identifikazzjoni; |
— |
is-sena tal-ħsad; |
— |
għall-ġewż frisk:
|
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
L-operazzjonijiet kollha, mill-ħsad sal-ippakkjar fiż-żona ġeografika, jitwettqu fiż-żona ġeografika, li hija ristretta għar-reġjuni agrikoli naturali ta’ Grésivaudan, Chambarans u Bièvre.
Iż-żona tkopri 261 muniċipalità, 184 fl-Isère, 48 fid-Drôme u 29 f’Savoie.
Département de la Drôme:
Il-komuni kollha tal-cantons ta’ Bourg-de-Péage, Romans-sur-Isère, Romans-sur-Isère cantons 1 u 2, Saint-Jean-en-Royans.
Il-canton ta’ Le Grand-Serre: Il-muniċipalitajiet ta’ (Le) Grand-Serre, Montrigaud.
Il-canton de Saint-Donat-sur-l’Herbasse: Il-muniċipalità ta’ Saint-Donat-sur-l’Herbasse
Département de l’Isère
Il-muniċipalitajiet kollha tal-canton li ġejjin: Allevard, Domène, Échirolles, Échirolles-Est, Eybens, Fontaine-Sassenage, Fontaine-Seyssinet, Goncelin, Grenoble, Le Touvet, Meylan, Pont-en-Royans, Rives, Roybon, Saint-Égrève, Saint-Etienne-de-Saint-Geoirs, Saint-Ismier, Saint-Marcellin, Tullins, Vinay, Voiron.
Il-canton de La Côte-Saint-André: il-muniiċipalitajiet ta’ Balbins, (La) Côte-Saint-André, Faramans, Gillonnay, Ornacieux, Pajay, Penol, Saint-Hilaire-de-la-Côte, Sardieu,
Il-canton ta’ Le Grand-Lemps: il-muniiċipalitajiet ta’ Apprieu, Bévenais, Colombe, (Le) Grand-Lemps.
Il-canton ta’ Villard-de-Lans: Il-muniċipalitajiet ta’ Engins, Saint-Nizier-du-Moucherotte.
Département de la Savoie:
Il-muniċipalitajiet kollha tal-cantons ta’ Montmélian, (La) Rochette.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Speċifiċità taż-żona ġeografika
Fatturi naturali:
Iż-żona ġeografika hija limitata għar-reġjuni agrikoli u naturali ta’ Grésivaudan, ta’ Chambarans u ta’ Bièvre, tul il-Wied tal-Isère, li għandhom karatteristiċi speċifiċi li jagħmluhom partikolarment tajbin għall-kultivazzjoni ta’ ġewż ta’ kwalità.
It-temperatura medja annwali ta’ 10,5 °C f’madwar 300 m għoli hija ideali għaċ-ċiklu sħiħ u armonjuż tat-tkabbir tas-siġar tal-ġewż.
Il-preċipitazzjoni medja annwali ta’ bejn 800 u 1 100 mm tiggarantixxi provvista tal-ilma u umdità suffiċjenti; biżżejjed biex la tinfaqa’ l-ħamrija u lanqas ma jinġema’ wisq ċpar.
Ix-xtiewi kesħin (medja ta’ 65 jum ta’ ġlata fil-Punent taż-żona u 100 jum fil-Lvant) jirriżultaw fil-vernalizzazzjoni perfetta tas-siġar, prerekwiżit indispensabbli għal fjuritura regolari fir-rebbiegħa.
L-istaġun tax-xitwa għandu l-anqas preċipitazzjoni. Dan jevita milli l-ħamrija tinfaqa’ fir-rebbiegħa, xi ħaġa li kieku ttellef lis-siġar milli jerġgħu jkunu attivi.
Il-firxa tat-temperatura annwali (19-20 °C), karatteristika tal-influwenzi kontinentali, tippromwovi r-regolarità tal-istadji tar-riproduzzjoni.
Minn Awwissu, it-temperatura tinżel b’10 °C f’xahrejn. Il-maturazzjoni għalhekk hija regolari ferm, u s-siġar ma jerġgħux jibdew jikbru malajr — fil-każ kuntrarju ikunhemm effett negattiv fuq il-kwalità u r-reżistenza tal-friegħi żgħar.
L-inżul f’salt fit-temperatura minħabba l-influwenza tal-fotoperjodu u minħabba ż-żieda fl-umdità tal-arja jipprovoka l-frammentazzjoni tal-qoxra u s-siġar jibdew iwaqqgħu il-frott tagħhom malajr ħafna u b’mod omoġenju. Is-sinkronizzazzjoni taċ-ċiklu riproduttiv tkompli sal-fażi finali tagħha.
Il-ħarifa huwa dejjem l-istaġun l-aktar umdu u, bħala medja, Ottubru huwa x-xahar li fih tinżel l-aktar xita.
Fatturi umani:
Il-kultivazzjoni tal-ġewż fil-Wied tal-Isère hija antika ħafna. L-arkivji ta’ Grenoble fi tmiem is-seklu 11 jirreferu għall-ammonti mħallsa f’“sétiers” tal-ġewż, u l-kontijiet tas-sinjuri għas-sekli 14 u 15 jsemmu wkoll din il-produzzjoni.
L-iżvilupp tal-produzzjoni ta’ ġewż ta’ kwalità uniformi destinat għall-bejgħ seta’ jsir bis-saħħa tat-teknika tat-tilqim, żviluppata sa minn tmiem is-seklu tmintax. Il-pajsaġġ lokali huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ pjantaġġuni tal-ġewż u ta’ nixxiefa tradizzjonali.
L-iżvilupp ta’ din il-produzzjoni, fl-istess żmien tal-iżvilupp tal-mezzi tat-trasport, ippermetta li jintrebħu s-swieq Franċiżi iżda wkoll dawk Ingliżi u Amerikani. Qabel l-1900, il-produtturi tal-ġewż tal-villaġġ ta’ Rivière kienu diġà nġabru biex jikkordinaw l-isforzi tagħhom u jibdew jesportaw il-ġewż lejn l-Istati Uniti tal-Amerika
L-organizzazzjoni tal-professjoni kellha l-għan ukoll li tippromwovi l-prodott ta’ kwalità għolja, u li tipproteġih kontra l-abbuż mill-isem “Noix de Grenoble”. Iżda kien biss fl-1927 li twaqqfet il-Federazzjoni tat-Trejdjunjins tal-produtturi tan-“Noix de Grenoble” u fl-1938 inkisbet id-denominazzjoni tal-oriġini “Noix de Grenoble” (bid-digriet tas-17 ta’ Ġunju 1938).
Fattur ieħor fl-iżvilupp tal-ġewż huwa l-preżenza mill-bidu tas-seklu għoxrin tal-mixtliet lokali speċjalizzati fis-siġar tal-ġewż ta’ Vinay, Vif, Saint-Marcellin u wara l-1960, fil-muniċipalità ta’ Chatte. Iż-żamma fil-mixtliet ta’ dan l-għarfien espert jispjega parzjalment l-omoġeneità relattiva tal-imsaġar tal-frott tan-Noix de Grenoble. Din ir-riproduċibbiltà kostanti tal-kampjuni miksuba u r-regolarità tal-kwalità tal-ġewż li tirriżulta jikkontribwixxu għar-reputazzjoni tal-Wied tal-Isère fejn tidħol il-produzzjoni tal-ġewż. Ta’ min jinnota wkoll li ż-żona ġeografika hija l-post fejn ġew żviluppati diversi għodod speċifiċi adattati għall-ħsad tal-ġewż u t-tnixxif tiegħu.
Barra minn hekk, l-għażla ta’ varjetajiet indiġeni tat-tilqim adattati għal fatturi naturali fil-Wied tal-Isère għandha rwol prominenti fid-drawwiet lokali. It-tliet varjetajiet endemiċi li kienu l-bażi għar-rikonoxximent bħala denominazzjoni tal-oriġini protetta għall-1938 huma: il-Franquette, il-Mayette, u l-Parisienne.
Is-siġar jitkabbru f’imsaġar tal-frott b’densità ristretta: kull siġra għandu jkollha mill-inqas 100 m2. Is-siġar jinżabru għall-formazzjoni. Żabra kull sentejn jew sa 3 snin hija suffiċjenti sabiex tippermetti d-dawl tax-xemx jippenetra l-weraq.
Il-ġewż jinġabar meta jkun sar, jiġifieri meta l-parti ċentrali interna tkun kompletament kannella. Il-ġewż jiġi ssortjat, maħsul u mnixxef minnufih: it-tnixxif jibda mhux aktar tard minn 36 siegħa wara l-ħsad.
It-tnixxif tal-ġewż normalment isir permezz ta’ fluss ta’ arja moderatament sħuna (mhux aktar minn 30 °C) li tgħaddi fuq massa ta’ ġewż għat-tnixxif jew, fl-azjendi tal-produtturi ż-żgħar, bit-tnixxif naturali fuq pannelli.
Ladarba jinxef, il-ġewż jiġi kkalibrat. L-aġġustament tal-kalibraturi adattat skont il-karatteristiċi tal-varjetajiet tad-denominazzjoni, ftit jew wisq tawwalin, jippermetti l-għażla ta’ ġewż b’kalibru akbar minn 28 mm.
L-għażla finali tal-ġewż tippermetti li l-lottijiet ikun fihom inqas minn 10 % tal-frott b’difetti tal-qoxra/qalba (12 % fil-każ tal-ġewż frisk); dan eżatt qabel l-ippakkjar f’kontenituri ta’ daqs limitat li l-ġewż jiġi ppreżentat lill-konsumatur fihom, sabiex tkun iggarantita l-integrità tal-prodott.
Speċifiċitajiet tal-prodott
In-“Noix de Grenoble” għandu dijametru minimu ta’ 28 mm u jiġi fil-qoxra, frisk jew niexef. Il-qoxra hija nadifa u f’saħħitha u ma tippreżenta l-ebda difett li jista’ jaffettwa b’mod ħażin id-dehra ġenerali tal-prodott, il-kwalità, iż-żamma tal-kwalità u l-preżentazzjoni tiegħu.
Il-qalba hija soda u mlaħħma. Għandha kulur jagħti fil-kannella ċar.
Il-ġewż frisk jew niexef huwa karatterizzat minn ħjiel ta’ togħma morra, u minn aromi tal-ġellewż u tal-ħobż frisk.
Rabta kawżali
It-tħawwil tal-imsaġar tal-frott fil-Wied tal-Isère, bi klima relattivament umda u esposta għar-riħ, kien kompatibbli ferm mal-esiġenzi ewlenin tal-kultivazzjoni tal-ġewż u ffavorixxa l-iżvilupp tagħha.
L-għażla tal-ħamrija l-aktar favorevoli mill-perspettiva tal-kultivaturi tal-ġewż, kif ukoll it-tisqija regolari, jiggarantixxu l-produzzjoni regolari ta’ ġewż imlaħħam u ta’ kwalità.
L-inżul fit-temperaturi osservat fl-aħħar ta’ Awwissu jippermetti l-maturazzjoni bil-mod u regolari tal-frott.
Fil-Wied tal-Isère, ix-xita li tinżel fil-ħarifa ċertament ma tiffaċilitax il-ħsad, iżda essenzjalment tiggarantixxi l-finezza tan-Noix de Grenoble. Fil-fatt it-telf tal-ilma mill-qalba jiġri bil-mod, b’mod regolari u omoġenju. Dan huwa kemm minħabba l-ħxuna tal-qoxra kif ukoll minħabba l-livell għoli ta’ umdità. Il-pass kajman u r-regolarità tal-fenomenu jgħin biex ir-riżervi ma jintilfux malajr u anki biex il-lipidi jibqgħu intatti.
L-użu tal-varjetajiet lokali endemiċi (Franquette, Mayette, u Parisienne) ikkultivati fir-reġjun tagħhom, jippromwovi l-produzzjoni ta’ frott b’togħma rikka u tajba.
Il-prattiki ta’ kultivazzjoni, jiżguraw l-esponiment tajjeb għax-xemx tal-weraq tas-siġar, xi ħaġa li tgħin ferm fil-maturazzjoni tal-frott.
Il-frott jista’ jinħasad ukoll lejn l-aħħar ta’ Settembru, meta jkun immatura sew, minn data stabbilita kull sena wara li jkun sar studju kollettiv tal-maturità tal-ġewż f’setturi differenti (l-altitudni, il-ħamrija, eċċ.).
It-tnixxif f’temperatura moderata jikkostitwixxi intervent rapidu li jseħħ wara l-ħsad tal-ġewż matur, u dan, flimkien mal-issortjar u l-ħasil tiegħu, jagħmilha possibbli li jinkiseb ġewż b’saħħtu u nadif, bil-kulur tal-qalba jagħti fil-kannella ċar, ilkoll sinjali ta’ kwalità eċċezzjonali.
L-attenzjoni li tingħata waqt l-operazzjonijiet suċċessivi tal-ikkalibrar, tal-issortjar u tal-ippakkjar tippermetti l-preservazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tan-“Noix de Grenoble”.
Il-karatteristiċi naturali taż-żona ġeografika flimkien mal-għarfien espert tal-produtturi u tal-ispedituri għamluha possibbli li jinkiseb ġewż li jkun magħruf mad-dinja kollha.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCNoixDeGrenoble2015.pdf
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.