ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 120

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
5 ta' April 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-116-il Sessjoni Plenarja tal-10 u l-11 ta' Frar 2016

2016/C 120/01

Riżoluzzjoni dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2016 tal-Kummissjoni Ewropea

1

2016/C 120/02

Riżoluzzjoni dwar it-Theddid liż-Żona bla fruntieri ta’ Schengen tal-UE

4

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-116-il Sessjoni Plenarja tal-10 u l-11 ta' Frar 2016

2016/C 120/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – It-turiżmu adattat għall-anzjani

6

2016/C 120/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija rurali

10

2016/C 120/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Indikaturi għal żvilupp territorjali – Il-PDG u lil hinn

16

2016/C 120/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)

22


 

Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-116-il Sessjoni Plenarja tal-10 u l-11 ta' Frar 2016

2016/C 120/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol

27

2016/C 120/08

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-Ġbir tad-Dejta fis-Sajd

40


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-116-il Sessjoni Plenarja tal-10 u l-11 ta' Frar 2016

5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/1


Riżoluzzjoni dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2016 tal-Kummissjoni Ewropea

(2016/C 120/01)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2016 u l-bidu tas-Semestru Ewropew 2016 (1);

wara li kkunsidra r-rapport (abbozz) tal-Parlament Ewropew dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 (2015/2285(INI)

Ir-rilanċ tal-investimenti

1.

jenfasizza li t-tkabbir u l-impjiegi fl-UE huma mdgħajfa minħabba d-distakk tal-investiment wara l-kriżi li jagħmel ħsara lill-kompetittività u jhedded il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; huwa mħasseb li l-perjodu estiż tal-investiment baxx qed irażżan l-potenzjal fit-tul għat-tkabbir tal-impjiegi u l-kwalità tagħhom;

2.

jinnota li t-tnaqqis fil-baġit laqat l-investiment pubbliku fl-infrastruttura, kif ikkonfermat minn stħarriġ konġunt reċenti tal-KtR – OECD (2), kif ukoll fl-edukazzjoni, it-taħriġ vokazzjonali, il-kura tas-saħħa, is-servizzi soċjali, il-kura tat-tfal u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni, fi żmien meta l-investiment privat qed ikun skuraġġat minħabba aspettattivi baxxi dwar ir-ritmu tal-attività ekonomika;

3.

jenfasizza l-bżonn li jitneħħew l-ostakli għall-investiment pubbliku u dak privat bit-tlestija tas-suq intern, b’mod partikolari fis-settur tas-servizzi, l-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali bil-għan li jiġi ġġenerat impjieg ta’ kwalità u jiġu miġġielda l-inugwaljanzi, it-titjib tal-ambjent tan-negozju, il-ġlieda kontra l-frodi u l-ekonomija sewda, l-inkoraġġiment tal-intraprenditorija. F’dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza tal-użu effettiv u effiċjenti ta’ Fondi tal-UE fi sħubija mas-settur privat sabiex il-fondi pubbliċi u privati jkunu kapaċi li kollettivament jipprovdu impatt pożittiv fuq il-post. Meta wieħed jikkunsidra l-intenzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tinvolvi ruħha fi djalogu mal-Istati Membri dwar l-identifikazzjoni ta’ ostakoli bħal dawn, huwa jenfasizza l-bżonn li jiġu analizzati b’mod speċifiku fil-livelli kollha tal-gvern u li l-KtR ikun involut f’dan il-proċess;

4.

jagħmlu l-aħjar użu tal-Fondi Strutturali, li bħala medja jammontaw għal madwar 14 % tat-total tal-investimenti pubbliċi iżda b’sehem ta’ aktar minn 50 % f’disa’ Stati Membri, kif ukoll il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa (il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi) li għandu jiġi applikat bi kriterji ta’ flessibbiltà u komplementarjetà mal-Fondi Strutturali, bil-għan li tiġi sfruttata l-kapaċità kollha tiegħu ta’ investiment, kemm pubbliku kif ukoll privat;

5.

jappoġġa proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq, filwaqt li jenfasizza li d-disparitajiet soċjali, ekonomiċi u territorjali jistgħu jintgħelbu biss permezz ta’ viżjoni territorjali li tippermettielna niksbu approċċ iktar minn isfel għal fuq billi tgħaqqad approċċ ta’ politika bbażat fuq il-post mad-dimensjoni territorjali tal-Istrateġija Ewropa 2020 u mal-politika ta’ koeżjoni orjentata lejn ir-riżultat tal-UE;

It-tkomplija tar-riformi strutturali

6.

jinnota li l-programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali (SRSP) għandu, wara li jkun soġġett għal proċedura leġislattiva ordinarja, ikun disponibbli lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, skont il-qsim attwali tas-setgħat fl-Istati Membri; jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-SRSP m’għandhiex tnaqqas l-allokazzjoni finanzjarja tal-ESIF;

7.

jenfasizza li l-istruttura effiċjenti tal-kapaċità amministrattiva fil-livelli kollha tal-gvern, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, hija ta’ importanza kbira sabiex jitnedew mill-ġdid u b’suċċess l-investimenti fuq terminu twil, ir-riformi strutturali u u l-infiq responsabbli u effettiv;

L-implimentazzjoni ta’ politiki fiskali responsabbli

8.

jenfasizza l-importanza li kull Stat Membru jkollu politiki ekonomiċi sodi u finanzi pubbliċi stabbli, bħala prerekwiżit għal investimenti pubbliċi meħtieġa għall-perjodu qasir u fit-tul;

9.

iqis li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016 jipprovdi argumenti sodi biex il-Kummissjoni tħares lejn li tipproponi kapaċità fiskali fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi sabiex jiġu implimentati politiki antiċikliċi u jitħaffef l-irkupru. Tali kapaċità fiskali għandha tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà u tiżgura li jkun hemm biżżejjed flessibilità pprovduta għall-implimentazzjoni ta’ politiki li huma xierqa għall-ħtiġijiet lokali permezz tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil tal-politiki;

10.

itenni it-talba tiegħu għal regola tad-deheb għall-kontabilità pubblika biex l-investimenti fit-tul jinżammu separati mill-infiq kurrenti; għal dan il-għan itenni s-sejħiet tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta White Paper li tibni fuq il-prinċipji tal-OECD għal investimenti pubbliċi effettivi fil-livelli kollha ta’ gvern u l-istabbiliment ta’ tipoloġija fil-livell tal-UE għall-kwalità tal-investiment pubbliku fil-kontijiet tal-infiq pubbliku skont l-effett fit-tul tiegħu; jinkoraġġixxi t-tnaqqis tal-infiq kurrenti, sabiex tittaffa l-pressjoni fiskali għall-istimular tal-investimenti privati;

11.

ifakkar fil-proposta tiegħu għal indikatur relatat mar-rata tal-investiment li għandu jiġi inkluż fil-valutazzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi;

12.

jenfasizza l-bżonn għal flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja sabiex il-kapaċità ta’ investiment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali titħeġġeġ u ma tkunx ristretta. Bħala segwitu tal-komunikazzjoni tiegħu ta’ Jannar 2015, il-Kumitat jistenna li l-Kummissjoni tressaq aktar proposti konkreti biex tqis dan l-aspett fl-implimentazzjoni u r-reviżjoni possibbli ta’ dawn il-ftehimiet;

Ir-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 u approċċ ġdid għall-iżvilupp sostenibbli lil hinn mill-2020

13.

jilqa’ bi pjaċir l-Istrateġija Ewropa 2020 bħala qafas ta’ politika fit-tul f’diversi livelli; jenfasizza l-importanza li l-istrateġija tingħata dimensjoni territorjali; iħabbar li l-KtR ser jikkonsulta mal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jgħinuh fl-identifikazzjoni tal-indikaturi u l-miri tal-istrateġija riveduta tal-Ewropa 2020 kif ukoll fir-rigward tal-istrateġija fit-tul lil hinn mill-2020 mħabbra mill-Kummissjoni Ewropea fl-2016. Il-Kumitat jipproponi li tiġi inkluża inizjattiva ewlenija ġdida dwar l-isfidi demografiċi, bħala strument orizzontali, b’tali mod li r-reġjuni kollha li jridu jaffrontaw diversi sfidi demografiċi, jiksbu tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

Is-Semestru Ewropew

14.

jenfasizza li l-Programmi ta’ Riforma Nazzjonali u r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għal kull Pajjiż għandhom jinkludu dimensjoni territorjali biex jimmassimizzaw it-tkabbir u jnaqqsu d-disparitajiet territorjali;

15.

itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Parlament biex jadottaw Kodiċi tal-Kondotta sabiex jiġi żgurat l-involviment strutturat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew; itenni l-impenn tiegħu li jressaq proposta konkreta dwar din il-kwistjoni fl-2016; jieħu l-impenn li jidħol fi djalogu regolari mal-Kummissjoni Ewropea, partikolarment fil-parti Ewropea tal-proċess tas-Semestru;

16.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni li jiġu integrati aħjar iż-żona Euro u d-dimensjonijiet nazzjonali tal-governanza ekonomika tal-UE billi jippreżenta l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2016 kif ukoll rakkomandazzjonijiet għaż-Żona tal-Euro fil-bidu taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew tal-2016;

17.

jappoġġja s-sejħa tal-Parlament Ewropew għall-inklużjoni tal-pilastru tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew, b’sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni regolari dwar l-integrazzjoni tas-Suq Uniku li jkun fih sett ta’ indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, valutazzjoni komparattiva, reviżjonijiet bejn il-pari u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

18.

jilqa’ l-fatt li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni żżid tliet indikaturi soċjali (ir-rata ta’ attività, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul) fir-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta’ Twissija għall-2016 li b’hekk jirriflettu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

19.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, l-10 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  COM(2015) 700 final

(2)  Konsultazzjoni tal-KtR u l-OECD tal-gvernijiet sottonazzjonali dwar “L-ippjanar u l-investiment tal-infrastruttura fil-livelli kollha ta’ gvern: sfidi attwali, esperjenzi u soluzzjonijiet potenzjali” (Novembru 2015).


5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/4


Riżoluzzjoni dwar it-Theddid liż-Żona bla fruntieri ta’ Schengen tal-UE

(2016/C 120/02)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

wara li kkunsidra s-sitwazzjoni straordinarja tal-migrazzjoni li għaddejja bħalissa;

wara li kkunsidra l-għan, stabbilit fl-Artikoli 3 tat-TUE u 67 tat-TFUE, li joffri liċ-ċittadini tal-UE żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni;

wara li kkunsidra l-Artikolu 18 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li jiggarantixxi d-dritt għal ażil, kif ukoll l-obbligi nazzjonali u internazzjonali rilevanti tal-Istati Membri tal-UE;

1.

ifakkar li l-Ftehim ta’ Schengen dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni, li bħalissa jinkludi 26 pajjiż, li 22 minnhom huma Stati Membri tal-UE, jirrappreżenta wieħed mill-aktar pilastri ta’ suċċess fit-tiswir tal-Unjoni Ewropea. Il-Ftehim ta’ Schengen kif inkorporat fit-Trattati tal-UE huwa intrinsikament marbut mas-Suq Uniku, u huwa wieħed mill-erba’ elementi kruċjali tal-libertajiet tal-moviment – tal-prodotti, tas-servizzi, tal-persuni u tal-kapital – fi ħdan l-Unjoni Ewropea;

2.

ifakkar li l-libertajiet tal-moviment u l-abolizzjoni tal-fruntieri interni huma kisbiet ewlenin tal-integrazzjoni Ewropea li mhux biss għandhom impatt ekonomiku, soċjali u territorjali, iżda wkoll għandhom valur simboliku kbir għall-UE u ċ-ċittadini tagħha peress li huma marbutin direttament mal-proġett ta’ unjoni dejjem aktar mill-qrib fost il-popli tal-Ewropa;

3.

jenfasizza li l-fruntieri interni miftuħa huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea. Meta wieħed iqis li l-kummerċ fost l-Istati Membri tal-UE jammonta għal EUR 2 800 biljun, jinvolvi 1,7 miljun ħaddiem transkonfinali u 57 miljun moviment annwali ta’ trasport transkonfinali bit-triq, il-KtR jenfasizza li jekk jinbidlu l-kundizzjonijiet għall-mobilità u l-iskambji fi ħdan iż-żona Schengen, ikun hemm konsegwenzi ferm sinifikanti għall-impjiegi u l-investimenti f’ħafna pajjiżi Ewropej; jenfasizza li żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni hija dipendenti fuq protezzjoni xierqa u ħarsien konġunt tal-fruntieri esterni taż-żona;

4.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Unjoni Ewropea kollha jibbenefikaw min-nuqqas ta’ fruntieri interni f’termini ta’ żvilupp ekonomiku, soċjali u ta’ skambji kulturali, il-kooperazzjoni transkonfinali u b’mod partikolari l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ Kooperazzjoni territorjali Ewropea u r-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali;

5.

jenfasizza li l-użu tal-klawżoli ta’ limitazzjoni tal-Ftehim ta’ Schengen u r-restrizzjoni li tirriżulta mil-libertà ta’ moviment jista’ jkollhom konsegwenzi estremament negattivi għall-objettivi ewlenin tal-proġetti ta’ kooperazzjoni transkonfinali;

6.

jirrikonoxxi l-isfida enormi li l-UE u l-Istati Membri tagħha kif ukoll ir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet tagħhom qed jiffaċċjaw minħabba għadd kbir ta’ refuġjati bi bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali kif ukoll ta’ migranti ekonomiċi li jfittxu d-dħul irregolari fl-UE; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi żgurat li dawk li jidħlu fl-UE jidħlu b’mod legali, u li dan jinvolvi proċedura ta’ reġistrazzjoni stretta, malajr u effiċjenti fir-rispett tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, u jenfasizza li għandhom jiġu allokati aktar riżorsi biex jiżguraw il-fruntieri esterni tal-UE u biex jiġi jassiguraw li l-persuni li jidħlu fl-UE jagħmlu dan b’mod organizzat u legali; jinnota wkoll il-ħtieġa ta’ sforzi u riformi komprensivi biex jiżguraw li l-migranti li jidħlu fl-Ewropa jkunu jistgħu jibdew jaħdmu u jintegraw; jenfasizza li l-kontrolli tal-fruntieri esterni ta’ Schengen għandhom jitwettqu b’mod li huwa konsistenti mal-obbligi internazzjonali tal-Istati Membri lejn ir-refuġjati, u l-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali, inklużi d-drittijiet għad-dinjità tal-bniedem u n-nondiskriminazzjoni;

7.

jinnota li l-problemi attwali fis-sistema ta’ Schengen huma parzjalment ir-riżultat ta’ nuqqas ta’ koordinazzjoni u riżorsi allokati għall-ġestjoni ta’ għadd kbir ta’ refuġjati u migranti li jaslu, tan-nuqqas ta’ messaġġi politiċi adegwati dwar dħul permezz ta’ mezzi legali bl-użu ta’ punti ta’ qsim tal-fruntieri, kif ukoll in-nuqqas ta’ involviment adegwat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

8.

jenfasizza li l-protezzjoni tal-valuri tal-Ftehim ta’ Schengen u l-preservazzjoni tal-istabbiltà taż-żona ta’ Schengen huma prijoritajiet ewlenin; barra minn hekk jeħtieġ li jerġa’ jinkiseb il-kontroll fuq il-fruntieri esterni tal-UE u jissaħħu l-kapaċitajiet tal-ġestjoni tal-fruntieri; jenfasizza li huma meħtieġa miżuri immedjati biex tiġi żviluppata sistema sabiex jiġi segwit il-moviment ta’ migranti irregolari fiż-żona ta’ Schengen biex b’hekk jiġi evitat l-għajbien tagħhom għall-awtoritajiet; jinnota li għandhom jiġu aċċellerati r-ritorn u r-riammissjoni lejn il-pajjiżi ta’ oriġini ta’ dawk li jfittxu asil li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew irrifjutati;

9.

jenfasizza li din l-isfida teħtieġ soluzzjonijiet konġunti bbażati fuq il-kooperazzjoni reċiproka bejn il-livelli kollha ta’ governanza minħabba li r-reazzjonijiet ta’ politika mhux koordinata għandhom effetti serji fuq l-Istati Membri u r-reġjuni u l-bliet tagħhom, u b’hekk jaggravaw il-problemi globali u tiddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini, li diġà mdgħajfa sew; jenfasizza f’dan il-kuntest li jekk se nwaħħlu fil-pajjiżi jew l-istituzzjonijiet individwali għall-qagħda attwali u jekk se nheddu l-membri taż-żona ta’ Schengen bl-esklużjoni dan mhux se jikkontribwixxi għal soluzzjoni dejjiema u jista’ jikkostitwixxi preċedent perikoluż b’konsegwenzi estremament ta’ ħsara fit-tul għall-proġett Ewropew; jinnota wkoll li l-esklużjoni ta’ Stat Membru bħalissa mhuwiex previst mill-Ftehim ta’ Schengen;

10.

jesprimi tħassib kbir dwar id-diffikultajiet kontinwi fl-infurzar ta’ regoli maqbula b’mod konġunt skont it-Trattati tal-UE f’termini ta’ protezzjoni tal-fruntieri esterni, miżuri msaħħa biex jiġu pprevenuti u miġġielda l-migrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin, politiki effettivi għar-ritorn, standards komuni għall-akkoljenza u r-reġistrazzjoni tar-refuġjati u dawk li jfittxu l-asil, u l-implimentazzjoni ta’ politika ta’ migrazzjoni komuni;

11.

huwa konvint li r-risposta għat-talba taċ-ċittadini tal-UE għal aktar sigurtà u l-protezzjoni tal-istandard ta’ għajxien tagħhom ma għandhiex tkun li jiġi ipperikolat is-suċċess politiku, ekonomiku u soċjali ta’ Schengen billi jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri b’mod permanenti; fl-istess waqt, jaħseb li huwa essenzjali li tingħata tweġiba immedjata, konkreta u responsabbli liċ-ċittadini;”

12.

jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri tal-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE biex malajr jadottaw attitudni kostruttiva, li tiġi evitata t-tentazzjoni li jiġu mwiegħda soluzzjonijiet simplistiċi u jiġu analizzati bir-reqqa r-riskji u l-benefiċċji ta’ kwalunkwe proposta; jinsisti li l-ħidma mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-ispjegazzjoni liċ-ċittadini dwar l-implikazzjonijiet tal-introduzzjoni mill-ġdid ta’ fruntieri fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum huma ta’ importanza kruċjali sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-kredibbiltà tal-Unjoni Ewropea f’dan il-mument ta’ kriżi; juri f’dan il-kuntest, li l-kontroll temporanju tal-fruntieri ma jistax jiġi mtawwal b’mod indefinit skont il-kundizzjonijiet definiti b’mod ċar stabbiliti fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen (SBC), u li l-estensjoni tagħhom għal massimu ta’ sentejn huwa possibbli biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn il-funzjonament taż-żona mingħajr fruntieri interni jitpoġġa f’riskju minn nuqqasijiet serji persistenti fil-kontrolli tal-fruntieri esterni;

13.

jenfasizza li hemm bżonn urġenti li tiġi żviluppata strateġija Ewropea komuni ambizzjuża u sostenibbli, sabiex tiġġestixxi l-fruntieri esterni tal-Ewropa, b’mod partikolari bit-twaqqif ta’ hotspots f’pajjiżi terzi, sabiex tinżamm is-sigurtà interna fiż-żona ta’ Schengen, ikun żgurat il-moviment ħieles u tevita kriżi serja ta’ kredibbiltà għall-UE; għalhekk jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jiżviluppaw pjani direzzjonali ċari u skedi ta’ żmien għal soluzzjonijiet kemm għal żmien qasir kif ukoll fit-tul, waqt li jenfasizza l-ħtieġa li jiġi stabbilit x’timplika r-responsabbiltà kondiviża u l-miżuri bbażati fuq is-solidarjetà, filwaqt li jitqiesu l-aspettattivi, il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet ta’ integrazzjoni tal-pajjiżi, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali differenti, kif ukoll dawk tal-migranti;

14.

jappoġġja f’dan il-kuntest l-istabbiliment ta’ lista komuni ta’ pajjiżi ta’ oriġini siguri li jippermettu għal trattar malajr ta’ applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini ta’ pajjiżi li huma meqjusa “siguri” skont il-kriterji stabbiliti fid-Direttiva tal-Proċeduri tal-Asil u b’konformità sħiħa mal-prinċipju tan-non-refoulement, minflok li jkun hemm listi nazzjonali mhux koordinati, li jirriskjaw li jwasslu għal tellieqa sal-qiegħ f’termini tar-rati ta’ rikonoxximent l-aktar baxxi;

15.

jagħti struzzjonijiet lill-President sabiex iwassal din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-President tal-Kunsill Ewropew.

Brussell, il-11 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-116-il Sessjoni Plenarja tal-10 u l-11 ta' Frar 2016

5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/6


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – It-turiżmu adattat għall-anzjani

(2016/C 120/03)

Relatur:

Is-Sinjura JETTEN, Sindku ta’ Sluis (NL/PSE)

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jisħaq dwar il-bżonn li jiġu identifikati l-gruppi differenti fi ħdan il-komunità anzjana, jiġu definiti il-preferenzi u l-bżonnijiet tagħhom fis-suq sabiex jiġu żviluppati pjanijiet kummerċjali mfassla biex jiżguraw l-aħjar żvilupp possibbli għal turiżmu adattat għall-anzjani fl-UE, immirat għall-offerti ta’ turiżmu kemm bħala grupp kif ukoll individwali; jisħaq ukoll dwar il-bżonn li jiġu identifikati l-ostakli differenti li turisti anzjani jistgħu jaffaċjaw (bħalma huma l-lingwa, l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, l-isfidi organizzazzjonali, diskriminazzjoni minħabba l-età, id-disponibbiltà tal-kura tas-saħħa u assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u emerġenza, eċċ.) kif ukoll li jiġu ssuġeriti mezzi u metodi biex jingħelbu dawn l-isfidi;

2.

jisħaq fuq l-importanza kbira li jiġi żgurat li fil-ġejjieni tiġi stabbilita età unika jew definizzjoni unika għat-turiżmu tal-anzjani, sabiex ikunu jistgħu jitwettqu monitoraġġ u studji komparabbli, bil-għan li jsir l-aħjar użu possibbli mill-potenzjal ta’ din il-parti tas-suq dejjem tikber;

3.

jenfasizza li suq inizjali fuq skala kbira jew il-post tat-tluq (roll-out) tal-broadband fl-Ewropa kollha huwa essenzjali biex ir-reġjuni kkonċernati jingħataw kull opportunità strateġika biex jiżviluppaw u jimplimentaw kompetizzjoni strateġika sostenibbli (turiżmu). B’mod partikolari jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-intrapriżi turistiċi ż-żgħar u ta’ daqs medju;

4.

jitlob lill-Kummissjoni tagħti post prominenti lit-turiżmu tal-anzjani fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa bħala mekkaniżmu biex jitnaqqas id-distakk diġitali;

5.

jemmen li l-politika tat-turiżmu adattat għall-anzjani teħtieġ approċċ integrat. B’mod partikolari, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom iqisu approċċ transsettorjali, li jinvolvi organizzazzjonijiet differenti, li jkunu attivi pereżempju fil-qasam tal-kura tas-saħħa, l-aċċessibbiltà fiżika u t-trasport;

6.

jirrikonoxxi kemm huwa importanti li tinħoloq bażi ta’ data Ewropea li jkun fiha data dwar grupp ta’ anzjani b’kapital f’idejhom u fil-biċċa l-kbira awtonomi. Fi ħdan dan il-qafas sistematiku jistgħu jiġu żviluppati analiżijiet u indikaturi biex tingħata tweġiba effettiva lill-mistosija ta’ xi jfisser l-għadd dejjem akbar ta’ anzjani għall-offerta tal-operaturi tat-turiżmu b’rabta: mad-destinazzjonijiet turistiċi, il-kumpaniji tat-trasport, il-postijiet ta’ interess għat-turisti, l-akkomodazzjoni, il-ħwienet, il-provvedituri ta’ informazzjoni u l-midja li joffru lit-turisti ideat u għarfien li jistgħu jikkontribwixxu sew biex jarrikkixxu l-esperjenza turistika personali. Fid-dawl tat-tkabbir tas-settur tat-turiżmu tal-anzjani din il-bażi ta’ data ser issir dejjem iktar importanti;

7.

jirreferi għall-objettivi tal-politika tal-UE dwar it-turiżmu mill- 2010 (1) biex jiġi promoss turiżmu “sostenibbli, responsabbli u ta’ kwalità” abbinat mal-impjiegi u l-iżvilupp soċjali fl-UE;

8.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħti aktar attenzjoni lill-iżvilupp tat-turiżmu fi ħdan Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) wara li tkun evalwat il-bżonnijiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, billi tkompli bil-programm Calypso, tista’ tipprovdi appoġġ finanzjarju billi tiżgura li n-negozji tat-turiżmu jibbenefikaw minn attenzjoni partikolari fi ħdan il-programm COSME u billi timplimenta programm Erasmus+ għall-anzjani. Fid-dawl tal-impjiegi potenzjali offruti mis-settur, l-integrazzjoni tal-promozzjoni tat-turiżmu b’rabta mal-SMEs għandha tkun punt fokali fil-qafas pluriennali għall-perjodu wara l-2021;

9.

jenfasizza li l-aċċessibbiltà hi fundamentali sabiex jiġi żgurat it-twettiq mingħajr xkiel ta’ kull attività turistika, speċjalment għall-persuni avvanzati fl-età, peress li l-aċċess tagħhom għal destinazzjonijiet turistiċi u postijiet ta’ interess (lukandi, spas, eċċ.) permezz ta’ trasport sostenibbli, komdu, affordabbli u adattat għall-bżonnijiet tas-segmenti ta’ età differenti tat-turisti huwa prekundizzjoni għall-ivvjaġġar tagħhom. Għalhekk huwa xieraq li jiġu involuti l-fornituri tat-trasport bħalma huma l-linji tal-ajru, il-kumpaniji tal-bastimenti tal-passiġġieri u l-kumpaniji tal-karozzi tal-linja, l-operaturi tal-ferrovija u l-vapuri tal-kruċieri sabiex jistabbilixxu kooperazzjoni bejniethom li tiżgura l-intermodalità bejn il-modi differenti tat-trasport sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jaslu b’mod faċli u komdu fid-destinazzjonijiet turistiċi tagħhom, inklużi fir-reġjuni remoti;

10.

f’dan ir-rigward, jappoġġja s-suġġeriment tal-intergrupp tal-Parlament Ewropew għall-iżvilupp tat-turiżmu Ewropew li l-2018 tiġi ddikjarata bħala s-“Sena Ewropea tat-Turiżmu”. Hawnhekk għandha tingħata attenzjoni addizzjonali lill-faċilitajiet għall-anzjani u l-promozzjoni tat-turiżmu fl-istaġuni baxxi u medji;

11.

jenfasizza li s-settur tat-turiżmu, minħabba d-dħul u l-impjiegi assoċjati miegħu, huwa essenzjali għal għadd kbir ta’ reġjuni Ewropej u għal xi reġjuni huwa saħansitra kruċjali sabiex jiġi promoss u kkonsolidat il-vantaġġ kompetittiv. It-turiżmu għandu potenzjal sinifikanti għat-tkabbir u b’mod dirett u indirett huwa marbut ma’ bosta setturi ekonomiċi, soċjali u kulturali. It-turiżmu huwa ħafna drabi l-mutur li jmexxi l-iżvilupp u t-tisħiħ integrali, strateġiku u sostenibbli tal-kompetittività fir-reġjuni. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom rwol prinċipali hawnhekk. Huwa għalhekk ta’ importanza mill-akbar li jsir l-aħjar użu possibbli mill-esperjenza u l-għarfien tagħhom billi tiġi xprunata l-kooperazzjoni lokali u reġjonali fil-livell Ewropew;

12.

itenni li l-anzjani jagħtu kontribut sinifikanti fis-settur tat-turiżmu Ewropew u jirrappreżentaw potenzjal ta’ suq kbir. Barra minn hekk, iċ-ċittadini Ewropej li għandhom iktar minn 65 sena għandhom kapaċità ta’ nfiq ta’ aktar minn EUR 3 000 biljun u l-għadd ta’ persuni bi problemi marbuta mal-età ser jikber minn 68 miljun fl-2005 għal 84 miljun fl-2020. Bħalissa, iktar minn 128 miljun ċittadin fl-Unjoni Ewropea għandhom bejn il-55 u t-80 sena. Dawn jirrappreżentaw madwar 25 % tal-popolazzjoni totali. Madankollu, 41 % taċ-ċittadini Ewropej fit-28 Stat Membru qatt ma vvjaġġaw barra mill-fruntieri nazzjonali tagħhom, filwaqt li 7 minn kull 10 anzjani jivvjaġġaw biss f’pajjiżhom;

13.

josserva li l-evoluzzjoni demografika għandha impatt sinifikanti fuq id-domanda għas-servizzi tat-turiżmu, u konsegwentement, fuq is-suq tax-xogħol. L-industrija tat-turiżmu wriet li hi ferm aktar reżiljenti għal xokkijiet esterni/kriżijiet milli kien antiċipat. Fiż-żminijiet ekonomiċi attwali, l-infiq fuq ir-rikreazzjoni u t-turiżmu baqa’ konsiderevoli. It-turiżmu huwa servizz li jeħtieġ ħafna ħaddiema, jagħti kontribut kbir lill-impjieg u l-iżvilupp soċjali u jistħoqqlu iktar attenzjoni fil-qafas pluriennali li jmiss;

14.

jenfasizza li s-settur tat-turiżmu qed jiffaċċja bosta sfidi bħal: a) il-bidliet demografiċi, b) it-teknoloġija diġitali u c) id-diversifikazzjoni tal-offerta għat-turisti. Minħabba l-kompetizzjoni globali l-istrateġiji kummerċjali konvenzjonali nbidlu favur strateġiji li jippermettu li s-servizzi jkunu aktar flessibbli u aċċessibbli għat-turisti;

15.

huwa konvint li s-sostenibbiltà, l-innovazzjoni permanenti u persunal imħarreġ huma kruċjali għall-iżvilupp ta’ turiżmu adattat għall-anzjani ta’ kwalità għolja;

16.

għalhekk jipproponi li, fil-qafas tal-Programmi Operattivi reġjonali, tiġi determinata l-importanza nazzjonali u reġjonali tal-isfida demografika. Dawn il-programmi jikkonċernaw, fost oħrajn, il-kompetittività tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-impjieg, is-suq tax-xogħol u l-integrazzjoni soċjali. Dan huwa importanti fil-ġlieda kontra l-qgħad staġjonali u l-effett ta’ lieva tal-impjiegi fis-settur tat-turiżmu;

17.

jinnota li sabiex jiġi estiż l-istaġun tat-turiżmu lokali u reġjonali, fi ħdan u flimkien ma’ gruppi speċifiċi ta’ età, dawk li jfasslu l- politika għandhom iħarsu wkoll lejn gruppi speċifiċi motivati mill-interessi komuni tagħhom bħalma huma l-wirt kulturali, l-istorja, l-edukazzjoni, ir-reliġjon, l-isport u r-rikreazzjoni;

18.

jinnota li t-turiżmu tas-saħħa jirrappreżenta element li qed jikber mis-settur turistiku tal-UE u ż-żewġ dimensjonijiet tiegħu (l-kura tas-saħħa u t-turiżmu tal-benesseri) għandhom jiġu appoġġjati. Huwa għalhekk essenzjali, speċjalment mill-perspettiva reġjonali, li tiġi promossal-kompetittività u li d-destinazzjonijiet Ewropej jinbidlu f’destinazzjonijiet tal-eċċellenza tas-saħħa b’offerti li għandom valur miżjud għoli. It-turiżmu tas-saħħa qed isir l-aktar settur bl-akbar żieda fis-suq tal-industrija tat-turiżmu, speċjalment fost dawk l-anzjani li t-tfittix ta’ kura hija fost il-motivazzjonijiet ewlenin għall-ivvjaġġar;

19.

huwa konvint li t-titjib tat-teknoloġija diġitali għal aċċess imħaffef tal-ICT jaqdi diversi għanijiet, fosthom li jagħmel parti mit-“turiżmu adattat għall-anzjani”, u jista’ jintrabat mal-prijoritajiet ewlenin tal-UE. L-iffaċilitar tal-aċċess għall-infrastruttura teknoloġika ser jikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex tissarraf il-kapaċità tal-akkwist disponibbli. Bħalissa, din il-kapaċità hija l-aktar f’idejn persuni li għandhom iktar minn 50 sena (il-potenzjal ekonomiku tal-ekonomija tal-fidda);

20.

jinnota l-importanza tat-turiżmu tal-ikel għall-ħolqien ta’ impjiegi sostenibbli, it-tkabbir reġjonali u l-koeżjoni billi iżjed minn terz tal-flus li jonfqu t-turisti huwa fuq ikel;

21.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet reġjonali u lokali jagħtu attenzjoni lil dawn l-azzjonijiet taħt il-Programmi Operattivi; billi jaqdu rwol parteċipattiv, jistimolaw is-sħubijiet pubbliċi/privati, jibnu netwerks u javvanzaw u jiżviluppaw turiżmu adattat għall-anzjani. Attivitajiet ta’ komunikazzjoni li jippromovu l-għarfien dwar il-potenzjal tas-suq tat-turiżmu adattat għall-anzjani għandhom għalhekk ikunu wkoll minn ta’ fuq nett fl-aġenda tal-gvernijiet reġjonali u lokali;

22.

jinnota li ma jeżistix suq omoġenju tat-turiżmu adattat għall-anzjani. Anzi, l-anzjani huma grupp eteroġenu ta’ individwi bi bżonnijiet, motivazzjonijiet u aspettattivi differenti. Hemm ir-riskju li l-anzjani jispiċċaw soċjalment iżolati; it-turiżmu joffrilhom opportunitajiet għal kuntatti soċjali ġodda. Ir-riċerka turi li l-anzjani li jipparteċipaw f’attivitajiet turistiċi mhux biss ikollhom saħħa aħjar u allura anqas dipendenza fuq servizzi ta’ kura, iżda għażlu b’mod attiv id-destinazzjonijiet sabiex jibbenefikaw mis-servizzi ta’ kwalità ta’ saħħa u benesseri;

23.

jirrakkomanda li jkun hemm rabta dejjiema bejn is-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni dwar it-tixjiħ attiv u b’saħħtu u l-promozzjoni tal-mobbiltà, is-sikurezza, l-aċċessibilità fiż-żoni pubbliċi, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali;

24.

ifakkar lill-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fil-koordinazzjoni ta’ politiki settorjali oħra, bħat-trasport, il-kura tas-saħħa, l-ippjanar urban u l-iżvilupp rurali. Min-naħa tagħhom, dawn is-setturi għandhom impatt dirett u indirett fuq it-turiżmu lokali, li jikkonsisti minn intrapriżi tal-familja żgħar u ta’ daqs medju;

25.

jaqbel li l-awtoritajiet lokali għandhom jiġu involuti biex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-turiżmu għall-iżvilupp ta’ “bliet intelliġenti” u għandhom ikomplu jiġu żviluppati u appoġġati l-ħiliet individwali tal-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju (SMEs). Tista’ ssir sensibilizzazzjoni dwar l-attivitajiet differenti għal din l-għajnuna. Għaldaqstant għandha tingħata attenzjoni lill-iżvilupp tal-kapaċitajiet bil-għan li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament, il-koordinazzjoni tas-sħubijiet għal proġetti Ewropew pereżempju permezz ta’ programmi ta’ ġemellaġġ u l-ħolqien ta’ impriżi konġunti bejn l-aħjar prattiki lokali u reġjonali fir-rigward ta’ aċċess eħfef għall-istrutturi ta’ informazzjoni, u trasport u prodotti intiżi għall-ħtiġiet ta’ kull età;

26.

jistieden lil dawk li jfasslu l-politika biex joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex l-intrapriżi tas-settur turistiku:

joħolqu offerti ta’ turiżmu iktar mifruxa u bi prezz raġonevoli;

jiġbru l-prattiki ta’ suċċess fost l-organizzazzjonijiet tal-anzjani u jxerrduhom pereżempju permezz tat-twaqqif ta’ programmi ta’ skambju għall-anzjani;

jiżviluppaw prodotti turistiċi bi prezz raġonevoli;

jgħinu lill-intrapriżi ż-żgħar u ta’ daqs medju fl-industrija tat-turiżmu jikkooperaw biex joffru pakketti turistiċi u jikkumerċjalizzaw dak li jkollu x’joffri r-reġjun tagħhom;

jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġjar transkonfinali għall-anzjani;

jirrispettaw il-prinċipju tas-sussidjarjetà f’konformità mal-Artikolu 195 tat-TFUE li jistipula li l-UE għandha biss kompetenza ta’ appoġġ fi kwistjonijiet tat-turiżmu;

27.

jinnota li s-sistemi ta’ prenotazzjoni, il-midja soċjali u s-swieq elettroniċi huma biss ftit mill-applikazzjonijiet tat-turiżmu dominanti disponibbli fuq l-Internet. L-awtoritajiet lokali jistgħu wkoll jagħżlu li jużaw teknoloġiji tal-komunikazzjoni moderni, inkluż magni tat-tiftix li joffru lill-utenti t-trasparenza sabiex l-anzjani jifhmu l-kwalità li wieħed għandu jistenna u għal liema prezz. Madankollu, mhux l-anzjani kollha huma familjari mas-sistemi ta’ prenotazzjoni u s-siti li jagħtu l-feedback. Minħabba d-distakk diġitali, l-anzjani pjuttost iserrħu fuq metodi tradizzjonali ta’ prenotazzjoni u interazzjoni personali, fost oħrajn mal-aġenti tal-ivvjaġġar. Bil-għan li jiġi żgurat li l-ġenerazzjoni mdaħħla fl-età tagħmel użu mill-opportunitajiet diġitali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu, pereżempju, joffru taħriġ għall-persuni mdaħħlin fl-età;

28.

iqis li l-kuntatti jistgħu jgħinu biex l-anzjani jibqgħu f’saħħithom, indipendenti u attivi f’xogħolhom jew fil-komunità. Dan jista’ jinkiseb billi jiġu promossi netwerks soċjali u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati (pereżempju ċentri u istituzzjonijiet ta’ riċerka, kumpaniji privati tal-IT, is-soċjetà ċivili, il-komunità lokali, eċċ.) fit-tfassil u l-iżvilupp ta’ interfaċċji teknoloġiċi u disinn universali għal komunitajiet li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ kull età;

29.

huwa konxju li l-impatt tal-interazzjonijiet diġitali bejn il-partijiet interessati evolva b’mod konsiderevoli u juri kemm hija importanti bażi ta’ data Ewropea. Sabiex jiġu sfruttati kemm jista’ jkun l-istrumenti eżistenti, l-Osservatorju virtwali tat-turiżmu jista’ joħloq bażi ta’ data dwar it-turżimu adattat għall-anzjani. Madankollu, f’dan ir-rigward għad irid jiġi speċifikat min għandu jiżviluppa l-mudell u min għandu jiġbor id-data għall-indikaturi;

30.

jirrimarka li l-ispejjeż għoljin tal-kura tas-saħħa żiedu l-attenzjoni għat-tixjiħ u l-forom ta’ sħubijiet transsettorjali. B’hekk, l-aġenda tas-saħħa elettronika jista’ jkollha impatt partikolarment pożittiv fuq l-iżvilupp tat-turiżmu adattat għall-anzjani. It-turisti anzjani spiss jindikaw is-saħħa bħala t-tieni raġuni għaliex ma jivvjaġġawx. Jekk l-anzjani jkollhom aċċess (elettroniku) għal kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja lil hinn mill-post fejn joqogħdu, dan jaf jirrestrinġi jew jelimina t-tħassib tagħhom. B’hekk huma jistgħu jkunu aktar avventurużi fil-ħin liberu tagħhom. Fl-istess ħin, l-ivvjaġġar lejn postijiet bi klima aħjar u l-espożizzjoni għal esperjenzi ġodda jkunu bidla fir-rutina u jkunu tajba għal saħħithom;

31.

jenfasizza l-importanza li d-Direttiva dwar il-kura tas-saħħa transkonfinali u jistieden lill-awtoritajiet reġjonali u nazzjonali biex itejbu l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-servizzi tas-saħħa barra mill-pajjiż għaċ-ċittadini anzjani, li tippermettilhom li jagħmlu għażliet infurmati dwar il-proċeduri ta’ fejqan u kura u li jivvjaġġaw fl-UE mingħajr tħassib relatat mas-saħħa;

32.

jirrakkomanda li tittejjeb il-mobbiltà, li jinħolqu inizjattivi tas-sigurtà u li tittejjeb l-aċċessibbiltà ġenerali fl-ispazju pubbliku għall-etajiet kollha; huwa essenzjali li jiġu stabbiliti rabtiet b’saħħithom bejn it-turiżmu għall-anzjani, min-naħa waħda, u s-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b’saħħtu, min-naħa l-oħra;

33.

jappoġġja l-idea li jitnieda Patt Ewropew tas-Sindki dwar it-Tibdil Demografiku u jitlob li t-turiżmu jkun rikonoxxut bħala qasam ta’ politika importanti li jista’ jagħti kontribut biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, it-tħeġġiġ ta’ ħajja attiva u f’saħħitha u l-promozzjoni tas-solidarjetà bejn il-ġenerazzjonijiet.

Brussell, l-10 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52010DC0352.


5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/10


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-innovazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija rurali

(2016/C 120/04)

Relatur:

is-Sur Randel LÄNTS, Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Viljandi (EE/PSE)

I.   SFOND

1.

L-Istrateġija Ewropa 2020 tqis il-bliet u l-bliet kbar bħala muturi għat-tkabbir ekonomiku. Madankollu, mhux ser ikun possibbli li jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija u tinżamm il-koeżjoni territorjali mingħajr ma jiġi sfruttat il-potenzjal disponibbli kollu, li jinkludi l-potenzjal li joffru ż-żoni rurali.

2.

Ir-reġjuni rurali u dawk intermedji jikkostitwixxu 91 % tat-territorju tal-UE u fihom tgħix 60 % tal-popolazzjoni tal-UE, jipproduċu 43 % tal-valur miżjud gross u jirrappreżentaw 56 % tal-impjiegi fl-UE.

3.

Il-ħajja rurali għandha wirt kulturali, arkitettoniku, naturali, soċjali, gastronomiku u ekonomiku rikk. Għaldaqstant, iż-żoni rurali huma ta’ importanza kbira għall-approċċi politiċi l-ġodda li jippromovu l-iżvilupp sostenibbli u l-koeżjoni territorjali.

4.

Ħafna żoni rurali fl-Unjoni Ewropea jiffaċċjaw problemi simili: l-aċċessibbiltà fiżika, id-distanza tagħhom miċ-ċentri tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u ta’ riċerka, kif ukoll minn stabbilimenti tat-tagħlim, u nuqqas ta’ infrastruttura teknoloġika. Dawn il-problemi jwessgħu d-distakk teknoloġiku. Ir-rata ta’ parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol hija iktar baxxa fiż-żoni rurali, u barra minn hekk jinħolqu inqas impjiegi hemmhekk. Min-naħa l-oħra, iż-żoni rurali joffru wkoll sensiela ta’ vantaġġi: in-natura, ambjent ta’ għajxien pjaċevoli, livelli aktar baxxi ta’ tniġġis, u ħafna aktar.

5.

Madankollu, għandu jiġi nnutat li ż-żoni rurali jistgħu jvarjaw ħafna mil-lat tal-karatteristiċi u l-problemi tagħhom. Xi wħud qed jesperjenzaw depopolazzjoni u popolazzjoni li qed tixjieħ, densità demografika baxxa kif ukoll tixrid tal-villaġġi filwaqt li żoni oħrajn li jinsabu qrib il-bliet qegħdin taħt pressjoni minħabba d-domanda li dejjem tikber għall-art għall-bini u l-iżvilupp demografiku. Minħabba t-tnaqqis fl-attività agrikola, xi żoni rurali qed jiffaċċjaw tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, filwaqt li xi żoni oħra qed jirnexxu dejjem aktar minħabba l-kwalità tal-ambjent naturali tagħhom jew kwalitajiet oħra fl-ambjent tal-għajxien, bis-saħħa tat-turiżmu u/jew in-nies li jmorru jgħixu fihom. Xi żoni għandhom netwerk tat-toroq relattivament żviluppat u infrastruttura tajba tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, filwaqt li oħrajn huma relattivament iżolati. Xi żoni jinsabu fil-kontinent u oħrajn fi gżejjer, u dawn iridu jegħlbu l-iżvantaġġi li ġġib magħha l-insularità. Dak li huwa komuni għaż-żoni kollha huwa li l-livell ta’ żvilupp taż-żoni rurali huwa aktar baxx mil-livell ta’ żvilupp tal-UE, partikolarment dak taż-żoni urbani u din id-differenza qiegħda tikber.

6.

Fi kwalunkwe każ, il-leġislazzjoni Ewropea tirrikonoxxi xi tipoloġiji ta’ żoni rurali, bħal pereżempju ż-żoni muntanjużi u żoni bi popolazzjoni skarsa, li għandu jkollhom attenzjoni speċjali waqt li b’mod konġunt jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet u l-potenzjalitajiet tagħhom għall-iżvilupp.

7.

Iż-żamma ta’ servizzi pubbliċi u privati ta’ kwalità għolja sikwit tirrikjedi sforzi politiċi, ċiviċi u finanzjarji sinifikanti u aktar solidarjetà bejn iż-żoni urbani u dawk rurali. Fl-istess ħin, l-iżvilupp tas-servizzi jew prodotti pubbliċi jista’ jikkostitwixxi sfida intraprenditorjali ġdida. Pereżempju, permezz tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jistgħu jinħolqu inċentivi biex l-intrapriżi jfittxu, fost l-oħrajn, soluzzjonijiet innovattivi ġodda.

8.

Meta mqabbel mal-perjodu preċedenti, il-fondi disponibbli taħt il-PAK tnaqqsu bi 11,1 %. Sabiex din id-differenza tiġi kkumpensata, 11-il Stat Membru diġà ddeċidew li jittrasferixxu fondi mill-ewwel pilastru għat-tieni pilastru, u ħames Stati Membri, fosthom erba’ pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant, li jirċievu pagamenti diretti inqas mill-medja tal-UE, iddeċidew li jipproċedu bil-maqlub. Madankollu, dawn il-fondi jibqgħu dedikati iktar lejn il-ġbir tad-dħul milli l-modernizzazzjoni u l-iżvilupp taż-żoni rurali.

9.

Huwa inkonċepibbli li jkun hemm politika ta’ żvilupp ġenwina għaż-żoni rurali mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-partijiet interessati kollha. Fil-programmi ta’ żvilupp rurali, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jagħtu l-kunsiderazzjoni mistħoqqa lill-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku fiż-żoni rurali. It-tnaqqis fir-riżorsi jagħmilha diffiċli ħafna biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiffinanzjaw dawn il-prijoritajiet.

10.

Fil-baġit tal-FAEŻR hemm biss 6 % allokat għall-Programm LEADER, li f’xi Stati Membri jista’ ma jkunx biżżejjed biex tingħata spinta mill-ġdid lill-investiment. Fl-istess ħin, mill-1991 ‘il hawn inħolqu 150 000 impjieg permezz tal-LEADER, u dan huwa strument importanti li jippromovi l-impjieg u li b’hekk jgħin sabiex tinżamm u tkompli tiġi żviluppata n-nisġa ekonomika u soċjali fiż-żoni rurali.

11.

Apparti ż-żieda fil-fondi, il-firxa tal-iżvilupp lokali għandha titwessa’ sabiex tinkludi l-proġetti kollha relatati mal-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali fiż-żoni rurali. Il-kooperazzjoni bejn il-produtturi ż-żgħar għandha tiġi appoġġata bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom, tittejjeb il-prestazzjoni tas-swieq lokali, jingħelbu l-problemi relatati mal-ktajjen qosra tal-provvista u jiġi promoss l-iżvilupp tal-prodott u l-kummerċjalizzazzjoni komuni. Miżuri bħal dawn jistgħu jtejbu wkoll il-kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali reġjonali, in-netwerks tal-LEADER u forom oħra ta’ kooperazzjoni lokali.

12.

Wieħed mill-istudji li sar mid-DĠ għall-Politika Reġjonali u Urbana tal-Kummissjoni Ewropea, b’appoġġ għall-iżvilupp lokali fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni, l-aqwa prattiki u possibbiltajiet għall-politika futura, jirrakkomanda li titwaqqaf pjattaforma ta’ koordinazzjoni għall-iżvilupp lokali bil-kompitu li tintegra d-dimensjoni lokali tal-iżvilupp fl-Istrateġija Ewropa 2020. Il-pjattaforma għandha tiffoka fuq is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u għandha teżamina jekk id-diversi politiki speċifiċi għas-settur humiex koerenti. Fil-prattika, il-pjattaforma għandha tieħu l-għamla ta’ grupp ta’ ħidma bejn is-servizzi tal-Kummissjoni, li jista’ jiġi estiż b’rappreżentanti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE.

13.

Kif jidher minn diversi studji, in-netwerks tal-iżvilupp rurali qed jagħtu dejjem aktar kontribut importanti għall-iżvilupp tal-komunitajiet rurali u għall-promozzjoni tal-innovazzjoni f’dan il-qasam, peress li jistgħu joffru konsulenza u informazzjoni favur l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet kreattivi biex jiġu indirizzati problemi lokali, kif ukoll jaqsmu t-tagħlimiet u l-esperjenzi pożittivi bejn il-membri, u jidentifikaw sorsi ta’ finanzjament; għal dan il-għan, nilqgħu b’sodisfazzjon it-tnedija ta’ Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u Netwerk tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni taħt l-Artikoli 52 u 53 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

14.

Matul il-perjodu preċedenti ta’ programmazzjoni 2007-2013, l-iżvilupp rurali kien appoġġat b’EUR 91 biljun mill-FAEŻR u b’EUR 85 biljun minn Fondi Strutturali oħrajn. Madankollu, ir-Regolament il-ġdid tal-FEŻR jittratta prinċipalment iż-żoni urbani, filwaqt li lanqas biss jirreferi għaż-żoni rurali. Għaldaqstant, tqum il-mistoqsija ta’ x’possibbiltajiet għad hemm għall-kofinanzjament tal-proġetti ta’ żvilupp fiż-żoni rurali mill-Fondi Strutturali l-oħra (b’mod partikolari l-FEŻR u l-FSE), peress li l-biċċa l-kbira tal-miżuri fir-Regolament tal-FAEŻR huma previsti għall-agrikoltura.

15.

Huwa wkoll meħtieġ li titqajjem il-kwistjoni tal-kollaborazzjoni bejn id-diversi fondi biex, permezz ta’ finanzjament speċifiku, tiġi indirizzata s-sitwazzjoni taż-żoni b’densità tal-popolazzjoni baxxa u bi żbilanċi demografiċi severi u permanenti.

16.

Ħarsa ġenerali reċenti lejn l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi turi li għalissa EUR 22,6 biljun biss mill-FEŻR huma allokati li se jintefqu f’żoni rurali. Dan jammonta biss għal 11 % tal-baġit totali tal-FEŻR.

17.

Għandu jiġi enfasizzat li l-fondi Ewropej dedikati għall-kooperazzjoni territorjali jistgħu jikkontribwixxu wkoll biex isiru disponibbli r-riżorsi tekniċi u umani fiż-żoni transkonfinali għall-iżvilupp taż-żoni rurali sitwati fir-reġjuni tal-fruntiera.

18.

Fit-23 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) ippreżentaw mudell ta’ garanzija tal-fondi għall-agrikoltura intiż biex jiżgura aċċess aħjar għas-self fiż-żoni rurali sabiex ikun aktar faċli li l-bdiewa kif ukoll atturi oħra fiż-żoni rurali jiksbu self.

19.

It-tnaqqis tal-popolazzjoni u l-eżodu taż-żgħażagħ lejn il-bliet il-kbar jew ta’ daqs medju huma problemi serji fl-Ewropa kollha. Ir-raġunijiet ewlenin għat-tluq huma n-nuqqas ta’ impjieg, pagi baxxi u postijiet ftit li xejn attraenti. Min-naħa l-oħra, l-intraprendituri rurali jilmentaw li ma jistgħux isibu ħaddiema ġodda kkwalifikati. Għalhekk, it-taħriġ vokazzjonali rurali għandu jittejjeb malajr kemm jista’ jkun, kemm f’termini ta’ taħriġ vokazzjonali inizjali u lanqas f’termini ta’ taħriġ vokazzjonali ulterjuri.

20.

Għalhekk huwa importanti li jipprovdu taħriġ flessibbli, rapidu u fuq skala li tkun adatta għal reġjun partikolari fl-oqsma fejn ikun hemm bżonn. Naturalment huwa aktar diffiċli li jiġi provdut taħriġ fiż-żoni rurali milli fiż-żoni urbani, għaliex l-istudenti jgħixu f’postijiet aktar mifruxa u għandhom bżonnijiet differenti. Wieħed mill-eħfef modi biex l-istituzzjonijiet edukattivi u l-intrapriżi jiġu impenjati huwa li jospitaw lill-internati. Madankollu mingħajr appoġġ estern dan jista’ jkun wisq ta’ piż għall-intrapriżi ż-żgħar. Għandhom jiġu kkunsidrati l-pjani li jingħata appoġġ lill-kumpaniji li jospitaw lill-internati, iħallsuhom paga deċenti u joffru prospetti ġenwini għall-impjieg tagħhom fit-tul. L-istituzzjonijiet tat-taħriġ vokazzjonali reġjonali u istituzzjonijiet edukattivi oħra għandhom jingħataw biżżejjed riżorsi u għandu jkollhom missjonijiet relatati mat-taħriġ ulterjuri u t-taħriġ mill-ġdid. Fl-istess ħin, is-soċjetà ċivili kkontribwiet biex f’xi żoni jinħolqu l-istituzzjonijiet meħtieġa – din l-esperjenza għandha tkun kondiviża ma’ żoni oħra.

21.

L-importanza tal-forestrija għaż-żoni rurali u l-ekonomija rurali żdiedet minħabba l-iżvilupp rapidu tat-teknoloġija. Illum, il-forestrija hija sostanzjalment iktar minn materja prima waħda – l-injam. Apparti l-injam ipproċessat, li jintuża fil-kostruzzjoni, insibu wkoll il-fibra tal-injam li tintuża, pereżempju, fil-ħwejjeġ, il-karozzi u anki fl-industrija tal-ikel.

22.

In-netwerks ta’ telekomunikazzjoni veloċi huma ta’ importanza ewlenija għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku. Servizzi diġitali ta’ kwalità jistgħu jiġu offruti biss jekk ikun hemm Internet veloċi u affidabbli disponibbli. Għalkemm il-kopertura tal-broadband fl-UE ttejbet bil-kbir f’dawn l-aħħar ftit snin u f’xi oqsma issal-infrastruttura meħtieġa hija disponibbli, xi postijiet xorta għadhom lura. Barra minn hekk, l-istatistika dwar il-kopertura mhux dejjem tirrifletti l-kwalità tal-provvista tal-broadband f’żoni rurali. F’konformità mal-miri mniżżla fl-Aġenda Diġitali għal Ewropa 2020, iridu jsiru sforzi biex jiġi żgurat li jkun hemm l-istess kapaċità madwar l-UE kollha. Il-kuntrast bejn iż-żoni rurali u dawk urbani huwa partikolarment viżibbli f’dan ir-rigward. F’xi żoni, għad li l-aċċessibbiltà hija disponibbli fil-prinċipju, il-konnessjoni teħtieġ investiment addizzjonali sostanzjali għall-utent aħħari, li jkollu jiffinanzjaha minn butu. Iridu jsiru aktar sforzi biex tiġi promossal-introduzzjoni tas-suq virtwali, biex jittejjeb l-aċċess għal servizzi ta’ komunikazzjoni diġitali bi prezzijiet li jintlaħqu u biex jiġu żviluppati s-servizzi tal-Internet f’żoni rurali.

23.

Apparti d-disponibbiltà tal-infrastruttura, huwa importanti li jiġi żgurat li ċ-ċittadini u l-intrapriżi jagħmlu użu tajjeb minn din l-offerta. L-istudji juru li, anke b’aċċess tajjeb għall-Internet, dawn il-possibbiltajiet jintużaw b’mod relattivament limitat mill-biċċa l-kbira tan-nies. Il-miżuri ta’ taħriġ u ta’ tixrid ta’ informazzjoni dwar id-diversi possibbiltajiet – b’mod partikolari, dwar l-użu tal-ICT għall-iżvilupp ta’ prodotti f’intrapriżi żgħar – jistgħu joffru opportunità għaż-żoni rurali.

24.

Illum il-ġurnata, il-kunċett ta’ “bliet intelliġenti” normalment huwa assoċjat ma’ bliet kbar, fejn isseħħ il-bidla u jiġu mfittxija perspettivi ġodda ta’ żvilupp. Madankollu, ikun għaqli wkoll li ż-żoni rurali jkunu miftuħa għal dan il-kunċett. Iż-żoni “urbani” u dawk “rurali” m’għandhomx jiġu kkuntrastati; minflok, għandu jkun hemm sinerġija bejniethom li tista’ titrawwem permezz ta’ teknoloġiji ġodda u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell lokali. Sabiex jiġi evitat id-distakk bejn iż-żoni urbani u dawk rurali ser ikollna pjuttost nitkellmu dwar “reġjuni intelliġenti”.

25.

Il-politika agrikola komuni tkopri l-agrikoltura u r-rwol importanti li taqdi fl-iżvilupp rurali. Fil-livell reġjonali, din tal-aħħar hija marbuta mill-qrib mal-iżvilupp tal-agrikoltura. Anke jekk żona rurali ma tfissirx neċessarjament l-agrikoltura, ma jista’ jkun hemm ebda dubju li mingħajr l-agrikoltura, m’hemm l-ebda żoni rurali. L-iżvilupp tal-agrikoltura ma jistax jiġi implimentat b’mod indipendenti mill-bqija u għandha tkompli tiġi żgurata l-konverġenza bejn, minn naħa waħda, il-kundizzjonijiet u l-għanijiet li hija ssegwi, u min-naħa l-oħra, dawk tal-iżvilupp rurali, sabiex l-iżvilupp tal-agrikoltura jikkontribwixxi biex jgħolli l-livelli tal-għajxien tal-popolazzjoni rurali u tal-ħaddiema fis-settur agrikolu iżda wkoll dawk li jgħixu fi bliet tal-madwar.

26.

Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni: produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu hija approċċ innovattiv biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet, in-nuqqasijiet u l-ostakli li jfixklu jew iwaqqfu għalkollox l-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ideat tajbin li joħorġu mir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej. Għandhom jinstabu soluzzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ investiment, ir-regolamenti mhux aġġornati, in-nuqqas ta’ standards u l-problemi minħabba l-frammentazzjoni tas-suq.

27.

Fid-dawl tad-diffikultajiet tal-aċċessibbiltà fiżika li jiffaċċjaw ħafna miż-żoni rurali, li jżommuhom milli jisfruttaw il-potenzjal ekonomiku sħiħ tagħhom, jeħtieġ ukoll li l-fondi pubbliċi jqisu l-konnessjoni effettiva taż-żoni rurali u urbani permezz ta’ netwerks ta’ trasport rapidi li fl-istess ħin jirrispettaw il-madwar tal-inħawi li jridu jgħaddu minnhom.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

28.

huwa tal-fehma li l-problemi ekonomiċi, ambjentali u soċjali emerġenti fir-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari fiż-żoni rurali, jistgħu jiġu solvuti biss permezz ta’ approċċi ta’ politika integrati

u għaldaqstant jirrakkomanda

29.

li jintlaqa’ l-qafas strateġiku komuni li għadu kif ġie stabbilit u li l-Kummissjoni tiġi mistiedna tkompli tarmonizza r-regoli applikabbli għall-Fondi Strutturali sabiex l-iżvilupp taż-żoni rurali jiġi ppjanat u mmexxi aħjar;

30.

li jiġu żgurati l-effettività u l-effiċjenza tad-dispożizzjonijiet leġislattivi li jikkonċernaw l-integrazzjoni tal-Fondi, l-innovazzjoni fis-settur agrikolu u rurali u l-approċċi kooperattivi, bħala elementi ġodda ewlenin tar-riforma tal-politika għall-iżvilupp rurali;

31.

li ssir ħidma għal kontributi divrenzjati u jiġu kkunsidrati l-interessi taż-żoni rurali fl-oqsma kollha tal-politika tal-UE, kif inhu l-każ bħalissa għall-bliet;

32.

li tinġibed l-attenzjoni li l-miżuri ta’ awsterità u t-tnaqqis ġenerali tal-fondi għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali qed jheddu l-kontinwazzjoni tal-vijabbiltà taż-żoni rurali, u b’hekk imorru kontra l-prinċipju ta’ koeżjoni territorjali fl-UE;

33.

li l-Kummissjoni tintalab tappoġġja aħjar iż-żoni rurali li kellhom jagħmlu sforzi kbar biex ibiddlu l-mudell ekonomiku tagħhom, bħal pereżempju l-bidla mill-biedja għas-settur tat-turiżmu;

34.

li jiżdied l-appoġġ finanzjarju tal-UE b’mod ġenerali għall-iżvilupp rurali sabiex ikun hemm kontrobilanċ għall-konċentrazzjoni dejjem akbar tal-produzzjoni agrikola, li qed toħloq disparitajiet reġjonali kbar, u jiġu limitati t-trasferimenti mit-tieni għall-ewwel pilastru;

35.

li jiġi kkunsidrat, fi ħdan ir-reviżjoni intermedja tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, li jiġu allokati aktar fondi tal-UE għall-iżvilupp lokali fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020;

36.

minħabba l-importanza magħrufa tiegħu għall-promozzjoni tal-iżvilupp rurali, jitlob li l-LEADER jingħata kwota minima ta’ aktar minn 5 % tal-kontribut totali mill-FAEŻR;

37.

biex tingħata attenzjoni speċjali lil programmi favur it-tiġdid u l-iżvilupp ta’ muniċipalitajiet f’żoni b’popolazzjoni baxxa jew li huma fir-riskju tad-depopolazzjoni, u li jenfasizzaw il-wirt storiku u kulturali ta’ dawn iż-żoni għal skopijiet ta’ turiżmu;

38.

li tiġi appoġġata t-talba li saret mill-Moviment Ewropew għall-Kampanja u mill-Intergrupp estiż tal-Parlament Ewropew għaż-żoni rurali, muntanjużi u remoti lill-Kummissjoni biex tfassal White Paper li sservi bħala l-punt tat-tluq għal politika ta’ żvilupp għaż-żoni rurali wara l-2020;

39.

li tiġi appoġġata l-pjattaforma ta’ koordinazzjoni għall-iżvilupp lokali mwaqqfa mill-Kummissjoni Ewropea;

40.

li tiġi enfasizzata l-importanza taż-żoni rurali bħala ċentri ta’ żvilupp u innovazzjoni li jikkontribwixxu għall-Istrateġija Ewropa 2020;

41.

jitlob li l-FEŻR jinkludi rikonoxximent ċar dwar il-valur miżjud tal-kooperazzjoni bejn iż-żoni urbani u dawk rurali u rikonoxximent akbar għal dawn iż-żoni mil-lat funzjonalisabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal ta’ tali kooperazzjoni bejn il-bliet u ż-żoni tal-madwar u b’dawn iż-żoni funzjonali jingħata kontribut sostanzjali lill-koeżjoni territorjali;

42.

li tiġi espressa opinjoni kontra l-prinċipju tal-kundizzjonalità makroekonomika għall-allokazzjoni tal-fondi tal-UE – għandhom jiġu kkunsidrati wkoll indikaturi soċjali u ambjentali;

43.

jipprovdi approċċi innovattivi f’żoni rurali biex tingħata attenzjoni partikolari, peress li dawn jistgħu jservu bħala mudell għal reġjuni u żoni oħra;

44.

li ssir ħidma biex il-fondi tal-BEI, il-programmi ta’ innovazzjoni agrikola u ta’ riċerka xjentifika jkunu partikolarment iffukati fuq oqsma bħat-trobbija tal-annimali u l-iżvantaġġi naturali, kif inhu l-każ f’żoni muntanjużi, u l-azjendi agrikoli ż-żgħar, filwaqt, li jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet għall-isfidi soċjali, sabiex tinżamm agrikoltura sostenibbli fir-reġjuni kollha u jiġu preservati l-komunitajiet rurali, u b’hekk jitnaqqsu d-differenzi reġjonali;

45.

li tiġi enfasizzata l-importanza tas-Sħubija għall-Innovazzjoni għall-modernizzazzjoni tal-ekonomija rurali, speċjalment fejn huwa propost li tinħoloq rabta eqreb bejn politiki tal-agrikoltura u tar-riċerka, bejn ir-riċerkaturi u l-bdiewa. F’din il-perspettiva, għandu jsir użu sħiħ mill-miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 b’appoġġ għall-prijorità ta’ “trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u tal-innovazzjoni fl-agrikoltura, il-forestrija u ż-żoni rurali”;

46.

jittama li fil-livell Ewropew jiġu żviluppati linji gwida speċifiċi li jidentifikaw l-funzjonijiet u l-kompiti tad-diversi netwerks rurali nazzjonali, kif ukoll metodi ta’ għajnuna fl-implimentazzjoni tal-pjani tal-iżvilupp rurali rispettivi tagħhom.

47.

li jsir sforz għal koordinazzjoni aħjar tal-politika ta’ innovazzjoni fil-livell tal-UE;

48.

li jiġi deplorat bil-qawwa l-fatt li ż-żoni rurali mhumiex inklużi fost il-grupp fil-mira prinċipali tas-Sħubija għall-Innovazzjoni għall-Iżvilupp Lokali tal-Kummissjoni Ewropea (Bliet u Komunitajiet Intelliġenti);

49.

li jintwera dispjaċir dwar ir-riżultati tar-rapport interim dwar l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali, li jenfasizza l-fatt li bħalissa huwa ppjanat li 11 % biss tal-fondi tal-FEŻR jiġu allokati għal żoni rurali;

50.

li tiġi modernizzata l-offerta ta’ taħriġ vokazzjonali disponibbli fiż-żoni rurali u tiġi adatta fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni globali u l-ħtiġiet tal-intrapriżi lokali;

51.

għalhekk għandha ssir ħidma biex parti mill-fondi tal-FSE jiġu allokati għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fiż-żoni rurali, li għandhom jiġu żviluppati aktar;

52.

li jsir appell lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali rilevanti tagħhom biex iħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali reġjonali, inkluż billi jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċentri biex tiġi appoġġjata l-innovazzjoni fl-agrikoltura, fuq il-bażi ta’ soluzzjonijiet diġà ttestjati fi Stati Membri oħrajn;

53.

li jtenni l-appell tiegħu għal-bżonn li s-soċjetà kollha kemm hi tiġi edukata dwar l-importanza tal-preservazzjoni taż-żoni rurali għall-pubbliku ġenerali (1). Għaldaqstant, għandha tiġi żgurata l-provvista ta’ servizzi pubbliċi bażiċi, bħall-edukazzjoni, is-saħħa u s-servizzi soċjali, lill-popolazzjoni li tgħix f’żoni rurali;

54.

li jiġu żviluppati miżuri sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tal-prodotti tal-intrapriżi ż-żgħar u jiġu indirizzati l-ostakli tas-suq kif ukoll jitħeġġeġ il-konsum ta’ prossimità u l-ktajjen qosra tal-provvista tal-prodotti agroalimentari;

55.

li jintalbu, bl-għajnuna ta’ netwerks ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni l-ġdida li jippromovu l-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għal Ewropa 2020, sforzi intensivi biex jiġi żviluppat Internet b’veloċità għolja fiż-żoni rurali;

56.

li jiġi enfasizzat il-fatt li l-ħiliet bażiċi tal-ICT għandhom jittejbu.

Brussell, l-10 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  NAT-V/029.


5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/16


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Indikaturi għal żvilupp territorjali – Il-PDG u lil hinn

(2016/C 120/05)

Relatur:

is-Sinjura MARINI (IT/PSE), President tar-Reġjun tal-Umbria

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Dibattitu politiku dwar il-PDG u lil hinn

1.

jirrikonoxxi r-rilevanza ta’ approċċ strateġiku fit-tfassil ta’ politika li tiddefinixxi l-għanijiet komuni bbażati fuq valuri komuni u li tidentifika l-azzjonijiet biex jintlaħqu l-miri stabbiliti kollettivament. B’dan il-mod l-opportunitajiet maħluqa mir-rieżamijiet ta’ nofs it-term tal-istrateġija Ewropa 2020 u tal-qafas finanzjarju għall-perjodu 2014-2020 mhux se jintilfu u jistgħu jwasslu għal struttura ta’ governanza mtejba sostanzjalment li tinvolvi l-livelli kollha tal-gvern;

2.

jemmen li approċċ ibbażat fuq l-evidenza għall-politika pubblika – li jantiċipa u jkejjel l-impatt tal-alternattivi ta’ politika – huwa kruċjali għall-aċċettazzjoni pubblika ta’ deċiżjonijiet konsistenti ta’ politika;

3.

jisħaq fuq ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kejl, il-perċezzjoni u l-azzjoni fir-rigward tad-dibattitu dwar il-kejl tal-progress fis-soċjetajiet tagħna; jenfasizza li l-miżuri għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta’ valuri soċjetali kondiviżi b’mod wiesa’ u b’mod li jħares ‘il quddiem;

4.

jirrimarka li l-miżuri jew il-miri espressi b’indikaturi qatt ma jistgħu jkunu sostituti għal strateġija politika xierqa u espressa b’mod ċar; dawn jibqgħu, għaldaqstant, mezz għal għan, jiġifieri għodod għall-implimentazzjoni ta’ għanijiet strateġiċi;

5.

jinnota li d-dibattitu dwar l-“Indikaturi għal żvilupp territorjali – Il-PDG u lil hinn” huwa, għaldaqstant, dibattitu politiku u għandu jibda b’definizzjoni komuni u demokratika tal-għanijiet strateġiċi għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri, liema għanijiet għandhom jintgħażlu minn awtorità magħżula f’termini tal-ambitu tal-azzjoni politika;

6.

jemmen, f’dan il-kuntest, li huwa meħtieġ li jittejbu aktar il-metodoloġiji attwali użati għat-tmexxija ta’ politika fil-livell tal-UE sabiex tinkiseb informazzjoni aktar aġġornata u komprensiva li hija adattata aħjar għar-realtà, u biex tiddefinixxi metodu xieraq u uniformi għall-inklużjoni ta’ aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali fl-analiżi tas-sitwazzjoni;

7.

jenfasizza li l-livelli kollha tal-gvern fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu inklużi f’dan id-dibattitu dwar il-punti ta’ riferiment futuri għall-kisba ta’ żvilupp u koeżjoni sostenibbli fl-Unjoni Ewropea, li jmorru lil hinn mill-PDG;

8.

jenfasizza l-importanza li jiġu evalwati bir-reqqa l-ħtieġa, il-fattibbiltà u l-konsegwenzi ta’ punti ta’ riferiment, indikaturi u metodoloġiji addizzjonali diġà testjati jew użati fil-livell territorjali; iqis li għad hemm biżżejjed ħin biex titwettaq din l-analiżi bir-reqqa sabiex tikkontribwixxi għad-dibattitu dwar il-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss;

9.

jenfasizza l-isfida ta’ distakk territorjali li qed jikber fl-Ewropa fir-rigward, inter alia, tal-investimenti pubbliċi u privati, tal-innovazzjoni, is-servizzi diġitali, il-produttività, l-impjieg, il-faqar, il-protezzjoni soċjali, it-tibdil demografiku u d-distribuzzjoni tal-popolazzjoni fit-territorju, u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tqis dan meta tivvaluta l-politiki tal-UE u tfassal strumenti ġodda tal-politika;

10.

f’dan ir-rigward jenfasizza li l-KtR jista’ jkun parti minn dan id-dibattitu, fejn jippromwovi l-pożizzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u jikkontribwixxi sostanzjalment għad-definizzjoni ta’ metodu li jibbilanċja l-informazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali u li, bħala referenza għad-deċiżjonijiet ta’ finanzjament, eventwalment ikun ta’ importanza kbira għall-awtoritajiet reġjonali u lokali;

11.

jissuġġerixxi, bil-ħsieb għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss wara l-2020, li l-Kummissjoni Ewropea tibda diskussjoni fil-fond malajr kemm jista’ jkun mal-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-għanijiet futuri ta’ dawn il-politiki u dwar l-indikaturi meħtieġa biex jitkejjel dan il-progress; b’segwitu għall-Komunikazzjoni tagħha tal-2009, u b’konsiderazzjoni tal-aħħar evoluzzjonijiet, tistieden lill-Kummissjoni biex tressaq pjan direzzjonali dwar il-PDG u lil hinn;

Lejn metodu li jikkumplimenta l-PDG li jimmira għall-politika tal-UE

12.

jirrikonoxxi l-merti tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) bħala indikatur sempliċi, ċar u lineari bbażat fuq metodoloġija ċara li tippermetti l-paragun maż-żmien ta’ ħafna miżuri makroekonomiċi rilevanti u bejn il-pajjiżi u r-reġjuni, u għalhekk jirrappreżenta għodda utli għall-allokazzjoni ta’ riżorsi;

13.

jirrimarka, madankollu, li l-PDG mhuwiex metodu ta’ kejl preċiż tal-kapaċità ta’ soċjetà biex tittratta l-kwistjonijiet bħalma huma dawk tat-tibdil fil-klima, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-kompetittività tar-reġjuni, il-kwalità tal-ħajja, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-karatteristiċi speċifiċi ġeografiċi, id-distribuzzjoni tad-dħul u t-tqassim ġeografiku tar-riżorsi u tal-fatturi ta’ tkabbir ekonomiku; u jżid li dawn l-aspetti huma ta’ tħassib ewlieni għaċ-ċittadini, kif inhu osservat mir-rappreżentanti reġjonali u lokali;

14.

jilqa’, għaldaqstant, l-inizjattivi numerużi fil-livell internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali għall-istabbiliment ta’ indiċi għall-kejl tal-progress lil hinn mill-PDG, li jistgħu jgħinu jiżviluppaw l-indikaturi madwar l-UE li jirriflettu s-sitwazzjoni fl-Istati Membri, anke fil-livelli lokali u reġjonali;

15.

ifakkar, fost oħrajn, fl-użu alternattiv tal-Indiċi tal-Iżvilupp Uman, li jista’ jipprovdi kontribut metodoloġiku adattat għall-kuntest tal-UE, permezz ta’ indikaturi relatati maż-żieda fit-tul tal-ħajja, ma’ stil ta’ ħajja tajjeb għas-saħħa, mal-edukazzjoni u ma’ standard ta’ għajxien diċenti, kif sar min-NU permezz tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp;

16.

jirrikonoxxi l-progress notevoli miksub mill-Eurostat fil-kuntest tal-kejl tal-progress lil hinn mill-PDG fl-oqsma tal-“kwalità tal-ħajja”, l-“ekonomija domestika” u l-“ambjent sostenibbli”.

17.

jinnota li mhux ir-reġjuni u l-bliet kollha għandhom il-kompetenzi, ir-riżorsi u l-kapaċità amministrattiva meħtieġa biex jeżerċitaw l-istabbiliment tal-miri u jipproponi li jiġu adottati soluzzjonijiet, inkluż approċċ aktar kwalitattiv ta’ “triq għall-bidla”, fejn id-direzzjoni tal-bidla – jiġifieri jekk ir-reġjuni u l-bliet jagħtu kontribut pożittiv lill-miri nazzjonali u Ewropej – tkun aktar importanti milli li jintlaħqu ċerti miri fissi. Dan jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-progress tagħhom b’pass li jikkorrispondi għall-potenzjal u l-kapaċitajiet tagħhom stess;

18.

jirrimarka, madankollu, li l-indiċi magħżula biex jintużaw mill-awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej għall-abbozzar u l-implimentazzjoni ta’ politiki tal-UE u għall-kejl tal-progress lejn għanijiet komuni għandhom ikunu uniformi u konsistenti;

19.

ifakkar li mhux kull tip ta’ approċċ metodoloġiku, normalment miġbura mill-komunità ta’ riċerka f’metodi ta’ sostituzzjoni tal-PDG, aġġustament tal-PDG u komplementar tal-PDG, huwa ugwalment adatt għal metodu ta’ “PDG u lil hinn” fl-UE kollha, biex jitkejjel l-istatus u l-progress fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

20.

itenni, fir-rigward tal-Politika Reġjonali tal-UE, li l-koeżjoni territorjali hija kumplimentari għall-koeżjoni ekonomika u soċjali u għaldaqstant ma tistax titkejjel biss permezz ta’ indikatur ekonomiku, iżda jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li kwalunkwe metodu li għandu l-għan li jissostitwixxi l-PDG billi jiġu esklużi l-indikaturi ekonomiċi mill-ambitu ta’ osservazzjoni tiegħu mhuwiex xieraq għall-għan tal-kejl tal-progress lejn għanijiet komuni b’mod uniformi;

21.

jissuġġerixxi li l-KtR iżomm kooperazzjoni mill-qrib, partikolarment mal-OECD, dwar inizjattivi bħal “Kif inhi l-ħajja fir-reġjun tiegħek?”, li jirrappreżentaw strument faċli biex jinftiehem u approċċ aktar olistiku għall-kejl tal-progress fil-livell lokali u reġjonali, iżda, fil-kuntest ta’ strateġija pluriennali għall-Ewropa, jopponi approċċ għall-kejl tal-progress ibbażat fuq klassifikazzjoni billi jintuża kejl wieħed uniku; ifakkar f’dan ir-rigward li diversi reġjuni wrew ukoll interess dwar l-Indiċi tal-Ħajja Aħjar tal-OECD u b’mod partikolari dwar l-indikaturi użati minnu peress li – anki jekk dawn ma jippermettux il-kejl tal-iżvilupp reġjonali – ir-riżultati tagħhom jagħtu indikazzjoni tal-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni, li tista’ sservi bħala bażi għad-definizzjoni futura tal-għanijiet u l-istrateġiji fil-livell lokali u reġjonali;

22.

jemmen li jistgħu jiġu analizzati aktar il-metodi li qed jippruvaw jaġġustaw il-PDG billi jiġu estiżi l-miżuri tradizzjonali ta’ prestazzjoni ekonomika ma’ fatturi ambjentali u soċjali monetizzati bl-iskop ta’ immudellar jew simulazzjoni tal-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta’ miżuri differenti ta’ politika; filwaqt li f’dan il-kuntest, bħala riferiment sinifikanti, jitqies l-“Indiċi tal-Progress Soċjali”, li diġà jintuża f’40 pajjiż;

23.

jemmen li huwa urġenti li tiġi żviluppata data statistika komparabbli dwar livelli lokali u sottolokali kif ukoll li l-klassifikazzjoni urbana-rurali eżistenti tal-OECD u tal-Kummissjoni tissarraf f’kategoriji tal-Eurostat li, abbażi ta’ informazzjoni affidabbli mil-livell lokali, jistgħu jgħinu kemm fit-tfassil kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE;

24.

jinnota n-nuqqas ta’ informazzjoni kwantitattiva dwar id-diversi reġjuni b’karatteristiċi territorjali speċifiċi tal-UE, b’mod partikolari dawk ġeografiċi, ambjentali, ekonomiċi u soċjali li jaffettwaw l-iżvilupp, bħal pereżempju r-reġjuni ultraperiferiċi, u jipproponi li l-Eurostat tadotta l-kategoriji territorjali identifikati fit-Trattat, bħalma jiġri fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi, li abbażi tagħhom ikunu jistgħu jitħejjew statistiki li jikkontribwixxu għall-proċess meħtieġ ta’ adattament u aġġustament tal-politiki u l-azzjonijiet tal-UE;

25.

jilqa’ l-ħidma rilevanti mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea fil-qasam tal-aġġustament tal-PDG, bl-użu tal-approċċ partikolarment ta’ suċċess tal-estensjoni tal-kontijiet nazzjonali biex jinkludu l-oqsma ambjentali u soċjali, iżda jiġbed l-attenzjoni lejn id-diffikultajiet teoretiċi involuti u r-riżorsi estensivi meħtieġa biex jiġu espressi l-aspetti soċjali f’termini monetarji, speċjalment fir-rigward ta’ kontijiet reġjonali u muniċipali, u jiddubita wkoll jekk ir-riżultati ta’ tali approċċ ikkumplikat jistgħux jiġu kkomunikati faċilment lill-pubbliku;

26.

jappoġġa, għalhekk, l-metodi li jikkumplimentaw il-PDG meta jitkejjel il-progress lejn għanijiet strateġiċi komuni, minħabba li dawn il-metodi jirrikonoxxu r-realtà multidimensjonali billi jkopru aspetti differenti tal-benesseri fl-oqsma ekonomiċi, soċjali u ambjentali bl-għajnuna ta’ numru limitat ta’ indiċi;

27.

jemmen, f’dan il-kuntest, li l-iktar metodoloġija xierqa għat-tfassil ta’ politiki fi kwalunkwe livell ta’ governanza hija waħda li b’mod komprensiv tkejjel il-benesseri, inklużi l-kwistjonijiet ekonomiċi (inter alia l-produttività, l-innovazzjoni, l-esportazzjonijiet), ix-xogħol (inter alia indikaturi relatati mal-impjiegi u l-kwalità tal-postijiet tax-xogħol), il-kwistjonijiet ambjentali (inter alia l-intensità u l-effiċjenza enerġetika tal-ekonomija, żoni fi stat naturali protetti u bijodiversità, is-sehem tal-enerġija rinnovabbli, l-emissjonijiet tas-CO2) u demografiċi (inter alia indikaturi relatati mal-qagħda demografika u ċ-ċaqliq tal-popolazzjoni), l-inklużjoni soċjali (inter alia l-persuni fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali, id-distribuzzjoni tad-dħul) u l-kwistjonijiet territorjali (inter alia l-aċċessibilità u l-limiti f’termini ta’ kapaċità);

28.

jissuġġerixxi, barra minn hekk, li l-għażla tal-indikaturi għandha tkun orjentata l-aktar lejn dawk li jkejlu l-effetti possibbli tal-politiki implimentati, b’mod speċjali billi jitkejlu r-riżultati u l-impatti kif ukoll l-ispejjeż u jenfasizza li fil-każ tar-reġjuni ultraperiferiċi hemm bżonn partikolari ta’ data dwar ċerti nuqqasijiet u kundizzjonijiet ħżiena, li għandhom jiġu kkunsidrati qabel l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki;

29.

jipproponi, għaldaqstant, il-monitoraġġ tat-tendinzi fl-UE fi ħdan l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, fuq il-bażi tal-ħidma siewja mwettqa mis-Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġija u l-Politika (ESPAS), u li jkun hemm kooperazzjoni f’dan il-proċess. Dan għandu jipprovdi sistema ta’ twissija bikrija għal-livelli kollha tal-gvern li jikkonċernaw it-tendenzi ekonomiċi, soċjali jew ambjentali ta’ rilevanza Ewropea li jista’ jkollhom effett fuq l-għanijiet strateġiċi jew li jeħtieġu aġġustament tal-prijoritajiet strateġiċi;

Rieżami tal-Ewropa 2020 u l-futur tal-Politika ta’ Koeżjoni

30.

jenfasizza li l-istrateġija Ewropa 2020 stabbilixxiet sett ta’ miri b’indkaturi ewlenin assoċjati u rrikonoxxiet l-importanza ta’ data kumplimentari dwar it-tkabbir ekonomiku (PDG) b’aktar indikaturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali u demografiċi biex jitkejjel il-progress sostenibbli; iżid li din is-sejba tapplika wkoll fil-livelli sottonazzjonali;

31.

jenfasizza li l-proċess tal-iffissar tal-miri tal-Ewropa 2020 u l-għażla tal-indikaturi għall-kejl tal-progress tagħha kien ferm minn fuq għal isfel, mingħajr ma ġiet meqjusa s-sitwazzjoni speċifika fil-livell lokali u reġjonali. B’kuntrast għal dan, il-ħtiġijiet u l-objettivi differenzjati b’mod territorjali huma rikonoxxuti mill-Politika ta’ Koeżjoni, minħabba li l-insegwiment tal-miri ġenerali tal-UE m’għandux jillimita l-potenzjal ta’ żvilupp ta’ reġjun jew muniċipalità speċifika fuq il-bażi ta’ għarfien u kompetenzi speċifiċi għar-reġjun; dan huwa għaliex, fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020, il-KtR qed jitlob għal miri reġjonalizzati;

32.

japprezza s-sistema attwali tal-politika ta’ koeżjoni, li tikkontribwixxi u tagħti valur miżjud konsiderevoli għar-reġjuni, minbarra li tappoġġja b’mod sinifikanti l-iżvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tfassal strateġija dwar il-funzjonament tal-politika ta’ koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jibda fl-2021, filwaqt li żżomm il-metodu attwali ta’ implimentazzjoni, fejn il-PDG, li huwa integrat b’mod adatt ma’ indikaturi oħra, jaqdi rwol kruċjali fil-valutazzjoni u l-implimentazzjoni;

33.

jiġbed l-attenzjoni, f’dan il-kuntest, dwar l-ambitu differenti tal-objettiv “Kooperazzjoni territorjali Ewropea” tal-politika ta’ koeżjoni. B’mod partikolari, l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni transkonfinali għandu l-għan li jappoġġa l-integrazzjoni tar-reġjuni tal-fruntiera fl-oqsma kollha tal-ħajja taċ-ċittadini, jiġifieri ferm lil hinn mill-ambitu tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020. F’dan il-qasam huwa meħtieġ li jiġu applikati metodi u indikaturi li jippermettu identifikazzjoni u evalwazzjoni aħjar ta’ dan it-tip ta’ progress;

34.

jirrimarka l-allinjament mill-qrib tal-Politika ta’ Koeżjoni mal-istrateġija Ewropa 2020 iżda jikkritika l-iżbilanċ bejn il-metodi ta’ kejl u dawk ta’ intervent tal-istrateġija Ewropa 2020 minn naħa waħda u tal-Politika ta’ Koeżjoni min-naħa l-oħra;

35.

ifakkar lill-Kummissjoni Ewropea li d-dimensjoni territorjali għandha tiġi enfasizzata aħjar fi strateġija Ewropa 2020 riveduta, speċjalment fil-kuntest ta’ koeżjoni territorjali, fejn l-iżvilupp ta’ indikaturi rilevanti ekonomiċi, ambjentali u soċjali jistgħu jtejbu l-kwalità tal-politiki lokali u reġjonali; strateġiji bħal dawn għandhom jagħmlu użu mill-metodi bbażati fuq approċċ multidimensjonali, fejn il-PDG jew indikaturi oħra ekonomiċi huma kkumplimentati minn miżuri ta’ aspetti soċjali u ambjentali li ġew approvati politikament fil-livelli kollha ta’ governanza;

36.

jirrimarka li, fil-kuntest tal-inċentivi b’saħħithom għall-konċentrazzjoni tematika ta’ riżorsi finanzjarji mill-Fondi Strutturali fuq numru limitat ta’ oqsma ta’ politika li jikkontribwixxu għall-insegwiment tal-istrateġija Ewropa 2020, huwa raġonevoli li wieħed jassumi li s-suċċess tal-Politika ta’ Koeżjoni se jitkejjel mill-progress biex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020;

37.

jissuġġerixxi bis-sħiħ li l-miri ewlenin il-ġodda tal-Ewropa 2020 u s-suċċessur tal-2020 tagħha jkunu mibnija minn isfel għall-fuq sabiex il-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma futuri jkunu jistgħu jirrappurtaw dwar il-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali għall-miri nazzjonali ewlenin. Dan jista’ jwassal lill-gvernijiet nazzjonali sabiex jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjijiet tal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, li dan bħalissa mhux il-każ f’ħafna mill-Istati Membri;

38.

jittama li l-politika ta’ koeżjoni terġa’ lura għall-funzjoni oriġinali tagħha, jiġifieri li tnaqqas id-disparitajiet ta’ żvilupp bejn ir-reġjuni u li tikkostitwixxi l-politika ta’ investiment prinċipali fil-livell tal-UE. Għal dan l-għan ukoll, li jsir rieżami tar-rabta bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-istrateġija UE 2020 futura għall-perjodu wara l-2020;

39.

jenfasizza, madankollu, li numru ta’ strumenti tal-UE għadhom ibbażati fuq miżura ekonomika dejqa żżejjed. Dan jikkonċerna wkoll il-Politika ta’ Koeżjoni, fejn il-fondi jitqassmu bejn l-Istati Membri skont il-PDG per capita u l-qgħad, filwaqt li l-klassifikazzjoni tar-reġjuni tal-livell NUTS 2 taħt waħda mit-tliet kategoriji ta’ żvilupp li tiddetermina l-allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet hija bbażata biss fuq il-PDG per capita;

40.

jirrimarka, konsegwentement, li d-deċiżjonijiet ta’ eliġibbiltà huma bażikament għomja għall-aspetti soċjali, ambjentali u territorjali fir-reġjuni Ewropej, filwaqt li l-pass loġiku huwa li l-istrumenti futuri jiġu bbażati fuq metodu aktar komprensiv u uniformi, u b’hekk isir aktar użu tal-indikaturi soċjali, ambjentali u territorjali li jagħtu xhieda partikolari tal-ispeċifiċitajiet reġjonali stipulati fit-Trattat, li għandhom jiġu kkunsudrati għall-eliġibbiltà tar-reġjuni;

41.

jistaqsi x’inhi l-abbiltà tal-livell 2 tan-NUTS sabiex jirrifletti komunitajiet u ġeografiji reali meta f’ħafna mill-Istati Membri, iż-żoni tan-NUTS huma ġeografiji purament ta’ statistika bbażati fuq il-popolazzjoni aktar milli jirriflettu l-konfini reali jew żoni funzjonali ġeografiċi. Filwaqt li jinnota li n-NUTS sal-lum qed jintużaw ukoll sabiex jiġu allokati l-Fondi Strutturali tal-UE, l-użu tagħhom biex jiġi formulat u evalwat l-impatt territorjali tal-koeżjoni tal-UE, it-trasport, l-ambjent u politiki oħrajn għandhom effett pervażiv li jirriżulta f’politiki tal-UE li ma jkunux jikkorrispondu mas-sitwazzjoni fil-prattika. F’dan ir-rigward, għal finijiet ta’ allokazzjoni aktar ġusta tal-fondi, huwa kruċjali li nuqqasijiet deċiżivi tal-PDG, bħall-preġudizzju territorjali kkawżat mill-ivvjaġġar fuq fruntieri NUTS, jiġu kontrobilanċjati billi jittieħed kont tas-sitwazzjoni soċjali u ambjentali fir-reġjuni meta jsiru deċiżjonijiet dwar l-eliġibbiltà;

42.

jisħaq, f’dan ir-rigward, li l-applikazzjoni tal-Fondi Strutturali, inkluż il-Fond ta’ Koeżjoni, għandha tiġi estiża għal miżuri ta’ integrazzjoni tal-PDG fil-perjodu finanzjarju pluriennali li jmiss, sakemm dawn ikunu aċċettabbli politikament fil-livelli kollha ta’ governanza;

Il-passi li jmiss li jippermettu strateġija bbażata fuq il-PDG u lil hinn

43.

jirrikonoxxi, fl-istess ħin, il-leġittimità tal-miri ewlenin għall-kisba ta’ għanijiet strateġiċi komprensivi u jirrimarka li, għall-monitoraġġ tal-progress, għandha tkun disponibbli fil-ħin data reġjonali rilevanti għall-miri, armonizzata u komparabbli;

44.

jenfasizza f’dan il-kuntest, li d-disponibblità tal-indikaturi u ta’ data aġġornata ta’ spiss fil-livell reġjonali hija essenzjali għat-titjib tar-responsabbiltà tal-proposta teknika u t-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi tajbin. Għaldaqstant, minkejja li s-sistema ta’ data fil-livell tal-Eurostat dwar l-indikaturi tal-benessri diġà hija effikaċi u dettaljata sew, l-isfida ewlenija għal dawk li jfasslu l-politika reġjonali u lokali, anke fir-rigward tal-implimentazzjoni fuq diversi livelli tal-Ewropa 2020 u l-Politika ta’ Koeżjoni, għandha tiġi indirizzata b’mod urġenti mill-Kummissjoni Ewropa u mill-Eurostat, bil-għan li s-sistema ta’ data tittejjeb u ssir iktar effikaċi, fl-istess ħin bit-tfassil u l-użu ta’ metodoloġiji ta’ impatt għall-valutazzjoni tal-politiki;

45.

jilqa’, f’dan ir-rigward, il-progress li sar mill-Kummissjoni dwar il-Pjan Direzzjonali tagħha tal-2009 għal “Inkejlu l-progress f’dinja li dejjem tinbidel” iżda jiddispjaċih li ftit li xejn sar titjib fil-produzzjoni u t-tixrid ta’ data reġjonali u lokali;

46.

juri li ħafna drabi dawk il-pajjiżi fejn id-disponibbiltà tad-data reġjonali, u aktar kruċjali dik lokali, hija anqas kompluta, huma dawk li taħt il-Fondi Strutturali tal-UE, l-iktar li jistgħu jiddedikaw ammont sinifikanti mill-allokazzjoni tagħhom għall-hekk imsejħa 11-il Objettiv Tematiku (bini tal-kapaċità istituzzjonali). Meta wieħed jikkunsidra li għadna fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, hemm opportunità unika li tinbena data komparabbli madwar l-Ewropa kollha fil-livell lokali u reġjonali li tkun tista’ tintuża sabiex tinforma t-tiswir u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE wara l-2020;

47.

iħeġġeġ lis-Sistema Ewropea tal-Istatistika biex tkompli ttejjeb il-kwalità tad-data amministrattiva kif ukoll biex taċċellera l-implimentazzjoni tal-istatistika ta’ ġeoreferenzi sabiex jiżdied il-valur tal-ġbir tad-data u biex jonqos il-piż ta’ min iwieġeb;

48.

jilqa’ l-fatt li, mill-aħħar Opinjoni tal-KtR dwar “Il-PDG u lil hinn”, id-data disponibbli fil-livell tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell lokali u reġjonali, kibret b’mod stabbli, iżda jiddispjaċih li għad fiha lakuni sinifikanti; għaldaqstant jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tipprovdi – kemm jista’ jkun malajr – analiżi tal-lakuni attwali u futuri fl-għoti ta’ sett komprensiv ta’ data ekonomika, soċjali, ambjentali u demografika fl-Ewropa, li jmur lil hinn mill-PDG;

49.

b’mod partikolari jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, li attwalment ir-reġjonalizzazzjoni tal-indikaturi tal-Ewropa 2020 mhijiex sodisfaċenti, minħabba li ftit biss mill-indikaturi meħtieġa biex jittraċċaw il-miri ewlenin tal-Ewropa 2020 fil-livell reġjonali (livelli NUTS 2 u 3) huma disponibbli, u xi kultant b’intervall ta’ żmien konsiderevoli. L-istess japplika għall-indikaturi alternattivi li r-reġjuni u l-bliet jistgħu jqisu bħala neċessarji fit-territorji tagħhom bħala prekundizzjoni għall-progress lejn l-għanijiet u l-miri tal-UE. Statistika reġjonali aġġornata tagħmilha possibbli li jinbena Indikatur ta’ Progress Reġjonali sintetiku, kif propost mill-Kumitat tar-Reġjuni;

50.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea/il-Eurostat biex jistabbilixxu kalendarju biex jimpenjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess ta’ stabbiliment (realistiku) ta’ miri u biex iwasslu l-istatistika reġjonali meħtieġa biex ifasslu, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġija mġedda Ewropa 2020 billi jiġu stipulati miri territorjali differenzjati;

51.

jenfasizza l-ħtieġa li jmorru lil hinn mis-sistema attwali ta’ statistika u indikaturi (ibbażata fuq ir-regolament NUTS) meta jitkejjel il-progress fil-livell lokali u reġjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunċett ta’ “reġjuni funzjonali” u żoni transkonfinali, u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea tiżviluppa aktar il-kunċetti u l-indikaturi li jakkumpanjawh, u barra minn hekk li tqis iż-żoni ta’ strateġija makroreġjonali;

52.

itenni li d-dimensjonijiet urbani u rurali għandhom jiġu enfasizzati aħjar fuq firxa wiesgħa ta’ politiki tal-UE, speċjalment fil-kuntest tal-koeżjoni territorjali, fejn l-iżvilupp ta’ indikaturi ekonomiċi, ambjentali u soċjali rilevanti jista’ jtejjeb il-kwalità tal-politiki lokali u reġjonali;

53.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tinkludi fil-Programm Ewropew tal-Istatistika l-miżuri meħtieġa bil-għan li tinstab soluzzjoni għan-nuqqas ta’ informazzjoni statistika dwar id-diversità u l-ispeċifiċitajiet territorjali eżistenti fl-UE, jiġifieri l-miżuri għall-ġbir ta’ data u l-iżvilupp ta’ indikaturi dwar il-fenomeni tal-bgħid u l-iżolament tar-reġjuni, bil-għan li jittejjeb il-proċess tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki Ewropej aktar adattati għar-reġjuni milquta minn dawn il-fenomeni, b’konformità mal-prinċipju ta’ koeżjoni territorjali;

54.

iqis li huwa meħtieġ li jinbena mudell ta’ appoġġ għal deċiżjonijiet li kapaċi jiddefinixxi klassifika tal-prijoritajiet tal-benessri fil-livell lokali sabiex jiġu stabbiliti speċifiċitajiet tat-territorji fi ħdan qafas komuni għat-territorji kollha komunitarji u din il-klassifika tintuża biex tivvaluta l-effettività tal-politiki ex-ante u ex-post, ukoll fil-fażi tan-negozjati bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali jew ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati lokali.

Brussell, il-11 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/22


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018)

(2016/C 120/06)

Relatur:

Is-Sur BORBOLY (RO/PPE), President tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Harghita

Dokument ta’ referenza:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – L-Abbozz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas imġedded għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (mill-2010 sal-2018)

COM(2015) 429 final

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni għarfet l-importanza tat-tisħiħ, fi ħdan il-qasam taż-żgħażagħ, tal-iżvilupp tal-politiki billi tibbaża fuq fatti u provi, u billi tikkoordina bl-aktar mod effettiv possibbli l-isforzi u r-riżorsi tal-Unjoni Ewropea, u dawk reġjonali u tal-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar iż-żgħażagħ;

2.

jesprimi apprezzament partikolari għall-approċċ tal-Kummissjoni, li tqis li hu meħtieġ, fil-qasam taż-żgħażagħ matul il-perjodu 2016-2018, li tirreaġixxi malajr kemm jista’ jkun, permezz ta’ aġġustament xieraq tal-politika għall-isfidi l-ġodda, bħalma huma l-integrazzjoni tar-refuġjati żgħażagħ jew it-tixrid tal-estremiżmu fost iż-żgħażagħ;

3.

jilqa’ f’dan il-kuntest b’mod espliċitu l-benefiċċju li għandu l-qafas tal-UE għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ (2010-2018), sabiex itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom u jiftaħ u jespandi l-opportunitajiet u l-vantaġġi tal-proġett ta’ integrazzjoni għaż-żgħażagħ; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna u tkompli tiżviluppa l-qafas għaż-żmien ta’ wara l-2018;

4.

jinsisti li, fil-futur, l-iżgurar ta’ opportunitajiet indaqs, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u t-titjib tal-kompetittività taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jitrawmu ċ-ċittadinanza attiva (il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ), it-titjib tax-xogħol taż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni u l-fehim interkulturali, għandhom jibqgħu l-objettivi ewlenin tal-politika taż-żgħażagħ;

5.

jesprimi tħassib, madankollu, dwar il-fatt li l-Kummissjoni ma tirreferix għar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-politika taż-żgħażagħ, meta wieħed iqis kemm huwa ovvju li f’bosta Stati Membri, fejn hemm politiki nazzjonali dwar kwistjonijiet taż-żgħażagħ, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’livelli differenti, għandhom kompetenza determinanti f’dan il-qasam;

6.

japprezza l-ħidma tal-Eurostat biex jipproduċi u jikkoordina settijiet ta’ data relatata ma’ firxa ta’ fatturi marbutin mal-kwistjonijiet taż-żgħażagħ;

7.

jistieden lill-Kummissjoni teżamina b’mod sistematiku l-impatt territorjali tal-politika dwar iż-żgħażagħ fil-livell sottonazzjonali, tal-anqas sal-livell NUTS 2. Sabiex ikompli jissaħħaħ ir-rwol tar-reġjuni fl-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE, jikkunsidra li fi ħdan il-qafas tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE jinħtieġu l-iżvilupp ta’ indikaturi li jistgħu jitkejlu, pjani ta’ azzjoni konkreti relatati maż-żgħażagħ li jinvolvu l-livelli kollha ta’ gvern, u sħubijiet b’saħħithom bejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-awtoritajiet pubbliċi;

8.

wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, iqis li għalkemm il-programm Erasmus+ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ huma għodda essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi, il-problemi huma ħafna aktar kumplessi u l-azzjoni tal-UE fil-qasam taż-żgħażagħ diġà qed tmur ferm lil hinn minn dawn iż-żewġ strumenti effettivi li, għalkemm jidhru effettivi, fil-fatt mhumiex biżżejjed, peress li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ għadha mhux qed tiġi applikata tajjeb. B’mod partikolari fir-rigward taż-żgħażagħ vulnerabbli, hemm bżonn ċar li jiġu żviluppati inizjattivi ta’ appoġġ għaż-żgħażagħ li ġejjin minn sistemi ta’ assistenza u li ta’ 18-il sena jkunu f’riskju li jispiċċaw mingħajr superviżjoni biex jiġu ggwidati fit-tranżizzjoni tagħhom għall-età adulta. Konsegwentement jenfasizza l-ħtieġa li informazzjoni oħra dwar ir-riżultati tal-politika dwar iż-żgħażagħ issir aċċessibbli f’format xieraq, partikolarment fir-rigward ta’ kwistjonijiet bħall-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-inklużjoni soċjali, fost affarijiet oħra. Dan għandu jgħin ukoll biex jiġi determinat jekk ma jkunx xieraq li jsir provvediment għal għajnuna speċifika mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, diġà mill-perjodu ta’ programmazzjoni attwali. Minħabba l-kumplessità u l-kobor tal-isfidi attwali, il-politika dwar iż-żgħażagħ għandha tkun integrata fil-politiki kollha tal-UE, f’approċċ orizzontali, peress li dawn il-politiki jistgħu mhux biss jintużaw biex jinstabu soluzzjonijiet għall-problemi urġenti ffaċċjati miż-żgħażagħ, iżda jservu wkoll bħala punt tat-tluq biex jinħoloq tkabbir ekonomiku ġdid. Barra minn hekk, l-iskoperta mill-ġdid tal-valuri tat-tradizzjonijiet u tas-snajja’ antiki tista’ tirrappreżenta opportunitajiet ta’ xogħol ġodda. Għadhom meħtieġa sforzi sostanzjali għall-promozzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki fl-involviment u x-xogħol taż-żgħażagħ bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Barra minn hekk, il-każ ekonomiku għal edukazzjoni u taħriġ, li ġie diskuss fil-laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tat-12 ta’ Diċembru 2014 (1) fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-Istrateġija Ewropa 2020, issa għandu jissarraf f’investimenti konkreti fl-edukazzjoni bħala parti mill-aġendi tal-UE dwar iż-żgħażagħ u t-tkabbir fuq terminu twil;

9.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tejbet id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni għaż-żgħażagħ li qed ifittxu xogħol permezz tal-EURES, is-sistema tal-iskambju ta’ informazzjoni dwar postijiet tax-xogħol battala, u tat-tnedija tal-inizjattiva “L-ewwel impjieg EURES tiegħek” biex tgħin liż-żgħażagħ isibu xogħol barra minn pajjiżhom, kif ukoll il-miżuri konkreti li adottat biex tiġi implimentata r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar qafas ta’ kwalità għall-apprendistati, bil-għan li testendi l-portal tal-EURES għall-apprendistati. Huwa jappella lill-Istati Membri biex jużaw aktar dawn l-istrumenti;

10.

jinnota bi tħassib li, l-attività politika diretta (speċjalment tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet) taż-żgħażagħ qiegħda tonqos, u meta din titqabbel mal-ġenerazzjonijiet aktar anzjani, din se tkun aktar baxxa; jilqa’ madanakollu l-interess ta’ ħafna żgħażagħ, li huma membri attivi tal-komunità lokali tagħhom permezz ta’ sħubijiet f’organizzazzjonijiet, f’għodod elettroniċi (midja soċjali) jew billi jagħtu servizz fil-volontarjat. F’dan ir-rigward għandu jintlaqa’ l-fatt li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jixtiequ jagħmlu użu mill-forom ġodda tal-parteċipazzjoni fil-proċessi demokratiċi, kif ukoll mill-aċċess għat-tfassil tal-politika fir-rigward tal-istrateġija taż-żgħażagħ tal-UE; kif ukoll li ż-żgħażagħ ikunu mgħarrfa aħjar dwar id-dritt tagħhom li jipproponu u jappoġġjaw Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini;

11.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà tal-Istati Membri għal dak li hu kontenut ta’ tagħlim u l-organizzazzjoni ta’ sistemi ta’ edukazzjoni, teżamina l-prattiki tajbin tal-Istati Membri u r-reġjuni fir-rigward tat-taħriġ dwar ħiliet politiċi u f’termini ta’ li titbaxxa l-età tal-votazzjoni, u b’mod partikolari l-impatt dirett jew indirett li dawn iż-żewġ elementi għandhom fuq l-impenn politiku taż-żgħażagħ u l-iżvilupp tar-rieda tagħhom li jipparteċipaw. Il-Kummissjoni mbagħad teħtieġ li taqsam ir-riżultati ta’ din il-valutazzjoni mal-Istati Membri u r-reġjuni;

12.

iqis li huwa importanti b’mod partikolari r-rwol tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, anki dawk sportivi, li jaħdmu f’oqfsa formali u fil-kuntest ta’ taħriġ ekstraskolastiku ta’ edukazzjoni mhux formali u informali għaċ-ċittadinanza attiva, li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp tal-kompetenzi ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u jtejbu l-kwalità tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Għalhekk huwa tal-fehma li l-appoġġ għal dawn l-organizzazzjonijiet huwa importanti;

13.

jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu identifikati u ppreżentati b’mod aktar ċar il-komunitajiet mhux strutturati taż-żgħażagħ, li n-numru tagħhom dejjem qed jiżdied, anke bl-użu, fost l-oħrajn, tal-midja soċjali. Dawn ir-realtajiet spiss jinkludu lil dawk iż-żgħażagħ li jkollhom diffikultajiet fl-aċċess għal opportunitajiet, u li ma għandhomx il-mezzi biex jaffrontaw l-istituzzjonijiet;

14.

jirrikonoxxi l-importanza ta’ forniment soċjoedukattiv ta’ kwalità tajba u l-ħtieġa li tiġi żviluppata l-kapaċità għal reazzjoni għat-tibdil soċjali, komportamentali u teknoloġiku. F’dan ir-rigward jgħodd ukoll li għandhom ikomplu jiġu appoġġjati r-rikonoxximent u l-viżwalizzazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali fix-xogħol taż-żgħażagħ;

15.

jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-forniment soċjoedukattiv, li b’mod ġenerali, f’diversi Stati Membri, jaqa’ wkoll f’idejn l-awtoritajiet lokali, ġarrab tnaqqis fil-baġits madwar l-Ewropa kollha, filwaqt li perċentwal dejjem jikber ta’ żgħażagħ f’riskju tal-faqar u l-esklużjoni, minbarra ż-żieda fl-inċidenza ta’ mġiba riskjuża għas-saħħa u r-rata ta’ mortalità assoċjata magħha fost iż-żgħażagħ, jitolbu żieda f’dawn is-servizzi. Hemm ukoll bżonn partikolari ta’ promozzjoni għal stili ta’ ħajja pożittivi li jinvolvu tnaqqis fl-użu tad-droga, fl-abbuż tal-alkoħol, fit-tipjip u fl-obeżità, mhux l-inqas billi titħeġġeġ l-attività fiżika. Fl-istess ħin huwa importanti li jiġu proposti politiki attivi biex jipprovdu liż-żgħażagħ, jew f’assoċjazzjonijiet jew individwalment, b’opportunitajiet ta’ żvilupp personali u vokazzjonali sabiex ikunu f’pożizzjoni li “joħolqu forom ġodda ta’ relazzjonijiet soċjali” (White Paper tal-2001 dwar iż-żgħażagħ Ewropej);

16.

b’reazzjoni għall-kriżi attwali tal-migrazzjoni u fi ħdan il-kuntest tal-Aġenda Ewropea għall-Migrazzjoni, iħeġġeġ favur riżorsi finanzjarji li jkunu direttament aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex dawn ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni;

17.

huwa tal-fehma li l-migrazzjoni taż-żgħażagħ minn reġjuni Ewropej anqas żviluppati jew reġjuni li l-iktar li ntlaqtu ħażin mill-kriżi ekonomika, iddgħajjef il-koeżjoni territorjali u soċjali u twassal għal sfidi demografiċi serji. Sabiex ikunu promossi t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi f’dawk ir-reġjuni, li huma s-soluzzjoni biex ikun evitat l-eżodu taż-żgħażagħ u għalhekk l-eżodu ta’ mħuħ, il-KESE jisħaq dwar il-ħtieġa ta’ appoġġ, fost l-oħrajn permezz ta’ sħubijiet interreġjonali u azzjonijiet lokali u reġjonali diretti permezz ta’ miżuri speċifiċi ffinanzjati mill-Fondi ESI;

18.

iqis l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-kooperazzjoni transettorjali għall-appoġġ taż-żgħażagħ bħala strument fundamentali, peress li jippermetti lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll lir-rappreżentanti taż-żgħażagħ u lill-Istati Membri, sabiex jitgħallmu minn xulxin. Barra minn hekk, inizjattivi bħal “Pjattaforma Ewro-Meditteranja taż-Żgħażagħ” u l-“Forum Ewropew taż-Żgħażagħ” jippromovu d-djalogu eż. fil-kwistjonijiet li jippromovu t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobilità Ewropea, il-politika tal-edukazzjoni u tal-impjiegi u tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

19.

jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ pakkett bażiku li, fejn possibbli, għandu jiġi garantit għaż-żgħażagħ f’kull Stat Membru tal-UE. Dan il-pakkett jista’ jagħti attenzjoni partikolari għall-aċċess għall-Internet b’veloċità għolja, għall-għażla ta’ tagħlim tat-tieni lingwa barranija, ekwivalenti għal mill-inqas il-livell B2 fil-qafas tas-sistema pubblika tal-edukazzjoni, għall-għoti ta’ pariri u gwida kontinwa għall-opportunità għall-involviment xieraq fil-volontarjat, għall-promozzjoni tat-tħejjija għall-ewwel impjieg, u għall-forom ta’ finanzjament flessibbli u aċċessibbli meħtieġa biex jitwettqu studji li jipprovdu l-possibbiltajiet ta’ karriera. Fl-istess ħin, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu azzjoni biex jiġi żgurat li ż-żgħażagħ kollha fl-UE li huma interessati fit-taħriġ vokazzjonali jkollhom aċċess għalih, u li jkollhom ukoll “garanzija ta’ kwalifiki u ħiliet minimi”, rikonoxxuti u validati fl-Istati Membri kollha, li permezz tagħhom ikunu jistgħu jaċċessaw u jikkompletaw livell minimu ta’ kisba edukattiva, akkumpanjat mil-livell rilevanti ta’ ħiliet adatti, appoġġjat minn validazzjoni adatta li tirrikonoxxi l-valur miżjud tal-attivitajiet imwettqa miż-żgħażagħ anke f’ambjenti mhux formali;

20.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li jsiru studji fir-reġjuni differenti tal-Ewropa bil-għan li l-qagħda taż-żgħażagħ fil-qasam tal-akkomodazzjoni u kemm hija abitabbli l-akkomodazzjoni toħroġ b’mod iżjed ċar. Fil-fatt, b’mod partikolari jinħtieġ li f’dan il-qasam isir skambju tal-aħjar prattiki u jiġu żviluppati pjani ta’ azzjoni fil-livell lokali, fid-dawl tal-fatt li, f’bosta reġjuni, wieħed josserva l-għadd eċċessiv ta’ djar, filwaqt li f’għadd ta’ reġjuni, il-kwalità tal-akkomodazzjonijiet ma tiżgurax kundizzjonijiet adegwati għaż-żgħażagħ, u li, terġa’ u tgħid f’reġjuni oħrajn, il-prezzijiet estremament għaljin jeskludu liż-żgħażagħ. Għalhekk jeħtieġ li, abbażi ta’ data adatta, jiġu żvilppati pjani ta’ azzjoni bil-għan li tiżdied l-aċċessibbiltà ta’ akkomodazzjoni tajba għaż-żgħażagħ. B’mod partikolari huwa ssuġġerit li parti mill-proprjetajiet pubbliċi jitħallew għaż-żgħażagħ, li jiġu mħeġġa forom ta’ viċinat magħquda u ta’ koabitazzjoni bejn anzjani awtosuffiċjenti u żgħażagħ (cohousing) u li jiġi appoġġjat ix-xiri ta’ djar b’self issussidjat għaż-żgħażagħ;

21.

jinsisti dwar il-ħtieġa li jiġi determinat kif, fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ, għandhom jiġu indirizzati l-isfidi bħall-kwistjoni tat-tlaqqigħ tal-ħiliet mal-ħtiġijiet ta’ produzzjoni, territorjali u tal-impjegaturi, anke fil-kuntest tat-tnaqqis tal-livell għoli ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, l-opportunitajiet indaqs għaż-żgħażagħ li jgħixu f’komunitajiet żgħar li jinsabu f’reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi, ta’ gżejjer jew rurali li jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi demografiċi, kif ukoll kif għandhom jiġu promossi inizjattivi ta’ taħriġ professjonali adattati għall-partikularitajiet reġjonali u għall-kompetenzi speċifiċi, u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-qasam ta’ politika, mhux l-inqas billi jingħata għarfien akbar għax-xogħol tal-id; jenfasizza li t-tlaqqigħ tal-ħiliet mal-ħtiġijiet tal-impjegaturi huwa fattur importanti fil-qgħad taż-żgħażagħ u l-iżvilupp ulterjuri tal-prospetti ta’ karriera taż-żgħażagħ. Iqis li għandhom jiddaħħlu proċeduri sabiex jiżguraw il-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħiliet miksuba miż-żgħażagħ f’tipi ta’ edukazzjoni mhux formali u l-volontarjat sabiex ikunu jistgħu jużawhom biex isibu impjieg. Jitlob li tingħata aktar attenzjoni għal dawn il-kwistjonijiet, u li jsir appell għar-responsabbiltà soċjali korporattiva min-naħa tan-negozji sabiex jempatizzaw maż-żgħażagħ, li mhux biss huma l-forza tax-xogħol tal-lum u ta’ għada iżda huma wkoll klijenti potenzjali għas-servizzi tagħhom u l-prodotti u s-servizzi li jipprovdu;

22.

iqis li huwa neċessarju, fil-kuntest tal-politika taż-żgħażagħ, li tibqa’ tingħata attenzjoni partikolari – kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll dak tal-awtoritajiet lokali u reġjonali – lil kwistjonijiet bħall-promozzjoni tal-valuri fundaturi tal-kultura Kristjana tal-Ewropa, id-diskriminazzjoni kontra ż-żgħażagħ abbażi ta’ sess, ġeneru, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà jew orjentazzjoni sesswali, kif ukoll il-formulazzjoni ta’ miżuri li jridu jittieħdu f’dan ir-rigward, inkluż rigward il-problemi speċifiċi taż-żgħażagħ minn minoranzi nazzjonali jew etniċi;

23.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet reġjonali u lokali kkonċernati biex, f’konformità mal-liġi nazzjonali u l-prinċipji Ewropej, jagħmlu kull sforz favur iż-żamma tal-istituzzjonijiet li jipprovdu tagħlim fil-lingwa materna tal-minoranzi nazzjonali jew lingwistiċi u favur il-ħolqien ta’ istituzzjonijiet ġodda, u jistieden lill-Istati Membri biex b’kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni partikolari taż-żgħażagħ li joriġinaw minn minoranzi lingwistiċi jew nazzjonali fir-rigward tal-edukazzjoni, jipprovdulhom soluzzjonijiet li jippermettulhom jitgħallmu l-lingwa uffiċjali tal-pajjiż b’mod effettiv, skont il-prinċipji tal-multilingwiżmu u n-nondiskriminazzjoni;

24.

iqis li hija prijorità li jitnieda pjan ta’ azzjoni urġenti li jindirizza l-inċidenza li qed tikber ta’ vjolenza minħabba l-ġeneru fost iż-żgħażagħ, li jkun jinkludi l-importanza ta’ koedukazzjoni effettiva fil-pajjiżi kollha tal-UE;

25.

jinnota li ż-żgħażagħ ikollhom aċċess limitat biss għas-sorsi ta’ finanzjament meħtieġa biex iwaqqfu negozju, iħallsu għall-akkomodazzjoni jew ikomplu l-istudji tagħhom; għal din ir-raġuni jqis li huwa importanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali biex isibu soluzzjonijiet lokali li, min-naħa waħda, jgħinu biex ir-reġjun inkwistjoni jsir aktar kompetittiv u, min-naħa l-oħra, isaħħaħ sew l-opportunitajiet indaqs fost iż-żgħażagħ;

26.

jenfasizza għaldaqstant il-ħtieġa li jiġu mħeġġa modi u postijiet fejn jistgħu jinġabru ż-żgħażagħ promossi mill-atturi lokali bi sħubija wkoll ma’ entitajiet privati li jkunu kapaċi jindirizzaw il-bżonnijiet taż-żgħażagħ fil-mira u jibdluhom f’opportunità ta’ impjegabbiltà futura, ta’ ttestjar tal-ħiliet intraprenditorjali u ta’ żvilupp ta’ parteċipazzjoni attiva;

27.

jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jivverifikaw, fir-rigward tal-liġi tax-xogħol, l-istandards tal-protezzjoni tax-xogħol u l-leġislazzjoni fir-rigward tal-voluntiera, li ż-żgħażagħ jiġu infurmati kif xieraq u li jingħataw il-protezzjoni meħtieġa, speċjalment meta huma jeżerċitaw attività professjonali jew servizz volontarju jew meta jsegwu traineeship jew internat fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom jew fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikunu abitwalment residenti; għalhekk jipproponi li jintużaw netwerks diġà stabbiliti, bħall-Europe Direct, il-Eurodesk u l-EURES, jew l-awtoritajiet lokali bħala l-promoturi ewlenin tal-politiki dwar iż-żgħażagħ fit-territorju;

28.

jenfasizza l-ħtieġa għal kawtela rigward il-protezzjoni ta’ voluntiera żgħażagħ jew dawk attivi fis-suq tax-xogħol, u jistieden lir-reġjuni sabiex jikkunsidraw x’inhuma, f’dan il-qasam, l-opportunitajiet ta’ kooperazzjoni fir-rigward ta’ tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prattiki. Barra minn hekk, jenfasizzat l-ħtieġa li jissaħħaħ il-valur soċjali u ċivili tal-volontarjat bħal fil-każ tas-servizz ċivili għaż-żgħażagħ;

29.

jemmen li jkun utli li jiġi studjat kif minn naħa l-valuri soċjali u komunitarji l-ġodda u emerġenti – bħall-għarfien ambjentali fejn tiġi rispettata l-produzzjoni sostenibbli u effiċjenti mil-lat tal-enerġija, l-impenn fil-livell lokali, l-appoġġ għal persuni f’sitwazzjonijiet prekarji, l-apprezzament mill-ġdid tal-attivitajiet artiġġjanati – jistgħu jħeġġu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fis-soċjetà u l-integrazzjoni tagħhom fi ħdanha b’suċċess u, min-naħa l-oħra, kif jista’ jiġi promoss u appoġġjat ir-rwol fundamentali tal-familja bħala l-ewwel mezz ta’ appoġġ għat-tkabbir soċjali u ekonomiku tal-persuna. Jirrakkomanda li l-għanijiet il-ġodda għall-iżvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti jkunu marbutin mal-familja u li jsir riferiment għaliha. Il-miżuri ta’ appoġġ japplikaw kemm għall-familji ta’ oriġini, kif ukoll għall-familji ġodda jew li qegħdin jiffurmaw. Il-miżuri huma dwar il-protezzjoni tal-familja, u l-appoġġ għall-ħolqien ta’ familja u t-trobbija tat-tfal, b’mod partikolari fir-reġjuni bi sfidi demografiċi;

30.

ir-reġjuni li huma fil-biċċa l-kbira tagħhom rurali għandhom jagħtu attenzjoni speċjali lill-popolazzjoni żagħżugħa, ass strateġiku reali f’dawn it-territorji, u jagħmluha possibbli li jżommu l-għeruq tagħhom fl-ambjent rurali, issaħħu l-possibbiltajiet tagħhom li jibqgħu jgħixu f’dawn il-lokalitajiet, li kultant huma baxxi ħafna, u kemm jista’ jkun – permezz ta’ taħriġ adegwat – tiġi żgurata l-kontinwità tax-xogħol agrikolu fiż-żona bl-użu ta’ metodi tradizzjonali tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-prinċipji ta’ ekonomija sostenibbli. Dawn il-prattiki għandhom ikunu finanzjarjament vijabbli u ekonomikament profittabbli;

31.

jemmen li l-miżuri meħuda b’mod iżolat minn diversi Stati Membri fil-qasam tal-politika taż-żgħażagħ mhux dejjem huma suffiċjenti u l-koordinazzjoni tagħhom ħafna drabi hija dubjuża. Għalhekk, il-Kumitat jappoġġja l-proposta li involviment akbar u aktar miżuri huma meħtieġa fil-livell Ewropew biex itejbu l-koordinazzjoni, tiġi żviluppata armonizzazzjoni u jiġu sfruttati l-possibbiltajiet ta’ sinerġiji, b’kunsiderazzjoni b’mod partikolari tal-fatt li ż-żgħażagħ huma aktar miftuħa għall-mobilità u l-migrazzjoni, u b’enfasi fuq il-ħtieġa li fil-politika riveduta jiġi speċifikat ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

32.

iqis li hemm bżonn jissaħħaħ ir-rwol taż-żgħażagħ fil-proċessi demokratiċi, sabiex isemmgħu leħinhom. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, jinħtieġ jiġi promoss id-djalogu fost iż-żgħażagħ abbażi tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u, b’mod partikolari, tal-assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ, tal-awtoritajiet lokali kemm individwali kif ukoll fi grupp, ta’ gruppi informali, taċ-Ċentri ta’ Informazzjoni Europe Direct li jistgħu jikkontribwixxu għall-feedback bejn iż-żgħażagħ u l-istituzzjonijiet u l-NGOs li dejjem jirrappreżentaw is-settur tal-popolazzjoni li huwa l-aktar miftuħ għat-tibdil, l-innovazzjoni soċjali u lest jistimola t-tiġdid tas-soċjetà kollha. Għaldaqstant, jenfasizza l-importanza li d-djalogu strutturat jitwessa’, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi ġodda previsti mill-Kummissjoni f’dan il-qasam, bil-ħsieb li jsaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b’mod ġenerali u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom. Jenfasizza, fl-aħħar nett, li sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet, jista’ jkun utli li jiġu stabbiliti linji ta’ azzjoni strutturati, kif kien previst għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;

33.

għaldaqstant, jenfasizza l-importanza li d-djalogu strutturat jitwessa’, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi ġodda previsti mill-Kummissjoni f’dan il-qasam, bil-ħsieb li jsaħħu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b’mod ġenerali u tal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom; jinnota li l-iżvilupp ta’ djalogu strutturat jitlob li l-kriterji tal-kwalità, b’mod partikolari taż-żgħażagħ, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati kemm jista’ jkun fil-proċess tad-djalogu. Dawn jinkludu approċċ ibbażat fuq is-sħubija għal djalogu fuq “livell ta’ pari” u ammont tal-ħin suffiċenti. Iż-żgħażagħ għandhom jipparteċipaw fil-proċessi ta’ formazzjoni ta’ opinjoni fil-livelli politiċi diversi f’kemm jista’ jkun oqsma tematiċi politiċi; il-perspettiva reġjonali tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tista’ tissaħħaħ fir-rigward tal-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ permezz ta’ djalogu strutturat;

34.

iqis li huwa importanti li tiġi promossa kemm l-inklużjoni taż-żgħażagħ b’diżabbiltà u li jiġi żviluppat aċċess verament ugwali taż-żgħażagħ b’diżabbiltà għall-opportunitajiet li l-Istati Membri u r-reġjuni jippreżentaw;

35.

jenfasizza l-bżonn li, fil-politiki tal-UE u tal-Istati Membri, tingħata prijorità lill-inklużjoni ta’ żgħażagħ f’riskju bħan-NEETs (żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ) jew żgħażagħ bi sfond ta’ migrazzjoni, li għandhom probabbiltà li jaqgħu f’din il-kategorija;

36.

iqis li, fid-dawl tat-theddida terroristika gravi ħafna attwali fl-Ewropa u r-radikalizzazzjoni politika u reliġjuża li sfortunatament qed tinxtered fost iż-żgħażagħ, bi qbil mal-Aġenda tas-Sigurtà tal-UE, isiru ta’ prijorità l-prevenzjoni tal-vjolenza, tar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet, u l-garanzija tad-dritt taż-żgħażagħ biex jgħixu f’komunità pluralista bbażata fuq il-valuri demokratiċi Ewropej, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

37.

jirrakkomanda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali Ewropej jistabbilixxu strateġiji lokali u reġjonali li jindirizzaw b’mod ċar problemi u opportunitajiet li huma speċifiċi għaż-żgħażagħ, filwaqt li jitqiesu l-politiki dwar iż-żgħażagħ tal-UE u tal-Istati Membri. Fit-tfassil ta’ dawn il-pjani, għandu jiġi żgurat li jissaħħu l-possibilitajiet ta’ tagħlim reċiproku, filwaqt li tiġi żgurata l-ikbar parteċipazzjoni possibbli ta’ gruppi mmirati, jiġifieri ż-żgħażagħ, fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ dawn il-pjani u li jitħeġġeġ it-tagħlim reċiproku. Fl-istess ħin, il-Kumitat jenfasizza li l-istrateġiji u l-politiki kollha taż-żgħażagħ għandhom jinkorporaw miżuri orizzontali għall-ġlieda kontra l-fenomeni tad-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, il-ġeneru, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità u l-orjentazzjoni sesswali;

38.

jistieden lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tippromovi u tappoġġja l-politiki għall-iżvilupp tal-imprenditorija fost iż-żgħażagħ fil-kuntest kulturali u kreattiv għall-ħolqien tal-impjiegi u biex ikun hemm rispons effettiv għal dawk iż-żgħażagħ kollha li jixtiequ jittrasformaw il-passatempi tagħhom f’impjiegi fil-qasam tal-kultura.

Brussell, il-11 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Stqarrija għall-Istampa tat-3358 laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport

http://www.consilium.europa.eu/en/workarea/downloadAsset.aspx?id=40802190967


Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-116-il Sessjoni Plenarja tal-10 u l-11 ta' Frar 2016

5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/27


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol

(2016/C 120/07)

Relatur:

Is-Sur ROSSI (IT/PSE), President tar-Reġjun ta’ Toscana

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-integrazzjoni tal-persuni li ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol

COM(2015)462

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet jew ta’ kwalifiki, il-persuni minn pajjiżi terzi, il-persuni b’diżabbiltà u l-minoranzi żvantaġġati bħar-Rom huma fost dawk li huma l-iżjed vulnerabbli għal qgħad fit-tul. L-impjieg preċedenti jaqdi rwol importanti wkoll, peress li f’xi pajjiżi, l-aspetti settorjali u ċikliċi huma essenzjali biex tiġi spjegata l-persistenza tal-qgħad fit-tul.

Il-persuni b’livell baxx ta’ ħiliet jew ta’ kwalifiki, in-nisa (speċjalment in-nisa b’livell baxx ta’ kwalifiki) u l-ġenituri waħidhom, persuni qrib l-irtirar, il-persuni minn pajjiżi terzi, il-persuni b’diżabbiltà u li huma morda b’mod kroniku u l-minoranzi żvantaġġati bħar-Rom huma fost dawk li huma l-iżjed vulnerabbli għal qgħad fit-tul. Fir-rigward tal-qgħad fit-tul, iż-żgħażagħ ukoll għandhom importanza partikolari, minħabba l-implikazzjonijiet marbuta mar-riskji ta’ esklużjoni soċjali, tluq bikri mill-iskola u telf ta’ kapaċità produttiva tas-soċjetà bħala riżultat tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-impjieg preċedenti jaqdi rwol importanti wkoll, peress li f’xi pajjiżi, l-aspetti settorjali , reġjonali u ċikliċi huma essenzjali biex tiġi spjegata l-persistenza tal-qgħad fit-tul.

Emenda 2

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Hemm bżonn li l-investiment fil-kapital uman jitjieb u jsir iżjed effiċjenti, bl-għan li iktar nies ikollhom f’idejhom kompetenzi tajbin u rilevanti, li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet, li titwitta t-triq għal tranżizzjoni mingħajr intoppi mit-tagħlim għad-dinja tax-xogħol u għal impjegabbiltà kontinwa. It-titjib tal-prestazzjoni u tar-rilevanza tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ se jgħin biex jitrażżan l-influss ta’ persuni qiegħda ġodda. Għalhekk, l-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jeħtieġ jitwettaq skont is-Semestru Ewropew, il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u fit-Taħriġ (ET 2020) (15), ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (16) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (17).

Hemm bżonn li l-investiment fil-kapital uman jitjieb u jsir iżjed effiċjenti, bl-għan li iktar nies ikollhom f’idejhom kompetenzi tajbin u rilevanti, li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħiliet, li titwitta t-triq għal tranżizzjoni mingħajr intoppi mit-tagħlim għad-dinja tax-xogħol u għal impjegabbiltà kontinwa. It-titjib tal-prestazzjoni u tar-rilevanza tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ flimkien mas-servizzi għall-impjiegi se jgħinu biex jitrażżan l-influss ta’ persuni qiegħda ġodda. Bl-istess mod, il-ġlieda kontra t-tluq bikri mill-iskola, waħda mill-miri tal-Ewropa 2020, ser tgħin biex tipprevjeni l-qgħad fit-tul, li huwa wieħed mill-kawżi sottostanti . Għalhekk, l-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ jeħtieġ jitwettaq skont is-Semestru Ewropew, il-Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fl-Edukazzjoni u fit-Taħriġ (ET 2020) (15), ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (16) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (17).

Emenda 3

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Bil-ħsieb li tiġi żviluppata strateġija kkoordinata għall-impjiegi, il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (18) jappellaw għat-tnaqqis b’mod sinifikanti tal-qgħad strutturali u fit-tul permezz ta’ strateġiji komprensivi li jsaħħu lil xulxin, fosthom l-appoġġ attiv personalizzat sabiex wieħed jerġa’ lura fis-suq tax-xogħol.

Bil-ħsieb li tiġi żviluppata strateġija kkoordinata għall-impjiegi, il-linji gwida għall-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (18) jappellaw għat-tnaqqis b’mod sinifikanti tal-qgħad strutturali u fit-tul permezz ta’ strateġiji komprensivi li jsaħħu lil xulxin, fosthom l-appoġġ attiv u inklużiv personalizzat sabiex wieħed jerġa’ lura fis-suq tax-xogħol.

Raġuni

Hemm bżonn ta’ promozzjoni għall-injlużjoni soċjali.

Emenda 4

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-linji gwida jitolbu lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-impjegabbilità billi jinvestu fil-kapital uman, permezz ta’ sistemi xierqa ta’ Edukazzjoni u Taħriġ li huma effikaċi u effiċjenti sabiex iżidu l-livell ta’ ħiliet tal-forza tax-xogħol, u jitolbu wkoll speċifikament lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu s-sistemi ta’ taħriġ abbażi tax-xogħol bħas-sistemi ta’ tagħlim doppju u sabiex isaħħu t-taħriġ professjonali. B’mod aktar ġenerali, il-linji gwida jitolbu lill-Istati Membri li jieħdu kont tal-prinċipji tal-flessigurtà u jsaħħu l-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-effettività, il-mira, il-komunikazzjoni, il-kopertura u l-interazzjoni tagħhom b’appoġġ tad-dħul u l-forniment tas-servizz soċjali.

Il-linji gwida jitolbu lill-Istati Membri sabiex jippromwovu l-impjegabbilità billi jinvestu fil-kapital uman, permezz ta’ sistemi xierqa ta’ Edukazzjoni u Taħriġ li huma effikaċi u effiċjenti sabiex iżidu l-livell ta’ ħiliet tal-forza tax-xogħol, u jitolbu wkoll speċifikament lill-Istati Membri sabiex jinkoraġġixxu s-sistemi ta’ taħriġ abbażi tax-xogħol bħas-sistemi ta’ tagħlim doppju u sabiex isaħħu t-taħriġ professjonali. B’mod aktar ġenerali, il-linji gwida jitolbu lill-Istati Membri li jieħdu kont tal-prinċipji tal-flessigurtà u inklużività u jsaħħu l-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol billi jżidu l-effettività, il-mira, il-komunikazzjoni, il-kopertura u l-interazzjoni tagħhom b’appoġġ tad-dħul u l-forniment tas-servizz soċjali.

Emenda 5

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-azzjonijiet li ġew proposti f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom ikunu kompletament kompatibbli mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha sseħħ f’konformità sħiħa mar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir.

L-azzjonijiet li ġew proposti f’din ir-Rakkomandazzjoni għandhom ikunu kompletament kompatibbli mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi li nħarġu fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, u l-implimentazzjoni tagħhom għandha sseħħ f’konformità sħiħa mar-regoli tal-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir. Madankollu, fil-kuntest tal-Patt, sabiex jiġi evitat li l-iżbilanċi bejn pajjiżi individwali jsiru inkontrollabbli u sabiex inkunu nistgħu niċċaqalqu b’mod effettiv lejn l-istabbilizzazzjoni taż-żona tal-euro, jistgħu jiġu identifikati miżuri straordinarji, abbażi ta’ kunsens u fi żmien stabbilit, sabiex tingħata għajnuna lill-pajjiżi li s-servizzi tal-impjiegi tagħhom huma ‘l bogħod mill-istandards stabbiliti mill-aħjar prattika biex isiru l-bidliet meħtieġa.

Raġuni

Minħabba d-differenzi eżistenti bejn is-servizzi ta’ impjieg tal-Istati Membri, hija meħtieġa azzjoni biex jitjieb l-istandard ta’ interventi fil-pajjiżi kollha. Għal dan, ir-rakkomandazzjoni li jiġu adattati s-servizzi trid tiġi akkumpanjata mill-proċess ta’ identifikazzjoni tal-mekkaniżmi meħtieġa biex jappoġġawhom, peress li l-istrutturi tas-servizzi tal-impjieg huma ġeneralment iktar dgħajfin f’dawk il-pajjiżi fejn il-qgħad fit-tul huwa l-ogħla.

Emenda 6

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għandhom jiġu żviluppati sforzi intensifikati għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għal dawk li ntlaqtu l-iktar mill-qgħad fit-tul. Dan jeħtieġ li jimxi id f’id mar-reġistrazzjoni mtejba mas-servizzi tal-impjieg u ma’ aġenziji kompetenti oħra sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kopertura tal-miżuri ta’ appoġġ.

Għandhom jiġu żviluppati sforzi intensifikati għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol għal dawk li ntlaqtu l-iktar mill-qgħad fit-tul. Dan jeħtieġ li jimxi id f’id mar-reġistrazzjoni mtejba mas-servizzi tal-impjieg u ma’ aġenziji kompetenti oħra sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ kopertura tal-miżuri ta’ appoġġ. Sabiex tiġi ffaċilitata r-reġistrazzjoni tal-ikbar għadd ta’ nies qiegħda mas-servizzi tal-impjiegi għandu jkun hemm strateġija ta’ komunikazzjoni speċifika, li tista’ ssir aktar effettiva permezz tal-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Madankollu, ir-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjieg mhijiex, fiha nnifisha, miżura suffiċjenti jekk is-servizzi mhux se jkunu effiċjenti biex jipproponu pjan individwali li jwassal għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol. Il-persuni qiegħda mhux se jkunu disposti li jirreġistraw għas-servizzi, jekk dawn ma jkunux urew effikaċja. F’dan il-kuntest jirriżulta neċessarju li s-servizzi għall-impjiegi jkunu aktar proattivi għall-impriżi.

Raġuni

Ir-reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjieg ċertament teħtieġ strateġija tal-komunikazzjoni effettiva, iżda ħafna ser jiddependi mill-kapaċità tas-servizzi tal-impjieg għall-inklużjoni mill-ġdid tal-ħaddiem. Għal din ir-raġuni, il-kapaċità reali tal-Istati biex isaħħu l-istrutturi eżistenti hija wkoll kundizzjoni fundamentali biex il-persuni qiegħda jiġu mħeġġa jirreġistraw.

Emenda 7

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jeħtieġ li l-approċċi individwalizzati biex jiġu appoġġati l-persuni li ilhom qiegħda, jindirizzaw ix-xkiel li jwassal għal qgħad persistenti, u jaġġornaw u jakkumpanjaw il-valutazzjoni inizjali li ssir mar-reġistrazzjoni. Dan jiggwida lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu impjieg lejn is-servizzi ta’ appoġġ bħal konsulenza dwar id-dejn, ir-riabilitazzjoni, il-ħidma soċjali, is-servizzi tal-kura, l-integrazzjoni tal-migranti, l-akkomodazzjoni u l-appoġġ għat-trasport, li jindirizzaw l-ostakli għax-xogħol u jagħtu s-setgħa lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu impjieg biex jilħqu għanijiet ċari li jwasslu għal impjieg.

Jeħtieġ li l-approċċi individwalizzati biex jiġu appoġġati l-persuni li ilhom qiegħda, jindirizzaw ix-xkiel li jwassal għal qgħad persistenti, u jaġġornaw u jakkumpanjaw il-valutazzjoni inizjali li ssir mar-reġistrazzjoni. Dan jiggwida lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu impjieg lejn is-servizzi ta’ appoġġ bħal konsulenza dwar id-dejn, ir-riabilitazzjoni, il-ħidma soċjali, is-servizzi tal-kura, l-integrazzjoni tal-migranti, l-akkomodazzjoni u l-appoġġ għat-trasport, li jindirizzaw l-ostakli għax-xogħol u jagħtu s-setgħa lil dawk li jkunu qegħdin ifittxu impjieg biex jilħqu għanijiet ċari li jwasslu għal impjieg. Għandha tingħata konsiderazzjoni lill-possibbiltà li jiġi previst l-obbligu ta’ reġistrazzjoni mas-servizzi tal-impjieg għall-persuni qiegħda fit-tul li huma benefiċjarji ta’ għajnuna mis-servizzi soċjali.

Emenda 8

Proposta għal rakkomandazzjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg ifisser ftehim bil-miktub bejn il-persuna li tkun qiegħda tfittex impjieg u l-punt ta’ kuntatt waħdieni, bl-għan li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn impjieg fis-suq tax-xogħol. Dawn il-ftehimiet, li jitfasslu sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni individwali tal-persuna li tkun qiegħda tfittex impjieg, jagħtu d-dettalji dwar pakkett ta’ miżuri individwalizzati li jkunu disponibbli fil-livell nazzjonali (is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-servizzi soċjali), u li jkollhom l-għan li jappoġġaw u li jagħtu s-setgħa lill-persuni li jkunu qegħdin ifittxu impjieg sabiex jgħelbu l-ostakli speċifiċi tagħhom għal impjieg. Il-ftehimiet jiddefinixxu l-għanijiet, l-iskedi taż-żmien, ir-responsabbiltajiet reċiproċi u l-klawsoli ta’ rieżami, u jindikaw il-miżuri disponibbli ta’ appoġġ attiv u ta’ appoġġ għad-dħul u s-servizzi disponibbli ta’ appoġġ soċjali. Il-ftehimiet ta’ integrazzjoni f’impjieg jorbtu r-riċeviment tal-benefiċċji mal-parteċipazzjoni fil-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u fl-attivitajiet ta’ tfittxija ta’ impjieg, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti.

Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg ifisser ftehim bil-miktub bejn il-persuna li tkun qiegħda tfittex impjieg u l-punt ta’ kuntatt waħdieni, bl-għan li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni lejn impjieg fis-suq tax-xogħol. Dawn il-ftehimiet, li jitfasslu sabiex jirriflettu s-sitwazzjoni individwali tal-persuna li tkun qiegħda tfittex impjieg, jagħtu d-dettalji dwar pakkett ta’ miżuri individwalizzati li jkunu disponibbli fil-livell nazzjonali (is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni, it-taħriġ, is-servizzi soċjali), u li jkollhom l-għan li jappoġġaw u li jagħtu s-setgħa lill-persuni li jkunu qegħdin ifittxu impjieg sabiex jgħelbu l-ostakli speċifiċi tagħhom għal impjieg. Il-ftehimiet jiddefinixxu l-għanijiet, l-iskedi taż-żmien, ir-responsabbiltajiet reċiproċi u l-klawsoli ta’ rieżami, u jindikaw il-miżuri disponibbli ta’ appoġġ attiv u ta’ appoġġ għad-dħul u s-servizzi disponibbli ta’ appoġġ soċjali. Il-ftehimiet ta’ integrazzjoni f’impjieg jorbtu r-riċeviment tal-benefiċċji mal-parteċipazzjoni fil-miżuri attivi tas-suq tax-xogħol u fl-attivitajiet ta’ tfittxija ta’ impjieg, f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti , immirati għal inklużjoni soċjali effettiva .

Emenda 9

Proposta għal rakkomandazzjoni

L-ewwel paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jappoġġaw ir-reġistrazzjoni tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu impjieg u jappoġġaw orjentazzjoni tal-miżuri ta’ integrazzjoni li tkun iktar qrib is-suq tax-xogħol. Jipprovdu valutazzjoni individwali lill-persuni rreġistrati li jkunu ilhom qiegħda. Joffru ftehim speċifiku ta’ integrazzjoni f’impjieg, għall-persuni li jkunu ilhom qiegħda, mhux iżjed tard minn meta jagħlqu 18-il xahar qiegħda. Għal dak l-għan:

Jappoġġaw ir-reġistrazzjoni tal-persuni li jkunu qegħdin ifittxu impjieg u jappoġġaw orjentazzjoni tal-miżuri ta’ integrazzjoni li tkun iktar qrib is-suq tax-xogħol. Jipprovdu valutazzjoni individwali lill-persuni rreġistrati li jkunu ilhom qiegħda. Joffru ftehim speċifiku ta’ integrazzjoni f’impjieg, għall-persuni li jkunu ilhom qiegħda, mhux iżjed tard minn meta jagħlqu 18-il xahar qiegħda; jipprovdu impjieg sussidjat biex dan jikkomplementa l-isforz għall-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, sabiex jiġu indirizzati l-qgħad u l-esklużjoni soċjali. Fejn l-integrazzjoni ma tirnexxix, għandu jiġi previst appoġġ universali ta’ dħul. Għal dak l-għan:

It-tisħiħ tas-servizzi tal-impjiegi eżistenti.

Emenda 10

Proposta għal rakkomandazzjoni

L-ewwel paragrafu – żid punt ġdid wara l-ewwel paragrafu –

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Jiġu stabbiliti servizzi tal-impjiegi bir-riżorsi u l-persunal kwalifikat li jeħtieġu biex ikunu kapaċi jilħqu l-għanijiet stabbiliti fir-rakkomandazzjoni. L-istandards għad-definizzjoni ta’ dawn is-servizzi għandhom jiġu derivati mir-riżultati tal-ħidma tan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu indikati liema huma r-riżorsi meħtieġa għall-adattament tal-istrutturi eżistenti u jiġi stabbilit kif u fejn jistgħu jinsabu, b’referenza għall-possibbilitajiet ta’ kofinanzjament li diġà huma eżistenti, bħar-Regolament (UE) Nru 1301/2013 dwar il-FEŻR u r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 dwar l-FSE, mingħajr ma tiġi eskluża l-possibbiltà li jiġu esplorati soluzzjonijiet fil-livell tal-UE permezz ta’ approprjazzjoni tal-Fondi Ewropej maħsuba esklużivament għal dan l-għan, fid-dawl tal-fatt li t-tnaqqis tal-qgħad fit-tul huwa mira strateġika fundamentali għall-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Appoġġ ekonomiku jista’ wkoll jintuża għat-twettiq ta’ aktar riformi organizzattivi tas-sistemi tas-servizzi tal-impjieg fil-pajjiżi fejn il-Kummissjoni u l-Kunsill jikkunsidraw li huma meħtieġa, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Raġuni

Minħabba d-differenzi eżistenti bejn is-servizzi ta’ impjieg tal-Istati Membri, hija meħtieġa azzjoni biex jitjieb l-istandard ta’ interventi fil-pajjiżi kollha. Għal dan, ir-rakkomandazzjoni li jiġu adattati s-servizzi trid tiġi akkumpanjata mill-proċess ta’ identifikazzjoni tal-mekkaniżmi meħtieġa biex jappoġġawhom, peress li l-istrutturi tas-servizzi tal-impjieg huma ġeneralment iktar dgħajfin f’dawk il-pajjiżi fejn il-qgħad fit-tul huwa l-ogħla. Ir-regolamenti tal-FEŻR u tal-FSE jipprovdu opportunitajiet ta’ kofinanzjament għall-investimenti fl-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol u/jew għall-modernizzazzjoni tagħhom.

Emenda 11

Proposta għal rakkomandazzjoni

It-Tielet Paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-valutazzjoni u l-approċċ individwali

Is-servizzi tax-xogħol, flimkien ma’ imsieħba oħra li jappoġġaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, jipprovdu gwida personalizzata lil dawk li huma kkonċernati .

Il-valutazzjoni u l-approċċ individwali

Is-servizzi tax-xogħol, flimkien ma’ msieħba oħra li jappoġġaw l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, u jinvolvu fornituri privati tas-servizzi tal-impjiegi u aġenziji għax-xogħol awtorizzati , jipprovdu gwida personalizzata lil partijiet interessati .

(2)

Jiżguraw li l-persuni kollha li jkunu ilhom qiegħda jingħataw valutazzjonijiet individwali ddettaljati u gwida mhux iktar tard minn meta jagħlqu 18-il xahar qiegħda. Il-valutazzjoni għandha tkopri l-prospetti tagħhom li jsibu impjieg, l-ostakli għall-impjieg u l-isforzi preċedenti ta’ tfittxija ta’ impjieg.

(2)

Jiżguraw li l-persuni kollha li jkunu ilhom qiegħda jingħataw valutazzjonijiet individwali ddettaljati u gwida mhux iktar tard minn meta jagħlqu 18-il xahar qiegħda. Il-valutazzjoni għandha tkopri l-prospetti tagħhom li jsibu impjieg, l-ostakli għall-impjieg u l-isforzi preċedenti ta’ tfittxija ta’ impjieg.

Raġuni

Aġenziji privati tal-impjieg u l-aġenziji għax-xogħol awtorizzati għandhom rwol xi jwettqu.

Emenda 12

Proposta għal rakkomandazzjoni

Is-Sitt Paragrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-persuni rreġistrati li jkunu ilhom qiegħda li ma jkunux koperti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, jiġu offruti ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg mhux iżjed tard minn meta jagħlqu 18-il xahar qiegħda. Dan għandu jinkludi, minn tal-inqas, offerta ta’ servizz individwali li tkun immirata biex jinstab impjieg u l-identifikazzjoni ta’ punt ta’ kuntatt waħdieni.

Il-persuni rreġistrati li jkunu ilhom qiegħda li ma jkunux koperti mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ, jiġu offruti ftehim ta’ integrazzjoni f’impjieg fi żmien 18-il xahar minn meta jsiru qiegħda. Dan għandu jinkludi, minn tal-inqas, offerta ta’ servizz individwali li tkun immirata biex jinstab impjieg u l-identifikazzjoni ta’ punt ta’ kuntatt waħdieni. Il-ftehim ta’ integrazzjoni tax-xogħol għandu jitfassal permezz ta’ interazzjoni proattiva mal-persuna qiegħda inkwistjoni, billi titqiegħed fiċ-ċentru u ssir responsabbli b’mod konġunt.

Raġuni

Ikun utli li tiġi stabbilita azzjoni bikrija għall-persuni qiegħda, qabel 12-il xahar (wara dan il-perjodu jitqiesu li jkunu ilhom qiegħda). Barra minn hekk, il-persuni qiegħda għandhom ikunu involuti aktar fid-definizzjoni tal-profil u l-potenzjal tagħhom sabiex dan ikompli jġegħelhom jaċċettaw offerti potenzjali ta’ taħriġ jew xogħol.

Emenda 13

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jistabbilixxu sħubijiet bejn min iħaddem, l-imsieħba soċjali, is-servizzi tal-impjieg, l-awtoritajiet tal-gvern u s-servizzi soċjali sabiex jiġi żgurat li l-offerti jkunu mmirati għall-bżonnijiet reali tal-impriżi u tal-impjegati.

Jistabbilixxu sħubijiet bejn min iħaddem, l-imsieħba soċjali, is-servizzi tal-impjieg, l-awtoritajiet tal-gvern u s-servizzi soċjali sabiex jiġi żgurat li l-offerti jkunu mmirati għall-bżonnijiet reali tal-impriżi u tal-impjegati.

Emenda 14

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Jiżviluppaw servizzi għal min iħaddem bħall-iskrinjar tal-postijiet tax-xogħol battala, bħall-appoġġ ta’ kollokament, bħall-għoti ta’ pariri u bħat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u bħall-appoġġ ta’ wara l-kollokament sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni li jkunu ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol.

Jiżviluppaw servizzi għal min iħaddem bħall-iskrinjar tal-postijiet tax-xogħol battala, bħall-appoġġ ta’ kollokament, bħall-għoti ta’ pariri u bħat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u bħall-appoġġ ta’ wara l-kollokament sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni li jkunu ilhom qiegħda fis-suq tax-xogħol , billi jintużaw, kull meta jkun meħtieġ, politiki attivi dwar l-impjiegi eżistenti mmirati lejn dan il-grupp fil-mira .

Raġuni

Biex tiġi enfasizzata l-importanza ta’ politiki attivi dwar l-impjiegi.

Emenda 15

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 9 – Żid paragrafu ġdid:

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Integrazzjoni akbar fl-użu tal-Fondi Strutturali, pereżempju li jorbtu l-attivitajiet ta’ taħriġ iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mal-azzjoni għall-appoġġ tat-tkabbir u l-innovazzjoni ffinanzjata minn fondi strutturali oħra, bi previżjoni, b’mod partikolari, ta’ inċentivi possibbli għall-kumpaniji li jimpjegaw persuni li jkunu ilhom qiegħda fit-tul. Il-finanzjament mill-FSE jista’ jintuża għat-taħriġ ta’ dawn il-persuni. L-Istati Membri u r-Reġjuni huma mistiedna jivverifikaw jekk huwiex possibbli li jiffinanzjaw lill-awtoritajiet li jiffavorixxu proġetti ta’ integrazzjoni funzjonali fost il-fondi strutturali anki eventwalment permezz tar-riżorsi pprovduti mir-Riżerva ta’ Prestazzjoni.

Raġuni

Peress li l-inklużjoni ta’ dawk li ilhom qiegħda b’mod inerenti hija iktar diffiċli, għandu jsir l-aħjar użu tal-Fondi Strutturali biex jappoġġjaw l-applikazzjoni tagħhom permezz ta’ primjum għall-impriżi li, meta jirreklutaw, jiffukaw fuq persuni li jkunu ilhom qiegħda, li t-taħriġ tagħhom jista’ jiġi appoġġat minn fondi tal-FSE.

Emenda 16

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 10 – Żid paragrafu ġdid “B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:”

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Tħejji analiżi ex ante tal-politiki attivi dwar l-impjieg immirati b’mod speċifiku għal dawk li ilhom qiegħda fit-tul sabiex jiġi propost it-twaqqif ta’ miżuri speċifiċi fl-Istati Membri. Barra minn hekk, issaħħaħ l-analiżi dwar il-politiki attivi kkombinati ma’ mogħdijiet ta’ impjieg ta’ interess pubbliku u appoġġ għad-dħul, bil-ħsieb li l-mogħdija ta’ impjieg tingħaqad mal-kisba ta’ ħiliet għall-użu fis-suq tax-xogħol. Il-mogħdijiet ta’ politika attiva marbutin ma’ xogħlijiet ta’ servizz fil-komunità għandhom jitmexxew mis-servizzi pubbliċi għall-impjiegi.

Raġuni

Qed tiġi rakkomandata analiżi ex-ante ta’ politiki attivi dwar l-impjieg. Li jissaħħu l-miżuri ta’ politika attiva kemm bil-kollegament mal-kuntratt/patt ta’ integrazzjoni kif ukoll bil-possibbiltà ta’ mogħdija ta’ interess pubbliku bil-ħsieb li jinkisbu ħiliet professjonali li jistgħu jintużaw fis-suq tax-xogħol fit-tmiem tal-mogħdijiet ta’ interess pubbliku.

Emenda 17

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 10 – Żid paragrafu ġdid “B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:”

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Tifformula rakkomdazzjonijiet għal istandards kwalitattivi u kwantitattivi li għandhom jilħqu s-servizzi tal-impjieg f’kull pajjiż fuq il-bażi tal-proposti tan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 573/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014) filwaqt li tiġi prevista l-approprjazzjoni ta’ Fondi Komunitarji għat-tisħiħ tas-servizzi għall-impjiegi.

Raġuni

L-Istati Membri għandhom jistrutturaw is-servizzi tal-impjieg tagħhom biex jiġi indirizzat il-qgħad strutturali permezz ta’ użu aħjar tal-fondi tal-FSE. Il-qgħad addizzjonali determinat miċ-ċiklu jista’ jiġi indirizzat b’riżorsi komuni li l-pajjiżi kollha, hu x’inhu l-livell ta’ qgħad strutturali tagħhom, jistgħu jiddependu fuqhom. Dan jippermetti stabbilizzazzjoni taċ-ċiklu li l-pajjiżi kollha għandhom jibbenefikaw minnha tul il-perjodu medju u dak twil.

Emenda 18

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 10 – Żid paragrafu ġdid “B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:”

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Tagħmel distinzjoni bejn il-qgħad strutturali (fejn kull pajjiż irid juża r-riżorsi proprji tiegħu jew tal-objettiv tematiku tal-FSE dwar “It-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva”) u l-qgħad li jirriżulta minn fażijiet ta’ reċessjoni aktar intensi u mtawla, li, peress li jwasslu għal żidiet sinifikanti fil-livelli tal-qgħad, ikunu ta’ tensjoni akbar għas-servizzi tal-impjiegi.

Tinkoraġixxi lill-Istati Membri biex jikkwantifikaw fuq il-bażi ta’ standards definiti minn qabel, l-appoġġ temporanju addizzjonali meħtieġ mill-istrutturi eżistenti sabiex jindirizzaw l-iskossi ekonomiċi.

Tivvaluta l-possibbiltà li jiġu appoġġjati l-ispejjeż addizzjonali matul ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Is-soluzzjonijiet identifikati għandhom ikunu soġġetti għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ riformi biex tittejjeb l-effiċjenza tas-servizzi tal-impjieg pubbliċi u privati fl-Istati Membri u, fil-każijiet u d-direzzjoni identifikati mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż maħruġa fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Emenda 19

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 10 – Żid paragrafu ġdid “B’DAN JIRRAKKOMANDA LI L-KUMMISSJONI:”

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Tħeġġeġ l-integrazzjoni bejn l-attivitajiet ta’ appoġġ għall-qgħad fit-tul u attivitajiet ta’ appoġġ aktar ġenerali għall-faqar, b’tali mod li fejn l-għan ta’ integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ma jkunx intlaħaq u jkun hemm tnaqqis fil-benefiċċji għall-qgħad, il-persuna qiegħda inkwistjoni madankollu tingħata dħul minimu (naturalment wara li jsir test tal-mezzi) bil-kundizzjoni li l-persuna taċċetta li twettaq servizz komunitarju temporanju b’dimensjoni ta’ taħriġ, maħsub biex iressaq lill-persuni qiegħda lura lejn ix-xogħol filwaqt li tiġi ggarantita l-inklużjoni soċjali.

Raġuni

Fil-każ fejn dawk li ilhom qiegħda ma jerġgħux jiddaħħlu fid-dinja tax-xogħol, iridu jinstabu soluzzjonijiet xierqa biex jiġi evitat ir-riskju ta’ marġinalizzazzjoni u faqar, li jinvolvu spiża għas-soċjetà u riskju għall-koeżjoni soċjoekonomika ladarba jispiċċaw il-benefiċċji għall-qgħad.

Emenda 20

Proposta għal rakkomandazzjoni

Punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Tevalwa, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati, l-azzjoni meħuda bħala segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni, u tirrapporta lill-Kunsill sa … [tliet snin wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni] dwar it-tagħlimiet meħuda.

Tevalwa, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati, l-azzjoni meħuda bħala segwitu għal din ir-Rakkomandazzjoni , b’mod partikolari:

biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw is-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, bil-għan li tiġi stabbilita skema Ewropea ta’ assigurazzjoni kontra l-qgħad fit-tul, ibbażata fuq indikaturi ekonomiċi u finanzjarji komuni.

barra minn hekk tevalwa, matul ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, il-prijoritajiet li għalihom iridu jiġu indirizzati r-riżorsi tal-UE kemm sabiex titkompla l-azzjoni għall-garanzija għaż-żgħażagħ kif ukoll sabiex isir intervent iktar xieraq kontra l-qgħad fit-tul permezz ta’ inizjattivi speċjali bħall-ħolqien ta’ fond ad hoc (fuq il-mudell tal-garanzija għaż-żgħażagħ, fond ta’ garanzija għall-adulti) sabiex jiġi indirizzat il-qgħad fit-tul;

u tirrapporta lill-Kunsill sa … [tliet snin wara l-adozzjoni tar-Rakkomandazzjoni] dwar it-tagħlimiet meħuda.

Raġuni

Il-qgħad fit-tul huwa biss parti minn problema iktar ġenerali tal-faqar, b’konsegwenzi ekonomiċi u soċjali partikolarment serji. Huwa għalhekk meħtieġ li l-azzjonijiet imsemmija fir-rakkomandazzjoni jkollhom ukoll il-kopertura f’termini ta’ appoġġ għall-faqar li jeħtieġ li jiġu mistiedna jadottawh il-pajjiżi kollha li għadhom ma għamlux dan.

II.   PROPOSTI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Kummenti preliminari

1.

Filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa għall-proposta għal rakkomandazzjoni biex jiġu rispettati l-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, jilqa’ l-fatt li t-test jindirizza l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-qgħad fit-tul. Dan huwa, skont id-Dokument tal-5 Presidenti (Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa), “waħda mir-raġunijiet ewlenin tal-inugwaljanza u l-esklużjoni soċjali. […] Għalhekk huma essenzjali swieq tax-xogħol effiċjenti li jippromovu livell għoli ta’ impjiegi u li jkunu kapaċi jassorbu xokkijiet mingħajr ma joħolqu qgħad eċċessiv […]”

2.

jinnota l-importanza tal-fatt li l-proposta tenfasizza l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni qiegħda fis-suq tax-xogħol, u tagħti lis-servizzi tal-impjieg il-kompitu li jkunu responsabbli għall-persuna, u tinvolvi lill-atturi intraprenditorjali u soċjali kollha u lis-settur pubbliku biex jappoġġjaw l-integrazzjoni;

3.

jisħaq dwar l-enfasi li ssir fuq l-istrumenti li jirregolaw is-sistema, bħala parti mill-istrateġija ta’ punt ta’ kuntatt waħdieni;

4.

jenfasizza l-importanza li jiġi indirizzat il-qgħad fit-tul sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ekonomiji lokali; jenfasizza li l-qgħad fit-tul mhuwiex sostenibbli u jfakkar l-importanza tat-tbassir tal-ħiliet meħtieġa u t-tqabbil tagħhom mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; F’oqsma b’nuqqasijiet sinifikanti ta’ tlaqqigħ fil-ħiliet, il-programmi ta’ taħriġ biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa għandhom jiġu rinfurzati. Attenzjoni partikolari għandi tingħata fuq il-ħiliet tal-lingwa għall-migranti qiegħda u l-persuni li qed ifittxu l-ażil;

5.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proposta għandha wkoll implikazzjonijiet sinifikanti fl-indirizzar tal-faqar, li għadu waħda mill-miri l-aktar diffiċli biex jintlaħqu tal-Istrateġija Ewropa 2020 minħabba l-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika.

Kummenti ġenerali

Madankollu, filwaqt li tagħmel dan, il-Kumitat jinnota li l-proposta tidher li tinjora ċerti elementi, u b’mod partikolari:

6.

ifakkar fil-ħtieġa li tingħata spinta lis-servizzi pubbliċi tal-impjieg u li jsiru aktar effettivi u effiċjenti. Din ir-rakkomandazzjoni fil-fatt sempliċement tipproponi koordinazzjoni akbar tal-attivitajiet ta’ appoġġ li għadhom jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-diversi pajjiżi, u ma tagħtix biżżejjed attenzjoni lill-varjazzjoni eżistenti, f’termini tad-daqs tal-problema u l-istrutturi maħsuba sabiex tiġi indirizzata, kif diġà rajna fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ. F’ħafna pajjiżi jeħtieġ tisħiħ sinifikanti tas-servizzi tal-impjieg. Bħala eżempju ta’ din il-varjazzjoni, il-proporzjon bejn l-operaturi tas-servizzi tal-impjieg u l-popolazzjoni attiva huwa ta’ 1 għal 400 fil-Ġermanja, 1 għal 600 fi Franza u 1 għal 3 000 fl-Italja;

7.

jirrakkomanda li ssir ħidma aktar mill-qrib mas-servizzi privati tal-impjieg u li jiġu involuti l-aġenziji ta’ xogħol temporanju f’każijiet fejn is-servizzi pubbliċi tal-impjieg mhumiex kapaċi jagħtu parir biżżejjed u jgħinu lil dawk li ilhom qiegħda;

8.

jappella għal kooperazzjoni aktar stretta bejn l-Istati Membri u r-reġjuni sabiex jitnaqqsu r-rati tal-qgħad fl-UE b’mod l-aktar effikaċi possibbli billi lil dawn it-tipi ta’ programmi jingħataw aktar spazju fil-mezzi tax-xandir. Pereżempju, in-netwerk EURES jista’ jiġi promoss permezz ta’ kampanja ta’ reklamar li tinvolvi t-televixin, l-Internet jew midja tal-massa oħra sabiex dawk li qegħdin ifittxu impjieg barra minn pajjiżhom ikollhom informazzjoni aġġornata dwar l-opportunitajiet ta’ impjieg; għalhekk jirrakkomanda li tiġi stabbilita kooperazzjoni internazzjonali bejn is-servizzi tal-impjiegi u servizzi soċjali oħra sabiex jiġi żgurat skambju aktar effiċjenti u aktar malajr ta’ informazzjoni u data;

9.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu identifikati r-riżorsi meħtieġa biex jadattaw għall-aħjar prattiki. Dan jista’ jsir billi jintużaw ir-riżultati tal-ħidma tan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (Deċiżjoni 573/2014/UE), biex issir stima tar-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex iwasslu lill-pajjiżi kollha għall-istandards stabbiliti u jiġu suġġeriti modi biex jiġu appoġġjati l-isforzi li kull pajjiż għandu jsegwi biex jindirizza n-nuqqasijiet;

10.

jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn il-komponent strutturali tal-qgħad u l-komponent dinamiku determinat mill-evoluzzjoni partikolari taċ-ċiklu. Is-servizzi tal-impjiegi (strutturati biex jindirizzaw l-ewwel komponent) għandhom ikunu jistgħu jadattaw malajr għall-ħtiġiet addizzjonali li jinħolqu minn ċikli ekonomiċi partikolarment negattivi. L-ispejjeż għall-adattament tal-istrutturi eżistenti għal dawn ir-rekwiżiti għandhom jitħallsu mill-Istati Membri, bl-użu wkoll tal-FEŻR u tal-FSE (taħt l-objettiv tematiku li jiffoka fuq it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva). Bħala parti mir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali jistgħu jiġu evalwati l-effetti tal-miżuri u eventwalment tal-adattamenti meħtieġa tar-Regolamenti tal-UE;

11.

jenfasizza l-importanza ta’ investiment fil-kapital uman; madankollu jirrimarka li, peress li dan huwa investiment fit-tul, in-negozji għandhom tendenza li jagħtu preferenza lill-persuni żgħażagħ u gradwati riċenti, u dan iqiegħed lill-ħaddiema prospettivi maturi jew ta’ mezza età fi żvantaġġ. Il-ġlieda kontra l-qgħad teħtieġ inċentivi li jħeġġu lill-ħaddiema qiegħda maturi jew ta’ mezza età sabiex jerġgħu jitħarrġu, u li jiżguraw li s-setturi privati u pubbliċi jkollhom interess jimpjegaw dawn il-persuni. Sabiex il-qgħad fit-tul jiġi miġġieled bl-istess mod huwa importanti li jiġi promoss it-tagħlim permanenti indirizzat għat-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol eżistenti u tal-ħaddiema mhux kwalifikati;

12.

jenfasizza li dan il-każ ta’ modernizzazzjoni tas-servizzi tal-impjieg jista’ jkun kapaċi jintervjeni fuq il-qgħad fit-tul, iżda wkoll fuq il-qgħad fuq perjodu qasir u l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

13.

jirrimarka li l-modernizzazzjoni proposta tas-servizzi tal-impjieg hija proċess twil u diffiċli, speċjalment fl-Istati Membri fejn is-sistema attwali hija inflessibbli u burokratika. It-tħaddim tajjeb tal-punti uniċi ta’ kuntatt individwali jiddependi ħafna mill-flessibbilta tal-istituzzjonijiet ikkonċernati u minn tixrid adegwat u mgħaġġel ta’ informazzjoni. Dawn il-punti uniċi ta’ kuntatt jistgħu jkunu responsabbli għall-preparazzjoni ta’ servizzi personalizzati ta’ appoġġ iżda jrid jitqies li dan jista’ jikkostitwixxi piż amministrattiv sostanzjali abbażi tan-numru ta’ persuni li jfittxu impjieg. Madankollu, dawn il-punti ta’ kuntatt għandu jkollhom persunal kwalifikat kif dovut li jkun kapaċi mhux biss li jinforma dwar il-postijiet battala eżistenti iżda wkoll jivvaluta il-personalità u l-ħiliet prinċipali ta’ dawk li qed ifittxu impjieg. Il-Kumitat għalhekk jappella li l-Istati Membri jqisu dawn il-fatturi meta jistabbilixxu dawn il-mekkaniżmi;

14.

jinnota l-ħtieġa li ssir enfasi akbar fuq miżuri min-naħa tad-domanda, billi meta d-domanda għax-xogħol tistaġna jkun diffiċli għal persuna qiegħda biex issib xogħol, anke jekk ikollha programm ta’ taħriġ personalizzat. F’dan ir-rigward, filwaqt li japprezza l-punti mogħtija fir-rakkomandazzjoni bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet ma’ min iħaddem, il-Kumitat jemmen li jkun siewi li tingħata spinta akbar biex ikun hemm integrazzjoni tal-inizjattivi tal-Fondi Strutturali sabiex tissaħħaħ id-domanda għax-xogħol. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), li huma mmirati lejn kumpaniji jistgħu jressqu proġetti innovattivi maħsuba biex iżidu l-kompetittività tas-sistema, u ta’ spiss jipprovdu għall-possibbiltà ta’ reklutaġġ ta’ persuni mħarrġa b’mod xieraq. F’dawn il-każijiet ir-rabta ma’ attivitajiet ta’ taħriġ iffinanzjati mill-FSE tista’ tappoġġja l-integrazzjoni mill-ġdid tal-persuni qiegħda. L-użu integrat għandu jkun inċentiv minn naħa tal-Istati Membri anke permezz ta’ simplifikazzjonijiet għall-SMEs u l-użu tar-“riżerva ta’ prestazzjoni”;

15.

jinnota li, billi r-riskju li l-persuni li ilhom qiegħda fit-tul isiru marġinalizzati jekk l-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom ma tirnexxix u meta l-benefiċċji tal-qgħad tagħhom jintemmu, huwa essenzjali li kull pajjiż jipprovdi miżuri biex jiġi miġġieled il-faqar f’konformità mal-linji gwida li l-Kummissjoni Ewropea diġà stabbilixxiet fir-rakkomandazzjoni tagħha tat-3 ta’ Ottubru 2008 dwar l-inklużjoni attiva tan-nies esklużi mis-suq tax-xogħol (2008/867/KE), imsemmija fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn Investiment Soċjali għat-tkabbir u l-koeżjoni (COM(2013) 083 final). Il-KtR jittama li l-Istati Membri jimplimentaw b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea;

16.

jinnota l-ħtieġa, barra minn hekk, li l-aċċess għall-appoġġ għal dawk fil-faqar ikun bil-kundizzjoni li jaċċettaw xogħol ta’ servizz komunitarju, għal perjodu ta’ żmien limitat u bħala parti mill-proċess ta’ taħriġ ta’ integrazzjoni mill-ġdid;

17.

jenfasizza li l-korsijiet ta’ taħriġ sabiex il-persuni jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol għandhom jiġu organizzati f’kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet ikkonċernati sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jiksbu l-aħjar riżultati fil-livelli kollha u sabiex jitnaqqsu l-iżolament professjonali u soċjali u l-livelli ta’ faqar. Il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li miżuri bħal dawn għandhom effetti pożittivi peress li jinkoraġixxu liċ-ċittadini tal-UE li marru jaħdmu fi Stat Membru ieħor għal raġunijiet finanjarji jew biex itejbu l-għajxien tagħhom sabiex jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. Dan għandu jnaqqas l-immigrazzjoni ekonomika, filwaqt li jtejjeb il-possibbiltajiet li wieħed isib xogħol u l-mezzi ta’ għajxien fis-suq tax-xogħol lokali;

18.

jisħaq dwar ir-rwol ewlieni tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, peress li dawn huma l-protagonisti ewlenin naturali ta’ dan il-proċess ta’ titjib tas-servizzi tal-impjieg, ukoll minħabba li f’ħafna Stati Membri l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali hija fil-kompetenza tagħhom. Barra minn hekk, dawn l-awtoritajiet jistgħu jaqdu rwol importanti fl-organizzazzjoni u l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali u tat-taħriġ tal-adulti, peress li hemm nuqqas ta’ ċentri ta’ taħriġ għall-adulti f’ħafna reġjuni, u speċjalment fl-irħula. Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali huwa dejjem aktar importanti peress li dawn jafu s-suq tax-xogħol lokali u għandhom kuntatti mal-intrapriżi lokali, li jistgħu jiffaċilitaw it-taħriġ vokazzjonali prattiku. Barra minn hekk, il-persuni li jixtiequ jipparteċipaw f’taħriġ għall-adulti jew f’taħriġ vokazzjonali jkollhom jivvjaġġjaw minn post għall-ieħor għal diversi xhur. Dan huwa ta’ spiża addizzjonali li, persuna li tfittex ix-xogħol li tirċievi ftit benefiċċji, jew l-ebda benefiċċju, bilkemm tkun tiflaħ tħallas;

19.

jitlob għalhekk li l-proposta tal-Kummissjoni għal rakkomandazzjoni tagħti aktar importanza lid-dimensjoni reġjonali tal-problema u jitlob lill-Kunsill jikkunsidra r-rwol ewlieni li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaqdu fit-titjib tal-effiċjenza tas-servizzi tal-impjieg.

Brussell, l-10 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(15)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Edukazzjoni u t-Taħriġ (“ET 2020”)

(16)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja.

(17)  C(2008) 5737

(15)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar Qafas Strateġiku għall-Kooperazzjoni Ewropea fil-Edukazzjoni u t-Taħriġ (“ET 2020”)

(16)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja.

(17)  C(2008) 5737

(18)  COM(2015) 098

(18)  COM(2015) 098


5.4.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 120/40


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-Ġbir tad-Dejta fis-Sajd

(2016/C 120/08)

Relatur:

Is-Sur Olgierd GEBLEWICZ, President tar-Reġjun ta’ Westpomerania (PL/PPE)

Dokument ta’ referenza:

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd (riformulazzjoni)

COM(2015) 294 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(10)

Id-definizzjoni ta’ “utenti finali” għandha tiġi allinjata mad-definizzjoni ta’ “utenti finali ta’ dejta xjentifika” li tidher fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandha tkopri wkoll korpi xjentifiċi li għandhom interess fl-aspetti ambjentali tal-ġestjoni tas-sajd.

(10)

Id-definizzjoni ta’ “utenti finali” għandha tiġi allinjata mad-definizzjoni ta’ “utenti finali ta’ dejta xjentifika” li tidher fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mar-rakkomandazzjonijiet tal-STECF , u għandha tkopri wkoll korpi xjentifiċi li għandhom interess fl-aspetti ambjentali tal-ġestjoni tas-sajd.

Raġuni

Id-definizzjoni ta’ “utent finali” hija wiesgħa wisq, speċjalment meta l-utenti finali jistgħu jiddefinixxu l-ħtieġa tad-dejta. Għaldaqstant, l-utenti finali tad-dejta għandhom ikunu maqsuma f’dawk l-utenti finali li jistgħu jiddefinixxu l-ħtieġa tad-dejta u dawk li jistgħu jiksbu biss aċċess għad-dejta.

Fl-eżami ta’ DC MAP (ref. Rapport tal-STECF dwar l-Eżami ta’ DC MAP (STECF-13-06) Parti 1 paġna 6 u fir-Rapport tiegħu dwar ir-Reviżjoni tad-DCF Parti 4 (STECF-14-07) Paġni 43-45 u p. 106, l-STECF jissuġġerixxi t-tliet tipi ta’ utenti finali li ġejjin:

Tip 1: Utenti finali ewlenin li għalihom ġie mfassal id-DCF, inkluż il-Kummissjoni, kwalunkwe korp bħall-ICES u l-STECF maħtura mill-Kummissjoni biex tipprovdilhom pariri rikorrenti li jappoġġaw direttament it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PKS, u korpi oħra ta’ ġestjoni tas-sajd bħall-RFMOs u l-GFCM li jużaw dejta tad-DCF biex jimplimentaw il-politiki tagħhom tal-ġestjoni tas-sajd.

Tip 2: Korpi oħra bħall-Kunsilli Konsultattivi jew sottokuntratturi li mingħandhom il-Kummissjoni tista’ titlob parir jew analiżi bbażata fuq id-dejta tad-DCF.

Tip 3: Il-korpi kollha l-oħra bħall-NGOs, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-Universitajiet li għandhom interess li jużaw id-dejta tad-DCF għall-iskopijiet tagħhom.

It-tliet tipi kollha ta’ utenti finali jistgħu jiksbu aċċess għad-dejta iżda t-Tip 1 u t-Tip 2 biss jistgħu jikkontribwixxu għall-proċeduri tal-ħtieġa tad-dejta.

Emenda 2

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(14)

Il-ħtiġijiet ta’ dejta għall-politiki dwar is-sajd li mhumiex regolati b’mod dirett mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bħal pereżempju dawk relatati mar-Regolament (KE) Nru 1100/2007 u r-Regolament (KE) Nru 2347/2002, għandhom ukoll ikunu koperti minn dan ir-Regolament

(14)

Il-ħtiġijiet ta’ dejta għall-politiki dwar is-sajd li mhumiex regolati b’mod dirett mir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, bħal pereżempju dawk relatati mar-Regolament (KE) Nru 1100/2007 , ir-Regolament (KE) Nru 812/2004 u r-Regolament (KE) Nru 2347/2002, għandhom ukoll ikunu koperti minn dan ir-Regolament

Raġuni

Biex ikun hemm konsistenza mar-Regolament (KE) Nru 508/2014 Artikolu 77c

Emenda 3

Artikolu 4

L-istabbiliment ta’ programmi pluriennali tal-Unjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Artikolu 4

L-istabbiliment ta’ programmi pluriennali tal-Unjoni

L-istabbiliment ta’ programmi pluriennali tal-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jistabbilixxu programmi pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali, soċjali u ekonomika dwar is-settur tas-sajd.

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jistabbilixxu programmi pluriennali tal-Unjoni għall-ġbir u l-ġestjoni ta’ dejta bijoloġika, teknika, ambjentali, soċjali u ekonomika dwar is-settur tas-sajd.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti programmi pluriennali tal-Unjoni wara li ssir konsultazzjoni mal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 8, mal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u ma’ kwalunkwe korp konsultattiv xjentifiku ieħor.

2.   Għandhom jiġu stabbiliti programmi pluriennali tal-Unjoni wara li ssir konsultazzjoni mal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 8, mal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) u ma’ kwalunkwe korp konsultattiv xjentifiku ieħor.

3.   Waqt li tkun qed tistabbilixxi programm pluriennali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis:

3.   Waqt li tkun qed tistabbilixxi programm pluriennali tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)

il-ħtiġijiet ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(a)

il-ħtiġijiet u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni għall-ġestjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd;

(b)

il-ħtieġa u r-rilevanza tad-dejta għal deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistema, inklużi l-ispeċijiet u l-ħabitats vulnerabbli,

(b)

il-ħtieġa u r-rilevanza tad-dejta għal deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistema, inklużi l-ispeċijiet u l-ħabitats vulnerabbli,

(c)

il-ħtieġa li jiġu appoġġjati valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ta’ politika,

(c)

il-ħtieġa li jiġu appoġġjati valutazzjonijiet tal-impatt ta’ miżuri ta’ politika,

(d)

l-ispejjeż u l-benefiċċji,

(d)

l-ispejjeż u l-benefiċċji,

(e)

serje kronoloġiċi eżistenti,

(e)

serje kronoloġiċi eżistenti,

(f)

il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta’ dejta,

(f)

il-ħtieġa li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta’ dejta,

(g)

speċifiċitajiet reġjonali,

(g)

speċifiċitajiet reġjonali,

(h)

l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(h)

l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

Raġuni

Sabiex jiġu limitati l-ispejjeż addizzjonali fil-ġbir tad-dejta u peress li d-dejta kollha skont il-ġeneru u t-tip diġà qiegħda tiġi proċessata, il-ġbir tad-dejta ma jistax joħloq obbligi ġodda mingħajr ma jiġu kkonsultati l-partijiet interessati kollha.

Emenda 4

Artikolu 6

Pjanijiet ta’ ħidma nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Mingħajr ħsara għall-obbligi attwali dwar il-ġbir ta’ dejta skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta fi ħdan il-qafas ta’ programm operazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u pjan ta’ ħidma mfassal skont il-programm pluriennali tal-Unjoni u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

1.   Mingħajr ħsara għall-obbligi attwali dwar il-ġbir ta’ dejta skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta fi ħdan il-qafas ta’ programm operazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, u pjan ta’ ħidma mfassal skont il-programm pluriennali tal-Unjoni u skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

2.   Il-pjanijiet ta ħidma tal-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dan li ġej:

2.   Il-pjanijiet ta’ ħidma tal-Istati Membri għandhom jinkludu deskrizzjoni dettaljata ta’ dan li ġej:

(a)

kull kemm tkun se tinġabar id-dejta;

(a)

kull kemm tkun se tinġabar id-dejta;

(b)

is-sors tad-dejta, il-proċeduri u l-metodi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta fis-settijiet ta’ dejta li jkunu se jiġu pprovduti lill-utenti finali;

(b)

is-sors tad-dejta, il-proċeduri u l-metodi għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta fis-settijiet ta’ dejta li jkunu se jiġu pprovduti lill-utenti finali;

(c)

il-qafas ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità sabiex tiġi żgurata kwalità xierqa tad-dejta b’konformità mal-Artikolu 13;

(c)

il-qafas ta’ garanzija tal-kwalità u ta’ kontroll tal-kwalità sabiex tiġi żgurata kwalità xierqa tad-dejta b’konformità mal-Artikolu 13;

(d)

kif u meta tkun meħtieġa d-dejta;

(d)

kif u meta tkun meħtieġa d-dejta kif definit mill-utenti finali ewlenin ;

(e)

l-arranġamenti internazzjonali u reġjonali ta’ kooperazzjoni, inklużi ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; u

(e)

l-arranġamenti internazzjonali u reġjonali ta’ kooperazzjoni, inklużi ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament; u

(f)

kif ġew meqjusal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(f)

kif ġew meqjusal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

3.   Waqt it-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma tiegħu, kull Stat Membru għandu jikkoordina l-isforzi tiegħu ma’ Stati Membri oħra, b’mod partikolari fl-istess reġjun tal-baħar, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kopertura suffiċjenti u effiċjenti u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta.

3.   Waqt it-tħejjija tal-pjan ta’ ħidma tiegħu, kull Stat Membru għandu jikkoordina l-isforzi tiegħu u jikkoopera ma’ Stati Membri oħra, b’mod partikolari fl-istess reġjun tal-baħar, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm kopertura suffiċjenti u effiċjenti u li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura l-konformità tal-pjan ta’ ħidma tiegħu mar-rakkomandazzjonijiet konġunti applikabbli tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali fejn rakkomandazzjonijiet ta’ dan it-tip ikunu ġew approvati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali b’konformità mal-Artikolu 8.

4.   Kull Stat Membru għandu jiżgura l-konformità tal-pjan ta’ ħidma tiegħu mar-rakkomandazzjonijiet konġunti applikabbli tal-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali fejn rakkomandazzjonijiet ta’ dan it-tip ikunu ġew approvati mill-Kummissjoni fil-forma ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali b’konformità mal-Artikolu 8.

Raġuni

Dan ir-regolament jipproponi li l-utenti finali ewlenin tad-dejta għandhom ikunu involuti fid-definizzjoni tal-ħtiġijiet tad-dejta u għandhom ikunu jistgħu jniedu sejħiet tad-dejta meta jkun meħtieġ. Għaldaqstant, l-utenti finali ewlenin għandhom ikunu jistgħu jiddefinixxu l-ħtiġijiet tad-dejta u jniedu sejħiet tad-dejta fi kwalunkwe ħin. Fiż-żmien meta l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet ta’ ħidma, ħtiġijiet tad-dejta u dati għas-sejħiet tad-dejta, l-iskadenzi fejn għandha tiġi ffinalizzata d-dejta għall-użu mill-utenti finali ewlenin ma jistgħux ikunu magħrufa.

Huwa importanti li l-Istati Membri fl-istess reġjun mhux biss jikkoordinaw iżda wkoll jikkooperaw b’mod attiv, ara l-klawżola Nru 46 fir-Regolament Bażiku (“L-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni sabiex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ ġbir tad-dejta”). Dan għandu jkun kompatibbli wkoll mat-titolu u l-kontenut tal-Artikolu 8 tal-abbozz ta’ regolament li qed jiġi kkunsidrat.

Emenda 5

Artikolu 7

Korrispondenti nazzjonali

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar korrispondent nazzjonali u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bih. Il-korrispondent nazzjonali għandu jkun il-kuntatt ewlieni għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma.

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar korrispondent nazzjonali u għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bih. Il-korrispondent nazzjonali għandu jkun il-kuntatt ewlieni għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ħidma , u għandu jkun inkluż fil-komunikazzjonijiet relevanti kollha mad-DC-MAP, inkluż f’kull sottomissjoni ta’ dejta, rappurtar u laqgħat rilevanti .

2.   Barra minn hekk il-korrispondent nazzjonali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

2.   Barra minn hekk il-korrispondent nazzjonali għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jikkordina t-tħejjija tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 10;

(a)

jikkordina t-tħejjija tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 10;

(b)

jiżgura li ssir it-trażmissjoni tal-informazzjoni fi ħdan l-Istat Membru; u

(b)

jiżgura li ssir it-trażmissjoni tal-informazzjoni fi ħdan l-Istat Membru; u

(c)

jiżgura l-attendenza ta’ esperti rilevanti f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 8.

(c)

jiżgura l-attendenza ta’ esperti rilevanti f’laqgħat organizzati mill-Kummissjoni, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali rilevanti msemmija fl-Artikolu 8.

 

(d)

jiżgura, fejn ikun meħtieġ, konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali jew reġjonali minn żoni kostali li għandhom kompetenzi legali jew finanzjarji fis-settur tas-sajd u mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fejn is-settur tas-sajd jaqdi rwol importanti u jipprovdilhom informazzjoni.

3.   Jekk diversi korpi fi Stat Membru jkunu qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, il-korrispondent nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ dik il-ħidma.

3.   Jekk diversi korpi fi Stat Membru jkunu qed jipparteċipaw fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ħidma, il-korrispondent nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni ta’ dik il-ħidma.

Raġuni

Billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għarfien tajjeb tas-sajd u jista’ jkollhom kompetenzi legali jew finanzjarji fis-settur tas-sajd, jeħtieġu l-informazzjoni neċessarja dwar il-prestazzjoni tas-settur. Għandhom rwol importanti ħafna wkoll fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 508/2014, li huwa l-istrument għall-implimentazzjoni tal-PKS.

Emenda 6

Artikolu 8

Koordinazzjoni u kooperazzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   B’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ Stati Membri oħra, filwaqt li għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġuriżdizzjoni fuq l-ilmijiet fl-istess reġjun tal-baħar. Għal dan l-għan, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri rilevanti f’kull Reġjun tal-Baħar.

1.   B’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ Stati Membri oħra, filwaqt li għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi terzi li għandhom sovranità jew ġuriżdizzjoni fuq l-ilmijiet fl-istess reġjun tal-baħar , kif definit mill-ICES jew mill-FAO . Għal dan l-għan, il-Grupp ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri rilevanti f’kull Reġjun tal-Baħar.

2.   Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-Istati Membri, minn esperti mill-Kummissjoni, u minn utenti finali rilevanti tad-dejta.

2.   Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-Istati Membri, minn esperti mill-Kummissjoni, minn utenti finali rilevanti tad-dejta kif ukoll minn rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali kostali li għandhom kompetenza legali jew finanzjarja fis-settur tas-sajd, u rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fejn is-settur tas-sajd jaqdi rwol importanti .

3.   Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ifasslu u jaqblu dwar regoli ta’ proċeduri għall-attivitajiet tagħhom.

3.   Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom ifasslu u jaqblu dwar regoli ta’ proċeduri għall-attivitajiet tagħhom.

4.   F’każijiet fejn ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw bosta reġjuni, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jikkoordinaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

4.   F’każijiet fejn ikun hemm kwistjonijiet li jaffettwaw bosta reġjuni, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom jikkoordinaw bejniethom u mal-Kummissjoni, kif definit mill-ICES jew mill-FAO, u jinkludu l-ilmijiet Ewopej li, ġeografikament, jinsabu fiż-żoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) .

5.   Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet konġunti fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali dwar il-proċeduri, il-metodi, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5, u jistgħu jħejju wkoll strateġiji ta’ kampjunar ikkoordinati f’livell reġjonali. Waqt li jkunu qed jagħmlu dan, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iqisu l-parir tal-STECF, meta jkun xieraq. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti humiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-programm pluriennali tal-Unjoni, u jekk iva, għandha wkoll tapprova l-pjan ta’ ħidma reġjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

5.   Il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali jistgħu jħejju rakkomandazzjonijiet konġunti fil-forma ta’ abbozz ta’ pjan ta’ ħidma reġjonali dwar il-proċeduri, il-metodi, il-garanzija tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità għall-ġbir u l-ipproċessar tad-dejta kif imsemmi fil-paragrafu 2(a) u (b) u fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 5, u jistgħu jħejju wkoll strateġiji ta’ kampjunar ikkoordinati f’livell reġjonali. Waqt li jkunu qed jagħmlu dan, il-Gruppi ta’ Koordinazzjoni Reġjonali għandhom iqisu l-parir tal-STECF, meta jkun xieraq. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni, li għandha tivverifika jekk l-abbozzi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti humiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u mal-programm pluriennali tal-Unjoni, u jekk iva, għandha wkoll tapprova l-pjan ta’ ħidma reġjonali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

6.   Meta l-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, dawn għandhom jissostitwixxu l-partijiet rilevanti tal-pjanijiet ta’ ħidma mfassla minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom skont dan.

6.   Meta l-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali jiġu approvati mill-Kummissjoni, dawn għandhom jissostitwixxu l-partijiet rilevanti tal-pjanijiet ta’ ħidma mfassla minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw il-pjanijiet ta’ ħidma tagħhom skont dan.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma reġjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 5.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

7.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma reġjonali, kif imsemmi fil-paragrafu 5.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Raġuni

Billi l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom għarfien tajjeb tas-sajd u huma involuti fil-ġestjoni ta’ dan is-settur minħabba l-kompetenzi legali jew finanzjarji tagħhom, jeħtieġu l-informazzjoni neċessarja dwar il-prestazzjoni tas-settur. Għandhom rwol importanti ħafna wkoll fl-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 508/2014, li huwa l-istrument għall-implimentazzjoni tal-PKS. Ir-referenza għall-ICES qiegħda biex jiġi ppreċiżat il-kunċett ta’ “reġjun tal-baħar”.

L-ICES iddefinixxa ż-żoni tal-baħar biss fiż-żona tat-Tramuntana tal-Atlantiku u ma kopriex il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Id-diviżjoni skont il-FAO tkopri l-oċeani kollha.

Emenda 7

Artikolu 16

Proċedura biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ dejta dettaljata u aggregata

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u teknoloġiji elettroniċi xierqa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandhom iżommu lura milli jimponu kwalunkwe restrizzjoni mhux meħtieġa fuq l-usa’ tixrid possibbli ta’ dejta dettaljata u aggregata.

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċessi u teknoloġiji elettroniċi xierqa sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u għandhom iżommu lura milli jimponu kwalunkwe restrizzjoni mhux meħtieġa fuq l-usa’ tixrid possibbli ta’ dejta dettaljata u aggregata.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw salvagwardji xierqa, f’każ li d-dejta tinkludi informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, b’konformità mal-Artikolu 23, atti delegati li jiddefinixxu salvagwardji xierqa li għandhom jintużaw meta tkun qed tiġi ttrattata informazzjoni ta’ dan it-tip.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw salvagwardji xierqa, f’każ li d-dejta tinkludi informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rilevanti dettaljata u aggregata tiġi aġġornata u magħmula disponibbli għall-utenti finali fi żmien xahar mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta. F’każ ta’ talbiet magħmula minn partijiet interessati oħra , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tiġi aġġornata u magħmula disponibbli fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rilevanti dettaljata u aggregata tiġi aġġornata u magħmula disponibbli għall-utenti finali , kif definit mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), fi żmien xahar mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta , jekk it-talba tkun skont skeda ta’ żmien annwali prestabbilita . F il- każ ta’ talbiet magħmula jew minn utenti finali ewlenin barra l-iskeda ta’ żmien annwali jew minn oħrajn li ma humiex l-utenti finali , l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta tiġi aġġornata u magħmula disponibbli fi żmien xahrejn mill-wasla ta’ talba għal dik id-dejta.

4.   F’każijiet fejn tintalab dejta dettaljata għal skopijiet ta’ pubblikazzjoni xjentifika, l-Istati Membri, sabiex jipproteġu l-interessi professjonali tal-kolletturi tad-dejta, jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ta’ dejta tiddewwem bi 3 snin mid-data li għaliha tirreferi d-dejta. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-utenti finali u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip, u bir-raġunijiet li jkunu wasslu għat-teħid ta’ dik id-deċiżjoni.

4.   F’każijiet fejn tintalab dejta dettaljata għal skopijiet ta’ pubblikazzjoni xjentifika, l-Istati Membri, sabiex jipproteġu l-interessi professjonali tal-kolletturi tad-dejta, jistgħu jeħtieġu li l-pubblikazzjoni ta’ dejta tiddewwem bi 3 snin mid-data li għaliha tirreferi d-dejta. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-utenti finali u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe deċiżjoni ta’ dan it-tip, u bir-raġunijiet li jkunu wasslu għat-teħid ta’ dik id-deċiżjoni.

Raġuni

Biex ikunu konsistenti mad-definizzjoni tal-aħħar utenti. Il-protezzjoni tad-dejta hija tħassib fundamentali. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti u l-garanziji pprovduti m’għandhomx jiġu studjati biss mill-Kummissjoni Ewropea. STECF (Scientific, Technical, Economic Committee for Fisheries of EC provide clear definition of end-users.

Emenda 8

Artikolu 17

Sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

1.   Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dejta għall-utenti finali u għal partijiet interessati oħra , l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-korpi konsultattivi xjentifiċi u kwalunkwe utenti finali rilevanti għandhom jikkooperaw biex jiġu żviluppati sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Dawk is-sistemi għandhom jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta’ informazzjoni lil partijiet interessati oħrajn . Il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali msemmija fl-Artikolu 8(6) jistgħu jservu bħala bażi għal ftehim dwar sistemi ta’ dan it-tip.

1.   Bil-ħsieb li jitnaqqsu l-ispejjeż u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dejta għall-utenti finali, l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-korpi konsultattivi xjentifiċi u kwalunkwe utenti finali rilevanti għandhom jikkooperaw biex jiġu żviluppati sistemi u formati kompatibbli ta’ skambju u ħżin ta’ dejta, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/2/KE. Dawk is-sistemi għandhom jiffaċilitaw ukoll it-tixrid ta’ informazzjoni lil ħaddieħor li mhuwiex utent finali kif definit mis-STECF . Il-pjanijiet ta’ ħidma reġjonali msemmija fl-Artikolu 8(6) jistgħu jservu bħala bażi għal ftehim dwar sistemi ta’ dan it-tip.

2.   Is-salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti, fejn xieraq, f’każ li s-sistemi ta’ skambju u ta’ ħżin ta’ dejta msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 23, li jiddefinixxu salvagwardji xierqa li għandhom jintużaw meta tkun qed tiġi ttrattata informazzjoni ta’ dan it-tip.

2.   Is-salvagwardji għandhom jiġu stabbiliti, fejn xieraq, f’każ li s-sistemi ta’ skambju u ta’ ħżin ta’ dejta msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu informazzjoni relatata ma’ persuni fiżiċi identifikati jew identifikabbli.

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar proċeduri, formati, kodiċijiet u skedi ta’ żmien li għandhom jintużaw sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà ta’ sistemi ta’ ħażna u skambju ta’ dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

3.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar proċeduri, formati, kodiċijiet u skedi ta’ żmien li għandhom jintużaw sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà ta’ sistemi ta’ ħażna u skambju ta’ dejta. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

Raġuni

Biex ikunu konsistenti mad-definizzjoni tal-utenti finali.

Il-protezzjoni tad-dejta hija tħassib fundamentali. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti u l-garanziji pprovduti m’għandhomx jiġu studjati biss mill-Kummissjoni Ewropea.

II.

RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u jqis li din hija pedament importanti fl-istabbiliment ta’ Politika Komuni dwar is-Sajd reġjonalizzata;

2.

iqis li l-ġbir tad-dejta huwa vitali biex jittejjeb l-għarfien tal-istokkijiet tal-ħut u l-ġestjoni fit-tul tas-sajd. Ġbir tad-dejta mtejjeb jippermetti valutazzjoni aktar affidabbli tar-rendiment massimu sostenibbli u l-kisba ta’ sostenibbiltà fit-tul kif preskritt fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1380/2013;

3.

iqis li l-proposta hija strument siewi biex jinkiseb sajd sostenibbli sal-2020;

4.

jinnota li l-bidla progressiva ta’ attenzjoni għall-effetti tas-sajd fuq l-ekosistema żiedet il-ħtieġa li jitqies l-impatt tas-sajd fuq l-ekosistemi, prinċipju stabbilit fl-Artikolu 2 tal-PKS ġdid bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin (ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1380/2013);

5.

jinnota li l-ġbir affidabbli tad-dejta dwar l-ispeċijiet tal-baħar, kemm jekk kummerċjali jew le, flimkien ma’ dejta ambjentali oħra rilevanti, se jwassal għal valutazzjoni aktar preċiża tal-kundizzjoni tal-istokkijiet kif ukoll tal-ekosistemi tal-baħar u tad-dinamika tagħhom;

6.

għandu d-dubji dwar it-tnaqqis tal-frekwenza tal-ġbir tad-dejta li jista’ jkollu impatt fuq is-segwitu u l-iżvilupp tas-serje, speċjalment fil-każ ta’ dejta li tista’ tinbidel malajr u li jkollha impatt prinċipali fuq il-miżuri tal-ġestjoni;

7.

iqis li l-proposta hija pass essenzjali għall-istabbiliment tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema tal-politika komuni riformata dwar is-sajd;

8.

jissuġġerixxi li l-ewwel pass fil-valutazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq ekosistemi tal-baħar vulnerabbli jkun li tiġi analizzata l-koinċidenza bejn id-distribuzzjoni spazjali tal-isforz tas-sajd u l-post tal-ħabitats vulnerabbli tal-baħar. Prerekwiżit huwa d-disponibbiltà ta’ mapep tal-ħabitats: fejn tali mapep mhumiex disponibbli, għandhom jitwettqu studji speċifiċi ffinanzjati bħala miżuri diretti ta’ ġestjoni. Bħala t-tieni pass, l-impatt tat-tipi differenti ta’ rkaptu tas-sajd fuq tipi differenti ta’ ħabitats għandu jkun dettaljat;

9.

jinnota l-potenzjal kbir għaż-żieda tal-interoperabbiltà mad-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija tal-Baħar;

10.

jissuġġerixxi li l-użu ta’ bastimenti ta’ riċerka bħala pjattaformi komuni għal skopijiet tad-DCF (Qafas għall-Ġbir tad-Dejta) u l-MSFD (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) huwa l-aħjar mod ta’ kif jitnaqqsu l-ispejjeż operattivi. Madankollu, għandha tiġi kkunsidrata disponibbiltà suffiċjenti tar-riżorsi umani u t-tagħmir fl-Istati Membri biex tippermetti li jitwettqu operazzjonijiet ġodda;

11.

jappoġġja l-għan li d-disponibbiltà tad-dejta tiġi adattata aktar għall-bżonnijiet tal-ġestjoni, iżda madankollu jwissi dwar il-konsegwenzi li jista’ jkollha l-analiżi tal-ispejjeż mal-benefiċċji jew tal-ispejjeż mal-użu proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Għal ċerta dejta, l-istħarriġ fil-baħar ma jistax jiġi sostitwit minn metodoloġija li tiswa inqas flus;

12.

jistieden lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni tas-sistemi eżistenti tal-ġbir tad-dejta sabiex jiżguraw l-interoperabbiltà. Eżerċizzji ta’ valutazzjoni bħal dawn għandhom jeżaminaw il-konformità, il-protokolli tat-trażmissjoni tad-dejta, il-ġbir, l-ipproċessar, is-sottomissjoni u l-valutazzjoni tal-kwalità. Il-ġbir tad-dejta reġjonali effiċjenti kif ukoll l-istabbiliment ta’ bażijiet tad-dejta reġjonali għandhom jissarrfu f’integrazzjoni aħjar ta’ dejta miġbura fil-pjanijiet ta’ ġestjoni;

13.

jistieden lill-partijiet interessati kollha biex jaħdmu, fejn huwa possibbli, lejn l-iżgurar ta’ disponibbiltà miftuħa ta’ dejta miġbura f’format li jista’ jintuża mill-utenti rilevanti, inkluż l-awtoritajiet lokali u reġjonali. Huwa vitali li aktar informazzjoni issir disponibbli għar-reġjuni individwali u jiġu kkunsidrati aħjar il-bżonnijiet tagħhom;

14.

jinnota, li d-dejta tas-sajd xjentifika diġà hija disponibbli b’mod wiesa’, iżda rarament f’format li jista’ jintuża faċilment mill-awtoritajiet lokali u reġjonali minħabba n-nuqqas ta’ interfaċċa u ta’ kompetenzi adattati fil-livell lokali;

15.

jenfasizza l-importanza tal-ġbir tad-dejta għall-analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tal-ekonomija blu, filwaqt li titqies il-ħtieġa għall-ġbir tad-dejta sabiex jimtlew il-lakuni eżistenti tal-għarfien;

16.

jenfasizza l-importanza tad-dejta soċjoekonomika għas-sajd u l-akkwakultura u jargumenta li l-armonizzazzjoni ta’ din id-dejta tista’, fuq il-perjodu medju ta’ żmien, tikkontribwixxi għal armonizzazzjoni ħafna akbar u ttejjeb ir-regolamenti soċjali f’dawn is-setturi;

17.

jinnota madankollu, li l-finanzjament mill-FEMS (Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd) għandu jintuża biss għall-ġbir tad-dejta taħt ir-regolamenti tal-PKS u tal-FEMS;

18.

jitlob għal ġbir ta’ dejta u parir xjentifiku li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-PKS biex jingħataw finanzjament li jirrifletti l-miri ambizzjużi tal-PKS. Jekk tinġabar dejta għal skopijiet oħra minn dawk tal-PKS, dik id-dejta għandha tiġi ffinanzjata permezz ta’ mezzi oħra għajr l-FEMS;

19.

jenfasizza l-importanza tal-ġbir ta’ dejta soċjoekonomika għall-industrija tal-ipproċessar tal-ħut. L-oriġini tal-ħut ipproċessat huwa metrika importanti biex tinftiehem il-katina tal-valur fil-komunitajiet żgħar tas-sajd u d-disponibbiltà ta’ tali informazzjoni tista’ tkun ta’ benefiċċju kbir għall-approċċ tal-politika lejn sajd lokali fuq skala żgħira u sajd kostali fil-livelli nazzjonali u Ewropej. Il-ġbir u l-analiżi bir-reqqa ta’ dejta soċjoekonomika bħall-bilanċ bejn is-sessi tal-impjegati u t-tipi ta’ impjieg jistgħu jiftħu possibbiltajiet ġodda għall-ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir ekonomiku fiż-żoni kostali. Huwa stmat li għal kull €1 investit fil-ġbir ta’ dejta, il-kontroll u l-infurzar fl-industrija tal-ħut, hemm qligħ potenzjali ta’ 10:1;

20.

itenni li l-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-ibħra m’għandhomx joħolqu żvantaġġi jew piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-operaturi ekonomiċi (1);

21.

jilqa’ l-inklużjoni tal-Kummissjoni Ewropea ta’ dejta soċjoekonomika mill-akkwakultura fil-proposta tagħha. Il-Kumitat jikkunsidra li l-ekonomija blu għandha potenzjal kbir biex tikkontribwixxi għall-aġenda Ewropea għall-impjiegi u t-tkabbir, speċjalment minħabba li toħloq impjiegi ta’ valur f’reġjuni strutturalment dgħajfa. It-titjib tal-ġbir ta’ dejta jkollu wkoll impatt pożittiv fuq l-innovazzjoni u l-kompetizzjoni, u jgħin fit-tnaqqis tal-inċertezzi marbuta maż-żoni tal-baħar (2);

22.

jilqa’ l-fatt li l-proposta tiddefendi l-prinċipju tal-proporzjonalità, kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

23.

jilqa’ l-isforzi konsiderevoli mill-Kummissjoni Ewropea biex tapplika l-prinċipji ta’ regolamentazzjoni aħjar u simplifikazzjoni għall-proposta.

24.

jipproponi li l-leġislatur jistabbilixxi klassifika tat-tipi ewlenin ta’ utenti finali sabiex ikun konsistenti mar-rakkomandazzjonijiet tal-STECF (Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd):

Tip 1: Utenti finali ewlenin li għalihom ġie mfassal id-DCF, inkluż il-Kummissjoni, kwalunkwe korp bħall-ICES u l-STECF maħtura mill-Kummissjoni biex tipprovdilhom pariri rikorrenti li jappoġġaw direttament it-teħid tad-deċiżjonijiet tal-PKS, u korpi oħra ta’ ġestjoni tas-sajd bħall-RFMOs u l-GFCM li jużaw dejta tad-DCF biex jimplimentaw il-politiki tagħhom tal-ġestjoni tas-sajd.

Tip 2: Korpi oħra bħall-Kunsilli Konsultattivi jew sottokuntratturi li mingħandhom il-Kummissjoni tista’ titlob parir jew analiżi bbażata fuq id-dejta tad-DCF.

Tip 3: Il-korpi kollha l-oħra bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali li għalihom is-sajd għandu rwol importanti, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda u l-Universitajiet li għandhom interess li jużaw id-dejta tad-DCF għall-iskopijiet tagħhom.

25.

jitlob biex il-ġbir ta’ dejta fil-kuntest tal-PKS, minbarra d-dejta relatata mal-irkupru ta’ stokkijiet ta’ ħut għal sajd u akkwakultura sostenibbli, jinkludi l-ġbir ta’ dejta affidabbli dwar speċijiet predaturi li jieklu l-ħut (bħal-Lontra, il-Margun u r-Russett Griż) u speċijiet oħrajn strettament protetti (eż. il-kastur).

Brussell, l-10 ta’ Frar 2016.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  NAT-V/044

(2)  NAT-V/044