ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 127

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
9 ta' April 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 127/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7649 — Varo/Argos DSE/Vitol/Carlyle/Reggeborgh) ( 1 )

1

2016/C 127/02

Għadd kbir ta’ lmenti rreġistrati taħt ir-referenza CHAP(2015) 2880

2

2016/C 127/03

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra: L-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa proposti skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri kollha

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 127/04

Rata tal-kambju tal-euro

5

2016/C 127/05

Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006)  ( 1 )

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 127/06

Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 127/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

9

2016/C 127/08

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba magħmula minn Entità Kontraenti

12


 

Rettifika

2016/C 127/09

Addendum

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7649 — Varo/Argos DSE/Vitol/Carlyle/Reggeborgh)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 127/01)

Fil-21 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7649. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/2


Għadd kbir ta’ lmenti rreġistrati taħt ir-referenza CHAP(2015) 2880

(2016/C 127/02)

Il-Kummissjoni Ewropea rċeviet sensiela ta’ lmenti dwar l-allegata tassazzjoni diskriminatorja ta’ ħaddiema transkonfinali fis-Slovenja. Il-Kummissjoni rreġistrat dawn l-ittri taħt ir-referenza CHAP(2015) 2880.

Minħabba n-numru kbir ta’ lmenti li waslu dwar dan is-suġġett, u sabiex jiġi żgurat li l-persuni kkonċernati jingħataw risposta b’mod rapidu, filwaqt li tagħmel użu effiċjenti tar-riżorsi amministrattivi tagħha, il-Kummissjoni ppubblikat il-konferma tar-riċevuta f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 74 tas-26 ta’ Frar 2016, p. 26 u fuq l-Internet fuq http://ec.europa.eu/eu_law/complaints/receipt/index_en.htm, u qed tippubblika t-tweġiba tagħha bl-istess mod.

1.   L-ilmenti

L-ilmenti jikkonċernaw l-allegat livell sproporzjonat ta’ tassazzjoni fuq id-dħul fis-Slovenja għal ħaddiema transkonfinali li jirrisjedu fis-Slovenja u jaħdmu fl-Awstrija, li skont huma, jikser il-moviment liberu tal-persuni u tal-ħaddiema, li huwa ggarantit mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Huma jindikaw li għandhom iħallsu taxxa addizzjonali fuq id-dħul fis-Slovenja, avolja dawn kienu diġà ħallsu t-taxxa fuq id-dħul fl-Awstrija. L-ilmentaturi jsostnu wkoll li, minħabba dan il-piż addizzjonali tat-taxxa fuq id-dħul, li ma japplikax għall-kollegi tagħhom minn Stati Membri oħra, huma qegħdin f’qagħda agħar. Fl-aħħar nett, huma jitolbu lill-Kummissjoni tivverifika l-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni Slovena inkwistjoni, tirregola l-istatus ta’ persuni taxxabbli li jirċievu d-dħul tagħhom f’pajjiż ieħor u ġġib l-istatus tagħhom konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra.

2.   L-azzjoni ta’ suċċess tal-Kummissjoni fiż-żarmar ta’ miżuri diskriminatorji ta’ taxxa għal ħaddiema transkonfinali

L-ewwel nett, għandu jiġi nnotat li l-mobbiltà tal-ħaddiema ġiet identifikata bħala waħda mill-potenzjali ewlenin sabiex jiżdiedu t-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa. Tikkontribwixxi wkoll sabiex jintlaħqu l-objettivi spjegati fl-istrateġija ekonomika UE-2020 favur it-tkabbir u l-impjiegi u fil-Komunikazzjoni “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi” (1). L-ostakli tat-taxxa jibqgħu wieħed mill-aktar deterrenti qawwija għal persuni li jfittxu xogħol fi Stat Membru ieħor. Huwa għalhekk li, mill-2012, il-Kummissjoni qed twettaq valutazzjoni fil-fond tat-taxxi diretti nazzjonali, sabiex tiddetermina jekk dawn iwasslux għal żvantaġġi inġusti għall-ħaddiema li jgħixu fi Stat Membru wieħed iżda jaħdmu f’ieħor (2). Meta ġie identifikat ksur tal-libertajiet tat-Trattat tal-UE, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali rigward il-kwistjonijiet u, f’każijiet fejn ma ttieħdet l-ebda miżura biex tiġi korretta l-leġiżlazzjoni nazzjonali, hija nediet proċeduri ta’ ksur. L-azzjoni tal-Kummissjoni ġabet ir-regoli fiskali nazzjonali kważi kollha tal-Istati Membri f’konformità mal-liġijiet tal-UE u b’hekk eliminat b’suċċess għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet ta’ ħaddiema transkonfinali.

3.   Leġiżlazzjoni limitata tal-UE dwar it-taxxa diretta

Fir-rigward tal-ilmenti inkwistjoni f’dan il-każ, il-Kummissjoni tinnota s-sitwazzjoni li tqajmet fid-diversi ittri ta’ ħaddiema transkonfinali li jirrisjedu fis-Slovenja u jaħdmu fl-Awstrija. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li dan ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni pprojbita mil-liġijiet tal-UE għar-raġunijiet li ġejjin.

L-ewwel nett, fl-istadju attwali tal-iżvilupp tal-liġijiet tal-UE hemm leġiżlazzjoni limitata tal-UE fil-qasam tat-tassazzjoni diretta. Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni, it-tassazzjoni diretta (inklużi l-konklużjoni u l-eżekuzzjoni ta’ ftehimiet dwar it-taxxa doppja) taqa’ essenzjalment fil-kompetenza tal-Istati Membri. Madankollu, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont it-TFUE kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE. L-Istati Membri ma għandhomx jiddiskriminaw abbażi tan-nazzjonalità, jew joħolqu jew jittolleraw id-diskriminazzjoni kontra ċittadini ta’ Stati Membri, inklużi ċ-ċittadini tagħhom stess, li jeżerċitaw il-libertajiet tagħhom skont it-TFUE. Lanqas ma jistgħu japplikaw restrizzjonijiet mhux ġustifikati jew sproporzjonati fuq dawn il-libertajiet.

It-tieni nett, ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni tal-UE li tiddetermina Stat tat-tassazzjoni wieħed fejn kontribwent għandu rabtiet fiskali ma’ diversi Stati Membri, bħal f’dan il-każ. L-attribuzzjoni tad-drittijiet tal-intaxxar issir fi ftehimiet dwar it-tassazzjoni doppja li huma konklużi bilateralment mill-Istati Membri. L-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dawn il-ftehimiet mhumiex irregolati mil-liġijiet tal-UE. Għalhekk, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti u liberi li jiddeterminaw il-kriterji biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ tassazzjoni tagħhom. Għandu jingħad ukoll li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, it-tassazzjoni doppja nnifisha ma tmurx kontra l-liġijiet tal-UE (3).

It-tielet nett, fid-dritt fiskali internazzjonali huwa prinċipju ġenerali li l-hekk imsejjaħ Stat ta’ residenza (is-Slovenja, f’dan il-każ) normalment jintaxxa l-introjtu globali tar-residenti tiegħu, inkluż l-introjtu rikavat minn l-hekk imsejjaħ Stat tas-sors (l-Awstrija, f’dan il-każ), iżda mbagħad jagħti ħelsien mit-taxxa domestika dovuta fuq dak id-dħul barrani. Dan isir jew billi (i) ma jiġix intaxxat id-dħul barrani għal darb’oħra (jew billi jiġi kompletament injorat, jiġifieri l-metodu tal-eżenzjoni sħiħa, jew billi jittieħed kont tiegħu biss għall-għan biex tiġi determinata r-rata ta’ tassazzjoni, jiġifieri l-metodu tal-eżenzjoni bi progressjoni) jew billi (ii) dak id-dħul jiġi rikonoxxut għall-fini tad-determinazzjoni tat-taxxa dovuta skont il-leġiżlazzjoni domestika, u mbagħad titnaqqas it-taxxa li fil-fatt tkun ġiet imposta f’pajjiż ieħor mit-taxxa kollha dovuta (il-metodu ta’ kreditu). Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE rrikonoxxiet li dawn iż-żewġ approċċi msemmija hawn fuq għall-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja huma konformi mal-liġijiet tal-UE (4).

Bħala konklużjoni, minħabba l-imsemmi nuqqas ta’ armonizzazzjoni tat-tassazzjoni fuq id-dħul fl-UE, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jiddeterminaw il-kriterji kemm għad-diviżjoni tas-setgħat rispettivi tagħhom li jintaxxaw, kif ukoll għall-metodu ta’ ħelsien minn tassazzjoni doppja.

4.   Ftehim dwar it-Taxxa Doppja bejn is-Slovenja u l-Awstrija (DTA)  (5)

Meta resident kontribwent tat-taxxa Slovena jkun impjegat fl-Awstrija, din tal-aħħar ikollha d-dritt li tintaxxa l-qligħ li jkun sar hemmhekk. Madankollu, skont l-Artikolu 15(1) tad-DTA, is-Slovenja wkoll żammet għaliha nnifisha d-dritt li tintaxxa d-dħul tar-residenti fiskali tagħha li jkunu rċevew minn “xogħol dipendenti” mwettaq fl-Awstrija. Peress li kemm is-Slovenja u kemm l-Awstrija jistgħu jintaxxaw l-introjtu mill-impjieg, dan id-dħul jista’ jiġi intaxxat fiż-żewġ pajjiżi. Madankollu, kwalunkwe tassazzjoni doppja hija evitata fis-Slovenja skont l-Artikolu 24(2) DTA li jistipula li “fejn resident tas-Slovenja jirċievi dħul (…) li, skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim jista’ jkun intaxxat fl-Awstrija, is-Slovenja għandha tippermetti, bħala tnaqqis mit-taxxa fuq id-dħul tar-resident, ammont ugwali għat-taxxa fuq l-introjtu mħallas fl-Awstrija.” Għaldaqstant, id-DTA jistipula li, għall-fini tal-evitar tat-tassazzjoni doppja, is-Slovenja għandha tapplika l-metodu ta’ kreditu li ġie spjegat hawn fuq.

Għalhekk, fejn it-taxxa dovuta fl-Awstrija tkun inqas minn dik it-taxxa korrispondenti fis-Slovenja, il-kontribwent għandu dejjem iħallas id-differenza. B’riżultat ta’ dan, huwa jħallas l-istess ammont ta’ taxxi, jiġifieri t-total tat-taxxi tal-Awstrija u tas-Slovenja flimkien, kif effettivament kien ikollu jħallas li kieku kien ikollu jiġi intaxxat biss fis-Slovenja. Għalhekk, ma jmurx agħar milli kieku kien qala’ l-introjtu kollu mill-impjieg tiegħu fis-Slovenja. Minn dan isegwi li f’dawn il-każijiet ma jkun qed iseħħ l-ebda ksur tal-libertà tal-ħaddiema.

Isegwi wkoll li min-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tat-tassazzjoni fuq id-dħul fl-UE msemmija hawn fuq, kif ukoll mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-fatt li Stati Membri oħra kkonkludew DTAs mal-Awstrija li jvarjaw minn dak konkluż mas-Slovenja, li jistipulaw trattament differenti ta’ attribuzzjoni tad-drittijiet tal-intaxxar jew metodu tal-eżenzjoni ta’ ħelsien minn tassazzjoni doppja, ma jwassal għall-ebda ksur tal-liġijiet tal-UE mis-Slovenja jew kwalunkwe Stat Membru ieħor.

5.   L-għeluq propost ta’ dan il-każ

Filwaqt li jiġu kkunsidrati l-elementi li ssemmew hawn fuq, is-servizzi tal-Kummissjoni se jagħlqu l-każ sakemm l-ilmentaturi ma jissottomettux informazzjoni ġdida li tista’ tiġġustifika valutazzjoni ulterjuri fi żmien erba’ ġimgħat mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż.


(1)  COM(2012) 173 final tat-18.4.2012.

(2)  Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni IP/12/340, disponibbli fuq http://europa.eu/rapid/press-release_IP-12-340_mt.htm.

(3)  Ara l-Kawżi C-128/08 Damseaux u C-67/08 Block.

(4)  Ara l-Kawża C-336/96 Gilly.

(5)  Il-Konvenzjoni bejn ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika tas-Slovenja għall-evitar tat-tassazzjoni doppja fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul u fuq il-beni, konkluż fl-1 ta’ Ottubru 1997 u fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 1999.


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/4


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra: L-aċċettazzjoni tal-miżuri xierqa proposti skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri kollha

(2016/C 127/03)

Fil-paragrafu 55 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat għall-films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (1), il-Kummissjoni pproponiet lill-Istati Membri sabiex jaċċettaw bħala miżuri xierqa għall-finijiet tal-Artikolu 108(1) TFUE li jallinjaw l-iskemi eżistenti tagħhom tal-finanzjament tal-films ma' din il-Komunikazzjoni fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri ġew mitluba biex jikkonfermaw l-aċċettazzjoni tagħhom tal-miżuri xierqa proposti fi żmien xahar minn dik il-pubblikazzjoni.

Skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-TFUE (2), il-Kummissjoni ħadet nota tal-qbil espliċitu u bla kundizzjonijiet dwar il-miżuri xierqa mill-Istati Membri kollha.


(1)  ĠU C 332, 15.11.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-8 ta’ April 2016

(2016/C 127/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1363

JPY

Yen Ġappuniż

123,36

DKK

Krona Daniża

7,4419

GBP

Lira Sterlina

0,80730

SEK

Krona Żvediża

9,2928

CHF

Frank Żvizzeru

1,0874

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4183

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,022

HUF

Forint Ungeriż

312,67

PLN

Zloty Pollakk

4,2953

RON

Leu Rumen

4,4685

TRY

Lira Turka

3,2415

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5091

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4861

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8166

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6757

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5335

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 310,43

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,1222

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3570

HRK

Kuna Kroata

7,4960

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 936,66

MYR

Ringgit Malażjan

4,4433

PHP

Peso Filippin

52,469

RUB

Rouble Russu

76,5414

THB

Baht Tajlandiż

39,884

BRL

Real Brażiljan

4,1554

MXN

Peso Messikan

20,2108

INR

Rupi Indjan

75,6770


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/6


Sommarju ta’ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu ta’ sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 127/05)

Deċiżjonijiet għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem is-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-Deċiżjoni

C(2016) 2003

it-8 ta’ April 2016

Ftalat tad-dibutil (DBP)

Nru tal-KE 201-557-4

Nru CAS 84-74-2

Deza a.s., Masarykova 753, 75728 Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka

REACH/16/1/0

L-użu tad-DBP bħala solvent ta’ assorbiment f’sistema magħluqa fil-manifattura tal-anidride malejka

il-21 ta’ Frar 2027

Ir-riskju hu kkontrollat kif xieraq skont l-Artikolu 60(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

Bħalissa ma jeżistux alternattivi xierqa.

REACH/16/1/1

L-użu tad-DBP fi propellanti:

Formulazzjoni: l-użu industrijali tad-DBP bħala moderant tas-superfiċje tar-rata tal-ħruq, plastifikant u/jew aġent berried fil-formulazzjoni ta’ granijiet propellanti abbażi tan-nitroċelluloża;

Użu f’sit industrijali: Użu industrijali ta’ granijiet propellanti li fihom id-DBP fil-manifattura ta’ munizzjon għal użu militari u ċivili, u skrataċ pirotekniċi għal sistemi ta’ sikurezza ta’ sedili ta’ tfigħ ‘il barra mill-inġenji tal-ajru (dan jinkludi propellanti għal munizzjon tal-forzi tal-pulizija u jeskludi propellanti maħsuba għal ikkargar mill-ġdid manwali u privat ta’ skrataċ ta’ munizzjon minn utenti ċivili, jiġifieri, tiraturi sportivi u kaċċaturi liċenzjati individwali. L-ebda użu mill-konsumatur tad-DBP jew ta’ taħlitiet tiegħu ma huwa kopert minn dan l-użu)

il-21 ta’ Frar 2027

REACH/16/1/2

L-użu industrijali tad-DBP f’folji taċ-ċeramika u f’pejsts ta’ stampar għall-produzzjoni ta’ kapasiters u ta’ elementi ta’ sensuri lambda.

il-21 ta’ Frar 2019


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about/index_en.htm


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/8


Avviż lill-operaturi ekonomiċi — Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

(2016/C 127/06)

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C-63/02) (1) għas-sensiela ta’ Jannar 2017.

Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-17 ta’ Ġunju 2016, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja.

L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.

Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:

http://ec.europa.eu/taxation_customs/customs/customs_duties/tariff_aspects/suspensions/index_en.htm


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.

(2)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/9


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 127/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).

DOKUMENT UNIKU

“STEIRISCHE KÄFERBOHNE”

Nru tal-UE: AT-PDO-0005-01272 – 04.11.2014

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Steirische Käferbohne”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

L-Awstrija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Steirische Käferbohne” tiddenomina varjetà ta’ fażola li tixxeblek ta’ żewġ kuluri bit-tikek jew imnaqqxa tal-ispeċi botanika Phaseolus coccineus L. li adattat għaż-żona ġeografika ddefinita. Tinbiegħ bħala fażola mnixxfa jew lesta biex tittiekel. Hija disponibbli bħala prodott frisk għal perjodu qasir ta’ żmien biss minħabba li teħżien malajr.

Il-proprjetajiet fiżiċi ta’ “Steirische Käferbohne” imnixxfa:

—   Piż ta’ 1 000 żerriegħa pura: minimu ta’ 1 200 g

—   Forma taż-żerriegħa: wiesgħa, forma ta’ kilwa

—   Kuluri: żewġ kuluri (li jvarjaw minn vjola fl-iswed għal kanella fil-kafellatte)

—   Distribuzzjoni tat-tieni kulur: tikek jew tinqix

L-iżjed varjetajiet użati li jiffittjaw id-deskrizzjoni ta’ hawn fuq huma “Bonela” u “Melange”, li ġew irreġistrati fir-reġistru tal-varjetajiet nazzjonali u Ewropej. Huma permessi kemm iż-żerriegħa ta’ “Steirische Käferbohne” magħżula mill-bdiewa Stirjani kif ukoll varjetajiet ġodda, sakemm dawn jikkorrispondu għad-deskrizzjoni ta’ hawn fuq ta’ “Steirische Käferbohne”.

“Steirische Käferbohne” tvarja fl-intensità tal-kulur u tal-gradjent, iżda l-fażola nfisha tintgħaraf faċilment abbażi tad-disinn bit-tikek jew imnaqqax. Il-fażola ta’ kulur wieħed u l-fażola li fil-maġġoranza tagħha hija bajda huma permessi sa livell ta’ tolleranza baxx ta’ 5 % tal-piż.

Rekwiżiti minimi għall-fażola mnixxfa lesta biex tinbiegħ:

 

Il-fażola mkissra hija permessa sa 10 % tal-piż. Hija permessa devjazzjoni mid-deskrizzjoni ddefinita fil-forma u fil-kulur sa 5 % tal-piż.

 

Il-fażola tixxarrab u tissajjar, jew titpoġġa fuq il-fwar jew titħejja f’manjiera simili. Għalhekk il-fażola tikber u titqal ħafna u l-kulur tagħha jinbidel għal varjetà ta’ kannella. Hija normali u permessa ż-żieda tal-likwidi (eż. ilma, ħall, eċċ.). Hija permessa wkoll iż-żieda tas-solidi (eż. melħ, zokkor, aċidifikaturi jew oħrajn simili) jew tat-tħawwir. Il-prodott imnixxef li jintuża għall-preparazzjoni jrid ikun fih fażola li hija 100 % “Steirische Käferbohne” u jista’ jkun fih fażola mkissra sa massimu ta’ 10 % tal-piż.

Komponenti:

 

100 g fażola tat-tip “Steirische Käferbohne” għandha valur enerġetiku medju ta’ 396 kJ u fiha madwar 7,08 g proteina, 0,77 g xaħam, 11,55 g karboidrati u 6,35 g fibra. Il-valuri medji tan-nutrijenti magħżula fil-parti li tittiekel ta’ 100 g taż-żerriegħa imnixxfa huma 17,59 g proteina, 1,68 g xaħam, 27,95 g karboidrati, 34,4 g fibra. Il-valur tal-enerġija huwa 1 112 kJ. Il-valuri kollha tan-nutrijenti ta’ hawn fuq huma suġġetti għall-fluttwazzjonijiet naturali.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-fażola li trid tintuża trid tkun immarkata b’mod ċar li hija fażola “Steirische Käferbohne”. Iż-żerriegħa li ġejja mill-produzzjoni proprja tal-bdiewa (bħala prodott tal-ħsad tagħhom) jew is-selezzjoni jridu joriġinaw fiż-żona ddefinita.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni ta’ “Steirische Käferbohne”, kif ukoll il-passi kollha involuti fit-tħejjija li jagħmluha lesta biex tittiekel iridu jseħħu fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li l-isem reġistrat jirreferi għalih

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li l-isem reġistrat jirreferi għalih

Il-fażola “Steirische Käferbohne” titpoġġa fis-suq bħala prodott frisk (fi kwantitajiet limitati), bħala fażola mnixxfa u bħala prodott lest biex jittiekel, u hija mmarkata bit-tiketta “Steirische Käferbohne” DOP.

Id-denominazzjoni “Steirische Käferbohne” tista’ tiġi tradotta, sakemm l-isem Ġermaniż jidher ukoll fuq it-tikketta.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-provinċja ta’ Styria

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-klima u l-ħamrija (ħamrija taflija b’ammont ħafif għal medju ta’ ġir, rikka ħafna fil-minerali) ta’ Illyria taż-żona fejn tikber il-fażola, kif ukoll il-varjetajiet użati fiż-żona ġeografika ddefinita, huma essenzjali għall-iffurmar tal-proprjetajiet viżwali, it-togħma u r-rati ta’ rendiment ta’ “Steirische Käferbohne”. Il-lok ġeografiku taż-żona tat-tkabbir tal-għelejjel fi Styria huwa adattat sew għall-produzzjoni tajba ta’ “Steirische Käferbohne”, għaliex għandu klima simili għal żoni fit-Tramuntana tal-Messiku u l-Gwatemala (l-Amerka Ċentrali) li minnhom toriġina Phaseolus coccineus L. Il-pjanta tikber sew u tipproduċi fażola ta’ daqs notevoli (f’termini ta’ piż ta’ 1 000 żerriegħa pura) minħabba l-klima umduża (10-20 jum ta’ umdità għolja) u livelli għoljin ta’ xita fix-xhur tas-sajf fejn il-kundizzjonijiet estremi tat-temp għandhom tendenza li jbattu, ir-riħ ma jkunx qawwi u kumplessivament temperaturi jkunu iktar għoljin (għadd għoli ta’ sigħat xemxin u temperaturi ogħla minn 20 °C matul l-aqwa tas-sajf), speċjalment matul il-perjodu tal-fjur. Għal tkabbir ottimu, il-fażola tirrikjedi ħafna iktar umdità mill-fażola tal-ġnien, li tirċievi minħabba l-livelli għoljin ta’ xita fiż-żona ġeografika ddefinita. Nixfa qawwija tagħmillha l-ħsara. Hija sensittiva wkoll għas-silġ u b’mod partikolari tirrikjedi biżżejjed sħana u ilma sabiex tiffjorixxi, minkejja l-fatt li t-tolleranza tagħha għall-kesħa u l-kundizzjonijiet imxarrba hija ogħla sew minn dik ta’ fażola oħra. Fl-Awstrija, dawn il-kundizzjonijiet ideali tat-tkabbir jinsabu biss fiż-żona ġeografika ddefinita.

L-għarfien speċjalizzat tal-kabbara huwa fattur importanti fl-iżvilupp tal-proprjetajiet tal-kwalità ta’ “Steirische Käferbohne”. Minħabba l-għarfien u l-esperjenza tal-kabbara reġjonali tal-metodi u l-prinċipji tal-kultivazzjoni tal-fażola, kif ukoll l-għażla progressiva taż-żerriegħa mwettqa fi Styria (li hemm evidenza tagħha li tmur lura għad-19-il seklu), “Steirische Käferbohne” hija partikolarment adattata sew għall-ħamrija u l-klima taż-żona ġeografika. L-iktar varjetajiet użati għad-DOP “Steirische Käferbohne” huma “Bonela” u “Melange”. Il-bdiewa taż-żona ddefinita għadhom jagħżlu ż-żerriegħa tagħhom stess, kif dejjem għamlu minn meta bdiet il-kultivazzjoni tal-fażola fi Styria. Minn din l-għażla, “Steirische Käferbohne” żviluppat matul is-sekli biex tkun iktar adattata għall-klima ta’ Styria u kisbet it-tikek u t-tinqix ta’ ħafna kuluri, is-sawra karatteristika u t-togħma distintiva tagħha.

L-għarfien espert speċjalizzat tal-kabbara tar-reġjun huwa bbażat fuq l-għarfien tradizzjonali rurali u artiġjanali marbut mal-għażla taż-żerriegħa, iż-żamma tal-varjetà, il-forom ta’ kultivazzjoni, l-għażla tal-pjanti ta’ appoġġ it-tajbin għat-taħlita tal-għelejjel (eż. il-qamħirrum), il-metodi ta’ kultivazzjoni u ħsad, id-determinazzjoni tal-aħjar żmien għall-ħsad u t-tnixxif b’attenzjoni u l-ipproċessar speċifiku tal-ħsad. Dan l-għarfien ġie rraffinat matul il-ġenerazzjonijiet u huwa fattur determinanti fid-dehra, it-togħma u rati tar-rendiment tal-għelejjel.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

“Steirische Käferbohne” li hija prodotta fiż-żona ġeografika ddefinita minn żerriegħa magħżula speċifikament tal-ispeċi Phaseolus coccineus L. tintgħaraf minn fażola oħra minħabba l-kulur u d-disinn partikolari tagħha (żewġ kuluri, li jvarja minn vjola fl-iswed għal kannella fil-kafellatte, bit-tikek jew imnaqqxa) u d-daqs notevoli tagħha (mill-inqas 1 200 g f’piż għal 1 000 żerriegħa pura). Il-fażola hija kkaratterizzata minn assorbiment għoli tal-ilma, u tirdoppja fid-daqs meta tissajjar u tkun lesta biex tittiekel. Hija simili fit-togħma għall-qastan, jiġifieri ratba u qastnija. Is-sawra hija fina, kremuża, iddub f’ħalqek u ma timlikx ħafna. Speċifità ta’ “Steirische Käferbohne” hija l-fatt li tintuża kemm f’riċetti melħin kif ukoll f’dawk ħelwin.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

“Steirische Käferbohne” hija r-riżultat ta’ kombinazzjoni unika ta’ ċirkostanzi naturali (klima u ħamrija) u l-għarfien tradizzjonali tal-kabbara fiż-żona ġeografika. Hija karatterizzata mid-daqs tagħha, il-kolorazzjoni ta’ żewġ kuluri u d-disinn distintivi tagħha, is-sawra tagħha li ma timlikx u t-togħma fina, kremuża u qastnija tagħha. Dawn il-proprjetajiet huma riżultat tal-klima u l-kundizzjonijiet tal-ħamrija taż-żona tat-tkabbir kif ukoll il-varjetajiet ippreservati sew li jintgħażlu u jiġu kkulturati fiż-żona ġeografika ddefinita. Permezz tal-għażla b’attenzjoni taż-żerriegħa matul diversi ġenerazzjonijiet, il-bdiewa ta’ Styria żviluppaw speċi ta’ din il-fażola li hija perfettament adattata għall-kundizzjonijiet ġeografiċi fiż-żona ddefinita, li min-naħa tagħhom effettwaw direttament il-kwalità u l-proprjetajiet tal-prodott, f’termini tad-daqs u l-forma tagħha, l-intensità u l-varjazzjoni tal-kulur tagħha, u s-sawra u t-togħma tagħha. Il-ħamrija taflija bil-ġir, li hija rikka fil-minerali u mimlija ġibs, tippermetti ż-żerriegħa ta’ “Steirische Käferbohne” tiżviluppa sew. Il-kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima jikkumbinaw matul il-proċess ta’ maturazzjoni biex jinfluwenzaw id-daqs tal-fażola u jiżviluppaw it-togħma fina tagħha, kif ukoll jgħinu r-rati ta’ rendiment. Dan l-adattament kontinwu, jiġifieri l-għażla ta’ żerriegħa partikolari, u ż-żamma tal-varjetà jippermetti għall-korrezzjoni tal-mutazzjonijiet u l-inkroċjar tar-razez, li flimkien mal-karatteristiċi tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-klima taż-żona ġeografika ddefinita jipproduċu l-proprjetajiet tal-prodott. L-għarfien tal-kabbara tal-kundizzjonijiet lokali u l-għarfien li jgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra dwar it-tnissil ta’ żerriegħa adattata ġeografikament, l-aħjar metodi tal-kultivazzjoni u l-ħsad u l-mument it-tajjeb għall-ħsad, flimkien ifissru li l-propjetajiet organolettiċi tal-prodott jistgħu jiżviluppaw sew.

L-istatus ta’ “Steirische Käferbohne” bħala prodott tipiku tar-reġjun jikkontribwixxi għaż-żamma tar-reputazzjoni rurali taż-żona. Wasslet għall-ħolqien ta’ riċetti kulinari differenti (l-iktar magħrufa hija Steirische Käferbohnensalat [insalata tal-fażola li tixxebblek ta’ Styria]) u hija kkaratterizzata mill-ħafna użi possibbli tagħha fit-tħejjija tal-ikel. L-importanza u r-reputazzjoni tal-prodott huma riflessi fil-fatt ta’ kemm ilha teżisti u kemm in-nies ta’ Styria ilhom daqstant konxji tal-eżistenza u ta’ kemm jidentifikaw ma’ “Steirische Käferbohne” (użi kulinari varji, avvenimenti kulturali, użi fid-disinn, eċċ.).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test komplut tal-ispeċifikazzjoni huwa disponibbli fuq: http://www.patentamt.at/Media/Steirische_Kaeferbohne_Antrag.pdf

It-test tal-ispeċifikazzjoni jinsab direttament ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-Uffiċċju tal-Privattivi Awstrijak (www.patentamt.at), fuq l-indirizz li ġej: “Markenschutz/Schutzrechte/Herkunftsangabe” (http://www.patentamt.at/Markenschutz/Schutzrechte/Herkunftsangabe/). It-test jidher taħt l-isem tad-denominazzjoni tal-kwalità.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/12


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba magħmula minn Entità Kontraenti

(2016/C 127/08)

Fit-2 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel jum ta’ xogħol wara li waslet it-talba kien it-3 ta’ Frar 2016.

Din it-talba, li saret mill-President tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi f’isem Poczta Polska S.A., tikkonċerna servizzi tal-kurrier u servizzi oħra għajr dawk postali fil-Polonja. L-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE jipprevedi li l-aħħar Direttiva ma tapplikax meta l-attività rilevanti tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom mhuwiex ristrett. Dawn il-kundizzjonijiet huma evalwati unikament għall-finijiet tad-Direttiva 2014/25/UE u huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

Skont l-ittra (a) tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, il-Kummissjoni għandha perjodu ta’ 105 ijiem ta’ xogħol biex tieħu deċiżjoni dwar din it-talba, li jibda jgħodd mill-jum ta’ xogħol li saret referenza għalih hawn fuq. Għalhekk, il-perjodu jiskadi fis-7 ta’ Lulju 2016.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243


Rettifika

9.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 127/13


Addendum

(2016/C 127/09)

In-Notifika tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE għandha tiġi kkunsidrata bħala parti mill-Edizzjoni Speċjali bil-Malti ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, (Kapitolu 8, volum 3).

Notifika tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE

(2004/C 101/04)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

I.   L-AMBITU TAN-NOTIFIKA

1.

Din in-notifika tindirizza l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-qrati tal-Istati Membri tal-UE, meta dawn tal-aħħar japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE. Għall-għanijiet ta’ din in-notifika, il-“qrati tal-Istati Membri tal-UE” (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “qrati nazzjonali”) huma dawk il-qrati u dawk it-tribunali ġewwa Stat Membru tal-UE li jistgħu japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE u li huma awtorizzati jagħmlu mistoqsija preliminarja lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skont l-Artikolu 234 KE (1).

2.

Il-qrati nazzjonali jistgħu jintalbu japplikaw l-Artikoli 81 jew 82 KE fil-kawżi bejn il-partijiet privati, bħall-azzjonijiet dwar il-kuntratti jew l-azzjonijiet għad-danni. Jistgħu wkoll jaġixxu bħala infurzatur pubbliku jew bħala qorti ta’ reviżjoni. Qorti nazzjonali tista’ tabilħaqq tkun maħtura bħala awtorità kompetenti ta’ Stat Membru (minn issa ‘l quddiem “l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni”) skont l-Artikolu 35(1) tar-Regolament 1/2003 (minn issa ‘l quddiem “ir-regolament”) (2). F’dak il-każ, il-kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni mhix biss koperta minn din in-notifika iżda wkoll min-notifika dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni (3).

II.   L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI TAL-KE MILL-QRATI NAZZJONALI

A.   IL-KOMPETENZA TAL-QRATI NAZZJONALI BIEX JAPPLIKAW IR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI TAL-KE

3.

Safejn il-qrati nazzjonali għandhom ġurisdizzjoni jisimgħu każ (4), huma għandhom is-setgħa japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE (5). Barra minn dan, wieħed għandu jiftakar li l-Artikoli 81 u 82 KE huma kwistjoni ta’ politika pubblika u huma essenzjali għat-twettiq tal-funzjonijiet fdati lill-Komunità, u, b’mod partikolari, għall-ħidma tas-suq intern (6). Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, fejn, taħt il-liġi domestika, il-qrati nazzjonali għandhom iqajmu fuq inizjattiva tagħhom punti tal-liġi li jkunu bbażati fuq regoli domestiċi vinkolanti li ma jkunux ġew imqajma mill-partijiet, dan l-obbligu jeżisti wkoll fir-rigward ta’ regoli vinkolanti tal-Komunità, bħar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE. Il-pożizzjoni hija l-istess jekk il-liġi tagħti lill-qrati nazzjonali diskrezzjoni biex japplikaw fuq inizjattiva tagħhom ir-regoli vinkolanti tal-liġi: il-qrati nazzjonali għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, anki fejn il-parti interessata mill-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet ma tkunx qagħdet fuqhom, fejn il-liġi domestika tippermetti din l-applikazzjoni minn qorti nazzjonali. Madankollu, il-liġi Komunitarja ma titlobx lill-qrati nazzjonali li jqajmu fuq inizjattiva tagħhom kwistjoni dwar il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja fejn eżami ta’ dik il-kwistjoni tobbligahom li jabbandunaw ir-rwol passiv mogħti lilhom billi jmorru lilhinn mill-ambitu tat-tilwima definita mill-partijiet infushom u billi joqogħdu fuq fatti u ċirkostanzi li ma jkunux dawk li fuqhom il-parti b’interess fl-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizjonijiet tibbaża t-talba tagħha (7).

4.

Skond il-funzjonijiet mogħtija lilhom taħt il-liġi nazzjonali, il-qrati nazzjonali jistgħu jiġu msejħa japplikaw l-Artikolu 81 u 82 KE fil-proċeduri amministrattivi, ċivili jew kriminali (8). B’mod partikolari, fejn persuna naturali jew legali titlob lill-qorti nazzjonali biex din tissalvagwardja d-drittijiet individwali tagħha, il-qrati nazzjonali għandhom rwol speċifiku fl-infurzar tal-Artikoli 81 u 82 KE, li huwa differenti mill-infurzar għall-interess pubbliku li jsir mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni (9). Tabilħaqq, il-qrati nazzjonali jistgħu jagħtu effett lill-Artikoli 81 u 82 KE billi jsibu li l-kuntratti huma mingħajr effett jew billi jakkordaw id-danni.

5.

Il-qrati nazzjonali jistgħu japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE, mingħajr ma jkun meħtieġ li japplikaw il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali b’mod parallel. Madankollu, fejn qorti nazzjonali tapplika l-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali għal ftehimiet, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi jew prattiċi miftiehma li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 81(1) KE (10) jew għal kwalunkwe abbuż projbit mill-Artikolu 82 KE, għandha wkoll tapplika ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għal dawk il-ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiċi (11).

6.

Ir-regolament mhux biss jagħti s-setgħa lill-qrati nazzjonali biex japplikaw il-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE. L-applikazzjoni b’mod parallel tal-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali għall-ftehimiet, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi jew prattiċi miftiehma li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri tista’ ma twassalx għal riżultat differenti minn dak tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE. L-Artikolu 3(2) tar-regolament jipprovdi li l-ftehimiet, id-deċiżjonjiet jew il-prattiċi miftiehma li ma jiksrux l-Artikolu 81(1) KE jew li jħarsu l-kondizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) KE ma jistgħux lanqas ikunu projbiti taħt il-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali (12). Min-naħa l-oħra, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ftehimiet, id-deċiżjonjiet jew il-prattiċi miftiehma li jiksru l-Artikolu 81(1) u li ma jħarsux il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 81(3) KE ma jistgħux jinżammu taħt il-liġi nazzjonali (13). Dwar l-applikazzjoni parallela tal-liġi tal-kompetizzjoni nazzjonali u l-Artikolu 82 KE fil-każ ta’ kondotta unilaterali, l-Artikolu 3 tar-regolament ma jipprovdix għal obbligu simili ta’ konverġenza. Madankollu, f’każ ta’ dispożizzjonijiet kunfliġġenti, il-prinċipju ġenerali tas-superjorità tal-liġi Komunitarja jitlob lill-qrati nazzjonali ma japplikawx dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tikser regola Komunitarja, irrispettivament minn jekk dik id-dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali kinitx adottata qabel jew wara r-regola Komunitarja (14).

7.

Minbarra l-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE, il-qrati nazzjonali huma wkoll kompetenti biex japplikaw atti adottati mill-istituzzjonijiet tal-UE skont it-Trattat tal-KE jew skont il-miżuri adottati biex it-Trattat jingħata effett, tant li dawn l-atti jkollhom effett dirett. Il-qrati nazzjonali jistgħu għalhekk ikollhom jinfurzaw id-deċiżjonjiet tal-Kummissjoni (15) jew ir-regolamenti li japplikaw l-Artikolu 81(3) KE għal xi kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma. Meta japplikaw dawn ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, il-qrati nazzjonali jaġixxu fil-qafas tal-liġi Komunitarja u għalhekk huma marbuta li jħarsu l-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja (16).

8.

L-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE mill-qrati nazzjonali spiss tiddependi fuq evalwazzjonijiet ekonomiċi u legali kumplessi (17). Meta japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, il-qrati nazzjonali huma marbutin mill-ġurisprudenza tal-qrati Komunitarji kif ukoll mir-regolamenti tal-Kummissjoni li japplikaw l-Artikolu 81(3) KE għal xi kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma (18). Barra minn dan, l-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE mill-Kummissjoni f’każ speċifiku jorbot lill-qrati nazzjonali meta dawn japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE fl-istess każ b’mod parallel ma’ jew wara l-Kummissjoni (19). Fl-aħħar, u mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni aħħarija tat-Trattat tal-KE mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati nazzjonali jistgħu jiġu gwidati mir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jippreżentaw elementi ta’ analoġija mal-każ li qed jisimgħu, kif ukoll minn notifiki u linji ta’ gwida tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE (20) u mir-rapport annwali dwar il-politika tal-kompetizzjoni (21).

B.   L-ASPETTI PROĊEDURALI TAL-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI TAL-KE MILL-QRATI NAZZJONALI

9.

Il-kondizzjonijiet proċedurali għall-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE mill-qrati nazzjonali u s-sanzjonijiet li jistgħu jimponu fil-każ ta’ ksur ta’ dawk ir-regoli, huma fil-parti l-kbira koperti mil-liġi nazzjonali. Madankollu, sa ċertu punt, il-liġi Komunitarja tiddetermina wkoll il-kondizzjonijiet li taħthom jiġu infurzati r-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE. Dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jistgħu jipprovdu għall-fakoltà tal-qrati nazzjonali biex jużaw ċerti strumenti huma stess, eż., biex jitolbu l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE (22) jew jistgħu joħolqu regoli li jkollhom impatt obbligatorju fuq il-proċeduri quddiemhom, pereż, billi jippermettu lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jissottomettu osservazzjonijiet bil-miktub (23). Dawn id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jiġu qabel ir-regoli nazzjonali. Għalhekk il-qrati nazzjonali għandhom iwarrbu r-regoli nazzjonali li, jekk jiġu applikati, imorru kontra dawn id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja. Fejn dawn id-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja huma applikabbli direttament, huma sors dirett tad-drittijiet u d-dmirijiet għal dawk kollha li huma affettwati, u għandhom ikunu applikati b’mod sħiħ u uniformi fl-Istati Membri kollha mid-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom (24).

10.

Fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja dwar proċeduri u sanzjonijiet relatati mal-infurzar tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE mill-qrati nazzjonali, dawn tal-aħħar japplikaw il-liġi proċedurali nazzjonali u — sa fejn huma kompetenti jagħmlu dan — jimponu s-sanzjonijiet provduti taħt il-liġi nazzjonali. Madankollu, l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandha tkun kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja. F’dan ir-rigward, huwa utli li wieħed ifakkar il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, skont liem:

(a)

fejn hemm ksur tal-liġi Komunitarja, il-liġi nazzjonali għandha tipprovdi għal sanzjonijiet li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi (25);

(b)

fejn il-ksur tal-liġi Komunitarja tikkawża ħsara lill-individwu, dan tal-aħħar għandu taħt ċerti kondizzjonijiet ikun jista’ jitlob id-danni quddiem il-qorti nazzjonali (26);

(c)

ir-regoli dwar il-proċeduri u s-sanzjonijiet li l-qrati nazzjonali japplikaw biex jinfurzaw il-liġi Komunitarja

m’għandhomx jagħmlu dan l-infurzar diffiċli wisq jew prattikament impossibbli (il-prinċipju tal-effettività) (27) u

m’għandhomx ikunu inqas favorevoli mir-regoli applikabbli għall-infurzar tal-liġi nazzjonali (il-prinċipju tal-ekwivalenza) (28).

Fuq il-bażi tal-prinċipju tas-superjorità tal-liġi Komunitarja, qorti nazzjonali ma tistax tapplika regoli nazzjonali li huma inkompatibbli ma’ dawn il-prinċipji.

C.   L-APPLIKAZZJONI PARALLELA JEW KONSEKUTTIVA TAR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI TAL-KE MILL-KUMMISSJONI U MILL-QRATI NAZZJONALI

11.

Qorti nazzjonali tista’ tkun qed tapplika l-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE għal ftehim, deċiżjoni, prattika miftiehma jew kondotta unilaterali li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fl-istess żmien tal-Kummissjoni jew wara l-Kummissjoni (29). Dawn il-punti li ġejjin jiddeskrivu b’mod qasir u ġeneriku l-obbligi li l-qrati nazzjonali għandhom iħarsu f’dawk iċ-ċirkostanzi.

12.

Fejn qorti nazzjonali tasal għal deċiżjoni qabel il-Kummissjoni, għandha tevita li tadotta deċiżjoni li tmur kontra deċiżjoni kkontemplata mill-Kummissjoni (30). Għal dan il-għan, il-qorti nazzjonali tista’ tistaqsi lill-Kummissjoni jekk bdietx proċeduri dwar l-istess ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiċi (31) miftiehma u jekk dan ikun il-każ, tista’ tistaqsi dwar il-progress tal-proċeduri u l-probabbiltà ta’ deċiżjoni f’dak il-każ (32). Il-qorti nazzjonali tista’ għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, tikkunsidra wkoll li twaqqaf il-proċeduri tagħha sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni (33). Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, se taħdem biex tagħti prijorità lill-każijiet li għalihom tkun iddeċidiet li tibda l-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 u li huma s-suġġett ta’ proċeduri nazzjonali mwaqqfa b’dan il-mod, b’mod partikolari fejn ir-riżultat ta’ tilwima ċivili jkun jiddependi fuqhom. Madankollu, fejn il-qorti nazzjonali ma tkunx tista’ b’mod raġonevoli tiddubita dwar id-deċiżjoni kkontemplata mill-Kummissjoni jew fejn il-Kummissjoni tkun diġà ddeċidiet dwar każ simili, il-qorti nazzjonali tista’ tiddeċiedi dwar il-każ pendenti quddiemha skont dik id-deċiżjoni kkontemplata jew skont id-deċiżjoni preċedenti mingħajr ma jkun meħtieġ li titlob lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija hawn fuq jew mingħajr ma tistenna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

13.

Fejn il-Kummissjoni tasal għal deċiżjoni f’każ partikolari qabel il-qorti nazzjonali, din tal-aħħar ma tistax tieħu deċiżjoni li tmur kontra dik tal-Kummissjoni. L-effett vinkolanti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni huwa ovvjament mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-liġi Komunitarja mill-Qorti tal-Ġustizzja. Għalhekk, jekk il-qorti nazzjonali tiddubita l-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ma tistax tevita l-effetti vinkolanti ta’ dik id-deċiżjoni mingħajr deċiżjoni kontrarja mill-Qorti tal-Ġustizzja (34). B’konsegwenza ta’ dan, jekk qorti nazzjonali tkun bi ħsiebha tieħu deċiżjoni li tmur kontra dik tal-Kummissjoni, hija għandha tressaq mistoqsija lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari (l-Artikolu 234 KE). Din tal-aħħar imbagħad tiddeċiedi dwar il-kompatibilità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni mal-liġi Komunitarja. Madankollu, jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tiġi sfidata quddiem il-qrati Komunitarji skont l-Artikolu 230 KE u r-riżultat tat-tilwima quddiem il-qorti nazzjonali jkun jiddependi fuq il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-qorti nazzjonali għandha twaqqaf il-proċeduri tagħha sakemm ikun hemm sentenza finali mill-qrati Komunitarji fl-azzjoni għall-annullament, kemm-il darba ma tqisx li, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, tkun ta’ min issir riferenza għall-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (35).

14.

Fejn qorti nazzjonali twaqqaf il-proċeduri, eż., sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (is-sitwazzjoni deskritta fil-punt ta’ din in-notifika) jew sakemm ikun hemm sentenza finali tal-qrati Komunitarji f’azzjoni għall-annullament jew f’proċedura tad-deċiżjoni preliminari (is-sitwazzjoni deskritta fil-punt 13), għandha obbligu teżamina jekk huwiex meħtieġ li tordna miżuri interim sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-partijiet (36).

III.   IL-KOOPERAZZJONI BEJN IL-KUMMISSJONI U L-QRATI NAZZJONALI

15.

Għajr għall-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 234 KE, it-Trattat tal-KE ma jipprovdix b’mod espliċitu għall-kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni. Madankollu, fl-interpretazzjoni tagħhom tal-Artikolu 10 KE, li jobbliga lill-Istati Membri jiffaċilitaw it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Komunità, il-qrati Komunitarji sabu li din id-dispożizzjoni tat-Trattat timponi fuq l-istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri dmirijiet reċiproċi ta’ kooperazzjoni leali bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat tal-KE. Għalhekk l-Artikolu 10 KE jimplika li l-Kummissjoni għandha tgħin lill-qrati nazzjonali meta japplikaw il-liġi Komunitarja (37). Bl-istess mod, il-qrati nazzjonali jistgħu jkunu obbligati jgħinu lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha (38).

16.

Huwa wkoll xieraq li wieħed ifakkar fil-kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, għall-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE. Filwaqt li l-kooperazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet nazzjonali hija primarjament regolata mir-regoli nazzjonali, l-Artikolu 15(3) tar-regolament jipprovdi għall-possibbiltà għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni li jissottomettu osservazzjonijiet quddiem il-qrati nazzjonali tal-Istat Membru tagħhom. Il-punti 31 u 33 sa 35 ta’ din in-notifika jgħoddu mutatis mutandis għal dawk is-sottomissjonijiet.

A.   IL-KUMMISSJONI BĦALA AMICUS CURIAE

17.

Sabiex tgħin lill-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, il-Kummissjoni hija marbuta li tgħin lill-qrati nazzjonali fejn dawn tal-aħħar isibu li għajnuna bħal din hija meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar każ. L-Artikolu 15 tar-regolament jirreferi għat-tipi l-aktar frekwenti ta’ din l-għajnuna: it-trasferiment tal-informazzjoni (il-punti sa) u l-opinjonijiet tal-Kummissjoni (il-punti 27 sa 30), it-tnejn fuq talba ta’ qorti nazzjonali u l-possibbiltà għall-Kummissjoni li tissottometti l-osservazzjonijiet (il-punti 31 sa 35). Ladarba r-regolament jipprovdi għal dawn it-tipi ta’ għajnuna, ma jistax ikun limitat minn xi regola ta’ xi Stat Membru. Madankollu, fin-nuqqas ta’ regoli proċedurali Komunitarji għal dan il-għan u sa fejn ikun meħtieġ li jkunu faċilitati dawn il-forom ta’ għajnuna, l-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli proċedurali xierqa biex jippermettu kemm lill-qrati nazzjonali kif ukoll lill-Kummissjoni li jagħmlu użu sħiħ mill-possibbiltajiet li joffri r-regolament (39).

18.

Il-qorti nazzjonali tista’ tibgħat it-talba tagħha għall-assitenza bil-miktub

lid-Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

tal-Kummissjoni Ewropea

B — 1049 Brussell

il-Belġju

jew tibgħatha b’mod elettroniku lil comp-amicus@cec.eu.int

19.

Wieħed għandu jiftakar illi tkun xi tkun il-forma ta’ kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni se tirrispetta l-indipendenza tal-qrati nazzjonali. Għalhekk, l-għajnuna li toffri l-Kummissjoni ma torbotx lill-qorti nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha wkoll tiżgura li tirrispetta d-dmir tagħha tas-sigriet professjonali u li tissalvagwardja l-funzjoni u l-indipendenza tagħha stess (40). Fit-twettiq tad-dmir tagħha taħt l-Artikolu 10 KE, li tgħin lill-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE, il-Kummissjoni hija impenjata li tibqa’ newtrali u oġġettiva fl-għajnuna tagħha. Tabilħaqq, l-għajnuna tal-Kummissjoni lill-qrati nazzjonali hija parti mid-dmir tagħha li tiddefendi l-interess pubbliku. Għalhekk ma għandha l-ebda intenzjoni li taqdi l-interessi privati tal-partijiet involuti fil-każ pendenti quddiem il-qorti nazzjonali. B’konsegwenza ta’ dan, il-Kummissjoni mhux se tisma’ lil kwalunkwe parti dwar l-għajnuna tagħha lill-qorti nazzjonali. Fil-każ li l-Kummissjoni tkun ġiet kuntattjata minn xi waħda mill-partijiet fil-każ pendenti quddiem il-qorti dwar kwistjonijiet li jitqajmu quddiem il-qorti nazzjonali, hija tgħarraf lill-qorti nazzjonali dwar dan, indipendentement minn jekk dawn il-kuntatti jkunux saru qabel jew wara t-talba għall-kooperazzjoni min-naħa tal-qorti nazzjonali.

20.

Il-Kummissjoni se tippubblika sommarju dwar il-kooperazzjoni tagħha mal-qrati nazzjonali skont din in-notifika fir-Rapport annwali tagħha dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni. Tista’ wkoll tagħmel l-opinjonijiet u l-osservazzjonijiet tagħha disponibbli fuq il-websajt tagħha.

1.   Id-dmir tal-Kummissjoni li tittrasferixxi l-informazzjoni lill-qrati nazzjonali

21.

Id-dmir tal-Kummissjoni li tgħin lill-qrati nazzjonali fl-applikazzjoni tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-KE tidher l-aktar fl-obbligu li għandha l-Kummissjoni li tittrasferixxi l-informazzjoni li jkollha lill-qrati nazzjonali. Qorti nazzjonali tista’, eż., titlob lill-Kummissjoni dokumenti fil-pussess tagħha jew informazzjoni ta’ natura proċedurali sabiex tkun tista’ tiskopri jekk xi każ huwiex pendenti quddiem il-Kummissjoni, jekk il-Kummissjoni bdietx proċedura jew jekk diġà ħaditx pożizzjoni. Qorti nazzjonali tista’ wkoll titlob lill-Kummissjoni dwar meta deċiżjoni x’aktarx li tittieħed, sabiex tkun tista’ tiddetermina l-kondizzjonijiet ta’ kwalunkwe deċiżjoni biex twaqqaf il-proċeduri jew biex tiddetermina jekk għandhomx bżonn jiġu adottati miżuri interim (41).

22.

Sabiex tkun żgurata l-effiċjenza tal-kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni se taħdem biex tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni mitluba fi żmien xahar mid-data ta’ meta tirċievi t-talba. Fejn il-Kummissjoni tkun trid titlob lill-qorti nazzjonali aktar kjarifika dwar it-talba tagħha jew fejn il-Kummissjoni tkun trid tikkonsulta lil dawk affettwati b’mod dirett mit-trasferiment tal-informazzjoni, dak il-perjodu jibda jiddekorri mill-mument meta tirċievi l-informazzjoni meħtieġa.

23.

Meta tittrasferixxi l-informazzjoni lill-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tirrispetta l-garanziji mogħtija lill-persuni naturali u legali mill-Artikolu 287 KE (42). L-Artikolu 287 KE ma jippermettix lil membri, uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Kummissjoni li jiżvelaw informazzjoni koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali. L-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali tista’ tkun informazzjoni kunfidenzjali jew inkella sigrieti tan-negozju. Is-sigrieti tan-negozju huma informazzjoni li dwarha mhux biss l-iżvelar lill-pubbliku iżda wkoll is-sempliċi trasferiment tagħhom lil persuna li mhix dik li pprovdiet l-informazzjoni tista’ tagħmel ħsara gravi lill-interessi ta’ din tal-aħħar (43).

24.

Il-qari flimkien tal-Artikoli 10 u 287 KE ma jwassalx għal xi projbizzjoni assoluta lill-Kummissjoni milli tittrasferixxi informazzjoni li hi koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali lill-qrati nazzjonali. Il-ġurisprudenza tal-qrati Komunitarji tikkonferma li d-dmir tal-kooperazzjoni leali titlob li l-Kummissjoni tipprovdi lill-qorti nazzjonali kwalunkwe informazzjoni li din tal-aħħar titlob għaliha, anki l-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali. Madankollu, meta toffri l-kooperazzjoni tagħha lill-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni ma tista’ f’ebda ċirkostanza timmina l-garanziji stabbiliti fl-Artikolu 287 KE.

25.

Għalhekk, qabel ma tittrasferixxi l-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali lil qorti nazzjonali, il-Kummissjoni se tfakkar lill-qorti dwar l-obbligu tagħha taħt il-liġi Komunitarja li tirrispetta d-drittijiet li jagħti l-Artikolu 287 KE lill-persuni naturali u legali u se titlob lill-qorti jekk tistax u jekk hijiex se tiggarantixxi l-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u tas-sigrieti tan-negozju. Jekk il-qorti nazzjonali ma tkunx tista’ toffri din il-garanzija, il-Kummissjoni ma tittrasferixxix l-informazzjoni koperta mis-sigriet professjonali lill-qorti nazzjonali (44). Huwa biss meta l-qorti nazzjonali tkun offriet garanzija li se tħares l-informazzjoni kunfidenzjali u s-sigrieti tan-negozju, li l-Kummissjoni tittrasferixxi l-informazzjoni mitluba, u tindika dawk il-partijiet li huma koperti mis-sigriet professjonali u liema partijiet mhumiex u li għalhekk jistgħu jiġu żvelati.

26.

Hemm aktar eċċezzjonijiet għall-iżvelar tal-informazzjoni mill-Kummissjoni lill-qrati nazzjonali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tista’ tirrifjuta li tittrasferixxi l-informazzjoni lill-qrati nazzjonali għal raġunijiet akbar li jkunu relatati mal-ħtieġa li jiġu mħarsal-interessi tal-Komunità jew li jiġi evitat kwalunkwe ndħil fil-ħidma u l-interessi tagħha, b’mod partikolari billi jitqiegħed fil-periklu t-twettiq tal-funzjonijiet fdati lilha (45). Għalhekk, il-Kummissjoni mhux se tittrasferixxi lill-qrati nazzjonali informazzjoni mressqa volontarjament minn applikant għall-klemenza mingħajr il-kunsens ta’ dak l-applikant.

2.   Talba għal opinjoni dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE

27.

Meta tiġi mitluba tapplika r-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE għal każ pendenti quddiemha, qorti nazzjonali tistal-ewwel tfittex gwida fil-ġurisprudenza tal-qrati Komunitarji jew f’regolamenti, deċiżjonijiet, notifiki u linji ta’ gwida tal-Kummissjoni li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE (46). Fejn dawn l-għodda ma jagħtux gwida suffiċjenti, il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE. Il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet ekonomiċi, fattwali u legali (47). Dan tal-aħħar huwa ovvjament mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà jew l-obbligu li l-qorti nazzjonali titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja deċiżjoni preliminari dwar l-interpretazzjoni jew il-validità tal-liġi Komunitarja skont l-Artikolu 234 KE.

28.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tipprovdi lill-qorti nazzjonali opinjoni utli, din tista’ titlob aktar informazzjoni mingħand il-qorti nazzjonali (48). Sabiex tiżgura l-effiċjenza tal-kooperazzjoni mal-qrati nazzjonali, il-Kummissjoni se taħdem biex tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-opinjoni mitluba fi żmien erba’ xhur mid-data ta’ meta tirċievi t-talba. Fejn il-Kummissjoni tkun talbet aktar informazzjoni lill-qorti nazzjonali sabiex tkun tista’ tfassal l-opinjoni tagħha, dak il-perjodu jibda’ jiddekorri mill-mument meta tirċievi l-informazzjoni addizzjonali.

29.

Meta tagħti l-opinjoni tagħha, il-Kummissjoni se tillimita ruħha li tipprovdi lill-qorti nazzjonali bl-informazzjoni fattwali jew bil-kjarifika ekonomika jew legali mitluba, mingħajr ma tqis il-mertu tal-kawża pendenti quddiem il-qorti nazzjonali. Barra minn hekk, diversament mill-interpretazzjoni awtoritattiva tal-liġi Komunitarja mill-qrati Komunitarji, l-opinjoni tal-Kummissjoni ma torbotx lill-qorti nazzjonali legalment.

30.

Skond dak li ntqal fil-punt 19 ta’ din in-notifika, il-Kummissjoni mhux se tisma’ lill-partijiet qabel ma tfassal l-opinjoni tagħha lill-qorti nazzjonali. Din tal-aħħar ikollha tittratta l-opinjoni tal-Kummissjoni skont ir-regoli nazzjonali proċedurali rilevanti, li għandhom jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja.

3.   Is-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni lill-qorti nazzjonali

31.

Skond l-Artikolu 15(3) tar-regolament, l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni jistgħu jissottomettu osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-Artikoli 81 jew 82 KE lil qorti nazzjonali li tintalab tapplika dawk id-dispożizzjonijiet. Ir-regolament jiddistingwi bejn l-osservazzjonijiet bil-miktub, li l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni jistgħu jissottomettu fuq l-inizjattiva tagħhom, u s-sottomissjonijiet orali, li jistgħu jiġu sottomessi biss bil-permess tal-qorti nazzjonali (49).

32.

Ir-regolament jispeċifika li l-Kummissjoni se tissottometti l-osservazzjonijiet biss meta l-applikazzjoni koerenti tal-Artikoli 81 jew 82 KE tkun tirrikjedi dan. Ladarba dak huwa l-għan tas-sottomissjoni tagħha, il-Kummissjoni se tillimita l-osservazzjonijiet tagħha għal analiżi ekonomika u legali tal-fatti li jirfdu l-każ pendenti quddiem il-qorti nazzjonali.

33.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissottometti osservazzjonijiet utli, il-qrati nazzjonali jistgħu jintalbu li jittrasferixxu jew li jiżguraw it-trasferiment lill-Kummissjoni ta’ kopja tad-dokumenti kollha li huma meħtieġa għall-evalwazzjoni tal-każ. Skond l-Artikolu 15(3), it-tieni subparagrafu, tar-regolament, il-Kummissjoni se tuża dawk id-dokumenti biss għall-preparazzjoni tal-osservazzjonijiet tagħha (50).

34.

Ladarba r-regolament ma jipprovdix għal qafas proċedurali li fih għandhom jiġu sottomessi l-osservazzjonijiet, ir-regoli proċedurali tal-Istati Membri u l-prattiċi tagħhom jiddeterminaw il-qafas proċedurali rilevanti. Fejn Stat Membru ikun għadu ma stabbilixxiex il-qafas proċedurali rilevanti, il-qorti nazzjonali għandha tiddetermina liema regoli proċedurali huma xierqa għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet fil-każ pendenti quddiemha.

35.

Il-qafas proċedurali għandu jħares il-prinċipji stabbiliti fil-punt 10 ta’ din in-notifika. Fost l-oħrajn dan jimplika li l-qafas proċedurali għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni tal-Artikoli 81 jew 82 KE

(a)

għandu jkun kompatibbli mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, b’mod partikolari d-drittijiet fundamentali tal-partijiet involuti fil-każ;

(b)

ma jistax jagħmel is-sottomissjoni ta’ dawn l-osservazzjonijiet diffiċli wisq jew prattikament impossibbli (il-prinċipju tal-effettività) (51); kif ukoll

(c)

ma jistax jagħmel is-sottomissjoni ta’ dawn l-osservazzjonijiet aktar diffiċli mis-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet fil-proċeduri tal-qrati fejn tkun applikata liġi nazzjonali ekwivalenti (il-prinċipju tal-ekwivalenza).

B.   IL-QRATI NAZZJONALI LI JIFFAĊILITAW IR-RWOL TAL-KUMMISSJONI FL-INFURZAR TAR-REGOLI TAL-KOMPETIZZJONI TAL-KE

36.

Ladarba d-dmir tal-kooperazzjoni leali jimplika wkoll li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jgħinu lill-istituzzjonijiet Ewropej bl-għan li jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattat tal-KE (52), ir-regolament jipprovdi għal tliet eżempji ta’ din l-għajnuna: (1) it-trasferiment ta’ dokumenti meħtieġa għall-evalwazzjoni ta’ każ li fih il-Kummissjoni tkun tixtieq tissottometti l-osservazzjonijiet (ara l-punt), (2) it-trasferiment ta’ sentenzi li japplikaw l-Artikoli 81 jew 82 KE); u (3) ir-rwol tal-qrati nazzjonali fil-kuntest ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni.

1.   It-trasferiment tas-sentenzi tal-qrati nazzjonali li japplikaw l-Artikoli 81 jew 82 KE

37.

Skond l-Artikolu 15(2) tar-regolament, l-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jibagħtu lill-Kummissjoni kopja ta’ kwalunkwe sentenza bil-miktub tal-qrati nazzjonali li tapplika l-Artikoli 81 jew 82 KE wara li s-sentenza sħiħa bil-miktub tkun ġiet notifikata lill-partijiet. It-trasferiment tas-sentenzi nazzjonali dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 81 jew 82 KE u l-informazzjoni li tirriżulta dwar il-proċeduri quddiem il-qrati nazzjonali primarjament jippermettu li l-Kummissjoni ssir konxja f’ħin f’waqtu dwar il-każijiet li għalihom jista’ jkun xieraq li tissottometti l-osservazzjonijiet fejn waħda mill-partijiet tippreżenta appell kontra s-sentenza.

2.   Ir-rwol tal-qrati nazzjonali fil-kuntest ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni

38.

Fl-aħħar, il-qrati nazzjonali jista’ jkollhom rwol fil-kuntest ta’ spezzjoni ta’ intrapriżi u assoċjazzjonijiet ta’ intrapriżi min-naħa tal-Kummissjoni. Ir-rwol tal-qrati nazzjonali jiddependi fuq jekk l-ispezzjonijiet isirux fil-post tan-negozju jew f’post mhux tan-negozju.

39.

Fir-rigward tal-ispezzjoni tal-post tan-negozju, il-liġi nazzjonali tista’ titlob awtorizzazzjoni minn qorti nazzjonali sabiex tippermetti lil awtorità tal-infurzar nazzjonali li tgħin lill-Kummissjoni fil-każ ta’ oppożizzjoni mill-intrapriża konċernata. Din l-awtorizzazzjoni tista’ wkoll tintalab bħala miżura kawtelatorja. Meta tittratta t-talba, il-qorti nazzjonali għandha s-setgħa li tikkontrolla li l-ispezzjoni tal-Kummissjoni tkun awtentika u li l-miżuri previsti ta’ infurzar la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi meta titqies il-materja tal-ispezzjoni. Fil-kontroll tagħha tal-proporzjonalità tal-miżuri ta’ infurzar, il-qorti nazzjonali tista’ titlob lill-Kummissjoni, direttament jew permezz tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, spjegazzjonijiet dettaljati b’mod partikolari dwar ir-raġunijiet li għandha l-Kummissjoni biex tissuspetta ksur tal-Artikoli 81 u 82 KE, kif ukoll dwar il-gravità tal-ksur suspettat u dwar in-natura tal-involviment tal-intrapriża konċernata (53).

40.

Fir-rigward tal-ispezzjoni tal-post mhux tan-negozju, ir-regolament jirrikjedi l-awtorizzazzjoni minn qorti nazzjonali qabel ma tkun tista tiġi esegwita deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna din l-ispezzjoni. F’dak il-każ, il-qorti nazzjonali tista’ tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-ispezzjoni tkun awtentika u li l-miżuri previsti ta’ infurzar la jkunu arbitrarji u lanqas eċċessivi meta titqies b’mod partikolari l-gravità tal-ksur suspettat, l-importanza tal-provi mfittxija, l-involviment tal-intrapriża konċernata u l-probabbiltà raġonevoli li l-kotba u r-reġistri tan-negozji dwar il-materja tal-ispezzjoni jkunu jinżammu fil-post li għalih tintalab l-awtorizzazzjoni. Il-qorti nazzjonali tista’ titlob mingħand il-Kummissjoni, direttament jew permezz tal-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni, spjegazzjonijiet dettaljati b’mod partikolari dwar dawk l-elementi li huma meħtieġa biex ikun permess il-kontroll min-naħa tagħha tal-proporzjonalità tal-miżuri previsti ta’ infurzar (54).

41.

Fiż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti 39 u 40, il-qorti nazzjonali ma tistax tixħet dubju dwar il-legalità tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew dwar il-ħtieġa għall-ispezzjoni u lanqas ma tista’ titlob li tingħata informazzjoni fil-fajl tal-Kummissjoni (55). Barra minn hekk, id-dmir tal-kooperazzjoni leali jeħtieġ lill-qorti nazzjonali tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien raġonevoli li jippermetti lill-Kummissjoni twettaq b’mod effettiv l-ispezzjoni tagħha (56).

IV.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

42.

din in-notifika hija maħruġa sabiex il-qrati nazzjonali jingħataw għajnuna fl-applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 KE. Ma jorbotx lill-qrati nazzjonali, u lanqas ma jaffettwa d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE u tal-persuni naturali u legali skont il-liġi Komunitarja.

43.

din in-notifika tissostitwixxi n-notifika tal-1993 dwar il-kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat tal-KEE (57).

ANNESS

IR-REGOLAMENTI, IN-NOTIFIKI U L-LINJI TA’ GWIDA TA’ EŻENZJONI ĠENERALI TAL-KUMMISSJONI

Din il-lista hija wkoll disponibbli u aġġornata fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea:

http://europa.eu.int/comm/competition/antitrust/legislation/

A.   Regoli mhux speċifiċi għas-settur

1.   Notifki ta’ natura ġenerali

notifika dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5)

notifika dwar ftehimiet ta’ importanza minuri li ma jirrestrinġux b’mod apprezzabbli l-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (de minimis) (ĠU C 368, 22.12.2001, p. 13)

notifika dwar l-effett fuq il-kunċett tal-kummerċ li jinsab fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 81).

Linji ta’ gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 2).

2.   Ftehimiet vertikali

Ir-Regolament (KE) Nru 2790/1999 tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 336, 29.12.1999, p. 21)

Linji ta’ gwida dwar Restrizzjonijiet Vertikali (ĠU C 291, 13.10.2000, p. 1)

3.   Il-ftehimiet tal-kooperazzjoni orizzontali

Ir-Regolament (KE) Nru 2658/2000 tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ speċjalizzazzjoni (ĠU L 304, 5.12.2000, p. 3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2659/2000 tad-29 ta’ Novembru 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim dwar ir-riċerka u l-iżvilupp (ĠU L 304, 5.12.2000, p. 7)

Linji ta’ gwida dwar l-applikabbilità tal-Artikolu 81 għal ftehimiet ta’ koperazzjoni orizzontali (ĠU C 3, 6.1.2001, p. 2)

4.   Il-ftehimiet ta’ liċenzjar għat-trasferiment tat-teknoloġija

Ir-Regolament (KE) Nru 773/2004 tad-29 ta’ Novembru 2004 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal kategoriji ta’ ftehim ta’ speċjalizzazzjoni (ĠU L 123, 27.4.2000, p. 3)

Linji ta’ gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat tal-KE għall-ftehimiet tat-trasferiment tat-teknoloġija (ĠU L 101, 27.4.2004, p. 2)

B.   Ir-regoli speċifiċi għas-settur

1.   Assigurazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 358/2003 tas-27 ta’ Frar 2003 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma fis-settur tal-assigurazzjoni (ĠU L 53, 28.2.2003, p. 8)

2.   Vetturi bil-mutur

Ir-Regolament (KE) Nru 1400/2002 tal-31 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat fuq kategoriji ta’ ftehim vertikali u prattiċi miftiehma fis-settur tal-vetturi bil-mutur (ĠU L 203, 1.8.2002, p. 30)

3.   Telekomunikazzjonijiet u s-servizzi postali

Linji ta’ gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni tal-KEE fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet (ĠU C 233, 6.9.1991, p. 2)

Notifika dwar l-applikazzjoni ta’ regoli tal-kompetizzjoni għas-settur postali u dwar l-istima ta’ ċerti miżuri statali dwar is-servizzi postali (ĠU C 39, 6.2.1998, p. 2)

Notifika dwar l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kompetizzjoni għall-ftehim ta’ dħul fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet — Qafas ta’ xogħol, swieq relevanti u prinċipji (ĠU C 265, 22.8.1998, p. 2)

Linji ta’ gwida dwar l-analiżi tas-suq u l-istima tas-setgħa sinjifikanti fis-suq taħt il-qafas regolatorju Komunitarju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU C 165, 11.7.2002, p. 6)

4.   Trasport

Ir-Regolament (KEE) Nru 1617/93 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma li jikkonċernaw l-ippjanar konġunt u l-koordinazzjoni ta’ skedi, l-operazzjonijiet konġunti, il-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq servizzi tal-ajru skedati u l-allokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti (ĠU L 155, 26.6.1993, p. 18)

Il-Komunikazzjoni dwar kjarifika tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni għall-proġetti l-ġodda tal-infrastruttura tat-trasport (ĠU C 298, 30.9.1997, p. 5)

Ir-Regolament (KE) Nru 823/2000 tad-19 ta’ April 2000 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat lil ċerti kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn kumpaniji ta’ trasport bil-baħar (konsorzji) (ĠU L 100, 20.4.2000, p. 24)


(1)  Għall-kriterji biex jiġi determinat liema entitajiet jistgħu jitqiesu bħala qrati jew tribunali fis-sens tal-Artikolu 234 KE, ara pereż., il-każ C-516/99 Schmid [2002] ECR I-4573, 34: “Il-Qorti tqis għadd ta’ fatturi, bħal jekk l-organizzazzjoni hijiex stabbilita bil-liġi, jekk hijiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tagħha hijiex obbligatorja, jekk il-proċedura tagħha hijiex inter partes, jekk tapplikax ir-regoli tal-liġi u jekk hijiex indipendenti”.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  In-Notifika dwar il-kooperazzjoni fi ħdan in-netwerk tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 43). Għall-għanijiet ta’ din in-notifika, “awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni” hija l-awtorità maħtura minn Stat Membru skont l-Artikolu 35(1) tar-regolament.

(4)  Il-ġurisdizzjoni ta’ qorti nazzjonali tiddependi fuq ir-regoli nazzjonali, Ewropej u internazzjonali tal-ġurisdizzjoni. F’dan il-kuntest għandu jiġi mftakkar li r-Regolament tal-Kunsill 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1) jgħodd għall-każijiet kollha tal-kompetizzjoni ta’ natura ċivili jew kummerċjali.

(5)  Ara l-Artikolu 6 tar-Regolament.

(6)  Ara l-Artikoli 2 u 3 KE, il-każ C-126/97 Eco Swiss [1999] ECR I-3055, 36; il-każ T-34/92 Fiatagri UK u New Holland Ford [1994] ECR II-905, 39 u l-każ T-128/98 Aéroports de Paris [2000] ECR II-3929, 241.

(7)  Il-każijiet konġunti C-430/93 u C-431/93 van Schijndel [1995] ECR I-4705, 13 sa 15 u 22.

(8)  Skond l-aħħar sentenza tal-premessa 8 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, ir-regolament ma jgħoddx għal-liġijiet nazzjonali li jimponu sanzjonijiet kriminali fuq il-persuni naturali ħlief sa fejn dawk is-sanzjonijiet ikunu l-mezz li bih ir-regoli tal-kompetizzjoni li jgħoddu għall-intrapriżi jiġu infurzati.

(9)  Il-każ T-24/90 Automec [1992] ECR II-2223, 85.

(10)  Għal aktar kjarifika dwar il-kunċett tal-effett fuq in-negozju, ara l-notifika dwar din il-kwistjoni (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 81).

(11)  L-Artikolu 3(1) tar-regolament.

(12)  Ara wkoll l-notifika dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) KE (ĠU C 101, 27.4.2004, p. 2).

(13)  Il-każ 14/68 Walt Wilhelm [1969] ECR 1 u l-każijiet konġunti 253/78 u 1 sa 3/79 Giry u Guerlain [1980] ECR 2327, 15 sa 17.

(14)  Il-każ 106/77 Simmenthal [1978] ECR 629, 21 u l-każ C-198/01 Consorzio Industrie Fiammiferi (CIF) [2003] 49.

(15)  Pereż., qorti nazzjonali tista’ tintalab tinforza deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda skont l-Artikoli 7 sa 10, 23 u 24 tar-regolament.

(16)  Ara pereż., il-każ 5/88 Wachauf [1989] ECR 2609, 19.

(17)  Il-każijiet konġunti C-215/96 u C-216/96 Bagnasco [1999] ECR I-135, 50.

(18)  Il-każ 63/75 Fonderies Roubaix [1976] ECR 111, 9 sa 11 u l-każ C-234/89 Delimitis [1991] ECR I-935, 46.

(19)  Dwar l-applikazzjoni parallela u konsekuttiva tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE mill-qrati nazzjonali u mill-Kummissjoni, ara wkoll il-punti 11 sa 14.

(20)  Il-każ 66/86 Ahmed Saeed Flugreisen [1989] ECR 803, 27 u l-każ C-234/89 Delimitis [1991] ECR I-935, 50. Lista tal-linji ta’ gwida, tal-notifiki u tar-regolamenti tal-Kummissjoni fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari r-regolamenti li japplikaw l-Artikolu 81(3) KE għal xi kategoriji ta’ ftehimiet, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma, hija annessa ma’ din in-notifika. Għad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 KE (sa mill-1964), ara http://www.europa.eu.int/comm/competition/antitrust/cases/

(21)  Il-każijiet konġunti C-319/93, C-40/94 u C-224/94 Dijkstra [1995] ECR I-4471, 32.

(22)  Dwar il-possibbiltà li l-qrati nazzjonali jitolbu opinjoni lill-Kummissjoni, ara aktar fil-punti sa 27 sa 30.

(23)  Dwar is-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet, ara aktar fil-punti 31 sa 35.

(24)  Il-każ 106/77 Simmenthal [1978] ECR 629, 14 u 15.

(25)  Il-każ 68/88 Il-Kummissjoni v Il-Greċja [1989] ECR 2965, 23 sa 25.

(26)  Dwar id-danni f’każ ta’ ksur minn intrapriża ara l-każ C-453/99 Courage u Crehan [2001] ECR 6297, 26 u 27. Dwar id-danni f’każ ta’ ksur minn Stat Membru jew minn awtorità li hija emanazzjoni tal-Istat u dwar il-kondizzjonijiet ta’ din ir-responsabbiltà tal-istat, ara eż., il-każijiet konġunti C-6/90 u C-9/90 Francovich [1991] ECR I-5357, 33 sa 36; il-każ C-271/91 Marshall v Southampton u South West Hampshire Area Health Authority [1993] ECR I-4367, 30 u 34 sa 35; il-każijiet konġunti C-46/93 u C-48/93 Brasserie du Pêcheur u Factortame [1996] ECR I-1029; il-każ C-392/93 British Telecommunications [1996] ECR I-1631, 39 sa 46 u l-każijiet konġunti C-178/94, C-179/94 u C-188/94 sa 190/94 Dillenkofer [1996] ECR I-4845, 22 sa 26 u 72.

(27)  Ara eż., il-każ 33/76 Rewe [1976] ECR 1989, 5; il-każ 45/76 Comet [1976] ECR 2043, 12 u l-każ 79/83 Harz [1984] ECR 1921, 18 u 23.

(28)  Ara eż., il-każ 33/76 Rewe [1976] ECR 1989, 5; il-każ 158/80 Rewe [1981] ECR 1805, 44; il-każ 199/82 San Giorgio [1983] ECR 3595, 12 u l-każ C-231/96 Edis [1998] ECR I-4951, 36 u 37.

(29)  L-Artikolu 11(6), juncto Artikolu 35(3) u (4) tar-regolament ma jippermettix applikazzjoni parallela tal-Artikoli 81 jew 82 KE mill-Kummissjoni u qorti nazzjonali biss fejn din tal-aħħar tkun maħtura bħala awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

(30)  L-Artikolu 16(1) tar-regolament.

(31)  Il-Kummissjoni tagħmel pubbliku l-bidu tal-proċeduri tagħha bl-għan li tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 7 sa 10 tar-regolament (ara l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tad-data dwar il-proċeduri skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 101, 27.4.101, p. 2004). Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, il-bidu tal-proċeduri jimplika att awtoritattiv tal-Kummissjoni, li huwa evidenza tal-intenzjoni tagħha li tieħu deċiżjoni (il-każ 48/72 Brasserie de Haecht [1973] ECR 77, 16).

(32)  Il-każ C-234/89 Delimitis [1991] ECR I-935, 53, u l-każijiet konġunti C-319/93, C-40/94 u C-224/94 Dijkstra [1995] ECR I-4471, 34. Ara aktar fuq din il-kwistjoni fil-punt 21 ta’ din in-notifika.

(33)  Ara l-Artikolu 16(1) tar-regolament u l-każ C-234/89 Delimitis [1991] ECR I-935, 47 u l-każ C-344/98 Masterfoods [2000] ECR I-11369, 51.

(34)  Il-każ 314/85 Foto-Frost [1987] ECR 4199, 12 sa 20.

(35)  Ara l-Artikolu 16(1) tar-regolament u l-każ C-344/98 Masterfoods [2000] ECR I-11369, 52 sa 59.

(36)  Il-każ C-344/98 Masterfoods [2000] ECR, I-11369, 58.

(37)  Il-każ C-2/88 Imm Zwartveld [1990] ECR I-3365, 16 sa 22 u l-każ C-234/89 Delimitis [1991] I-935, 53.

(38)  C-94/00 Roquette Frères [2002] ECR 9011, 31.

(39)  Dwar il-kompatibilità ta’ dawn il-proċeduri nazzjonali mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, ara l-punti 9 u 10 ta’ din in-notifika.

(40)  Dwar dawn id-dmirijiet, ara pereż. il-punti 23 sa 26 ta’ din in-notifika.

(41)  Il-każ C-234/89 Delimitis [1991] ECR I-935, 53, u l-każijiet konġunti C-319/93, C-40/94 u C-224/94 Dijkstra [1995] ECR I-4471, 34.

(42)  Il-każ C-234/89 Delimitis [1991] I-935, 53.

(43)  Il-każ T-353/94 Postbank [1996] ECR II-921, 86 u 87 u l-każ 145/83 Adams [1985] ECR 3539, 34.

(44)  Il-każ C-2/88 Zwartveld [1990] ECR I-4405, 10 u 11 u l-każ T-353/94 Postbank [1996] ECR II-921, 93.

(45)  Il-każ C-2/88 Zwartveld [1990] ECR I-4405, 10 u 11; il-każ C-275/00 First u Franex [2002] ECR I-10943, 49 u l-każ T-353/94 Postbank [1996] ECR II-921, 93.

(46)  Ara l-punt 8 ta’ din in-notifika.

(47)  Il-każ C-234/89 Delimitis [1991] ECR I-935, 53, u l-każijiet konġunti C-319/93, C-40/94 u C-224/94 Dijkstra [1995] ECR I-4471, 34.

(48)  Qabbel mal-każ 96/81 Il-Kummissjoni v l-Olanda [1982] ECR 1791, 7 u l-każ 272/86 Il-Kummissjoni v il-Greċja [1988] ECR 4875, 30.

(49)  Skond l-Artikolu 15(4) tar-regolament, dan huwa mingħajr preġudizzju għal setgħat aktar estiżi li huma mogħtija lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni mil-liġi nazzjonali sabiex dawn jagħmlu osservazzjonijiet quddiem il-qrati.

(50)  Ara wkoll l-Artikolu 28(2) tar-regolament, li ma jippermettix lill-Kummissjoni li tiżvela l-informazzjoni li tkun kisbet u li tkun koperta mill-obbligu tas-sigriet professjonali.

(51)  Il-każijiet konġunti 46/87 and 227/88 Hoechst [1989] ECR, 2859, 33. Ara wkoll l-Artikolu 15(3) tar-regolament.

(52)  Il-każ C-69/90 Commission v Italy [1991] ECR 6011, 15.

(53)  L-Artikolu 20(6) to (8) tar-regolament u l-każ C-94/00 Roquette Frères [2002] ECR 9011.

(54)  L-Artikolu 21(3) tar-regolament.

(55)  Il-każ C-94/00 Roquette Frères [2002] ECR 9011, 39 u 62 sa 66.

(56)  Ara wkoll ibidem, 91 u 92.

(57)  ĠU C 39, 13.2.93, p. 6.