ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 101

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
17 ta' Marzu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 101/01

Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 101/02

Rata tal-kambju tal-euro

4

2016/C 101/03

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 101/04

Sejħa għal proposti — EACEA 14/2016 — Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE: Proġetti għall-iskjerament ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE superjuri u subalterni biex jappoġġjaw u jikkumplimentaw l-għajnuna umanitarja f’pajjiżi terzi, b’enfasi fuq it-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli u affettwati mid-diżastri u l-implimentazzjoni tal-organizzazzjonijiet

6

 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

2016/C 101/05

Sejħa pubblika għall-proposti — GP/DSI/ReferNet_FPA/001/16 — ReferNet — In-Netwerk Ewropew għall-Informazzjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 101/06

Avviż dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 C&J Clark International Limited u Puma SE dwar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam

13


MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/1


Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE

(2016/C 101/01)

L-Anness II tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1), huwa aġġornat kif ġej:

“ANNESS II

AMMONTI MASSIMI F’EURO TA’ PAGAMENTI FUQ L-UTENTI, INKLUŻI SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI, LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 7(7)

Annwali

 

massimu ta’ tliet fusien

massimu ta’ erba’ fusien

EURO 0

1 478

2 478

EURO I

1 286

2 145

EURO II

1 119

1 866

EURO III

972

1 622

EURO IV u li jniġġsu inqas

884

1 475

Fix-xahar u fil-ġimgħa

Rati massimi fix-xahar u fil-ġimgħa huma fi proporzjon għat-tul tal-użu magħmul mill-infrastruttura.

Kuljum

Il-pagament ta’ kuljum impost fuq l-utent għall-kategoriji kollha ta’ vetturi jammonta għal EUR 13.”

L-Anness IIIb tad-Direttiva 1999/62/KE kif emendat bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), huwa aġġornat kif ġej:

“ANNESS IIIb

TARIFFA MEDJA PPEŻATA MASSIMA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA

Dan l-Anness jistabbilixxi l-parametri li għandhom jintużaw biex tiġi kkalkolata t-tariffa medja ppeżata massima għall-ispiża esterna.

1.   Spiża massima għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku:

Tabella 1

Spiża massima li għandha titħallas għat-tniġġis tal-arja

ċent./kilomentru tal-vettura

Toroq suburbani

(inklużi l-awtostradi)

Toroq interurbani

(inklużi l-awtostradi)

EURO 0

17,8

13,4

EURO I

12,2

8,9

EURO II

10,1

7,9

EURO III

7,9

6,8

EURO IV

4,5

3,5

EURO V

wara l-31 ta’ Diċembru 2013

0

0

3,5

2,3

EURO VI

wara l-31 ta’ Diċembru 2017

0

0

2,3

1,2

Iniġġsu inqas minn EURO VI

0

0

Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ mhux aktar minn 2 f’żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-pendil tat-toroq, l-altitudni u/jew l-inverżjonijiet tat-temperatura.

2.   Spiża massima għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku

Tabella 2

Spiża massima li għandha titħallas għall-istorbju

ċent./kilometru tal-vettura

Ġurnata

Lejl

Toroq suburbani

(inklużi l-awtostradi)

1,22

2,23

Toroq interurbani

(inklużi l-awtostradi)

0,23

0,35

Il-valuri fit-Tabella 2 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur mhux akbar minn 2 fiż-żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-pendil tat-toroq, l-inverżjonijiet tat-temperatura u/jew l-effett ta’ anfiteatru tal-widien.”


(1)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.

(2)  ĠU L 269, 14.10.2011, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Marzu 2016

(2016/C 101/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1064

JPY

Yen Ġappuniż

125,68

DKK

Krona Daniża

7,4565

GBP

Lira Sterlina

0,78730

SEK

Krona Żvediża

9,2235

CHF

Frank Żvizzeru

1,0960

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5020

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,050

HUF

Forint Ungeriż

311,43

PLN

Zloty Pollakk

4,3023

RON

Leu Rumen

4,4765

TRY

Lira Turka

3,2362

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4911

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4798

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5875

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6809

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5315

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 321,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,9375

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2180

HRK

Kuna Kroata

7,5655

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 679,16

MYR

Ringgit Malażjan

4,6169

PHP

Peso Filippin

51,752

RUB

Rouble Russu

78,6080

THB

Baht Tajlandiż

38,800

BRL

Real Brażiljan

4,2224

MXN

Peso Messikan

19,8495

INR

Rupi Indjan

74,3888


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2016/C 101/03)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Monaco

Is-suġġett ta’ kommemorazzjoni : Il-150 anniversarju mill-fondazzjoni ta’ Monte Carlo minn Charles III

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri lil CHARLES III u fl-isfond MONTE CARLO. Fin-naħa ta’ fuq, l-isem tal-pajjiż tal-ħruġ “MONACO” maġenb il-marka taz-zekka u l-marka tal-mastru taz-zekka. Fin-naħa ta’ isfel, f’nofs ċirku mix-xellug għal-lemin hemm l-iskrizzjoni “1866 CHARLES III FONDE MONTE CARLO 2016”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ :


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/6


SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA 14/2016

Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE: Proġetti għall-iskjerament ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE superjuri u subalterni biex jappoġġjaw u jikkumplimentaw l-għajnuna umanitarja f’pajjiżi terzi, b’enfasi fuq it-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli u affettwati mid-diżastri u l-implimentazzjoni tal-organizzazzjonijiet

(2016/C 101/04)

Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja (l-inizjattiva “Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (1) (minn hawn ’il quddiem imsejħa bħala l-inizjattiva “Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) u l-leġiżlazzjoni relatata (2) tistabbilixxi qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-voluntiera Ewropej biex jappoġġjaw u jikkumplimentaw għajnuna umanitarja f’pajjiżi terzi.

Din is-sejħa għall-proposti sejra tipprovdi finanzjament biex tappoġġja l-azzjonijiet immirati għall-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE sabiex jappoġġjaw u jikkumplimentaw għajnuna umanitarja f’pajjiżi terzi fi proġetti li jiffokaw fuq it-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri, l-istat ta’ tħejjija f’każ ta’ diżastri u l-kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

1.   Għanijiet

L-għan tas-sejħa huwa li jiġu ffinanzjati proġetti li jinvolvu l-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dawn il-proġetti għandhom jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità sabiex jipprovdu ħtiġijiet ibbażati fuq l-għajnuna umanitarja mmirata lejn it-tisħiħ tal-kapaċità u r-reżiljenza tal-komunitajiet vulnerabbli u affettwati minn diżastri f’pajjiżi terzi billi jiffokaw fuq it-tħejjija għad-diżastri, it-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri u t-tisħiħ tal-kollegament bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp (LRRD). Barra minn hekk, dawn il-proġetti jistgħu wkoll isaħħu l-kapaċitajiet tal-implimentazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti li qegħdin jieħdu sehem jew li beħsiebhom jieħdu sehem fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inkluż fl-għodod u l-metodi ta’ twissija bikrija għal diżastri.

Permezz ta’ din is-sejħa, il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “EACEA”) qegħdin jistennew li jiksbu r-riżultati li ġejjin:

350 voluntier subaltern/superjuri li jintużaw għal proġetti fl-infurzar tar-reżiljenza u l-ġestjoni tar-riskji f’każ ta’ diżastru f’pajjiżi vulnerabbli u dgħajfa jew affettwati mid-diżastri u fil-kriżijiet minsija f’pajjiżi terzi.

Għal 100 professjonist subaltern: il-possibilità li jieħdu sehem f’kollokamenti tal-apprendistat fl-Ewropa qabel l-iskjerament.

Opportunitajiet għall-volontarjat onlajn sabiex jappoġġjaw u jikkumplimentaw l-attivitajiet tal-proġetti;

Proġetti ffinanzjati taħt din is-sejħa jipprovdu sinerġiji u kumplimentarjetà lil operazzjonijiet iffinanzjati mill-UE f’għajnuna umanitarja jew protezzjoni ċivili fil-pajjiżi/reġjuni rispettivi.

2.   Baġit disponibbli

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti taħt din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 8 400 000.

Għall-ewwel sensiela (proġetti sottomessi sas-17 ta’ Mejju 2016) huwa previst l-użu ta’ 50 % tal-ammont disponibbli (EUR 4 200 000).

50 % (EUR 4 200 000) għandhom ikunu disponibbli għat-tieni sensiela (proġetti sottomessi sal-1 ta’ Settembru 2016).

L-għotja massima għandha tkun ta’ EUR 1 400 000. Talbiet għal għotjiet taħt EUR 100 000 mhux se jitqiesu għall-finanzjament. L-EACEA tistenna li tiffinanzja 8 proposti.

L-EACEA tirriserva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli f’sensiela jew f’oħra.

3.   Korpi eliġibbli

Minn hawn ‘il quddiem, l-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett sejra ssir referenza għalihom bħala l-“konsorzju”

L-organizzazzjonijiet kollha (applikant u sħab) involuti fl-applikazzjoni f’din is-sejħa, u li jaġixxu bħala organizzazzjonijiet emittenti jew ospitanti, għandhom jiġu ċċertifikati taħt l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dettalji dwar il-mekkaniżmu taċ-ċertifikazzjoni jistgħu jinstabu fuq:

https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding/certification-mechanism-for-sending-and-hosting-organisations_en

L-applikant (sieħeb ewlieni) għandu jkun organizzazzjoni emittenti tal-UE ċċertifikata taħt l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

Is-sħab tal-konsorzju li jkun fadal huma organizzazzjonijiet emittenti jew ospitanti ċertifikati taħt l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

Il-proposti tal-proġett li jinvolvu organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti li applikaw għal ċertifikazzjoni qabel id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet (Taqsima 8) sejrin jiġu inklużi fil-fażijiet ta’ verifika tal-eliġibbiltà u l-valutazzjoni. Madankollu l-għażla ta’ dawn il-proposti għal proġetti sejra tkun soġġetta għar-riżultat tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni.

Konsorzju tal-proġett għandu jinvolvi mill-inqas tnejn jew tliet organizzazzjonijiet emittenti ċertifikati minn żewġ pajjiżi differenti u żewġ organizzazzjonijiet ospitanti ċċertifikati.

Organizzazzjonijiet mhux iċċertifikati li huma speċjalizzati fi kwalunkwe qasam relevanti għall-għanijiet jew l-azzjonjiet tal-proġett jistgħu jiġu involuti bħala sħab fil-konsorzju sabiex jikkontribwixxu bil-kompetenza speċifika tagħhom (Artikolu 8(3) Regolament Delegat (UE) Nru 1398/2014). Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji hekk definiti fir-Regolament (UE) Nru 375/2014, Artikolu 10(3) or Artikolu 10(4).

Is-sħab għandhom jippreżentaw mandat li għandu jiġi ffirmat mill-persuni awtorizzati li jidħlu f’impenni legalment vinkolanti, biex b’hekk l-applikanti jkunu jistgħu jaġixxu f’isem is-sħab.

Il-konsorzju jista’ wkoll jinkludi bħala assoċjati organizzazzjonijiet speċjalizzati oħrajn li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-proġett u jkollhom rwol reali fl-azzjoni. M’għandhomx għalfejn jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà msemmija f’din is-sezzjoni. Dawn is-sħab assoċjati m’għandhom l-ebda relazzjoni kuntrattwali mal-EACEA iżda jridu jkunu msemmija fil-formola elettronika. Dawn jistgħu jkunu pereżempju kumpaniji privati għal profitt u universitajiet.

4.   Attivitajiet eliġibbli

L-attivitajiet sostnuti taħt din is-sejħa għandhom jinkludu:

L-iskjerament ta’ Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE superjuri u subalterni għall-proġetti tal-għajnuna umanitarja fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri, it-tħejjija u l-LRRD f’pajjiżi terzi bbażati fuq ħtigijiet identifikati. Dan jinkludi l-għażla, ir-reklutaġġ u l-preparazzjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u attivitajiet ta’ komunikazzjoni konformi mal-Pjan tal-Komunikazzjoni tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

Attivitajiet li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-azzjoni ewlenija jistgħu jinkludu:

Kollokamenti ta’ apprendistat għall-voluntiera subalterni f’organizzazzjonijiet emittenti tal-UE

L-infurzar ta’ kapaċità għall-komunitajiet vulnerabbli u affettwati mid-diżastri u organizzazzjonijiet lokali

L-infurzar ta’ kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti

Assistenza teknika għall-organizzazzjonijiet emittenti

Attivitajiet li jippromwovu l-involviment ta’ voluntiera onlajn kif ukoll voluntiera impjegati li jappoġġjaw l-azzjonijiet tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE

Attivitajiet tal-proġetti jistgħu jinkludu:

informazzjoni, komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni

periklu, analiżi tar-riskju u twissija bikrija

ippjanar ta’ kontinġenza u stat ta’ tħejjija għar-rispons

protezzjoni tal-għajxien, assi u xogħlijiet ta’ mitigazzjoni fuq skala żgħira

Attivitajiet fl-infurzar tal-kapaċità u l-assistenza teknika jistgħu jinkludu:

Korsijiet ta’ taħriġ/it-taħriġ għal dawk li jħarrġu

Attivitajiet għall-infurzar u t-trawwim tal-bini ta’ sħubiji

Żjarat ta’ studju/skop sabiex jirfinaw u jiffinalizzaw il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-azzjoni

Seminars u workshops

“Shadowing” fl-impjiegi

Arranġamenti ta’ ġemellaġġ u skambju tal-persunal

Skambju ta’ prattika tajba

Żjarat ta’ studju

(għall-assistenza teknika biss) Kowċing u mentoring tal-persunal imħallas u voluntiera tal-organizzazzjoni emittenti ewlenija

(għall-infurzar ta’ kapaċitajiet biss) Żjarat ta’ studju sa 3 xhur għall-persunal imħallas u voluntiera ewlenin minn pajjiżi terzi għandhom jiġu bbażati f’organizzazzjonijiet applikanti jew sħab Ewropej

Attivitajiet tal-infurzar tal-kapaċità għandhom isiru mill-voluntiera superjuri jew mill-voluntiera subalterni b’esperjenza sinifikanti fl-infurzar tal-kapaċità u sorveljati minn professjonista superjuri.

Attivitajiet tal-volontarjat onlajn għandhom ikunu relatati mal-proġett u għandhom jiġu implimentati permezz tal-Pjattaforma Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE żviluppata mill-Kummissjoni.

5.   Kandidati voluntiera eliġibbli

Organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti sejrin jaderixxu għall-istandards u l-proċeduri li għandhom x’jaqsmu mal-voluntiera kandidati u mal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kif provdut mir-Regolament (UE) Nru 375/2014, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1398/2014 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1244/2014.

Il-persuni li ġejjin li għandhom età minima ta’ 18-il sena għandhom ikunu eliġibbli li japplikaw bħala voluntiera kandidati:

ċittadini tal-Unjoni Ewropea, u

residenti ta’ pajjiżi terzi li huma residenti fit-tul fi Stat Membru.

Il-voluntiera kandidati jistgħu jkunu:

professjonisti subalterni, b’mod partikolari gradwati riċenti b’inqas minn ħames snin esperjenza professjonali u inqas minn ħames snin esperjenza f’azzjoni umanitarja;

u

professjonisti superjuri b’ħames snin esperjenza professjonali f’pożizzjonijiet ta’ responsabbiltà jew esperti.

L-għażla tal-voluntiera kandidati ssir mill-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti f’konformità mar-Regolament tal-Implimentazzjoni (UE) Nru 1244/2014 (Kapitlu 2). Il-voluntiera kandidati magħżula għandhom jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ obbligatorju fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (3). Dawk li għaddew b’suċċess dan it-taħriġ u l-valutazzjoni sejrin ikunu eliġibbli għall-iskjerament bħala Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

Barra minn hekk, dawk il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li kienu meħtieġa mill-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti li jagħmlu kollokament tal-apprendistat għandhom ilestuh u jiġu vvalutati b’suċċess.

6.   Post u perjodu ta’ żmien tal-attività eliġibbli

Il-kollokamenti tal-apprendistat qabel l-iskjerament (għal voluntiera subalterni biss) għandhom isiru f’waħda mill-organizzazzjonijiet emittenti parteċipanti fil-proġett għal perjodu massimu ta’ 6 xhur, fejn possibbli f’pajjiż li mhuwiex il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

Il-perjodu ta’ skjerament jista’ jvarja bejn minimu ta’ xahar u massimu ta’ 18-il xahar.

Fl-2016, qabel is-sejħa, ġiet definita lista ta’ pajjiżi terzi għall-iskjerament u l-bini tal-kapaċità skont metodoloġija tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet simili għal dik tal-azzjonijiet tal-għajnuna umanitarja iżda li teskludi oqsma b’kunflitt armat li jkunu għadu għaddej. Din il-lista flimkien mad-dettalji tal-metodoloġija tista’ tinstab taħt il-link li ġejja: https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding_en

L-attivitajiet tal-proġett jistgħu jsiru lil hinn mill-pajjiżi sħab sakemm il-pajjiżi kkonċernati jkunu wkoll fuq il-lista ta’ pajjiżi msemmija hawn fuq.

Proġetti sottomessi għall-ewwel data ta’ skadenza tas-17 ta’ Mejju 2016 għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Ottubru 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017, b’perjodu massimu ta’ 24 xahar.

Proġetti sottomessi għat-tieni data ta’ skadenza tal-1 ta’ Settembru 2016 għandhom jibdew bejn l-1 ta’ Frar 2017 u l-31 ta’ Mejju 2017, b’perjodu massimu ta’ 24 xahar.

L-applikazzjonijiet għal proġetti skedati li jkunu itwal mit-tul ta’ żmien speċifikat f’din is-sejħa għall-proposti mhumiex sejrin jiġu aċċettati.

Ma hija sejra tingħata l-ebda estensjoni għall-perjodu ta’ eliġibbilità lil hinn mit-tul massimu.

Ftit wara l-bidu tal-proġett, sejra tissejjaħ laqgħa mill-Kummissjoni/l-EACEA fi Brussell sabiex jiġi ppreżentat il-proġett u jitħalla jsir in-netwerking bejn l-organizzazzjonjiet emittenti. Għal din il-laqgħa, għandu jipparteċipa massimu ta’ parteċipant wieħed għal kull organizzazzjoni emittenti. Spejjeż tal-ivvjaġġar relatati ma’ din il-laqgħa ta’ ġurnata fi Brussell huma spejjeż eliġibbli u hemm bżonn li dawn jitqiesu.

7.   Kriterji tal-għoti

L-applikazzjonijiet eliġibbli sejrin jiġu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:

Ir-rilevanza tal-proġett (massimu ta’ 30 punt)

Il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-proġett (massimu ta’ 30 punt)

Il-kwalità u r-rilevanza tas-sħubija u l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (massimu ta’ 20 punt)

L-impatt u d-disseminazzjoni (massimu ta’ 20 punt)

Il-proġetti li jiksbu inqas minn total ta’ 60 punt ma jiġux ikkunsidrati għal finanzjament.

8.   Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jitħejjew f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE, billi tintuża l-formola elettronika (e-Form) mfassla apposta għal dan il-għan. Il-formola elettronika hija ppreżentata fuq l-indirizz elettroniku li ġej: https://eacea.ec.europa.eu/documents/eforms_en

Il-formola elettronika tal-applikazzjoni mimlija kif suppost għandha tiġi sottomessa sa 12.00 (nofsinhar, ħin ta’ Brussell) fis-17 ta’ Mejju 2016 għal sensiela 1 u fl-1 ta’ Settembru 2016 għal sensiela 2.

L-ebda modifika fl-applikazzjoni mhi permessa ladarba l-iskadenza għas-sottomissjoni tkun għaddiet. Madankollu, jekk ikun meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti aspetti jew li ssir korrezzjoni ta’ żbalji klerikali, l-Aġenzija tista’ tikkuntattja lill-applikant għal dan il-għan waqt il-proċess ta’ evalwazzjoni.

L-applikazzjonijiet mibgħuta bil-posta, b’faks jew bil-posta elettronika mhumiex sejrin jiġu aċċettati.

Jekk jogħġbok innota li għal din is-sejħa għall-proposti ma tistax tiġi sottomessa aktar minn proposta waħda għal proġett mill-istess applikant għal kull sensiela.

L-applikanti kollha sejrin jiġu infurmati bil-miktub dwar ir-riżultati tal-proċess tal-għażla.

9.   Informazzjoni addizzjonali

L-applikazzjonijiet iridu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-linji gwida tal-applikazzjoni — Sejħa għall-proposti EACEA/14/2016, jiġu sottomessi fuq il-formola elettronika pprovduta għal dan il-għan u jkun fihom l-annessi relevanti.

Id-dokumenti msemmija jistgħu jinstabu fuq l-indirizz elettroniku li ġej:

https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding_en

Fil-każ ta’ mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja lil: EACEA-EUAID-VOLUNTEERS@ec.europa.eu


(1)  ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (ĠU L 334, 21.11.2014, p. 52) u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2014 tal-24 ta’ Ottubru 2014 li jistabbilixxi standards dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (ĠU L 373, 31.12.2014, p. 8).

(3)  Għal iktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta s-sejħa għall-offerti tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE: programm ta’ taħriġ u taħriġ tal-voluntiera kandidati, 2015/S 069-122685.


Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

17.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/11


Sejħa pubblika għall-proposti — GP/DSI/ReferNet_FPA/001/16

ReferNet — In-Netwerk Ewropew għall-Informazzjoni dwar l-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedefop

(2016/C 101/05)

1.   Objettivi u deskrizzjoni

Bl-objettiv li jitwaqqaf netwerk Ewropew għall-informazzjoni dwar l-ETV - ReferNet -, din is-sejħa għandha l-għan li tagħżel applikant minn Malta, li miegħu Cedefop se jikkonkludi ftehim qafas ta’ sħubija minn Ġunju 2016 sa Diċembru 2019 (3 snin u 7 xhur), u li tikkonkludi mal-applikant li jkollu suċċess ftehim speċifiku ta’ għotja għal pjan ta’ ħidma ta’ 7 xhur li għandu jitwettaq fl-2016, li jibda mill-1 ta’ Ġunju 2016.

Imwaqqaf fl-1975 u bbażat fil-Greċja sa mill-1995, iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa aġenzija tal-Unjoni Ewropea (UE). Rikonoxxut bħala sors awtorevoli ta’ informazzjoni u kompetenza dwar il-VET, il-ħiliet u l-kwalifiki, il-missjoni tiegħu huwa li jappoġġa l-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tagħha.

ReferNet huwa n-netwerk Ewropew ta’ Cedefop għal informazzjoni dwar il-VET. Il-missjoni ddedikata għal ReferNet hija li dan jappoġġa lil Cedefop billi jirrapporta dwar sistemi nazzjonali tal-VET u dwar żviluppi ta’ politika u billi jgħolli l-viżibbiltà tal-VET u tal-prodotti ta’ Cedefop. Huwa jinkludi 30 membru magħrufin bħala s-sħab nazzjonali ta’ ReferNet mill-Istati Membri tal-UE, mill-Iżlanda u min-Norveġja. Is-sħab nazzjonali ta’ ReferNet huma istituzzjonijiet ewlenin involuti fil-VET jew fil-politiki tas-suq tax-xogħol fil-pajjiż li jirrappreżentaw.

Il-ftehimiet qafas ta’ sħubija jiġu implimentati permezz ta’ ftehimiet speċifiċi ta’ għotja annwali. Għaldaqstant, l-applikanti mhux biss għandhom jissottomettu proposta għall-ftehim qafas minn Ġunju 2016 sa Diċembru 2019 (li, jekk tintgħażel, twassal għall-firma tal-Ftehim Qafas ta’ Sħubija għas-snin 2016 sal-2019) iżda wkoll l-applikazzjoni tal-għotja għall-azzjoni tal-2016 (li tista’ twassal għall-firma ta’ Ftehim Speċifiku ta’ Għotja għal 7 xhur fl-2016, li jibda mill-1 ta’ Ġunju 2016). L-applikant irid juri l-kapaċità li jwettaq l-attivitajiet kollha mistennija matul il-perjodu ta’ erba’ snin u jiżgura kofinanzjament xieraq għall-implimentazzjoni tal-kompiti mitluba.

2.   Baġit u tul tal-proġett

Il-baġit stmat li huwa disponibbli għall-perjodu ta’ erba’ snin tal-ftehimiet qafas ta’ sħubija jammonta għal EUR 4 000 000, skont id-deċiżjonijiet annwali tal-Awtorità Baġitarja.

Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma annwali tal-2016 (tul tal-proġett: 12-il xahar) se jkun EUR 980 000 għat-30 sieħeb (mit-28 Stat Membru tal-UE, l-Iżlanda u n-Norveġja).

L-għotja tvarja skont il-popolazzjoni tal-pajjiż u tingħata għat-twettiq ta’ pjan ta’ ħidma annwali. Il-baġit totali disponibbli għall-pjan ta’ ħidma tal-2016 sejjer jitqassam fuq bażi ta’ tliet gruppi ta’ pajjiżi skont il-popolazzjoni tal-pajjiż:

—   Grupp ta’ pajjiżi 1: il-Kroazja, Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta (*), is-Slovenja u l-Iżlanda. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 23 615.

—   Grupp ta’ pajjiżi 2: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, in-Netherlands, il-Portugall, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovakka, l-Iżvezja u n-Norveġja. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 33 625.

—   Grupp ta’ pajjiżi 3: Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, Spanja, ir-Renju Unit. L-ammont massimu tal-għotja: EUR 43 620.

L-għotja tal-Unjoni hija kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż tal-benefiċjarju (u/jew tal-kobenefiċjarji) li jridu jiġu ssupplimentati bil-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom stess u/jew kontribuzzjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u/jew privati. Il-kontribuzzjoni totali tal-Unjoni ma għandhiex taqbeż is-70 % tal-ispejjeż eliġibbli.

Cedefop jirriserva d-dritt li ma jagħtix il-baġit totali disponibbli.

3.   Il-kriterji ta’ eliġibbiltà

Biex ikunu eliġibbli, l-applikanti jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

ikunu organizzazzjoni pubblika jew privata, bi status legali u b’personalità ġuridika (persuni fiżiċi, jiġifieri individwi, mhumiex eliġibbli);

(b)

ikollhom is-sede tagħhom irreġistrata f’Malta, fejn tapplika l-għotja.

4.   Skadenza

L-applikazzjonijiet għall-ftehim qafas ta’ sħubija u l-pjan ta’ ħidma għall-2016 iridu jiġu sottomessi mhux aktar tard mit-22 ta’ April 2016.

5.   Iktar informazzjoni

L-ispeċifikazzjonijiet dettaljati tas-sejħa għall-proposti, il-formola tal-applikazzjoni u l-annessi tagħha se jkunu disponibbli fuq is-sit web tas-Cedefop mit-18 ta’ Marzu 2016 fuq l-indirizz li ġej:

http://www.cedefop.europa.eu/en/about-cedefop/public-procurement

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-test sħiħ tas-sejħa u għandhom jiġu sottomessi fuq il-formoli uffiċjali pprovduti.

L-evalwazzjoni tal-proposti se tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament ugwali.

L-applikazzjonijiet kollha sottomessi se jkunu evalwati minn kumitat ta’ esperti fuq il-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni, tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fil-verżjoni tat-test komplet tas-sejħa.


(*)  Fl-2016, l-ammont massimu tal-għotja għal Malta għal azzjoni ta’ 7 xhur u pjan ta’ ħidma adattat se tkun EUR 20 815.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 101/13


Avviż dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 C&J Clark International Limited u Puma SE dwar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam

(2016/C 101/06)

Fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223 (1) l-Kummissjoni tinforma lill-partijiet interessati kollha li se teżamina t-talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattament individwali ippreżentati minn produtturi esportaturi mhux fil-kampjun ta’ ċertu lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam, fejn ikun meħtieġ fid-dawl ta’ proċeduri nazzjonali pendenti. Il-partijiet interessati huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’dan l-indirizz elettroniku: TRADE-AD499-Footwear-Court@ec.europa.eu


(1)  Ara l-premessi 17—19 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223 tas-17 ta’ Frar 2016 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta’ ċerti talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattament individwali li saru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimentaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 3).