ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 103

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
18 ta' Marzu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 103/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2016/C 103/02

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2016/C 103/03

Rapport Speċjali Nru 9/2016 — L-infiq tal-UE fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant sal-2014

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 103/04

Sejħa għall-proposti f’konformità mal-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1587)

4

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 103/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7950 — EGB/GP) ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 103/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Marzu 2016

(2016/C 103/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1311

JPY

Yen Ġappuniż

126,28

DKK

Krona Daniża

7,4553

GBP

Lira Sterlina

0,78218

SEK

Krona Żvediża

9,2935

CHF

Frank Żvizzeru

1,0959

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4768

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,044

HUF

Forint Ungeriż

310,05

PLN

Zloty Pollakk

4,2895

RON

Leu Rumen

4,4776

TRY

Lira Turka

3,2366

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4828

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4701

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7744

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6555

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5314

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 312,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,4138

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,3317

HRK

Kuna Kroata

7,5353

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 749,54

MYR

Ringgit Malażjan

4,5917

PHP

Peso Filippin

52,385

RUB

Rouble Russu

77,3560

THB

Baht Tajlandiż

39,351

BRL

Real Brażiljan

4,1438

MXN

Peso Messikan

19,8183

INR

Rupi Indjan

75,3790


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/2


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 103/02)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Litwanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-kultura Baltika

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri diska tal-ambra, wieħed mill-iktar simboli karatteristiċi tal-kultura Baltika. Id-diska hija mżejna b’tikek imtaqqbin forma ta’ salib — ornament li jissimbolizza l-assi tad-dinja. Fin-naħa ta’ fuq hemm isem il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LIETUVA”, maġenb il-marka taz-zekka u s-sena tal-ħruġ “2016”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : L-ewwel sitt xhur tal-2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Il-Qorti tal-Awdituri

18.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/3


Rapport Speċjali Nru 9/2016

“L-infiq tal-UE fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant sal-2014”

(2016/C 103/03)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 9/2016 “L-infiq tal-UE fuq il-politika esterna dwar il-migrazzjoni fil-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar tal-Mediterran u l-Viċinat tal-Lvant sal-2014” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu jew mill-EU Bookshop: https://bookshop.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/4


Sejħa għall-proposti f’konformità mal-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020

(Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1587)

(2016/C 103/04)

Id-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea, qiegħed b’dan jiftaħ sejħa għall-proposti sabiex jitqassmu għotjiet f’konformità mal-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma multiannwali fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014–2020.

Qed jintlaqgħu proposti għal din is-sejħa:

CEF-Energy-2016-1

L-ammont indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-proposti huwa ta’ EUR 200 miljun.

Il-proposti għandhom jitressqu sat-28 ta’ April 2016.

It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti huwa disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/inea/en/connecting-europe-facility/cef-energy/calls/2016-cef-energy-first-calls-proposals


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7950 — EGB/GP)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 103/05)

1.

Fl-10 ta’ Marzu 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Česká spořitelna, a.s. (“CSAS”, ir-Repubblika Ċeka); Slovenská sporiteľňa, a.s. (“SLSP”, is-Slovakkja) u Banca Comercială Română S.A. (“BCR”, ir-Rumanija), li jappartjenu lil Erste Group Bank AG (“EGB”, l-Awstrija) min-naħa l-waħda, u Global Payments Inc. (“GP”, l-Istati Uniti tal-Amerika) fuq in-naħa l-oħra, jakkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Global Payments s.r.o. (il-joint venture, “JV”) permezz ta’ trasferiment tal-assi u x-xiri f’kumpanija mwaqqfa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   EGB: il-provvista ta’ servizzi bankarji, servizzi finanzjarji u servizzi ta’ pagamenti fosthom servizzi ta’ affiljzzjoni ta’ kummerċjanti fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant,

—   GP: il-provvista ta’ servizzi ta’ pproċessar tal-pagamenti bil-kard, fosthom servizzi ta’ affiljazzjoni ta’ kummerċjanti fiż-ŻEE, kif ukoll globalment,

—   JV: il-provvista ta’ servizzi ta’ affiljazzjoni ta’ kummerċjanti fir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja u r-Rumanija.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7950 — EGB/GP, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2016/C 103/06)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1)

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“STRACHITUNT”

Nru tal-UE: PDO-IT-02092 — 24.11.2015

DOP( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Consorzio per la Tutela dello Strachitunt Valtaleggio

irreġistrat fi Piazza Don Arrigoni

7 c/o Sede Comunale

24010 Vedeseta (BG)

L-ITALJA

Tel.: +39 3355754211

e-mail

:

info@strachitunt.it

consorziostv@pec.it

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Titlu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwat mill-emenda

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [għad irid jiġi ppreċiżat]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrat li għandha tiġi kwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrat li għandha tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda fid-dokument uniku ppubblikat.

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ DOP jew IĠP rreġistrat li għandha tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha dokument uniku (jew l-ekwivalenti) ma ġiex ippubblikat.

Emenda fl-ispeċifiċità tal-prodott ta’ STG rreġistrata li għandha tiġi kkwalifikata bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Id-deskrizzjoni tal-prodott ġiet emendata f’dik il-parti li tirreferi għall-għoli tal-għarqub tal-forma li jrid ikun bejn 10 sa 18-il ċentimetru minflok 15 sa 18-il ċentimetru;

It-talba għal emenda hija ġġustifikata minħabba l-ħtiġijiet tas-suq li qed jinbidlu. Wara r-reġistrazzjoni tal-prodott bħala DOP f’Marzu 2014, ġie nnutat apprezzament dejjem jikber tal-ġobna Strachitunt fost il-konsumaturi u interess ikbar fost id-distributuri. Il-preżenza ta’ dan il-prodott DOP f’wied żgħir fil-muntanji ġabet aktar turiżmu, żieda fid-domanda għall-prodott lokali u fil-bejgħ dirett tiegħu u tagħat spinta lil prodotti oħra lokali, u b’hekk ħeġġet u xprunat l-ekonomija ġenerali ta’ din iż-żona fil-muntanja. Madankollu ġie nnutat li hemm iktar interess fost ix-xerrejja għall-forom li għandhom għarqub aktar baxx u li allura huma ta’ daqs ftit iżgħar. Dawn il-ġobniet iżgħar jissodisfaw il-bżonnijiet tax-xerrejja diretti, li japprezzaw porzjonijiet żgħar u fl-istess ħin ukoll dawk tal-bejjiegħa l-kbar, peress li l-ġobniet jilħqu aħjar il-ħtiġijiet tagħhom għal prodotti ppakkjati minn qabel; fl-aħħar nett, huma wkoll jiġbdu l-klijenti barranin li jibqgħu affaxxinati mill-prodott iżda li ma jkunux jixtiequ jġorru d-dar ġobniet li huma tqal wisq. Sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet ġodda tal-konsumaturi u tad-distributuri, huwa importanti li t-talba għal emenda minuri tintlaqa’, fid-dawl tal-fatt li din il-bidla fil-parametri ma taffettwax l-istadji ta’ wara fl-ipproċessar, il-proċess tal-maturazzjoni jew, l-iktar importanti, il-karatteristiċi tal-prodott finali, li għadhom kif stabbilit fl-ispeċifikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“STRACHITUNT”

Nru tal-UE: PDO-IT-02092 — 24.11.2015

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   L-isem

“Strachitunt”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-Istrachìtunt huwa ġobon tat-tursina magħmul mill-ħalib tal-baqra xaħmi u mhux ipproċessat, bl-użu tat-teknika antika taż-żewġ baqtiet u mmaturat għal żmien minn medju sa twil għal mill-inqas 75 jum.

L-Istrachitunt għandu qoxra rqiqa u ħarxa, ta’ ebusija medja, li xi kultant tkun fjurita, u hija ta’ kulur safrani imma li tibda tkanġi fil-griż iktar ma timmatura.

Il-forma tiegħu hija ċilindrika bil-ġnub ċatti u jvarja fid-dijametru minn 25 cm għal 28 cm b’għarqub dritt jew kemmxejn fit-tond ta’ għoli minn 10 cm sa 18-il cm. Kull ġobna tiżen bejn 4 u 6 kg.

Meta jinqatal-Istrachitunt is-sensazzjoni tiegħu hija ta’ baqta maqgħuda rħamata, li tinħall taħt il-qoxra bi strixxi kremużi u vini ħodor li jkanġu fil-blu mill-formazzjoni tat-tursina. Il-grad tat-tursina tal-baqta jvarja skont in-numru ta’ spori li huma preżenti b’mod naturali fil-ħalib u għall-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw.

It-togħma hija aromatika u intensa, u tvarja minn ħafifa għal pikkanti u tista’ żżid aktar fil-qawwa waqt l-andament tal-maturazzjoni.

Il-kontenut tax-xaħam, meħud fuq il-ġobna xotta huwa mill-anqas 48 %

3.3.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Jintuża ħalib mhux ipproċessat, miġbur minn żewġ ħalbiet separati fejn mill-anqas 90 % tat-total jittieħed minn baqar tar-razza Bruna.

Matul il-proċess tat-trasformazzjoni jiġu użati tames tal-għoġol u melħ li jistgħu jinxtraw mis-suq.

Il-ħalib għall-produzzjoni tal-Istrachitunt ġej minn irziezet fejn il-ħaxix u/jew it-tiben minn mergħat b’ħaxix imħallat jiffurmaw mill-anqas 65 % tal-materja xotta totali tad-dieta tal-bhejjem. Mill-anqas 90 % ta’ dan l-għalf, li jikkorrispondi għal madwar 60 % tad-dieta tal-bhejjem, irid jiġi miż-żona identifikata fil-punt 4 hawn taħt. Id-dieta tal-annimal tista’ tinkludi wkoll ċereali kkonċentrati (qamħirrun, xgħir, qamħ), legumi (sojja) u prodotti inċidentali tal-istess prodotti b’perċentwal taħt il-35 % tal-materja xotta, b’dożi ta’ melħ u kumplessi ta’ minerali jew vitamini bħala supplimenti.

Huwa pprojbit l-użu ta’ ħaxix tal-qamħirrum maħżun.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-proċess tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata deskritta fil-punt 4 hawn taħt, inkluż it-trobbija tal-baqar, il-ħlib, il-ġbir u l-ipproċessar tal-ħalib u x-xogħol u l-maturazzjoni tal-ġobon.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni reġistrata

It-tqattigħ f’porzjonijiet u l-ippakkjar tal-ġobna “Strachitunt” D.O.P. jista’ jsir anki barra miż-żona ġeografika ta’ produzzjoni. Il-kumpaniji li jqattgħu u jippakkjaw il-ġobon għandhom jinfurmaw il-Consorzio di Tutela (Konsorzju Superviżorju) tal-Istrachitunt qabel ma jwettqu attivitajiet bħal dawn.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih qed jirreferi l-isem irreġistrat

Il-ġobon “Strachitunt” huwa kkumerċjalizzat f’forma sħiħa u/jew mqattgħa f’porzjonijiet u huwa rilaxxat għal konsum bil-logo (Figura) stampat fuq naħa minnhom u d-data tal-produzzjoni stampata fuq l-għarqub.

Il-forom sħaħ ikkumerċjalizzati jrid ikollhom ukoll fuq in-naħa ta’ fuq, tabella ta’ identifikazzjoni bl-isem “Strachitunt” u l-logo (Figura). Jekk ikun maqtugħ f’biċċiet, l-ippakkjar estern tal-ġobon irid juri l-logo ripetutament (Figura)

Figura

Logo (simbolu grafiku)

Image

4.   Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Taleggio, Vedeseta, Gerosa u Blello, li jinsabu fil-provinċja ta’ Bergamo b’altitudini minima ta’ 700 m ‘l fuq mill-baħar. Dawn it-territorji, partijiet minhhom jew fl-intier tagħhom jiffurmaw il-Valtaleggio.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-Wied ta’ Taleggio, li jinsab fil-qalba tal-Prealpi Orobie b’parti konsiderevoli fil-park naturali tal-Orobie madwar Bergamo, m’għandhux attivitajiet industrijali jew sorsi ta’ tniġġis fi ħdan il-fruntieri tiegħu, u jgawdi minn pożizzjoni li hija iżolata b’mod suffiċjenti biżżejjed meta mqabbla mal-Pjanura Lombarda konġestjonata u żoni li huma l-aktar abitati. Din is-sitwazzjoni tippermetti lill-Wied ta’ Taleggio jżomm żoni li mhumiex kontaminati fejn in-natura tiffjorixxi, u dawn għandhom influwenza pożittiva fuq l-attivitajiet kollha ta’ produzzjoni fiż-żona.

Apparti mill-fatt li huma ġirien, id-distretti identifikati hawn fuq għandhom inkomuni wkoll karatteristiċi ġeo-antropiċi. Il-prevalenza ta’ mergħat għar-ragħa tirrappreżenta ambjent ideali għat-trobbija tal-bhejjem u r-ragħa alpin li jippermettu l-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ħalib li huwa intenzjonat għall-preparazzjoni tal-ġobon Strachitunt. Il-proporzjon għoli ta’ baqar Bruna fiż-żona huwa tipiku tat-trobbija tal-baqar f’dan ir-reġjun muntanjuż. Il-lokazzjoni taż-żona ta’ oriġini tiggarantixxi li l-annimali jkollhom mill-anqas sitt xhur jirgħu l-ħaxix kull sena, u dan itejjeb il-kwalità tal-ħalib, li huwa dipendenti ħafna fuq il-kisba ta’ livell ottimu tal-benessri tal-annimali. Il-kombinazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet u l-klima ġenerali ta’ dan ir-reġjun muntanjuż b’altitudini ta’ mill-anqas 700 m ‘l fuq mil-livell tal-baħar, flimkien mal-imħażen fejn il-ġobon jiġi mmaturat, għadhom sal-lum l-aqwaambjent għall-produzzjoni ta’ diversi tipi differenti ta’ ġobon artab. Iż-żona ġeografika tikkonsisti f’lokalitajiet bi tradizzjoni storika u ta’ trobbija tal-bhejjem tal-ħalib iddokumentata u għalhekk it-tekniki użati fil-produzzjoni u fil-maturazzjoni tal-Istrachitunt ilhom ikkonsolidati żmien twil.

Fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni, il-ħalib huwa proċessat jew direttament fis-sit alpin tar-ragħa, jew inkella fi rziezat oħra fir-reġjun: fl-ewwel każ, il-ħalib m’hemmx bżonn li jiġi ttrasportat, fit-tieni każ jiġi ttrasportat distanza żgħira biss.

Barra minn hekk, it-tħaddim ta’ tekniki tradizzjonali, bħalma hu l-metodu taż-żewġ baqtiet u l-użu tax-xorrox aċiduż bħala prodott għat-tindif taż-żjut biex jitnaddfu l-btieti tat-tisħin u l-utensili, iħares l-ambjent u l-mikroflora li hija preżenti b’mod naturali fl-ambjent tax-xogħol, filwaqt li jirrispettaw is-saħħa tal-prodott lest. Irziezet fiż-żona ta’ oriġini fil-biċċa l-kbira jużaw imħażen taħt l-art biex jimmaturaw il-ġobon, b’sistemi ta’ tkessiħ “statiċi” li fil-biċċa l-kbira jisfruttaw it-temperaturi baxxi tal-klima. Dan huwa possibbli minħabba l-forma tal-wied, fejn iż-żoni li qegħdin fuq il-lemin tan-nixxiegħa Enna għandhom esponiment għax-xemx limitat ħafna anke fil-perjodu tas-sajf. Dawn il-kundizzjonijiet jikkontribwixxu għall-grad li jvarja tat-tursina li jikkaratterizza lill-ġobon.

Il-ġobon Strachìtunt huwa l-prodott miksub mit-teknika antika tal-produzzjoni tal-ġobon taż-żewġ baqtiet. Din it-teknika teħtieġ l-użu ta’ żewġ baqtiet: waħda sħuna u l-oħra kiesħa li jinkisbu madwar 12-il siegħa ‘l bogħod minn xulxin minn żewġ ħalbiet ta’ kuljum.

Il-baqtiet jiġu magħquda ma’ xulxin u mħallta biex jiffurmaw ġobna waħda.

Il-metodu ta’ produzzjoni partikolari tiegħu, flimkien mal-preżenza tat-tursina li tvarja skont il-preżenza tal-moffa naturali (iż-żieda ta’ kwalunkwe tilqima ta’ fungu fil-ħalib hija projbita), u s-sensazzjoni tiegħu ta’ baqta, irħamata, li tinħall taħt il-qoxra, bil-preżenza ta’ strixxi kremużi, huma l-karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwu l-Istrachitunt.

Il-metodu użat biex jiġi prodott l-Istrachitunt jitnissel mill-karatteristiċi morfoloġiċi taż-żona tal-Valtaleggio, li ffurmaw l-iżvilupp ta’ rziezet żgħar fejn ġobnijiet kienu jsiru għal konsum privat.

Barra minn hekk it-trobbija tal-baqar Bruna, bil-kapaċità eċċezzjonali tagħhom li jadattaw għall-ħamrija tal-muntanja u l-kundizzjonijiet klimatiċi, influwenzat u tkompli tinfluwenza l-karatteristiċi tal-ħalib.

Storikament, kien jeħtieġ li jiġu prodotti ġobnijiet b’ħalib mhux ipproċessat maħduma fi btieti tar-ram minħabba li l-injam kien jintuża bħala kombustibbli, li ma kienx jippermetti li l-ħalib jiġi trattat bis-sħana.

It-teknika taż-żewġ baqtiet żviluppat ukoll b’riżultat tan-neċessità tal-ipproċessar tal-ħalib immedjatament wara li jiġi maħlub, minħabba li kien impossibbli li jinżamm imkessaħ; dan il-metodu ppermetta li l-baqta sħuna tintuża malli tkun għadha kif tinkiseb flimkien mal-baqta kiesħa mill-ipproċessar preċedenti tal-ħalib.

Dan il-metodu tal-ipproċessar ifisser li l-kwalitajiet kimiċi, fiżiċi u mikrobioloġiċi tal-ħalib u tal-prodott lest jintrabtu mill-qrib ħafna. It-tursina tiġi mill-preżenza naturali tal-ispori tal-moffa fil-ħalib u fil-postijiet fejn il-ġobon jimmatura. Din il-moffa kapaċi li tiżviluppa minħabba fit-tekniki speċjali tal-produzzjoni u fil-prattika li jittaqbu toqob fil-ġobon filwaqt li jkun qed jimmatura.

L-attivitajiet kollha li jsiru matul il-produzzjoni tal-Istrachitunt huma marbuta b’mod inseparabbli mal-ambjent ġeografiku u t-tradizzjonijiet li jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra maż-żmien, li jiddeterminaw il-karatteristiċi partikolari tal-prodott lest.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit tal-Internet li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq il-kliem “Prodotti DOP IGP” (fil-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) imbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar billi jikklikkja fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.