ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 106

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
21 ta' Marzu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 106/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 106/02

Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber), tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja, ir-Renju Unit) – C & J Clark International Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (C-659/13), Puma SE vs Hauptzollamt Nürnberg (C-34/14) (Talba għal deċiżjoni preliminari — Ammissibbiltà — Dumping — Importazzjonijiet ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina miċ-Ċina u l-Vjetnam — Validità tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u tar-Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru1294/2009 — Ftehim antidumping tad-WTO — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 2(7) — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping — Importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq — Talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq — Terminu — Artikolu 9(5) u (6) — Talbiet għal trattament individwali — Artikolu 17 — Teħid ta’ kampjuni — Artikoli 3(1), (5) u (6), 4(1) u 5(4) — Kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni — Artikolu 3(2) u (7) — Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu — Fatturi oħra magħrufa — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Artikolu 236(1) u (2) — Rimbors ta’ dazji mhux legalment dovuti — Terminu — Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri — Invalidità ta’ regolament li stabbilixxa dazji antidumping)

2

2016/C 106/03

Kawża C-50/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte – l-Italja) – Consorzio Artigiano Servizio Taxi e Autonoleggio (CASTA), et vs Azienda sanitaria locale di Ciriè, Chivasso e Ivrea (ASL TO4), Regione Piemonte (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Direttiva 2004/18/KE — Servizzi ta’ trasport mediku — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-awtoritajiet mediċi territorjali li jagħtu, permezz ta’ għoti dirett u mingħajr reklamar, b’rimbors tal-ispejjeż li jkunu saru, l-attivitajiet ta’ trasport mediku lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u li jkunu rreġistrati — Ammissibbiltà)

3

2016/C 106/04

Kawżi magħquda C-283/14 u C-284/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf, Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – CM Eurologistik GmbH vs Hauptzollamt Duisburg (C-238/14), Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-284/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (UE) Nru 158/2013 — Validità — Dazju antidumping stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina — Eżekuzzjoni ta’ sentenza li kkonstatat l-invalidità ta’ regolament preċedenti — Ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni inizjali li tirrigwarda d-determinazzjoni tal-valur normali — Stabbiliment mill-ġdid tad-dazju antidumping abbażi tal-istess data — Perijodu ta’ investigazzjoni li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni)

4

2016/C 106/05

Kawża C-336/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Sonthofen – il-Ġermanja) – proċedura kriminali kontra Sebat Ince (Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 56 TFUE — Logħob tal-ażżard — Monopolju pubbliku fil-qasam tal-imħatri fuq il-kompetizzjonijiet sportivi — Awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel — Esklużjoni tal-operaturi privati — Ġbir ta’ mħatri f’isem operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor — Sanzjonijiet kriminali — Dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni — Żgumbrament — Tranżizzjoni lejn sistema li tipprevedi l-għoti ta’ numru limitat ta’ konċessjonijiet lil xi operaturi privati — Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità — Direttiva 98/34/KE — Artikolu 8 — Regolamenti tekniċi — Regoli dwar is-servizzi — Obbligu ta’ notifika)

5

2016/C 106/06

Kawża C-375/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Frosinone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Rosanna Laezza (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu provduti servizzi — Logħob tal-ażżard — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet iddikjarat inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-liċenzji għall-attività ta’ ġbir ta’ mħatri — Riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida — Trasferiment bla ħlas tal-użu ta’ beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri — Restrizzjoni — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

6

2016/C 106/07

Kawża C-398/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikolu 4 — Trattament sekondarju jew ekwivalenti — Anness I, punti B u D)

6

2016/C 106/08

Kawża C-415/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA, José de Mello- Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Akkordji — Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf — Multa imposta fuq ir-rikorrenti wara proċedura ta’ arranġament — Ħlas bin-nifs tal-multa — Rekwiżit ta’ għoti ta’ garanzija bankarja f’bank b’rating AA ta’ terminu twil — Obbligu ta’ motivazzjoni)

7

2016/C 106/09

Kawża C-514/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA, Wendel (Appell — Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba — Deċiżjoni adottata wara l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tax-xerrej ta’ ċerti assi minħabba nuqqas ta’ indipendenza ta’ mandatarju — Artikolu 266 TFUE — Eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament — Suġġett tal-kawża — Bażi legali tad-deċiżjoni kontenzjuża — Effett retroattiv tagħha — Indipendenza tax-xerrej tal-assi ċeduti fil-konfront taċ-ċessjonarju)

7

2016/C 106/10

Kawża C-61/15 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Heli-Flight GmbH & Co. KG vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (Appell — Avjazzjoni ċivili — Talbiet ta’ approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjira ppreżentati — Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni — Ċaħda ta’ talba — Proċedura amministrattiva prekontenzjuża obbligatorja — Possibbiltà ta’ rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea — Rwol tal-qorti — Adozzjoni ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura — Obbligu — Evalwazzjonijiet tekniċi kumplessi)

8

2016/C 106/11

Kawża C-64/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – BP Europa SE vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa — Direttiva 2008/118/KE — Irregolarità mwettqa matul il-moviment ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa — Moviment ta’ prodotti suġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju — Prodotti li jonqsu fil-mument tal-konsenja — Ġbir tad-dazju tas-sisa, fl-assenza ta’ prova tal-qerda jew it-telf tal-prodotti

8

2016/C 106/12

Kawża C-163/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) 207/2009 — Artikolu 23 — Liċenzja — Reġistru tat-trade marks Komunitarji — Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru)

9

2016/C 106/13

Kawża C-666/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-14 ta’ Diċembru 2015 – X, GoPro Coöperatief UA vs Inspecteur van de Belastingdienst Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

10

2016/C 106/14

Kawża C-667/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Loterie Nationale – Nationale Loterij NV vs Paul Adriaensen et

10

2016/C 106/15

Kawża C-673/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-624/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

11

2016/C 106/16

Kawża C-674/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-625/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

13

2016/C 106/17

Kawża C-675/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-626/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

15

2016/C 106/18

Kawża C-676/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-627/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

16

2016/C 106/19

Kawża C-678/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2015 – Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz

18

2016/C 106/20

Kawża C-688/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiais Teismas (il-Litwanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Agnieška Anisimovienė et

19

2016/C 106/21

Kawża C-691/15 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-689/13, Bilbaína de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni

20

2016/C 106/22

Kawża C-692/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Security Service Srl vs Ministero dell’Interno et

21

2016/C 106/23

Kawża C-693/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Il Camaleonte Srl vs Questore di Napoli, Ministero dell’Interno

22

2016/C 106/24

Kawża C-694/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Vigilanza Privata Turris Srl vs Questore di Napoli

23

2016/C 106/25

Kawża C-697/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fit-28 ta’ Diċembru 2015 – MB Srl vs Società Metropolitana Acque Torino (SMAT)

24

2016/C 106/26

Kawża C-6/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Jannar 2016 – Holcim France SAS, suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Euro Stockage, Enka SA vs Ministre des finances et des comptes publics

24

2016/C 106/27

Kawża C-14/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-11 ta’ Jannar 2016 – Société Euro Park Service, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija Cairnbulg Nanteuil vs Ministre des finances et des comptes publics

25

2016/C 106/28

Kawża C-19/16 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2016 minn Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-134/11, Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

26

2016/C 106/29

Kawża C-38/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Jannar 2015 – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

27

2016/C 106/30

Kawża C-61/16 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2016 minn European Bicycle Manufacturers Association mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-425/13, Giant (China) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 106/31

Kawża T-620/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess individwali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Natura selettiva — Natura u struttura tas-sistema fiskali — Riżorsi pubbliċi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Aspettattivi leġittimi]

29

2016/C 106/32

Kawża T-562/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Isotis vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm qafas dwar l-innovazzjoni u l-kompetittività — Kuntratt REACH112 — Rimbors tas-somom antiċipati — Spejjeż eliġibbli)

29

2016/C 106/33

Kawża T-676/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Italian International Film vs EACEA [Programm ta’ apoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) — Miżuri ta’ appoġġ għad-distribuzzjoni transnazzjonali ta’ films Ewropej — Sejħa għall-proposti fil-kuntest tas-sistema selettiva 2013 — Att tal-EACEA li informa lir-rikorrenti bir-rifjut tal-applikazzjoni tagħha dwar il-film Only God forgives — Att tal-EACEA li tikkonferma r-rifjut iżda li għandha motivi ġodda — Kompetenza — Tqassim ta’ kompiti bejn il-Kummissjoni u l-EACEA — Kompetenza marbuta — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Linji gwida permanenti 2012-2013 — Ftehim ta’ distribuzzjoni materjali jew fiżika — Assenza ta’ notifika minn qabel lill-EACEA — Applikazzjoni mhux eliġibbli]

30

2016/C 106/34

Kawża T-135/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Frar 2016 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali kicktipp — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KICKERS — Regola 19 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 — Regola 98(1) tar-Regolament Nru 2868/95 — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

31

2016/C 106/35

Kawża T-247/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Meica vs UASI – Salumificio Fratelli Beretta (STICK MiniMINI Beretta) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva STICK MiniMINI Beretta — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MINI WINI — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96)

32

2016/C 106/36

Kawża T-686/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju — Frott u ħaxix — Settur tal-ipproċessar tat-tadam — Għajnuna lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi — Spejjeż magħmula mill-Italja — Proporzjonalità — Res judicata)

32

2016/C 106/37

Kawża T-722/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – PRIMA vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Kriterji tal-għoti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunċett ta’ vantaġġi marbuta mal-offerta milqugħa — Trasparenza)

33

2016/C 106/38

Kawża T-842/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2016 – Airpressure Bodyforming vs UASI (Slim legs by airpressure bodyforming) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Slim legs by airpressure bodyforming — Reġistrazzjoni rrifjutata mill-eżaminatur — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2016/C 106/39

Kawża T-797/16: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Diċembru 2015 – Skype vs UASI – Sky International (SKYPE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2016/C 106/40

Kawża T-277/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2016 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Terraway — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TERRAWAY — Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara li l-appell huwa meqjus li ma ġiex ippreżentat — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

35

2016/C 106/41

Kawża T-618/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – Voigt vs Il-Parlament

35

2016/C 106/42

Kawża T-20/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – M/S. Indeutsch International vs UASI – Crafts Americana Group (Rappreżentazzjoni ta’ kurvi rripetuti bejn linji paralleli)

36

2016/C 106/43

Kawża T-22/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Comprojecto-Projectos e Construções u oħrajn vs BĊE

37

2016/C 106/44

Kawża T-24/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs UASI – Mueloliva (FONTOLIVA)

38

2016/C 106/45

Kawża T-25/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Haw Par vs UASI – Cosmowell (GelenkGold)

39

2016/C 106/46

Kawża T-29/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Caffè Nero Group vs UASI (CAFFÈ NERO)

39

2016/C 106/47

Kawża T-30/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – M.I.Industries vs UASI – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)

40

2016/C 106/48

Kawża T-31/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – adp Gauselmann vs UASI (Juwel)

41

2016/C 106/49

Kawża T-35/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Vieta Audio (Vita)

42

2016/C 106/50

Kawża T-37/16: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Caffè Nero Group vs UASI (CAFFÈ NERO)

42

2016/C 106/51

Kawża T-39/16: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Fink (NANA FINK)

43

2016/C 106/52

Kawża T-43/16: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni

44

2016/C 106/53

Kawża T-49/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Azanta vs UASI – Novartis (NIMORAL)

45

2016/C 106/54

Kawża T-55/16: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 45/11, De Nicola vs BEI

45

2016/C 106/55

Kawża T-540/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2016 – Klass vs UASI – F. Smit (PLAYSEAT u PLAYSEATS)

46

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 106/56

Kawża F-96/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Bulté u Krempa vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Aventi każwa ta’ ex uffiċjal de cujus — Pensjonijiet — Pensjonijiet tas-superstiti — Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament — Irregolarità tal-ħlas — Irregolarità tal-ħlas manifesta — Assenza)

47

2016/C 106/57

Kawża F-137/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Frar 2016 – GV vs SEAE (Servizz Pubbliku — Persunal tas-SEAE — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kuntratt għal żmien indeterminat — Artikolu 47(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Raġunijiet għat-tkeċċija — Ksur tar-rabta ta’ fiduċja — Dritt għal smigħ — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Danni materjali — Danni morali

47

2016/C 106/58

Kawża F-56/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali rtirati — Pensjoni tal-irtirar — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Aġġornament interim — Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Limitu ta’ apprezzabbiltà — Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja — Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal — Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur — Portata — Regolament Nru 1416/2013 — Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka — Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament interim — Użu ħażin ta’ poter)

48

2016/C 106/59

Kawża F-62/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Clausen u Kristoffersen vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali rtirati — Pensjoni tal-irtirar — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Aġġornament interim — Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Limitu ta’ apprezzabbiltà — Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja — Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal — Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur — Portata — Regolament Nru 1416/2013 — Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka — Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżm ta’ aġġornament interim — Użu ħażin ta’ poter)

49

2016/C 106/60

Kawża F-66/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali rtirati — Pensjoni tal-irtirar — Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal — Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni — Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Aġġornament interim — Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal — Limitu ta’ apprezzabbiltà — Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja — Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal — Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur — Portata — Regolament Nru 1416/2013 — Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka — Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament interim — Użu ħażin ta’ poter)

50

2016/C 106/61

Kawża F-107/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Fedtke vs KESE (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Irtirar ex officio — Età tal-irtirar — Talba ta’ żamma fil-kariga lil hinn mil-limitu ta’ età, — It-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal — Interess tas-servizz — Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura — Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku — Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża)

50

2016/C 106/62

Kawża F-2/16: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2016 – ZZ vs SEAE

51


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 106/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 98, 14.3.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 90, 7.3.2016

ĠU C 78, 29.2.2016

ĠU C 68, 22.2.2016

ĠU C 59, 15.2.2016

ĠU C 48, 8.2.2016

ĠU C 38, 1.2.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber), tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja, ir-Renju Unit) – C & J Clark International Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs (C-659/13), Puma SE vs Hauptzollamt Nürnberg (C-34/14)

(Kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14) (1)

((Talba għal deċiżjoni preliminari - Ammissibbiltà - Dumping - Importazzjonijiet ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġina miċ-Ċina u l-Vjetnam - Validità tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u tar-Regolament ta’ implementazzjoni (UE) Nru1294/2009 - Ftehim antidumping tad-WTO - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 2(7) - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dumping - Importazzjonijiet minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq - Talbiet għall-kisba tal-istatus ta’ kumpannija li topera f’ekonomija tas-suq - Terminu - Artikolu 9(5) u (6) - Talbiet għal trattament individwali - Artikolu 17 - Teħid ta’ kampjuni - Artikoli 3(1), (5) u (6), 4(1) u 5(4) - Kooperazzjoni tal-industrija tal-Unjoni - Artikolu 3(2) u (7) - Determinazzjoni tal-eżistenza ta’ dannu - Fatturi oħra magħrufa - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 236(1) u (2) - Rimbors ta’ dazji mhux legalment dovuti - Terminu - Każ fortuwitu jew ta’ forza maġġuri - Invalidità ta’ regolament li stabbilixxa dazji antidumping))

(2016/C 106/02)

Lingwi tal-kawża: l-Ingliż u l-Ġermaniż

Qrati tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber), Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C & J Clark International Ltd (C-659/13), Puma SE (C-34/14)

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs (C-659/13), Hauptzollamt Nürnberg (C-34/14)

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, huwa invalidu sa fejn dan jikser l-Artikolu 2(7)(b) u l-Artikolu 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004, tat-8 ta’ Marzu 2004.

L-eżami tad-domandi preliminari ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament Nru 1472/2006 fid-dawl tal-Artikolu 296 TFUE kif ukoll tal-Artikolu 2(7)(ċ), tal-Artikolu 3(1), (2) u (5) sa (7), tal-Artikolu 4(1), tal-Artikolu 5(4), tal-Artikolu 9(6) jew tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 461/2004, ikkunsidrati waħedhom, għal xi wħud minn dawn l-artikoli jew dispożizzjonijiet, u, flimkien, għal oħrajn.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009 tal-Kunsill, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament Nru 384/96, huwa invalidu sal-istess estent bħar-Regolament Nru 1472/2006.

3)

F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, il-qrati tal-Istati Membri ma jistgħux jibbażaw ruħhom fuq sentenzi li fihom il-qorti tal-Unjoni Ewropea annullat regolament li kien stabbilixxa dazji antidumping, sa fejn dan kien jirrigwarda lil ċerta produtturi-esportaturi koperti minn dan ir-regolament, sabiex iqisu li d-dazji imposti fuq il-prodotti ta’ produtturi-esportaturi oħra koperti minn dan ir-regolament, u li jinsabu fl-istess sitwazzjoni bħall-produtturi-esportaturi li fir-rigward tagħhom tali regolament ġie annullat, ma humiex legalment dovuti, fis-sens tal-Artikolu 236(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Peress li tali regolament ma ġiex irtirat mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li adottatu, annullat mill-qorti tal-Unjoni Ewropea jew invalidat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sa fejn dan jimponi dazji fuq il-prodotti ta’ dawn il-produtturi-esportaturi l-oħra, dawn id-dazji jibqgħu legalment dovuti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

4)

L-Artikolu 236(2) tar-Regolament Nru 2913/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li regolament li jistabbilixxi dazji antidumping jiġi ddikjarat totalment jew parzjalment invalidu mill-qorti tal-Unjoni Ewropea ma jikkostitwixxix każ fortuwitu u ta’ forza maġġuri, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.

ĠU C 194, 24.6.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte – l-Italja) – Consorzio Artigiano Servizio Taxi e Autonoleggio (CASTA), et vs Azienda sanitaria locale di Ciriè, Chivasso e Ivrea (ASL TO4), Regione Piemonte

(Kawża C-50/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Direttiva 2004/18/KE - Servizzi ta’ trasport mediku - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-awtoritajiet mediċi territorjali li jagħtu, permezz ta’ għoti dirett u mingħajr reklamar, b’rimbors tal-ispejjeż li jkunu saru, l-attivitajiet ta’ trasport mediku lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat li jissodisfaw ir-rekwiżiti legali u li jkunu rreġistrati - Ammissibbiltà))

(2016/C 106/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Consorzio Artigiano Servizio Taxi e Autonoleggio (CASTA), Galati Lucimorto Roberto – Autonoleggio Galati, Seren Bernardone Guido – Autonoleggio Seren Guido

Konvenuta: Azienda sanitaria locale di Ciriè, Chivasso e Ivrea (ASL TO4), Regione Piemonte

Fil-preżenza ta’: Associazione Croce Bianca del Canavese et, Associazione nazionale pubblica assistenza (ANPAS) – Comitato regionale Liguria

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tippermetti lill-awtoritajiet lokali jagħtu l-provvista ta’ servizzi ta’ trasport mediku permezz ta’ attribuzzjoni diretta, fl-assenza ta’ kull forma ta’ reklamar, lill-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat, sakemm il-qafas legali u ta’ ftehimiet li fih titwettaq l-attività ta’ dawn l-organi jikkontribwixxi effettivament sabiex jintlaħqu l-iskop soċjali u l-għanijiet ta’ solidarjetà u ta’ effiċjenza baġitarja.

2)

Meta Stat Membru jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi li jużaw direttament l-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat għall-kisba ta’ ċerti missjonijiet, awtorità pubblika li għandha l-intenzjoni tikkonkludi ftehimiet ma’ tali assoċjazzjonijiet ma hijiex obbligata, skont id-dritt tal-Unjoni, tipparaguna minn qabel il-proposti tad-diversi assoċjazzjonijiet.

3)

Meta Stat Membru, li jippermetti lill-awtoritajiet pubbliċi li jużaw direttament l-assoċjazzjonijiet ta’ volontarjat għall-ksib ta’ ċerti missjonijiet, jawtorizza dawn l-assoċjazzjonijiet sabiex jeżerċitaw ċertu attivitajiet kummerċjali, huwa dan l-Istat Membru li għandu jistabbilixxi limiti preċiżi li fihom jistgħu jitwettqu dawn l-attivitajiet. Dawn il-limiti għandhom madankollu jiżguraw li l-imsemmija attivitajiet kummerċjali huma marġinali fid-dawl tal-attivitajiet kollha ta’ tali assoċjazzjonijiet u jsostnu s-segwitu tal-attività ta’ volontarjat tagħhom.


(1)  ĠU C 93, 29.3.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf, Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – CM Eurologistik GmbH vs Hauptzollamt Duisburg (C-238/14), Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-284/14)

(Kawżi magħquda C-283/14 u C-284/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 158/2013 - Validità - Dazju antidumping stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina - Eżekuzzjoni ta’ sentenza li kkonstatat l-invalidità ta’ regolament preċedenti - Ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni inizjali li tirrigwarda d-determinazzjoni tal-valur normali - Stabbiliment mill-ġdid tad-dazju antidumping abbażi tal-istess data - Perijodu ta’ investigazzjoni li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni))

(2016/C 106/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf, Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CM Eurologistik GmbH (C-238/14), Grünwald Logistik Service GmbH (GLS) (C-284/14)

Konvenuti: Hauptzollamt Duisburg (C-238/14), Hauptzollamt Hamburg-Stadt (C-284/14)

Dispożittiv

L-eżami tad-domandi magħmula ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 158/2013, tat-18 ta’ Frar 2013, li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Sonthofen – il-Ġermanja) – proċedura kriminali kontra Sebat Ince

(Kawża C-336/14) (1)

((Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 56 TFUE - Logħob tal-ażżard - Monopolju pubbliku fil-qasam tal-imħatri fuq il-kompetizzjonijiet sportivi - Awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel - Esklużjoni tal-operaturi privati - Ġbir ta’ mħatri f’isem operatur stabbilit fi Stat Membru ieħor - Sanzjonijiet kriminali - Dispożizzjoni nazzjonali li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni - Żgumbrament - Tranżizzjoni lejn sistema li tipprevedi l-għoti ta’ numru limitat ta’ konċessjonijiet lil xi operaturi privati - Prinċipji ta’ trasparenza u ta’ imparzjalità - Direttiva 98/34/KE - Artikolu 8 - Regolamenti tekniċi - Regoli dwar is-servizzi - Obbligu ta’ notifika))

(2016/C 106/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Sonthofen

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Sebat Ince

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-liġi ta’ Stat Membru jissanzjonaw l-intermedjazzjoni, mingħajr awtorizzazzjoni, ta’ mħatri sportivi minn operatur privat f’isem operatur privat ieħor li ma għandux awtorizzazzjoni sabiex jorganizza mħatri sportivi f’dan l-Istat Membru, iżda huwa detentur ta’ liċenzja fi Stat Membru ieħor, meta l-obbligu li wieħed ikollu awtorizzazzjoni għall-organizzazzjoni jew għall-intermedjazzjoni ta’ mħatri sportivi jkun jaqa’ fil-kuntest ta’ sistema ta’ monopolju pubbliku li l-qrati nazzjonali qiesu li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni. L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi tali sanzjoni anki meta, fit-teorija, operatur privat jista’ jikseb awtorizzazzjoni għall-organizzazzjoni jew għall-intermedjazzjoni ta’ mħatri sportivi, sa fejn l-għarfien tal-proċedura ta’ għoti ta’ tali awtorizzazzjoni ma hijiex żgurata u sa fejn is-sistema ta’ monopolju pubbliku fuq l-imħatri sportivi, li l-qrati nazzjonali qiesu li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, baqgħet fis-seħħ minkejja l-adozzjoni ta’ tali proċedura.

2)

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni reġjonali li żżomm fis-seħħ, fuq l-iskala tar-reġjun ikkonċernat, id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni komuni għad-diversi reġjuni ta’ Stat Membru li skadiet, ikun suġġett għall-obbligu ta’ notifika previst fl-imsemmi Artikolu 8(1) sa fejn dan l-abbozz ikun fih regolamenti tekniċi fis-sens tal-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva, b’tali mod li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ dan l-obbligu jwassal sabiex dawn ir-regolamenti tekniċi ma jkunux jistgħu jiġu infurzati kontra individwu fil-kuntest ta’ proċedura kriminali. Tali obbligu ma għandux jiġi kkontestat miċ-ċirkustanza li l-imsemmija leġiżlazzjoni komuni kienet preċedentement ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fl-istat ta’ abbozz skont l-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva, u kienet tipprevedi b’mod espress il-possibbiltà ta’ proroga, li madankollu ma sarx użu minnha.

3)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jissanzjona l-intermedjazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni ta’ mħatri sportivi fit-territorju tiegħu, f’isem operatur li huwa detentur ta’ liċenzja għall-organizzazzjoni ta’ mħatri sportivi fi Stat Membru ieħor:

meta l-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni għall-organizzazzjoni ta’ mħatri sportivi jkun suġġett għall-ksib ta’ konċessjoni mill-imsemmi operatur skont proċedura ta’ għoti ta’ konċessjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sakemm il-qorti tar-rinviju tikkonstata li din il-proċedura ma tosservax il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni minħabba ċ-ċittadinanza kif ukoll l-obbligu ta’ trasparenza li jirriżulta minnhom, u

sa fejn, minkejja d-dħul fis-seħħ ta’ dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti l-għoti ta’ konċessjonijiet lil operaturi privati, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu sistema ta’ monopolju pubbliku fuq l-organizzazzjoni u l-intermedjazzjoni tal-imħatri sportivi, li l-qrati nazzjonali qiesu li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni, baqgħet fis-seħħ.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Frosinone – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Rosanna Laezza

(Kawża C-375/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu provduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li kienet iddikjarat inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-liċenzji għall-attività ta’ ġbir ta’ mħatri - Riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ sejħa għal offerti ġdida - Trasferiment bla ħlas tal-użu ta’ beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni u ta’ ġbir tal-imħatri - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

(2016/C 106/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Frosinone

Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali

Rosanna Laezza

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali restrittiva, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi fuq konċessjonarju li jittrasferixxi bla ħlas, fit-tmiem tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja, l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-netwerk ta' ġestjoni u ta' ġbir tal-logħob, sa fejn din ir-restrizzjoni tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-għan effettivament imfittex minn din id-dispożizzjoni, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-398/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikolu 4 - Trattament sekondarju jew ekwivalenti - Anness I, punti B u D))

(2016/C 106/07)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Reis Silva u J. Brito e Silva, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma żguratx li l-iskariki minn impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi jkun suġġett għal livell adegwat ta’ trattament, konformi mal-kriterji rilevanti tal-punt B tal-Anness 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, fl-agglomerazzjonijiet ta’ Alvalade, Odemira, Pereira do Campo, Vila Verde (PTAGL 420), Mação, Pontével, Castro Daire, Arraiolos, Ferreira do Alentejo, Vidigueira, Alcácer do Sal, Amareleja, Monchique, Montemor o Novo, Grândola, Estremoz, Maceira, Portel, Viana do Alentejo, Cinfães, Ponte de Reguengo, Canas de Senhorim, Repeses, Vila Viçosa, Santa Comba Dão, Tolosa, Loriga, Cercal, Vale de Santarém, Castro Verde, Almodôvar, Amares/Ferreiras, Mogadouro, Melides, Vila Verde (PTAGL 421), Serpa, Vendas Novas, Vila de Prado, Nelas, Vila Nova de São Bento, Santiago do Cacém, Alter do Chão, Tábua u Mangualde, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA, José de Mello- Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-415/14 P) (1)

((Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf - Multa imposta fuq ir-rikorrenti wara proċedura ta’ arranġament - Ħlas bin-nifs tal-multa - Rekwiżit ta’ għoti ta’ garanzija bankarja f’bank b’rating “AA” ta’ terminu twil - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2016/C 106/08)

Lingwa tal-proċedura: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA, José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (rappreżentant: J. Calheiros, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u B. Mongin, aġenti, M. Marques Mendes, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tas-26 ta’ Ġunju 2014, Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni (T-564/10, EU:T:2014:583), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 388, 03.11.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Éditions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA, Wendel

(Kawża C-514/14 P) (1)

((Appell - Konċentrazzjoni ta’ impriżi fis-suq tal-pubblikazzjoni tal-kotba - Deċiżjoni adottata wara l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tax-xerrej ta’ ċerti assi minħabba nuqqas ta’ indipendenza ta’ mandatarju - Artikolu 266 TFUE - Eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament - Suġġett tal-kawża - Bażi legali tad-deċiżjoni kontenzjuża - Effett retroattiv tagħha - Indipendenza tax-xerrej tal-assi ċeduti fil-konfront taċ-ċessjonarju))

(2016/C 106/09)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: J.-F. Bellis, O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito u B. Mongin, aġenti), Lagardère SC (rappreżentanti: A. Winckler, F. de Bure, J.-B. Pinçon u L. Bary, avukati), Wendel (rappreżentanti: M. Trabucchi, F. Gordon, A. Gosset-Grainville, avukati, C. Renner, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Éditions Odile Jacob SAS għandha tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA u Wendel.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2015.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 – Heli-Flight GmbH & Co. KG vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)

(Kawża C-61/15 P) (1)

((Appell - Avjazzjoni ċivili - Talbiet ta’ approvazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ titjira ppreżentati - Deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni - Ċaħda ta’ talba - Proċedura amministrattiva prekontenzjuża obbligatorja - Possibbiltà ta’ rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea - Rwol tal-qorti - Adozzjoni ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura - Obbligu - Evalwazzjonijiet tekniċi kumplessi))

(2016/C 106/10)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Heli-Flight GmbH & Co. KG (rappreżentant: T. Kittner, Rechtsanwalt)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentant: T. Masing, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Heli-Flight GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – BP Europa SE vs Hauptzollamt Hamburg-Stadt

(Kawża C-64/15) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa - Direttiva 2008/118/KE - Irregolarità mwettqa matul il-moviment ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Moviment ta’ prodotti suġġetti għal arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju - Prodotti li jonqsu fil-mument tal-konsenja - Ġbir tad-dazju tas-sisa, fl-assenza ta’ prova tal-qerda jew it-telf tal-prodotti)

(2016/C 106/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BP Europa SE

Konvenut: Hauptzollamt Hamburg-Stadt

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-moviment tal-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju jintemm, skont din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, fil-mument fejn id-destinatarju ta’ dawn il-prodotti jkun ikkonstata, fi tmiem il-ħatt sħiħ tal-mezz ta’ trasport li jkun fih il-prodotti inkwistjoni, li l-kwantitajiet ta’ dawn il-prodotti huma nieqsa meta mqabbla ma’ dawk li kellhom jiġu kkonsenjati lilu.

2)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 7(2)(a) u 10(2) tad-Direttiva 2008/118 għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

is-sitwazzjonijiet li jirregolaw jeskludu s-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) ta’ din id-direttiva, u li

il-fatt li dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/118, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ssemmix espliċitament li l-irregolarità li tirregola din id-dispożizzjoni tad-direttiva għandha twassal għar-rilaxx għall-konsum tal-prodotti kkonċernati ma tipprekludix l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali meta jiġu rrekordjati nuqqasijiet, li jimplikaw neċessarjament dan ir-rilaxx għall-konsum.

3)

L-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2008/118/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax biss fil-każijiet fejn tkun biss parti mill-kwantitajiet ta’ prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkulaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li ma tkunx waslet fid-destinazzjoni tagħha?


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH

(Kawża C-163/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) 207/2009 - Artikolu 23 - Liċenzja - Reġistru tat-trade marks Komunitarji - Dritt tal-persuna liċenzjata li tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni minkejja n-nuqqas ta’ iskrizzjoni tal-liċenzja fir-reġistru))

(2016/C 106/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Youssef Hassan

Konvenuti: Breiding Vertriebsgesellschaft mbH

Dispożittiv

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-persuna liċenzjata tista’ tressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja li tkun is-suġġett tal-liċenzja minkejja li din tal-aħħar ma tkunx imniżżla fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji.


(1)  ĠU C 254, 3.8.2015.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-14 ta’ Diċembru 2015 – X, GoPro Coöperatief UA vs Inspecteur van de Belastingdienst Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond

(Kawża C-666/15)

(2016/C 106/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, GoPro Coöperatief UA.

Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Douane, kantoor Rotterdam Rijnmond.

Domandi preliminari

1)

In-noti ta’ spjegazzjoni tal-Kummissjoni marbuta mas-subintestatura 8525 80 30 u mas-subintestaturi 8525 80 91 u 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda għandhom jiġu interpretati fis-sens li jista’ jingħad li jkun hemm reġistrazzjoni ta’ “għall-inqas 30 minuta f’sekwenza waħda ta’ vidjow” meta permezz tal-funzjoni “video record” jiġu rreġistrati sekwenzi tal-vidjow għal iktar minn 30 minuta, iżda meta dawk is-sekwenzi tal-vidjow jiġu rreġistrati f’fajls separati, kull wieħed minnhom b’tul ta’ inqas minn 30 minuta, u meta l-utent ikollu, biex iħaddimhom, jiftaħ separatament kull wieħed minn dawn il-fajls b’tul ta’ inqas minn 30 minuta, anki jekk teżisti madankollu l-possibbiltà, permezz tas-softwer ipprovdut minn goPro, li s-sekwenzi inkorporati f’dawk il-fajls jitpoġġew wieħed wara l-ieħor fuq il-kompjuter personali sabiex b’hekk jiġi rreġistrat filmat wieħed tal-vidjo li jkun itwal minn 30 minuta ġo fajl wieħed?

2)

Il-fatt li vidjowkameras li huma kapaċi jirreġistraw sinjali provenjenti minn sorsi esterni ma jistgħux jirriproduċu dawn is-sinjal permezz ta’ apparat tat-televiżjoni jew ta’ monitor esterni, peress li tali vidjokameras, bħal pereżempju l- GoPro Hero 3 Silver Edition, jistgħu jirriproduċu fuq skrin jew monitor estern dawk il-fajls biss li jkunu ġew irreġistrati minnhom bil-lentijiet tagħhom, jipprekludi l-klassifikazzjoni ta’ tali vidjokameras taħt is-subintestatura 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda?


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Loterie Nationale – Nationale Loterij NV vs Paul Adriaensen et

(Kawża C-667/15)

(2016/C 106/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Loterie Nationale – Nationale Loterij NV

Konvenuti: Paul Adriaensen, Werner De Kesel, The Right Frequency VZW

Domanda preliminari

Sabiex ikun applikabbli l-punt 14 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa meħtieġ li wieħed iqis li jkun hemm skema promozzjonali piramidali pprojbita biss jekk it-twettiq tal-wegħda finanzjarja magħmula lil membri eżistenti:

ikun jiddependi essenzjalment jew prinċipalment fuq it-trasferiment dirett tal-kontribuzzjonijiet [finanzjarji] tal-membri l-ġodda (“rabta diretta”),

jew

huwa biżżejjed li t-twettiq ta’ din il-wegħda finanzjarja favur membri eżistenti jkun jiddependi essenzjalment jew prinċipalment fuq ħlas indirett permezz tal-kontribuzzjonijiet [finanzjarji] ta’ membri eżistenti, jiġifieri mingħajr ma l-membri eżistenti jiksbu l-kumpens tagħhom essenzjalment jew prinċipalment mill-bejgħ tagħhom stess jew mill-konsum tagħhom stess ta’ prodotti jew ta’ servizzi, iżda t-twettiq tal-wegħda finanzjarja magħmula lilhom ikun jiddependi essenzjalment jew prinċipalment mill-abbonament u mill-kontribuzzjonijiet [finanzjarji] ta’ membri ġodda (“rabta indiretta”)?


(1)  ĠU 2005, L 149, p. 22.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/11


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-624/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-673/15 P)

(2016/C 106/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Tea Board (rappreżentanti: M.C. Maier, A. Nordemann, Rechtsanwälte)

Partjiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Delta Lingerie

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni appellata tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-624/13 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi li ġejjin koperti bit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-Klassijiet 35 u 38:

Servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tal-ħolqien u l-operat ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u ta’ aġenziji ċentrali għax-xiri ta’ prodotti bl-imnut u għal skopijiet ta’ reklamar; Promozzjoni ta’ bejgħ (f’isem oħrajn), reklamar, ġestjoni ta’ negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, reklamar on-line fuq netwerk ta’ kompjuter, distribuzzjoni ta’ materjal ta’ reklamar (fuljetti, flyers, gazzetti gratuwiti, kampjuni), servizzi ta’ ġestjoni ta’ abbinamenti ta’ gazzetti għal oħrajn; Informazzjoni jew inkjesti dwar negozju; Organizzazzjoni ta’ avvenimenti jew esibizzjonijiet għal skopijiet kummerċjali jew ta’ reklamar, ġestjoni ta’ reklamanr, kiri ta’ spazju għal reklamar, reklamar fuq ir-radju jew televiżjoni, sponsorizzazzjoni permezz ta’ reklamar. (Klassi 35)

Telekomunikazzjonijiet, trasmissjoni ta’ messaġġi u immaġni mgħejjuna mill-kompjuter, servizzi ta’ telediffużjoni interattiva konnessa mal-preżentazzjoni ta’ prodotti, komunikazzjonijiet b’terminals tal-kompjuter, komunikazzjonijiet fuq netwerk informatiku globali (xandir), miftuħ u magħluq. (Klassi 38);

jekk ikun il-każ, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-appell huwa intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-624/13 tat-2 ta’ Ottubru 2015 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi koperti bit-trade mark ikkontestata fil-Klassijiet 35 u 38.

2.

L-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament.

3.

L-appellanti hija tal-fehma li l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark Komunitarja kollettiva skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni li sservi sabiex tindika l-oriġini ġeografika tal-prodotti koperti, ma għandhiex isservi bħala indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali iżda biss sabiex tiggarantixxi l-oriġini kollettiva tal-prodotti jew servizzi offerti u mibjugħa taħt it-trade mark, jiġifieri li l-prodotti jiġu minn impriża li tinsab fir-reġjun ġeografiku adottat bħala trade mark Komunitarja kollettiva.

4.

Konsegwentement, fil-fehma tal-appellanti għandu jiġi konkluż li, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-oriġini ġeografika għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala fattur rilevanti – meta ssir l-evalwazzjoni tax-xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni u/jew meta ssir evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

5.

Għalhekk, meta jsir paragun bejn prodotti u/jew servizzi ta’ trade mark Komunitarja kollettiva preċedenti skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika, ma’ dawk ta’ trade mark Komunitarja individwali, ma huwiex, fil-fehma tal-appellanti, deċiżiv jekk il-prodotti u s-servizzi inkwistjoni jixxiebhux fir-rigward tan-natura, l-iskop, l-utenti finali u/jew il-kanali ta’ distribuzzjoni tagħhom. Għandu pjuttost jiġi mistoqsi jekk il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni jistgħux ikollhom l-istess oriġini ġeografika.

6.

L-interpretazzjoni tal-appellanti tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta:

1)

mil-loġika intrinsika tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari l-fatt li

i.

l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jikkostitwixxi eċċezzjoni fl-istess regolament peress li, skont l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament, trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew tal-għoti tas-servizz ma għandhomx jiġu rreġistrati;

ii.

skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-regolamenti li jiggvernaw l-użu ta’ trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-prodotti jew is-servizzi tagħha joriġinaw fiż-żona ġeografika kkonċernata sabiex issir membru tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark, u konsegwentement, trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika ma hija qatt kapaċi tiddistingwi prodotti jew servizzi tal-membri tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark minn dawk ta’ impriżi oħra.

2)

minn interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tar-Regolament Nru 1151/2012 (2) u fid-dawl tal-Ftehim TRIPs, fejn indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom igawdu minn livell għoli ta’ protezzjoni, u li tipprovdi li preżentazzjonijiet ta’ prodott li jindika jew jissuġġerixxi li l-prodott inkwistjoni joriġina minn żona ġeografika li ma hijiex il-vera post ta’ oriġini, b’tali mod li jiżgwida lill-pubbliku fir-rigward tal-oriġini ġeografika tal-prodott, għandha tiġi pprojbita.

7.

L-appellanti hija tal-fehma li l-kwalitajiet stabbiliti mill-Qorti Ġenerali b’rabta ma’ DARJEELING jistgħu jiġu ttrasferiti wkoll għal servizzi bħall-konsulenza dwar in-negozju jew servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, u jistgħu isaħħu s-setgħa ta’ attrazzjoni tat-trade mark ikkontestata f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-appellanti tindika li l-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda elementi ssostanzjati fid-deċiżjoni tagħha, fir-rigward tar-raġuni għalfejn il-kwalitajiet assoċjati mat-trade mark DARJEELING ma setgħux jiġu ttrasferiti għal servizzi fil-Klassi 35 u 38, liema fatt, fih innifsu, huwa żball ta’ liġi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

(2)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1)


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/13


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-625/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-674/15 P)

(2016/C 106/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Tea Board (rappreżentanti: M.C. Maier, A. Nordemann, Rechtsanwälte)

Partjiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Delta Lingerie

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni appellata tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-625/13 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi li ġejjin koperti bit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-Klassijiet 35 u 38:

Servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tal-ħolqien u l-operat ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u ta’ aġenziji ċentrali għax-xiri ta’ prodotti bl-imnut u għal skopijiet ta’ reklamar; Promozzjoni ta’ bejgħ (f’isem oħrajn), reklamar, ġestjoni ta’ negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, reklamar on-line fuq netwerk ta’ kompjuter, distribuzzjoni ta’ materjal ta’ reklamar (fuljetti, flyers, gazzetti gratuwiti, kampjuni), servizzi ta’ ġestjoni ta’ abbinamenti ta’ gazzetti għal oħrajn; Informazzjoni jew inkjesti dwar negozju; Organizzazzjoni ta’ avvenimenti jew esibizzjonijiet għal skopijiet kummerċjali jew ta’ reklamar, ġestjoni ta’ reklamanr, kiri ta’ spazju għal reklamar, reklamar fuq ir-radju jew televiżjoni, sponsorizzazzjoni permezz ta’ reklamar. (Klassi 35)

Telekomunikazzjonijiet, trasmissjoni ta’ messaġġi u immaġni mgħejjuna mill-kompjuter, servizzi ta’ telediffużjoni interattiva konnessa mal-preżentazzjoni ta’ prodotti, komunikazzjonijiet b’terminals tal-kompjuter, komunikazzjonijiet fuq netwerk informatiku globali (xandir), miftuħ u magħluq. (Klassi 38);

jekk ikun il-każ, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-appell huwa intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-625/13 tat-2 ta’ Ottubru 2015 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi koperti bit-trade mark ikkontestata fil-Klassijiet 35 u 38.

2.

L-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament.

3.

L-appellanti hija tal-fehma li l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark Komunitarja kollettiva skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni li sservi sabiex tindika l-oriġini ġeografika tal-prodotti koperti, ma għandhiex isservi bħala indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali iżda biss sabiex tiggarantixxi l-oriġini kollettiva tal-prodotti jew servizzi offerti u mibjugħa taħt it-trade mark, jiġifieri li l-prodotti jiġu minn impriża li tinsab fir-reġjun ġeografiku adottat bħala trade mark Komunitarja kollettiva.

4.

Konsegwentement, fil-fehma tal-appellanti għandu jiġi konkluż li, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-oriġini ġeografika għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala fattur rilevanti – meta ssir l-evalwazzjoni tax-xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni u/jew meta ssir evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

5.

Għalhekk, meta jsir paragun bejn prodotti u/jew servizzi ta’ trade mark Komunitarja kollettiva preċedenti skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika, ma’ dawk ta’ trade mark Komunitarja individwali, ma huwiex, fil-fehma tal-appellanti, deċiżiv jekk il-prodotti u s-servizzi inkwistjoni jixxiebhux fir-rigward tan-natura, l-iskop, l-utenti finali u/jew il-kanali ta’ distribuzzjoni tagħhom. Għandu pjuttost jiġi mistoqsi jekk il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni jistgħux ikollhom l-istess oriġini ġeografika.

6.

L-interpretazzjoni tal-appellanti tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta:

1)

mil-loġika intrinsika tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari l-fatt li

i.

l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jikkostitwixxi eċċezzjoni fl-istess regolament peress li, skont l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament, trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew tal-għoti tas-servizz ma għandhomx jiġu rreġistrati;

ii.

skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-regolamenti li jiggvernaw l-użu ta’ trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-prodotti jew is-servizzi tagħha joriġinaw fiż-żona ġeografika kkonċernata sabiex issir membru tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark, u konsegwentement, trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika ma hija qatt kapaċi tiddistingwi prodotti jew servizzi tal-membri tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark minn dawk ta’ impriżi oħra.

2)

minn interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tar-Regolament Nru 1151/2012 (2) u fid-dawl tal-Ftehim TRIPs, fejn indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom igawdu minn livell għoli ta’ protezzjoni, u li tipprovdi li preżentazzjonijiet ta’ prodott li jindika jew jissuġġerixxi li l-prodott inkwistjoni joriġina minn żona ġeografika li ma hijiex il-vera post ta’ oriġini, b’tali mod li jiżgwida lill-pubbliku fir-rigward tal-oriġini ġeografika tal-prodott, għandha tiġi pprojbita.

7.

L-appellanti hija tal-fehma li l-kwalitajiet stabbiliti mill-Qorti Ġenerali b’rabta ma’ DARJEELING jistgħu jiġu ttrasferiti wkoll għal servizzi bħall-konsulenza dwar in-negozju jew servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, u jistgħu isaħħu s-setgħa ta’ attrazzjoni tat-trade mark ikkontestata f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-appellanti tindika li l-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda elementi ssostanzjati fid-deċiżjoni tagħha, fir-rigward tar-raġuni għalfejn il-kwalitajiet assoċjati mat-trade mark DARJEELING ma setgħux jiġu ttrasferiti għal servizzi fil-Klassi 35 u 38, liema fatt, fih innifsu, huwa żball ta’ liġi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

(2)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1)


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/15


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-626/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-675/15 P)

(2016/C 106/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Tea Board (rappreżentanti: M.C. Maier, A. Nordemann, Rechtsanwälte)

Partjiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Delta Lingerie

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni appellata tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-626/13 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi li ġejjin koperti bit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-Klassijiet 35 u 38:

Servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tal-ħolqien u l-operat ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u ta’ aġenziji ċentrali għax-xiri ta’ prodotti bl-imnut u għal skopijiet ta’ reklamar; Promozzjoni ta’ bejgħ (f’isem oħrajn), reklamar, ġestjoni ta’ negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, reklamar on-line fuq netwerk ta’ kompjuter, distribuzzjoni ta’ materjal ta’ reklamar (fuljetti, flyers, gazzetti gratuwiti, kampjuni), servizzi ta’ ġestjoni ta’ abbinamenti ta’ gazzetti għal oħrajn; Informazzjoni jew inkjesti dwar negozju; Organizzazzjoni ta’ avvenimenti jew esibizzjonijiet għal skopijiet kummerċjali jew ta’ reklamar, ġestjoni ta’ reklamanr, kiri ta’ spazju għal reklamar, reklamar fuq ir-radju jew televiżjoni, sponsorizzazzjoni permezz ta’ reklamar. (Klassi 35)

Telekomunikazzjonijiet, trasmissjoni ta’ messaġġi u immaġni mgħejjuna mill-kompjuter, servizzi ta’ telediffużjoni interattiva konnessa mal-preżentazzjoni ta’ prodotti, komunikazzjonijiet b’terminals tal-kompjuter, komunikazzjonijiet fuq netwerk informatiku globali (xandir), miftuħ u magħluq. (Klassi 38);

jekk ikun il-każ, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-appell huwa intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-626/13 tat-2 ta’ Ottubru 2015 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi koperti bit-trade mark ikkontestata fil-Klassijiet 35 u 38.

2.

L-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament.

3.

L-appellanti hija tal-fehma li l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark Komunitarja kollettiva skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni li sservi sabiex tindika l-oriġini ġeografika tal-prodotti koperti, ma għandhiex isservi bħala indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali iżda biss sabiex tiggarantixxi l-oriġini kollettiva tal-prodotti jew servizzi offerti u mibjugħa taħt it-trade mark, jiġifieri li l-prodotti jiġu minn impriża li tinsab fir-reġjun ġeografiku adottat bħala trade mark Komunitarja kollettiva.

4.

Konsegwentement, fil-fehma tal-appellanti għandu jiġi konkluż li, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-oriġini ġeografika għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala fattur rilevanti – meta ssir l-evalwazzjoni tax-xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni u/jew meta ssir evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

5.

Għalhekk, meta jsir paragun bejn prodotti u/jew servizzi ta’ trade mark Komunitarja kollettiva preċedenti skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika, ma’ dawk ta’ trade mark Komunitarja individwali, ma huwiex, fil-fehma tal-appellanti, deċiżiv jekk il-prodotti u s-servizzi inkwistjoni jixxiebhux fir-rigward tan-natura, l-iskop, l-utenti finali u/jew il-kanali ta’ distribuzzjoni tagħhom. Għandu pjuttost jiġi mistoqsi jekk il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni jistgħux ikollhom l-istess oriġini ġeografika.

6.

L-interpretazzjoni tal-appellanti tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta:

1)

mil-loġika intrinsika tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari l-fatt li

i.

l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jikkostitwixxi eċċezzjoni fl-istess regolament peress li, skont l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament, trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew tal-għoti tas-servizz ma għandhomx jiġu rreġistrati;

ii.

skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-regolamenti li jiggvernaw l-użu ta’ trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-prodotti jew is-servizzi tagħha joriġinaw fiż-żona ġeografika kkonċernata sabiex issir membru tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark, u konsegwentement, trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika ma hija qatt kapaċi tiddistingwi prodotti jew servizzi tal-membri tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark minn dawk ta’ impriżi oħra.

2)

minn interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tar-Regolament Nru 1151/2012 (2) u fid-dawl tal-Ftehim TRIPs, fejn indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom igawdu minn livell għoli ta’ protezzjoni, u li tipprovdi li preżentazzjonijiet ta’ prodott li jindika jew jissuġġerixxi li l-prodott inkwistjoni joriġina minn żona ġeografika li ma hijiex il-vera post ta’ oriġini, b’tali mod li jiżgwida lill-pubbliku fir-rigward tal-oriġini ġeografika tal-prodott, għandha tiġi pprojbita.

7.

L-appellanti hija tal-fehma li l-kwalitajiet stabbiliti mill-Qorti Ġenerali b’rabta ma’ DARJEELING jistgħu jiġu ttrasferiti wkoll għal servizzi bħall-konsulenza dwar in-negozju jew servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, u jistgħu isaħħu s-setgħa ta’ attrazzjoni tat-trade mark ikkontestata f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-appellanti tindika li l-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda elementi ssostanzjati fid-deċiżjoni tagħha, fir-rigward tar-raġuni għalfejn il-kwalitajiet assoċjati mat-trade mark DARJEELING ma setgħux jiġu ttrasferiti għal servizzi fil-Klassi 35 u 38, liema fatt, fih innifsu, huwa żball ta’ liġi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

(2)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1)


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/16


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 minn The Tea Board mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-627/13 – The Tea Board vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-676/15 P)

(2016/C 106/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: The Tea Board (rappreżentanti: M.C. Maier, A. Nordemann, Rechtsanwälte)

Partjiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Delta Lingerie

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni appellata tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-627/13 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi li ġejjin koperti bit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni fil-Klassijiet 35 u 38:

Servizzi ta’ konsulenza fir-rigward tal-ħolqien u l-operat ta’ ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u ta’ aġenziji ċentrali għax-xiri ta’ prodotti bl-imnut u għal skopijiet ta’ reklamar; Promozzjoni ta’ bejgħ (f’isem oħrajn), reklamar, ġestjoni ta’ negozju, amministrazzjoni ta’ negozju, reklamar on-line fuq netwerk ta’ kompjuter, distribuzzjoni ta’ materjal ta’ reklamar (fuljetti, flyers, gazzetti gratuwiti, kampjuni), servizzi ta’ ġestjoni ta’ abbinamenti ta’ gazzetti għal oħrajn; Informazzjoni jew inkjesti dwar negozju; Organizzazzjoni ta’ avvenimenti jew esibizzjonijiet għal skopijiet kummerċjali jew ta’ reklamar, ġestjoni ta’ reklamanr, kiri ta’ spazju għal reklamar, reklamar fuq ir-radju jew televiżjoni, sponsorizzazzjoni permezz ta’ reklamar. (Klassi 35)

Telekomunikazzjonijiet, trasmissjoni ta’ messaġġi u immaġni mgħejjuna mill-kompjuter, servizzi ta’ telediffużjoni interattiva konnessa mal-preżentazzjoni ta’ prodotti, komunikazzjonijiet b’terminals tal-kompjuter, komunikazzjonijiet fuq netwerk informatiku globali (xandir), miftuħ u magħluq. (Klassi 38);

jekk ikun il-każ, terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-appell huwa intiż għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-627/13 tat-2 ta’ Ottubru 2015 sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tas-servizzi koperti bit-trade mark ikkontestata fil-Klassijiet 35 u 38.

2.

L-appell huwa bbażat fuq żewġ aggravji: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) u ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament.

3.

L-appellanti hija tal-fehma li l-funzjoni essenzjali ta’ trade mark Komunitarja kollettiva skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni li sservi sabiex tindika l-oriġini ġeografika tal-prodotti koperti, ma għandhiex isservi bħala indikazzjoni ta’ oriġini kummerċjali iżda biss sabiex tiggarantixxi l-oriġini kollettiva tal-prodotti jew servizzi offerti u mibjugħa taħt it-trade mark, jiġifieri li l-prodotti jiġu minn impriża li tinsab fir-reġjun ġeografiku adottat bħala trade mark Komunitarja kollettiva.

4.

Konsegwentement, fil-fehma tal-appellanti għandu jiġi konkluż li, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, l-oriġini ġeografika għandha tittieħed inkunsiderazzjoni bħala fattur rilevanti – meta ssir l-evalwazzjoni tax-xebh bejn il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni u/jew meta ssir evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.

5.

Għalhekk, meta jsir paragun bejn prodotti u/jew servizzi ta’ trade mark Komunitarja kollettiva preċedenti skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009, li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika, ma’ dawk ta’ trade mark Komunitarja individwali, ma huwiex, fil-fehma tal-appellanti, deċiżiv jekk il-prodotti u s-servizzi inkwistjoni jixxiebhux fir-rigward tan-natura, l-iskop, l-utenti finali u/jew il-kanali ta’ distribuzzjoni tagħhom. Għandu pjuttost jiġi mistoqsi jekk il-prodotti u/jew servizzi inkwistjoni jistgħux ikollhom l-istess oriġini ġeografika.

6.

L-interpretazzjoni tal-appellanti tal-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jirriżulta:

1)

mil-loġika intrinsika tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari l-fatt li

i.

l-Artikolu 66(2) tar-Regolament Nru 207/2009 jikkostitwixxi eċċezzjoni fl-istess regolament peress li, skont l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament, trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw l-oriġini ġeografika tal-prodotti jew tal-għoti tas-servizz ma għandhomx jiġu rreġistrati;

ii.

skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament Nru 207/2009, ir-regolamenti li jiggvernaw l-użu ta’ trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika għandhom jawtorizzaw lil kull persuna li l-prodotti jew is-servizzi tagħha joriġinaw fiż-żona ġeografika kkonċernata sabiex issir membru tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark, u konsegwentement, trade mark Komunitarja kollettiva li tikkonsisti f’indikazzjoni ġeografika ma hija qatt kapaċi tiddistingwi prodotti jew servizzi tal-membri tal-assoċjazzjoni li hija l-proprjetarja tat-trade mark minn dawk ta’ impriżi oħra.

2)

minn interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl tar-Regolament Nru 1151/2012 (2) u fid-dawl tal-Ftehim TRIPs, fejn indikazzjonijiet ġeografiċi għandhom igawdu minn livell għoli ta’ protezzjoni, u li tipprovdi li preżentazzjonijiet ta’ prodott li jindika jew jissuġġerixxi li l-prodott inkwistjoni joriġina minn żona ġeografika li ma hijiex il-vera post ta’ oriġini, b’tali mod li jiżgwida lill-pubbliku fir-rigward tal-oriġini ġeografika tal-prodott, għandha tiġi pprojbita.

7.

L-appellanti hija tal-fehma li l-kwalitajiet stabbiliti mill-Qorti Ġenerali b’rabta ma’ DARJEELING jistgħu jiġu ttrasferiti wkoll għal servizzi bħall-konsulenza dwar in-negozju jew servizzi tat-telekomunikazzjonijiet, u jistgħu isaħħu s-setgħa ta’ attrazzjoni tat-trade mark ikkontestata f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, l-appellanti tindika li l-Qorti Ġenerali ma pprovdiet ebda elementi ssostanzjati fid-deċiżjoni tagħha, fir-rigward tar-raġuni għalfejn il-kwalitajiet assoċjati mat-trade mark DARJEELING ma setgħux jiġu ttrasferiti għal servizzi fil-Klassi 35 u 38, liema fatt, fih innifsu, huwa żball ta’ liġi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)

(2)  Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1)


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Diċembru 2015 – Mohammad Zadeh Khorassani vs Kathrin Pflanz

(Kawża C-678/15)

(2016/C 106/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohammad Zadeh Khorassani

Konvenuta: Kathrin Pflanz

Domanda preliminari

Ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta’ ordni li għandha bħala suġġett attività ta’ ġestjoni tal-portafoll (Artikolu 4(1)(9) tad-Direttiva 2004/39/KE (1)) huma servizzi ta’ investiment fis-sens tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1)(2) u tal-Anness I, Taqsima A, punt 1 tad-Direttiva 2004/39/KE?


(1)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiais Teismas (il-Litwanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Agnieška Anisimovienė et

(Kawża C-688/15)

(2016/C 106/20)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiais Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agnieška Anisimovienė et

Konvenuti: AB bankas Snoras, fi stralċ; VĮ Indėlių ir investicijų draudimas; AB Šiaulių bankas, li tissuċċedi fid-drittijiet u fl-obbligi ta’ AB bankas FINASTA

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva depożiti (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jistgħu jitqiesu bħala depożiti, taħt din id-direttiva, fondi ddebitati bil-qbil mal-persuni jew ittrasferiti jew imħallsa minn dawn l-istess persuni fuq kont miftuħ f’isem istituzzjoni ta’ kreditu li tinsab f’istituzzjoni oħra ta’ kreditu?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva depożiti moqrija flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 8(3) ta’ din id-direttiva għandhom ikunu interpretati fis-sens li l-garanzija ta’ depożiti sal-ammont previst fl-Artikolu 7(1) għandha tkopri kull persuna li l-kreditu tagħha jista’ jiġi stabbilit qabel il-jum tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 1(3)(i) u (ii) tad-Direttiva depożiti?

3)

Id-definizzjoni ta’ “transazzjoni bankarja normali” hija importanti, fis-sens tad-Direttiva depożiti, sabiex il-kunċett ta’ depożitu jiġi interpretat bħala bilanċ ta’ kreditu minn tranżazzjonijiet bankarji? Fid-dawl ta’ din id-definizzjoni, il-kunċett ta’ depożitu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi d-Direttiva depożiti għandu jiġi interpretat ukoll?

4)

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda hija affermattiva, kif għandhom jinftiehem u jiġi interpretat il-kunċett ta’ tranżazzjoni bankarja normali użat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva depożiti:

a)

Liema tranżazzjonijiet bankarji għandhom jitqiesu bħala normali jew skont liema kriterji għandu jiġi evalwat jekk tranżazzjoni bankarja speċifika hijiex normali?

b)

Il-kunċett ta’ tranżazzjonijiet bankarji normali għandu jiġi interpretat skont l-għan tat-tranżazzjonijiet bankarji magħmula jew skont l-operaturi li bejniethom dawn it-tranżazzjonijiet bankarji huma eżegwiti?

c)

Il-kunċett ta’ depożitu kif użat fid-Direttiva depożiti, bħala bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn tranżazzjonijiet bankarji normali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi biss il-każijiet fejn it-tranżazzjonijiet kollha fl-oriġini tal-formazzjoni ta’ dan il-bilanċ jiġi kklassifikati bħala normali?

5)

Fil-każ li l-fondi li ma jaqgħux taħt il-kunċett ta’ depożitu skont id-Direttiva depożiti, u fejn l-Istat Membru jkun għażel metodu ta’ traspożizzjoni tad-Direttivi depożitu u investituri (2) fid-dritt nazzjonali li jipprevedi li l-fondi li fuqhom id-depożitant għandu kreditu li ġej mill-impenn ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li tipprovdi servizzi ta’ investiment jitqiesu wkoll depożiti, il-protezzjoni tal-garanzija tad-depożiti tista’ tapplika biss jekk ikun stabbilit li istituzzjoni ta’ kreditu aġixxiet fil-każ speċifiku bħala impriża ta’ investiment u li l-fondi kienu ġew fdati lilha sabiex teżerċita attività ta’ investiment, fis-sens tad-Direttivi investituri u 2004/39/KE? (3)


(1)  Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malt, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252).

(2)  Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u Tal-Kunsill, tat-3 ta’ Marzu 1997, dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 311).

(3)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/20


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-689/13, Bilbaína de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-691/15 P)

(2016/C 106/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P.J. Loewenthal, K. Talabér-Ritz, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bilbaína de Alquitranes, SA, Deza, a.s., Industrial Química del Nalón, SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland Sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica, SA, SGL Carbon GmbH, SGL Carbon GmbH, SGL Carbon, SGL Carbon, SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG, Tokai erftcarbon GmbH, European Chemicals Agency (ECHA), GrafTech Iberica, SL

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-689/13 Bilbaína de Alquitranes et vs Il-Kummissjoni EU:T:2015:767;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-apprezzament tagħha; u

tirriżerva l-ispejjeż tal-proċeduri odjerni.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fis-sentenza kkontestata, il-Qorti Ġenerali annullat parzjalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013 (1), tat-2 ta’ Ottubru 2013, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet.

Il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha tas-sentenza appellata.

Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 36 u 53(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi, meta kklassifikat is-sustanza żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja (CTPHT) abbażi tal-kostitwenti tagħha għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-periklu permezz tal-metodu tal-addizzjoni, hija naqset milli tosserva l-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha biex b’hekk tieħu kont tal-proporzjon ta’ preżenza ta’ dawn il-kostitwenti fis-CTPHT u l-effetti kimiċi tagħhom, b’mod partikolari l-kapaċità baxxa tas-CTPHT li tinħall fl-assjem tagħha. Madankollu. ma huwiex ċar mis-sentenza appellata, jekk il-Qorti Ġenerali annullatx parzjalment ir-regolament inkwistjoni għal din ir-raġuni peress li l-Kummissjoni kienet żbaljata meta applikat il-metodu ta’ addizzjoni għall-finijiet tal-klassifikazzjoni, u kellha minflok tapplika metodu ieħor ta’ klassifikazzjoni, jew minħabba li l-Kummissjoni applikat il-metodu ta’ addizzjoni b’mod żbaljat.

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament CLP meta kkonkludiet li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi adottat il-klassifikazzjoni kkontestata mingħajr ma kkunsidrat il-kapaċità, tas-sustanza fl-assjem tagħha, li tinħall. L-ewwel parti ta’ dan l-aggravju huwa bbażat fuq il-preżunzjoni li l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment ir-regolament inkwistjoni peress li kkunsidrat li l-Kummissjoni żbaljat meta applikat il-metodu ta’ addizzjoni sabiex tikklassifika is-CTPHT bħala perikoluża għall-ambjent akkwatiku, f’liema każ il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament CLP peress li d-data tat-test disponibbli fuq is-CTPHT ġiet meqjusa inadegwata sabiex tikklassifika s-sustanza direttament taħt ir-Regolament CLP. Dan, flimkien mal-fatt li ma setgħux jiġu applikati prinċipji ta’ tqarrib, kienu jorbtu lill-Kummissjoni li tuża il-metodu ta’ addizzjoni f’dan il-każ. It-tieni parti ta’ dan l-aggravju hija bbażata fuq il-preżunzjoni li l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment ir-regolament inkwistjoni peress li kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet applikat b’mod żbaljat il-metodu ta’ addizzjoni, f’liema każ il-Qorti Ġenerali kisret ir-Regolament CLP peress li dan ir-regolament ma jirrikjedix li fl-applikazzjoni ta’ dan il-metodu għandha tiġi kkunsidrata l-kapaċità, tas-sustanza fl-assjem tagħha, li tinħall.

Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni billi eċċediet il-limiti tal-istħarriġ tal-legalità tar-regolament ikkontestat u żnaturat il-provi li abbażi tagħhom ġie adottat ir-regolament inkwistjoni.


(1)  ĠU L 261, p. 5


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Security Service Srl vs Ministero dell’Interno et

(Kawża C-692/15)

(2016/C 106/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Security Service Srl

Konvenuti: Ministero dell’Interno, Questura di Napoli, Questura di Roma

Domandi preliminari

1)

[Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-465/05, EU:C:2007:781), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja] iddeċidiet li l-Istat Taljan kien kiser il-prinċipji stabbiliti mill-Artikoli 43 KE u 49 KE (dritt ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi) meta pprovda li:

a)

l-attività ta’ għassies privat tista’ tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta’ fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana;

b)

l-attività ta’ sigurtà privata tista’ tigi eżercitata biss minn persuni li jipprovdu servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fuq l-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Prefett ta’ validità territorjali, mingħajr ma jitqiesu l-obbligi li għalihom dawn il-persuni li jipprovdu s-servizzi huma diġà suġġetti fl-Istat Membru ta’ oriġini;

c)

l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validità territorjali limitata u l-għoti tagħha huwa suġġett ghat-teħid inkunsiderazzjoni tan-numru u d-daqs tal-impriżi ta’ sigurtà privata li diġà jaħdmu fit-territorju inkwistjoni;

d)

l-impriżi ta’ sigurtà privata għandhom ikollhom is-sede tal-attività ekonomika tagħhom f’kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom;

e)

il-persunal tal-impriżi għandu jkun awtorizzat individwalment sabiex jeżerċita l-attività ta’ sigurtà privata, mingħajr ma jitqiesu l-kontrolli u l-verifiki diġà effettwati fl-Istat Membru ta’ oriġini;

g)

l-impriżi ta’ sigurtà privata ghandhom ikollhom numru ta’ impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati;

h)

l-istess impriżi għandhom jiddepożitaw garanzija fil-bank ta’ depożiti u ta’ self;

i)

il-prezzijiet tas-servizzi ta’ sigurtà privata huma stabbiliti skont l-awtorizzazzjoni tal-Prefett skont marġni ta’ varjazzjoni stabbilit bil-quddiem[,]

[teskludi], fiha nfisha, li l-awtorità provinċjali ta’ sigurtà pubblika (il-Questore) tkun tista’ timponi rekwiżiti ta’ servizz bħal dawk li qed jiġu kkontestati f’din il-kawża[, li] jeżiġu li jiġi assenjat numru minimu ta’ aġenti (tnejn) għall-operazzjonijiet marbuta ma’ ċerti servizzi?

2)

Għalkemm din hija domanda ġdida, [hija tippreżenta] punti ta’ analoġija li jwasslu għall-istess eżitu fid-dawl tal-Artikoli 43 KE u 49 KE?


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Il Camaleonte Srl vs Questore di Napoli, Ministero dell’Interno

(Kawża C-693/15)

(2016/C 106/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Il Camaleonte Srl

Konvenuti: Questore di Napoli, Ministero dell’Interno

Domandi preliminari

1)

Is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-465/05, EU:C:2007:781), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Istat Taljan kien kiser il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 43 KE u 49 KE (id-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi) billi ppreveda li:

a)

l-attività ta’ għassies privat tista’ tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta’ fedeltà lir-Repubblika Taljana;

b)

l-attività ta’ għassies privat tista’ tigi eżercitata mill-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor biss fuq għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Prefetto ta’ portata territorjali, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni l-obbligi li għalihom dawn il-fornituri huma diġà suġġetti fl-Istat Membru ta’ oriġini;

c)

l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validità territorjali limitata u li l-għoti tagħha hija suggetta għat-teħid inkunsiderazzjoni tan-numru u tad-daqs tal-impriżi ta’ sigurtà privata li diġà joperaw fit-territorju inkwistjoni;

d)

l-impriżi ta’ sigurtà privata għandhom ikollhom sede operattiva f’kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom;

e)

il-persunal tal-impriżi għandu jkun individwalment awtorizzat sabiex jeżerċita l-attività ta’ sigurtà privata, mingħajr ma jitqiesu l-kontrolli u l-verifiki diġà mwettqa fl-Istat Membru ta’ oriġini;

g)

l-impriżi ta’ sigurtà privata ghandhom ikollhom numru ta’ impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati;

h)

l-istess impriżi għandhom jiddepożitaw garanzija fil-Cassa Depositi e Prestiti;

i)

il-prezzijiet tas-servizzi ta’ sigurtà privata huma stabbiliti b’awtorizzazzjoni tal-Prefetto skont marġni ta’ varjazzjoni stabbilit bil-quddiem.

[teskludi], fiha nfisha, lill-awtorità provinċjali ta’ sigurtà pubblika (Questore) milli tkun tista’ tistabbilixxi rekwiżiti dwar il-provvista ta’ servizzi bħal dawk ikkontestati f’din il-kawża[, li] jimponu li jiġi assenjat numru minimu ta’ aġenti (tnejn) lill-operazzjonijiet marbuta ma’ ċerti servizzi?

2)

Minkejja li hija kwistjoni ġdida, [għandha] elementi analogi li jwasslu għall-istess eżitu fir-rigward tal-Artikoli 43 KE u 49 KE?


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Vigilanza Privata Turris Srl vs Questore di Napoli

(Kawża C-694/15)

(2016/C 106/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vigilanza Privata Turris Srl

Konvenut: Questore di Napoli

Domandi preliminari

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-465/2005, EU:C:2007:781), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-Istat Taljan kien kiser il-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 43 KE u 49 KE (libertà ta’ stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi) meta pprovda li:

(a)

l-attività ta’ għassies privat tista’ tiġi eżerċitata biss wara l-għoti tal-ġurament ta’ fedeltà lejn ir-Repubblika Taljana;

(b)

l-attività ta’ għassies privat tista’ tigi eżerċitata biss minn persuni li jipprovdu servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fuq l-għoti ta’ awtorizzazzjoni tal-Prefett ta’ validità territorjali, mingħajr ma jitqiesu l-obbligi li għalihom dawn il-persuni li jipprovdu s-servizzi huma diġà suġġetti fl-Istat Membru ta’ oriġini;

(c)

l-imsemmija awtorizzazzjoni għandha validità territorjali u li l-għoti tagħha huwa suġġett għat-teħid inkunsiderazzjoni tan-numru u d-daqs tal-impriżi ta’ sigurtà privata li diġà jaħdmu fit-territorju inkwistjoni;

(d)

l-impriżi ta’ sigurtà privata għandhom ikollhom is-sede tal-attività ekonomika tagħhom f’kull provinċja fejn huma jeżerċitaw l-attività tagħhom;

(e)

l-persunal tal-impriżi għandu jkun awtorizzat individwalment sabiex jeżerċita l-attività ta’ sigurtà privata, mingħajr ma jitqiesu l-kontroll u l-verifiki diġà effettwati fl-Istat Membru ta’ oriġini;

(g)

l-impriżi ta’ sigurtà privata għandhom ikollhom numru ta’ impjegati minimu u/jew massimu sabiex ikunu awtorizzati;

(h)

l-istess impriżi għandhom jiddepożitaw garanzija fil-bank ta’ depożiti u ta’ self;

(i)

l-prezzijiet tas-servizzi ta’ sigurtà privata huma stabbiliti skont l-awtorizzazzjoni tal-Prefett skond marġni ta’ varjazzjoni stabbilit bil-quddiem,

[tista’ teskludi], fiha nnifisha, li l-awtorità provinċjali ta’ sigurtà pubblika (il-Questore) tkun tista’ tistabbilixxi rekwiżiti tas-servizz tat-tip ta’ dawk li jinsabu kkontestati fil-każ ineżami[, liema rekwiżiti] jimponu li wieħed jassenja numru minimu ta’ aġenti (tnejn) għall-operazzjonijiet marbuta mal-provvista ta’ ċerti servizzi?

2)

Minkejja li hija domanda ġdida, din għandha aspetti ta’ analoġija tali li jistgħu jwasslu għall-istess soluzzjoni, b’riferiment għall-Artikoli 43 u 49 tat-Trattat KE ċċitati iktar ’il fuq?


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fit-28 ta’ Diċembru 2015 – MB Srl vs Società Metropolitana Acque Torino (SMAT)

(Kawża C-697/15)

(2016/C 106/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MB Srl

Konvenuta: Società Metropolitana Acque Torino (SMAT)

Domanda preliminari

Il-prinċipji Komunitarji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, flimkien mal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, li jinsabu fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji riżultanti, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza, li jinsabu (iktar reċentement) fid-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana li tirriżulta mill-Artikoli 87(4) u 86(3a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 u tal-Artikolu 26(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 81 tal-2008 moqrija flimkien, hekk kif interpretat, b’mod uniformi, skont l-Artikolu 99 tal-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva, mis-sentenzi tal-assemblea plenarja tal-Consiglio di Stato Nri. 3 u 9 tal-2015, li jgħid li n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata ta’ spejjeż ta’ sigurtà tal-impriża, fl-offerti ekonomiċi ta’ proċedura ta’ għoti ta’ xogħlijiet pubbliċi, fi kwalunkwe każ jiddetermina l-esklużjoni mill-proċedura tal-impriża offerenti, anki fl-ipoteżi fejn l-obbligu ta’ indikazzjoni separata ma jkunx ġie speċifikat la fir-regolamentazzjoni tas-sejħa għal offerti u lanqas fil-formola annessa għat-tressiq tal-offerta, u barra minn hekk minkejja ċ-ċirkustanza li, mill-perspettiva sostanzjali, l-offerta tosserva rekwiżiti ta’ spejjeż minimi ta’ sigurtà tal-impriżi?


(1)  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-6 ta’ Jannar 2016 – Holcim France SAS, suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Euro Stockage, Enka SA vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-6/16)

(2016/C 106/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Holcim France SAS, suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Euro Stockage, Enka SA

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

Meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tuża, fid-dritt nazzjonali, il-fakultà offruta mill-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 90/435/KE, tat-23 ta’ Lulju 1990 (1), hemm lok għal kontroll tal-atti jew ftehimiet adottati għall-implementazzjoni ta’ din il-fakultà fir-rigward tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva, li jagħtu lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex jiddeterminaw liema dispożizzjonijiet huma “meħtieġa għall-prevenzjoni tal-frodi jew tal-abbuż”, għandhom jiġu interpretati bħala li jxekklu milli Stat Membru jadotta mekkaniżmu intiż li jeskludi mill-benefiċċju tal-eżenzjoni d-dividendi mqassma lil persuna ġuridika kkontrollata direttament jew indirettament minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati li ma humiex membri tal-Unjoni, ħlief jekk din il-persuna ġuridika tiġġustifika li l-katina ta’ ishma ma għandhiex bħala għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha dak li tibbenefika mill-eżenzjoni?

3)

a)

Fl-ipoteżi fejn il-konformità, mad-dritt tal-Unjoni, tal-mekkaniżmu “kontra l-abbuż”, imsemmi iktar ’il fuq ukoll kellha tiġi evalwata fir-rigward tal-istipulazzjonijiet tat-Trattat, hemm lok li din tiġi eżaminata, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-għan tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, fir-rigward tal-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, anki jekk il-kumpannija benefiċjarja tat-tqassim tad-dividendi hija kkontrollata direttament jew indirettament, b’riżultat ta’ katina ta’ ishma li fost l-għanijiet prinċipali tagħha għandha l-benefiċċju tal-eżenzjoni, minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati terzi, liema residenti ma jistgħux jinvokaw il-libertà ta’ stabbiliment?

b)

Fin-nuqqas ta’ risposta pożittiva għad-domanda ta’ qabel din, din il-konformità għandha tiġi eżaminata fir-rigward tal-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 56 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?

4)

L-istipulazzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq għandhom jiġu interpretati bħala li jxekklu milli leġiżlazzjoni nazzjonali ċċaħħad mill-eżenzjoni ta’ taxxa f’ras il-għajn id-dividendi mħallsa minn kumpannija ta’ Stat Membru lil kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, meta dawn id-dividendi jkunu ta’ benefiċċju għal persuna ġuridika kkontrollata direttament jew indirettament minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea, sakemm din ma tistabbilixxix li din il-katina ta’ ishma ma għandhiex bħala għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha dak li tibbenefika mill-eżenzjoni?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147).


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-11 ta’ Jannar 2016 – Société Euro Park Service, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija Cairnbulg Nanteuil vs Ministre des finances et des comptes publics

(Kawża C-14/16)

(2016/C 106/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Euro Park Service, suċċessur fid-drittijiet u l-obbligi tal-kumpannija Cairnbulg Nanteuil

Konvenut: Ministre des finances et des comptes publics

Domandi preliminari

1)

Meta leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru tuża, fid-dritt nazzjonali, il-fakultà offruta mill-Artikolu 11(1) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 90/434/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990 kif emendata, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti tal-attivi u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti (1), hemm lok għal kontroll tal-atti adottati għall-implementazzjoni ta’ din il-fakultà fir-rigward tad-dritt primarju tal-Unjoni Ewropea?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-istipulazzjonijiet tal-Artikolu 43 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li sar l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati bħala li jxekklu milli leġiżlazzjoni nazzjonali, bl-għan tal-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni fiskali, tissuġġetta l-benefiċċju tas-sitema fiskali kommuni aplikabbli għall-mergers u operazzjonijiet assimilati għal proċedura ta’ qbil minn qabel f’dak li jikkonċerna biss it-trasferimenti magħmula lil persuni ġuridiċi barranin bl-esklużjoni tat-trasferimenti magħmul lil persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt nazzjonali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 142.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/26


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Jannar 2016 minn Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-134/11, Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-19/16 P)

(2016/C 106/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf, Sanabel Relief Agency Ltd (rappreżentanti: N. Garcia-Lora, Solicitor, E. Grieves, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-28 ta’ Ottubru 2015;

tissostitwixxi d-deċiżjoni tagħha stess u tannulla l-miżuri kkontestati;

tikkundanna lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lir-Renju Unit għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell iqajjem erba’ aggravji.

L-ewwel aggravju jikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li l-azzjonijiet kontra d-deċiżjoni sostantiva li telenka l-ewwel tliet appellanti ma tressqux korrettament quddiem il-Qorti Ġenerali. Il-Qorti Ġenerali naqset mill-tikklassifika korrettament ir-raba’ motiv bħala kontestazzjoni tal-evalwazzjoni tal-fatti mill-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-appellanti, liema osservazzjonijiet kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għaliex a) il-Qorti Ġenerali kienet talbithom, b) kienu ġew innotifikati qabel ma l-konvenut kien ippreżenta r-risposta tiegħu c) l-appellanti kienu dejjem indikaw li huma riedu jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-fatti. L-approċċ tal-Qorti Ġenerali kien inkonsistenti ma’ Ayadi vs Il-Kummissjoni T-527/09 (14.4.15)

It-tieni aggravju jikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fuq il-bażi li naqset milli tapplika l-awtorità vinkolanti ta’ Kadi II. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddetermina waħedha jekk l-allegazzjonijiet fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kinux fondati sew.

It-tielet aggravju jikkontesta l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni wettqet analiżi attenta u indipendenti tal-ġustifikazzjoni għall-elenkar. Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li l-Kummissjoni wettqet din l-analiżi ma kinitx sostenibbli fid-dawl tal-fatti tal-każ u ta’ konstatzzjonijiet ġuridiċi preċedenti f’kawżi simili.

Ir-raba’ aggravju jikkontesta d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tgħid li Sanabel ma kellhiex locus standi fuq il-bażi li l-Qorti Ġenerali fehmet ħażin il-liġi. Il-locus standi ta’ Sanabel ma jiddependix minn klassifikazzjonijiet paralleli taħt id-dritt nazzjonali, imma minn jekk tistax tiġi hekk ikklassifikata jew le.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fil-25 ta’ Jannar 2015 – Compass Contract Services Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-38/16)

(2016/C 106/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Compass Contract Services Limited

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

1)

Id-differenza fit-trattament imwettqa mir-Renju Unit bejn it-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-output (li setgħu jiġu ppreżentati għall-perijodi li ngħalqu qabel l-4 ta’ Diċembru 1996) u t-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-input (li setgħu jiġu ppreżentati għall-perijodi li ngħalqu qabel l-1 ta’ Mejju 1997 – jiġifieri iktar tard mit-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-output) tirriżulta fi:

a)

ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-dritt tal-Unjoni; u/jew

b)

ksur tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali tad-dritt tal-Unjoni; u/jew

c)

ksur tal-prinċipju ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni; u/jew

d)

ksur ta’ xi prinċipju ieħor rilevanti tad-dritt tal-Unjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal xi waħda mid-domandi 1(a) sa 1(d), it-talbiet Fleming relatati mal-VAT tal-output li jikkonċernaw il-perijodu bejn l-4 ta’ Diċembru 1996 u t-30 ta’ April 1997 kif għandhom jiġi ttrattati?


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/28


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2016 minn European Bicycle Manufacturers Association mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-26 ta’ Novembru 2015 fil-Kawża T-425/13, Giant (China) Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-61/16 P)

(2016/C 106/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: European Bicycle Manufacturers Association (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Giant (China) Co. Ltd, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tagħti deċiżjoni fuq il-mertu u tiċħad ir-rikors għal annullament jew tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-mertu fuq ir-rikors għal annullament; u

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż sostuni mill-appellanti kemm fil-kuntest tal-appell kif ukoll fil-kuntest tal-intervent tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta għamlet analiżi ġuridika inkorretta tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-regolament bażiku mill-Kunsill. Kuntrarjament għall-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali, ir-Regolament Nru 502/2013 (1) applika l-Artikolu 18(1) għall-grupp Giant kollu għaliex l-istituzzjonijiet ma kellhomx informazzjoni kompluta u ddettalljata dwar il-kumpanniji assoċjati, u mhux biss informazzjoni dwar il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill ma setax iqis in-nuqqas ta’ Giant li jipprovdi livell minimu ta’ informazzjoni bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-regolament bażiku. L-informazzjoni meħtieġa kienet tikkorrispondi għal-livell minimu ta’ informazzjoni meħtieġ sabiex l-istituzzjonijiet ikunu jistgħu jiksbu stampa kompluta u eżatta tal-grupp Giant, u l-assenza ta’ komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni tikkostitwixxi, għalhekk, nuqqas ta’ kooperazzjoni li titfa’ dubju fuq l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta minn Giant.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ma jkunx hemm riskju ta’ evażjoni jekk tingħata rata ta’ dazju antidumping individwali lil Giant iżda mhux lil Jinshan. Il-biżgħat tal-istituzzjonijiet dwar l-evażjoni minn kumpanniji assoċjati f’dan il-każ huma ġġustifikati u jikkostitwixxu motiv addizzjonali validu sabiex tiġi miċħuda t-talba għal rata ta’ dazju antidumping individwali magħmula minn Giant


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.


Il-Qorti Ġenerali

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – GFKL Financial Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-620/11) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Leġiżlazzjoni fiskali Ġermaniża li tikkonċerna r-riport tat-telf lejn is-snin fiskali futuri (Sanierungsklausel) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Natura selettiva - Natura u struttura tas-sistema fiskali - Riżorsi pubbliċi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Aspettattivi leġittimi”])

(2016/C 106/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GFKL Financial Services AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Schweda, S. Schultes-Schnitzlein, J. Eggers u M. Knebelsberger, sussegwentement M. Schweda, J. Eggers, M. Knebelsberger u F. Loose, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment T. Maxian Rusche, M. Adam u R. Lyal, sussegwentement T. Maxian Rusche, R. Lyal u M. Noll-Ehlers, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u K. Petersen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/527/UE, tas-26 ta’ Jannar 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat C 7/10 (ex CP 250/09 u NN 5/10) implimentata mill-Ġermanja Skema għar-riport ta’ telf ta’ taxxa fil-każ tar-ristrutturar ta’ kumpaniji f’diffikultà (“Sanierungsklausel”) (ĠU L 235, p. 26).

Dispożittiv

1)

L-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala infondat.

3)

GFKL Financial Services AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 39, 11.2.2012.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Isotis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/13) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm qafas dwar l-innovazzjoni u l-kompetittività - Kuntratt REACH112 - Rimbors tas-somom antiċipati - Spejjeż eliġibbli”))

(2016/C 106/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Skliris, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo u S. Lejeune, aġenti, assistiti inizjalment minn E. Petritsi, sussegwentement minn E. Roussou, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 272 TFUE, intiżi, prinċipalment, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-finanzjament bil-quddiem li jammonta għal EUR 47 197,93, imħallas lir-rikorrenti abbażi tal-Kuntratt Nru 238940, “REsponding to All Citizens needing Help (REACH112)”, konkluż bejn il-Komunità Ewropea u r-rikorrenti, tiġi ddikjarata infondata u, sussidjarjament, sabiex it-talba tal-Kummissjoni għar-rimbors tal-imsemmi finanzjament bil-quddiem tiġi ddikjarata infondata f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż ippreżentati lill-Kummissjoni għall-ewwel perjodu ta’ riferiment tal-proġett REACH112 li jammontaw għal EUR 13 821,12, kif ukoll, min-naħa l-oħra, kontrotalba intiża sabiex ir-rikorrenti tiġi ordnata tirrimborsa l-finanzjament bil-quddiem imħallas indebitament fil-kuntest ta’ dan il-kuntratt u tħallas interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ Koinonia tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis intiża li jiġi ddikjarat li, peress li l-kundizzjonijiet ġenerali tas-Sitt Programm Qafas ma japplikawx għall-kuntratt inkwistjoni, hija ma tistax tinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa abbażi ta’ dan tal-aħħar u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea kisret il-kuntratt inkwistjoni meta ddikjarat li kellha l-intenzjoni li titlob tali kumpens.

2)

It-talba ta’ Koinonia tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis intiża sabiex tiġi kkonstatata l-infondatezza tat-talba għar-rimbors tal-finanzjament bil-quddiem li hija rċeviet abbażi tal-Kuntratt Nru 238940 “REsponding to All Citizens needing Help (REACH112)” hija milqugħa f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż li hija ddikjarat għall-ewwel perjodu ta’ riferiment tal-proġett REACH112.

3)

Il-kumplament tar-rikors ippreżentat minn Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis huwa miċħud.

4)

It-talba tal-Kummissjoni sabiex Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis tiġi kkundannata tirrimborsa l-finanzjament bil-quddiem li hija rċeviet abbażi tal-Kuntratt Nru 238940 “REsponding to All Citizens needing Help (REACH112)” hija miċħuda f’dak li jirrigwarda l-ispejjeż iddikjarati minnha għall-ewwel perijodu ta’ riferiment tal-proġett REACH112.

5)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni l-ammont ta’ EUR 33 376,81 miżjud bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 4 % fis-sena mid-29 ta’ Ottubru 2013 u sal-ħlas sħiħ ta’ dan l-ammont.

6)

Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis u l-Kummissjoni għandhom isostnu l-ispejjeż rispettivi tagħhomet la Commission supporteront chacune leurs propres dépens.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Italian International Film vs EACEA

(Kawża T-676/13) (1)

([“Programm ta’ apoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) - Miżuri ta’ appoġġ għad-distribuzzjoni transnazzjonali ta’ films Ewropej - Sejħa għall-proposti fil-kuntest tas-sistema ‘selettiva’ 2013 - Att tal-EACEA li informa lir-rikorrenti bir-rifjut tal-applikazzjoni tagħha dwar il-film ‘Only God forgives’ - Att tal-EACEA li tikkonferma r-rifjut iżda li għandha motivi ġodda - Kompetenza - Tqassim ta’ kompiti bejn il-Kummissjoni u l-EACEA - Kompetenza marbuta - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Linji gwida permanenti 2012-2013 - Ftehim ta’ distribuzzjoni materjali jew fiżika - Assenza ta’ notifika minn qabel lill-EACEA - Applikazzjoni mhux eliġibbli”])

(2016/C 106/33)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italian International Film Srl (Rome, l-Italja) (rappreżentanti: A. Fratini, B. Bettelli u M. Bottino, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u D. Homann, aġenti, assistiti minn D. Fosselard u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti għall-għoti ta’ għajnuna għall-film “Only God Forgives”, wara s-sejħa għal proposti EACEA/21/12 MEDIA 2007 – Appoġġ għad-Distribuzzjoni Transnazzjonali ta’ Films Ewropej – l-Iskema “Selettiva” 2013 (ĠU 2012, C 300, p. 5), ippubbikat fil-kuntest tad-Deċiżjoni Nru 1718/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Novembru 2006, dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007) (ĠU L 327, p. 12), stabbilit għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Italian International Film Srl u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Frar 2016 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)

(Kawża T-135/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali kicktipp - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KICKERS - Regola 19 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 - Regola 98(1) tar-Regolament Nru 2868/95 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 106/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicktipp GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Società Italiana Calzature Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentant: G. Cantaluppi, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1061/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Società Italiana Calzature Srl u Kicktipp GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1061/2012-2), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kicktipp GmbH.

3)

Società Italiana Calzature Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – Meica vs UASI – Salumificio Fratelli Beretta (STICK MiniMINI Beretta)

(Kawża T-247/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva STICK MiniMINI Beretta - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti MINI WINI - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96”))

(2016/C 106/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG (Edewecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Labesius, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Salumificio Fratelli Beretta SpA (Barzanò, l-Italja) (rappreżentanti: G. Ghisletti, F. Braga u P. Pozzi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2014 (Każ R 1159/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG u Salumificio Fratelli Beretta SpA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Frar 2014 (Każ R 1159/2013-4) hija annullata sa fejn tiċħad it-talbiet ta’ Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG intiżi għall-bdil tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni dwar is-servizzi fil-klassi 43.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Meica Ammerländische Fleischwarenfabrik Fritz Meinen GmbH & Co. KG, l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Salumificio Fratelli Beretta SpA għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-686/14) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Frott u ħaxix - Settur tal-ipproċessar tat-tadam - Għajnuna lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Spejjeż magħmula mill-Italja - Proporzjonalità - Res judicata”))

(2016/C 106/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assitit minn G. Galluzzo, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianch u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Lulju 2014, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 205, p. 62), sa fejn din tal-aħħar tikkonċerna lir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2016 – PRIMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-722/14) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji tal-għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ vantaġġi marbuta mal-offerta milqugħa - Trasparenza”))

(2016/C 106/37)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: PRIMA – Produtsentska, reklamna, informatsionna i mediyna agentsia AD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentant: Y. Ruskov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Di Paolo, P. Mihaylova u D. Roussanov, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Awwissu 2014 li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti PO/2013-13/SOF, li għandha bħala suġġett l-appoġġ tar-rappreżentazzjoni tal-Kummissjoni fil-Bulgarija fil-kuntest tal-organizzazzjoni tal-avvenimenti pubbliċi, u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, fit-tieni lok, tad-“deċiżjonijiet sussegwenti”, fosthom dik tat-12 ta’ Settembru 2014 li jiġi konkluż il-kuntratt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt pubbliku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PRIMA – Produtsentska, reklamna, informatsionna i mediyna agentsia AD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 462, 22.12.2014.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Frar 2016 – Airpressure Bodyforming vs UASI (Slim legs by airpressure bodyforming)

(Kawża T-842/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Slim legs by airpressure bodyforming - Reġistrazzjoni rrifjutata mill-eżaminatur - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 106/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Airpressure Bodyforming GmbH (Berchtesgaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Martini u M. Fischer, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1570/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Slim legs by airpressure bodyforming bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Airpressure Bodyforming GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Diċembru 2015 – Skype vs UASI – Sky International (SKYPE)

(Kawża T-797/16) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2016/C 106/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype Ultd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Carboni u M. Browne, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock. aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky International AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentanti: D. Rose u J. Curry, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1075/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky International AG u Skype.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Skype Ultd u Sky International AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u kull waħda minnhom għandha tbati nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2016 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway)

(Kawża T-277/15) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Terraway - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti TERRAWAY - Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ħlas tal-ispejjeż tal-appell fit-terminu - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li tiddikjara li l-appell huwa meqjus li ma ġiex ippreżentat - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 106/40)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Permapore Ltd (Nenagh, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Sales, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda (Grijó, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Oehen Mendes, R. Duarte Morais, M. Ribeiro da Fonseca u S. Luís Dias, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Marzu 2015 (Każ R 2496/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda u Permapore Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Permapore għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/35


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – Voigt vs Il-Parlament

(Kawża T-618/15)

(2016/C 106/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Udo Voigt (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla r-rifjut mill-President tal-Parlament Ewropew li jipprovdi aċċess għal bini tal-Parlament Ewropew għall-konferenza stampa tar-rikorrent prevista għas-16 ta’ Ġunju 2015;

tannulla l-projbizzjoni ta’ aċċess imposta mill-President tal-Parlament Ewropew fil-konfront tal-parteċipanti Russi għall-konferenza tas-16 ta’ Ġunju 2015;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati

Ir-rikorrent isostni li ċ-ċaħda tat-talba għall-użu ta’ bini u l-projbizzjoni ta’ aċċess imposta fuq il-parteċipanti Russi jiksru t-Trattati jew l-istandards applikabbli fl-implementazzjoni tagħhom.

Konformement mar-Regoli dwar il-laqgħat tal-gruppi politiċi, tal-4 ta’ Lulju 2005, ir-rikorrent għandu d-dritt li jingħata għad-dispożizzjoni tiegħu l-bini mitlub. L-ebda raġuni għal rifjut eċċezzjonali ma tirriżulta għaliex il-bini ma kienx okkupat fil-ħin rilevanti u l-konferenza stampa prevista ma kinitx tikkostitwixxi periklu la għas-sigurtà u lanqas għall-funzjonament tajjeb tal-Parlament. B’hekk, ir-rikorrent ġie prekluż milli jipprovdi informazzjoni dwar ix-xogħol Parlamentari tiegħu.

Il-projbizzjoni ta’ aċċess imposta fuq il-mistednin Russi tikser il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika u n-nazzjonalità [Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea].

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

Ir-rikorrent isostni li l-atti tal-President tal-Parlament Ewropew huma manifestament totalment arbitrarji u dijametrikament opposti għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita fid-dritt primarju.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/36


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – M/S. Indeutsch International vs UASI – Crafts Americana Group (Rappreżentazzjoni ta’ kurvi rripetuti bejn linji paralleli)

(Kawża T-20/16)

(2016/C 106/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M/S. Indeutsch International (Noida, l-Indja) (rappreżentanti: D. Stone, D. Meale, A. Dykes, Solicitors, u S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Crafts Americana Group, Inc. (Vancouver, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja (Rappreżentazzjoni ta’ kurvi rripetuti bejn linji paralleli) – trade mark Komunitarja Nru 8 884 264

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1814/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv(i) invokat(i)

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/37


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Comprojecto-Projectos e Construções u oħrajn vs BĊE

(Kawża T-22/16)

(2016/C 106/43)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Comprojecto-Projectos e Construções, Lda (Lisbon, il-Portugall), Julião Maria Gomes de Azevedo (Lisbon), Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo (Lisbon) u Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (Lisbon) (rappreżentant: M.A. Ribeiro, avukat)

Konvenuta: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara, skont l-Artikolu 265 TFUE, li l-Bank Ċentrali Ewropew, peress li naqas milli jagħti segwitu għall-ilment ippreżentat mir-rikorrenti fis-27 ta’ Novembru 2015, naqas inġustament milli jagħti deċiżjoni, minkejja l-fatt li kien ġie mitlub jagħmel dan.

alternattivament, tannulla, skont l-Artikoli 263 u 264 TFUE, id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew.

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew, skont l-Artikolu 340 TFUE u l-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sabiex jikkumpensa lir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 4 199 780,43, flimkien mal-interessi fuq il-ħlas tardiv bir-rata li tapplika skont il-liġi sal-ħlas attwali.

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew sabiex iħallas l-ispejjeż, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

1.

Rifjut mhux fondat, permezz ta’ ommissjoni jew nuqqas ta’ teħid ta’ deċiżjoni, tat-talba magħmula lill-Bank Ċentrali Ewropew sabiex jieħu azzjoni abbażi ta’ ilment ippreżentat mir-rikorrenti fis-27 ta’ Novembru 2015, relatat ma’ ċertu atti illegali u mhux fondati mwettqa mill-Banco de Portugal.

2.

Nuqqas ta’ imparzjalità, trasparenza, integrità, kompetenza, effiċjenza u responsabbiltà, ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza quddiem il-liġi (ksur tal-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali).

3.

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, ksur tat-trattati u tal-istat tad-dritt dwar l-applikazzjoni tagħhom, l-abbuż ta’ poter.

4.

Trattament favorevoli u protezzjoni tal-IC Millenium/Bcp dwar l-użu tas-sistema finanzjarja għall-ħasil tal-flus u nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment liberu tal-kapital.

5.

Ksur tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali).


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/38


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – Sovena Portugal – Consumer Goods vs UASI – Mueloliva (FONTOLIVA)

(Kawża T-24/16)

(2016/C 106/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sovena Portugal – Consumer Goods, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: D. Martins Pereira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mueloliva, SL (Cordoba, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “FONTOLIVA” li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 107 792 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1813/2014-2

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors

tiċħad id-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi;

tirrettifika d-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi tal-motivi invokati f’dan ir-rikors u tiddikjara l-għoti ta’ protezzjoni lit-trade mark internazzjonali Nru 1 107 792 FONTOLIVA fir-rigward tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-kawża għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi invokati

Skadenza tat-trademark preċedenti Spanjola Nru 780 071 FUENOLIVA;

Insuffiċjenza tal-prova ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti;

Ineżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

eżistenza ta’ żewġ trade marks preċedenti FONTOLIVA fi Spanja.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Haw Par vs UASI – Cosmowell (GelenkGold)

(Kawża T-25/16)

(2016/C 106/45)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Haw Par Corp. Ltd (il-Belt ta’ Singapore, Singapore) (rappreżentanti: R. Härer, C. Schultze, J. Ossing, C. Weber, H. Ranzinger, C. Gehweiler, C. Brockmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “GelenkGold” – Trade mark Komunitarja Nru 9 957 978

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1907/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/39


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Caffè Nero Group vs UASI (CAFFÈ NERO)

(Kawża T-29/16)

(2016/C 106/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Caffè Nero Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Cassidy, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CAFFÈ NERO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 238 019

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 410/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha Nru 13 238 019;

tiċħad ir-raġunijiet għal rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja abbażi tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) u tal-Artikolu 7(2);

tawtorizza l-ammissjoni u l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedura odjerna.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/40


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – M.I.Industries vs UASI – Natural Instinct (Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended)

(Kawża T-30/16)

(2016/C 106/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M.I. Industries, Inc. (Lincoln, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Elias, Barrister, B. Cookson, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Natural Instinct Ltd (Camberley, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Natural Instinct Dog and Cat food as nature intended” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 438 074

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2944/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni Nru B 002 181 272 tar-rikorrenti u tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 438 074 ta’ NIL; sussidjarjament, tiddikjara li r-rikorrenti pproduċiet prova tal-użu ġenwin tat-trade marks Komunitarji tagħha Nru 5 208 418 u Nru 5 208 201 għall-finijiet tal-oppożizzjoni Nru B 002 181 272, u tibgħat lura l-kawża lill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI sabiex jiddeċiedi l-kwistjonijiet imqajma fir-rigward ta’ kull waħda minn dawn it-trade marks taħt l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja; b’mod iktar sussidjarju, tibgħat lura l-kawża fl-intier tagħha lill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/41


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – adp Gauselmann vs UASI (Juwel)

(Kawża T-31/16)

(2016/C 106/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Juwel” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 426 888

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2571/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

La l-Artikolu 7(1)(b) u lanqas l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 ma huma applikabbli.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/42


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2016 – Sony Computer Entertainment Europe vs UASI – Vieta Audio (Vita)

(Kawża T-35/16)

(2016/C 106/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sony Computer Entertainment Europe Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vieta Audio, SA (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Vita” – Trade mark Komunitarja Nru 9 993 361

Proċedimenti quddiem il-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 2232/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/42


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2016 – Caffè Nero Group vs UASI (CAFFÈ NERO)

(Kawża T-37/16)

(2016/C 106/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Caffè Nero Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: L. Cassidy, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CAFFÈ NERO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 436 175

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 954/2015-1

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 13436175 għar-reġistrazzjoni;

tirrinunzja għall-oġġezzjonijiet għall-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja skont l-Artikoli 7(1)(b), (c) u (g) u l-Artikolu 7(2);

tilqa’ l-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja sabiex tipproċedi għall-aċċetttazzjoni u r-reklamar tal-oġġetti u tas-servizzi kollha;

tordna lill-UASI sabiex iħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (g) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/43


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2016 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Fink (NANA FINK)

(Kawża T-39/16)

(2016/C 106/51)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nadine Fink (Basel, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “NANA FINK” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru IR 1 111 651 li tindika lill-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 679/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata rigward il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 2 125 543 (applikazzjoni għal trade mark internazzjonali Nru IR 1 111 651);

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/44


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2016 – 1&1 Telecom vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/16)

(2016/C 106/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 1&1 Telecom GmbH (Montabaur, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Murach, lawyer u P. Alexiadis, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tad-19 ta’ Novembru 2015, adottata mid-direttur ġenerali tal-kompetizzjoni, marbuta mal-implementazzjoni ta’ miżuri korrettivi mhux-ORM fil-Każ COMP/M.7018 – Telefónica Deutschland/E-Plus (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni”) li ddikjarat l-ittra ta’ impenn volontarju b’mod konformi mal-impenji definittivi u mad-dritt tal-Unjoni;

tordna li l-Kummissjoni teżiġi li Telefónica Deutschland tipproduċi ittra ġdida ta’ impenn volontarju li tkun strettament limitata għall-obbligu li huwa impost fuqha skont il-punt 78 tal-impenji definittivi approvati mid-deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti, skont l-Artikolu 87 tal-verżjoni kkonsolidata tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li billi adottat id-deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet żbalji manifesti ta’ liġi peress li la t-Trattati, la r-regolament tal-Unjoni Ewropea dwar il-konċentrazzjonijiet, la d-deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni u lanqas l-impenji definittivi ma jippermettu l-klawżola 2.3 tal-ittra ta’ impenn volontarju kif aċċettata mid-deċiżjoni.

2.

Fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li billi adottat id-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni wettqet abbuż ta’ poter billi ħadet kont ta’ kunsiderazzjonijiet estranji għall-kompetizzjoni, bi ksur tat-Trattati, tar-Regolament dwar il-konċentrazzjonijiet u tad-deċiżjoni ta’ konċentrazzjoni.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/45


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Azanta vs UASI – Novartis (NIMORAL)

(Kawża T-49/16)

(2016/C 106/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Azanta A/S (Hellerup, id-Danimarka) (rappreżentant: M. Hoffgaard Rasmussen, lawyer)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja “NIMORAL” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 12 204 079

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 634/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/45


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2016 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Diċembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 45/11, De Nicola vs BEI

(Kawża T-55/16)

(2016/C 106/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

tilqa’ dan l-appell u, permezz ta’ riforma parzjali tas-sentenza appellata, tannulla l-paragrafi 2 u 3 tad-dispożittiv kif ukoll il-punti 61 sa 67 tas-sentenza stess;

konsegwentement, tikkundanna lill-BEI għar-riżarċiment tad-danni subiti minn C. De Nicola, kif mitlub fir-rikors promotur jew, sussidjarjament, tirrinvijja l-kawża quddiem Awla oħra tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, diversament presedut, bil-għan li mill-ġdid tingħata deċiżjoni fuq il-punti annullati. Tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-kawża odjerna hija, essenzjalment, l-istess bħall-kawżi F-55/08 u F-59/09 li ġew ippreżentati kontra l-Bank Ewropew.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jispeċifika li s-sentenza appellata ma tatx deċiżjoni fuq it-talbiet intiżi għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni relattiv għas-sena 2009, tad-deċiżjoni tal-25 ta’ Marzu 2010 li tirrifjuta l-promozzjoni, tal-linji gwida għas-sena 2009, taż-żewġ ittri tal-President tal-BEI datati s-17 u t-30 ta’ Novembru 2010 u ta’ “l-atti kollha konnessi, konsekuttivi u preliminari”.

Insostenn tal-appell tiegħu l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-obbligu li jiġu annullati l-linji gwida għas-sena 2009 u l-ittri tal-President tal-BEI tas-17 ta’ Novembru 2010 u tat-30 ta’ Novembru 2010.

F’dan ir-rigward, l-appellant jikkonferma b’mod partikolari li kieku t-Tribunal kellu jiddeċiedi li l-linji gwida inkwistjoni huma illegali, l-annullament tagħhom ikun jobbliga lill-appellat iwettaq l-evalwazzjoni tiegħu skont kriterji iktar korretti u iktar rispettużi fir-rigward tal-appellat u d-drittijiet tiegħu.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq in-natura kuntrattwali tar-rapport bejn l-appellat u l-BEI.

F’dan ir-rigward, l-appellat isostni li huwa talab ir-riżarċiment tad-danni abbażi tar-responsabbiltà kuntrattwali tal-appellat u mhux inkonnessjoni mar-responsabblità mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea. Is-sentenza appellata tassimila, inter alia, l-aġenti tal-BEI mal-uffiċċjali ta’ istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, filwaqt li r-relazzjoni ta’ xogħol inkwistjoni taqa’ taħt id-dritt privat, fatt li għaldaqstant jirrendi l-leġiżlazzjoni marbuta mal-uffiċjali inapplikabbli għall-każ odjern.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq it-talba għall-kundanna għar-riżarċiment tad-danni materjali u morali

L-appellant jikkunsidra li l-konklużjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata f’dan ir-rigward huma manifestament żbaljati kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt u li, konsegwentement, huma sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt tiegħu għal tali riżarċiment.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2016 – Klass vs UASI – F. Smit (PLAYSEAT u PLAYSEATS)

(Kawża T-540/14) (1)

(2016/C 106/55)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Bulté u Krempa vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/14) (1)

((Servizz pubbliku - Aventi każwa ta’ ex uffiċjal de cujus - Pensjonijiet - Pensjonijiet tas-superstiti - Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - Irregolarità tal-ħlas - Irregolarità tal-ħlas manifesta - Assenza))

(2016/C 106/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hilde Bulté u Tom Krempa (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Lombaert u A. Surny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement G. Gattinara, aġent)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni retroattiva tal-pensjonijiet tas-superstiti mogħtija lir-rikorrenti u li tordna l-irkupru tas-somom żejda rċevuti indebitament.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-22 ta’ Novembru 2013, kif tirriżulta mill-opinjoni tal-Uffiċċju “Ġestjoni u likwidazzjoni tad-drittijiet individwali” tal-istess jum, li timmodifika, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Awwissu 2010, il-pensjonijiet mogħtija lil H. Bulté u T. Krempa rispettivament, bħala aventi kawża tal-ex uffiċjal de cujus, u li tirkupra s-somom li ngħatawlhom indebitament għall-perijodu mill-1 ta’ Awwissu 2010 sax-xahar ta’ Novembru 2013, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil H. Bulté u lil T. Krempa s-somom li tnaqqsu mill-pensjoni rispettiva tagħhom, skont id-deċiżjoni msemmija fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 7, 12/01/2015, p. 49.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-5 ta’ Frar 2016 – GV vs SEAE

(Kawża F-137/14) (1)

((Servizz Pubbliku - Persunal tas-SEAE - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Raġunijiet għat-tkeċċija - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Dritt għal smigħ - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Danni materjali - Danni morali)

(2016/C 106/57)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: GV (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li tirrexxindi l-kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat tar-rikorrent u talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Dispożittiv

1.

Id-deċiżjoni tad-29 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha d-direttur tad-Direttorat “Riżorsi Umani” tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li qed jaġixxi bħala awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg, iddeċieda li jirrexxindi il-kuntratt ta’ impjieg ta’ GV b’effett mill-31 ta’ Awwissu 2014 hija annullata.

2.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna huwa kkundannat iħallas lil GV, b’kumpens tad-danni morali subiti minn dan tal-aħħar, ammont ta’ EUR 5 000.

3.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż esposti minn GV.


(1)  ĠU C 34, 2/2/2015, p. 54.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-56/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali rtirati - Pensjoni tal-irtirar - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Aġġornament interim - Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Limitu ta’ apprezzabbiltà - Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja - Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur - Portata - Regolament Nru 1416/2013 - Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka - Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament interim - Użu ħażin ta’ poter))

(2016/C 106/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Adrian Barnett (Roskilde, id-Danimarka) u Sven-Ole Mogensen (Hellerup, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab b’riżultat tal-informazzjoni diverġenti u kontradittorja għall-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A. Barnett u S. Mogensen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 213, 29/06/2015, p. 46.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Clausen u Kristoffersen vs Il-Parlament

(Kawża F-62/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali rtirati - Pensjoni tal-irtirar - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Aġġornament interim - Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Limitu ta’ apprezzabbiltà - Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja - Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur - Portata - Regolament Nru 1416/2013 - Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka - Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżm ta’ aġġornament interim - Użu ħażin ta’ poter))

(2016/C 106/59)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Svend Leon Clausen (Jyllinge, id-Danimarka) u Niels Kristoffersen (Køge, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab b’riżultat tal-informazzjoni diverġenti u kontradittorja għall-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S.L. Clausen u N. Kristoffersen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 213, 29.6.2015, p. 49.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/50


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Barnett u Mogensen vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-66/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali rtirati - Pensjoni tal-irtirar - Artikolu 64 tar-Regolamenti tal-Persunal - Koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Aġġornament annwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni - Artikolu 65(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Aġġornament interim - Artikoli 3, 4 u 8 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal - Limitu ta’ apprezzabbiltà - Varjazzjoni tal-għoli tal-ħajja - Artikolu 65(4) tar-Regolamenti tal-Persunal - Assenza ta’ aġġornament għas-snin 2013 u 2014 deċiża mil-leġiżlatur - Portata - Regolament Nru 1416/2013 - Sovravalutazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għad-Danimarka - Tnaqqis tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni mill-mekkaniżmu ta’ aġġornament interim - Użu ħażin ta’ poter))

(2016/C 106/60)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Adrian Barnett (Roskilde, id-Danimarka), Suzanne Ditlevsen (Copenhagen, id-Danimarka) u Annie Madsen (Frederiksberg, id-Danimarka) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Comité économique et social européen (rappreżentanti: K. Gambino, A. Carvajal, L. Camarena Januzec u X. Chamodraka, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jnaqqsu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjoni tar-rikorrenti, li jirrisjedu fid-Danimarka, kif tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet tal-pensjoni tagħhom tax-xahar ta’ Ġunju 2014 u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab b’riżultat tal-informazzjoni diverġenti u kontradittorja għall-motivazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A. Barnett, S. Ditlevsen u A. Madsen għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż sostnuti mill-Comité économique et social européen.


(1)  ĠU C 213, 29.06.2015, p. 50.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/50


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Frar 2016 – Fedtke vs KESE

(Kawża F-107/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Irtirar ex officio - Età tal-irtirar - Talba ta’ żamma fil-kariga lil hinn mil-limitu ta’ età, - It-tieni paragrafu tal-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal - Interess tas-servizz - Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura - Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża))

(2016/C 106/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ingrid Fedtke (Wezembeek-Oppen, il-Belġju) (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenuta: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: K. Gambino, A. Carvajal, L. Camarena Januzec u X. Chamodraka, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

It-talba li tiġi annullata d-deċiżjoni li tqiegħed lir-rikorrenti taħt l-iskema tal-pensjoni b’effett mil-31 ta’ Diċembru 2014 u d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tagħha għal estensjoni fis-servizz.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

I. Fedtke għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.


(1)  ĠU C 320, 28/9/2015, p. 53.


21.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 106/51


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Jannar 2016 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-2/16)

(2016/C 106/62)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H.-E. von Harpe, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, li ma jħallasx lir-rikorrent l-ispejjeż tiegħu tat-trasferiment miż-Żambja lejn il-Belġju.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-12 ta’ Marzu 2015;

u, fejn xieraq, tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment

tikkundanna lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll dawk tal-proċedura prekontenzjuża.