ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 90

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
7 ta' Marzu 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 090/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 090/02

Kawża C-500/15 P: Appell ippreżentat fl-21 ta’ Settembru 2015 minn TVR Italia Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/13, TVR Automotive vs UASI – TVR Italia (T-398/13)

2

2016/C 090/03

Kawża C-564/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Tibor Farkas vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alfödi Regionális Adó Főigazgatósága

2

2016/C 090/04

Kawża C-566/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergerichts Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Novembru 2015 – Konrad Erzberger vs TUI AG

3

2016/C 090/05

Kawża C-571/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (Il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2015 – Wallenborn Transports SA vs Hauptzollamt Gießen

3

2016/C 090/06

Kawża C-605/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-17 ta’ Novembru 2015 – Minister Finansów vs Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

4

2016/C 090/07

Kawża C-641/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH vs Hettegger Hotel Edelweiss GmbH

5

2016/C 090/08

Kawża C-645/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Bund Naturschutz in Bayern e.V. u Harald Wilde vs Freistaat Bayern

5

2016/C 090/09

Kawża C-670/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Jan Šalplachta

6

2016/C 090/10

Kawża C-671/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Président de l’Autorité de la concurrence vs Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE), Association Comité économique régional agricole fruits et légumes de Bretagne (Cerafel), Société Fraileg, Société Prim’Santerre, Union des endiviers, Société Soleil du Nord, Comité économique fruits et légumes du Nord de la France (Celfnord), Association des producteurs d’endives de France (APEF), Section nationale de l’endive (SNE), Fédération du commerce de l’endive (FCE), Société France endives, Société Cambrésis Artois-Picardie endives (CAP’Endives), Société Marché de Phalempin, Société Primacoop, Société Coopérative agricole du marais audomarois (Sipema), Société Valois-Fruits, Société Groupe Perle du Nord, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

7

2016/C 090/11

Kawża C-672/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de grande instance de Perpignan (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Procureur de la République vs Noria Distribution SARL

8

2016/C 090/12

Kawża C-677/15 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-299/11, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA v L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

8

2016/C 090/13

Kawża C-695/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Diċembru 2015 – Shiraz Baig Mirza vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

10

2016/C 090/14

Kawża C-8/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2016 – proċeduri kriminali kontra Paola Tonachella

11

2016/C 090/15

Kawża C-17/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Jannar 2016 – Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL vs Administration des douanes et droits indirects

11

2016/C 090/16

Kawża C-30/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 090/17

Kawża T-427/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – l-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Settur bankarju — Għajnuna implementata mill-Ġermanja favur il-Bayerische Landesbank fil-kuntest tar-ristruturazzjoni tiegħu — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet — Tħassir tad-deċiżjoni inizjali redatta f’lingwa li ma hijiex tal-Istat Membru — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni)

13

2016/C 090/18

Kawża T-443/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Makhlaouf vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Proporzjonalità)

13

2016/C 090/19

Kawża T-674/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Jannar 2016 – Gugler France vs UASI – Gugler (GUGLER) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark figurattiva Komunitarja GUGLER — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Eżami ex officio]

14

2016/C 090/20

Kawża T-62/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HOKEY POKEY — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata — Prova tal-użu — Dritt ta’ projbizzjoni tal-użu tat-trade mark li saret l-applikazzjoni għaliha — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt ta’ Stat Membru — Obbligu ta’ motivazzjoni — Konstatazzjoni ex officio]

15

2016/C 090/21

Kawża T-782/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2016 – DF vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Kollokament fl-interess tas-servizz — Allowance tal-espatrijazzjoni — Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament)

15

2016/C 090/22

Kawża T-802/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Laboratories Ern vs UASI – michelle menard (Lenah.C) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Lenah.C — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LEMA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

16

2016/C 090/23

Kawża T-75/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Rod Leichtmetallräder vs UASI – Rodi TR (ROD) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva ROD — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RODI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti — Regola 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95]

16

2016/C 090/24

Kawża T-746/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2015 – Biofa vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Prodott tas-saħħa tal-pjanti — Approvazzjoni tas-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — nuqqas ta’ urġenza)

17

2016/C 090/25

Kawża T-602/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Jenkinson vs Il-Kunsill et

17

2016/C 090/26

Kawża T-678/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – Novartis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ nofs qamar bl-iswed u l-abjad)

19

2016/C 090/27

Kawża T-679/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – Novartis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ minġel bl-aħdar u bl-abjad)

20

2016/C 090/28

Kawża T-736/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Aldi vs UASI – Sky (SKYLITE)

20

2016/C 090/29

Kawża T-778/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – It Works vs UASI – KESA Holdings Luxembourg (IT it WORKS)

21

2016/C 090/30

Kawża T-7/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2016 – La tarte tropézienne vs UASI (LA TARTE TROPÉZIENNE 1955. SAINT-TROPEZ)

22

2016/C 090/31

Kawża T-13/16: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Gauff vs UASI –H.P. Gauff Ingenieure (GAUFF)

23

2016/C 090/32

Kawża T-14/16: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ jannar 2016 – Apimab Laboratories et vs Il-Kummissjoni

23

2016/C 090/33

Kawża T-15/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2016 – Pandalis vs UASI – LR Health & Beauty Systems (Cystus)

25

2016/C 090/34

Kawża T-16/16: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2016 – Mast-Jägermeister vs UASI (Becher)

25

2016/C 090/35

Kawża T-18/16: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – DMC vs UASI – Etike’ International (De Giusti Orgoglio)

26

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 090/36

Kawża F-148/15 R: Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2016 – Brouillard vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ kompetizzjoni — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għal miżuri provviżorji — Urġenza — Assenza)

27

2016/C 090/37

Kawża F-85/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Jannar 2016 – Glantenay et vs Il-Kummissjoni

27


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 090/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 78, 29.2.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 68, 22.2.2016

ĠU C 59, 15.2.2016

ĠU C 48, 8.2.2016

ĠU C 38, 1.2.2016

ĠU C 27, 25.1.2016

ĠU C 16, 18.1.2016

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/2


Appell ippreżentat fl-21 ta’ Settembru 2015 minn TVR Italia Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/13, TVR Automotive vs UASI – TVR Italia (T-398/13)

(Kawża C-500/15 P)

(2016/C 090/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: TVR Italia Srl (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: TVR Automotive Ltd, L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Permezz ta’ digriet tal-14 ta’ Jannar 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Tibor Farkas vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alfödi Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-564/15)

(2016/C 090/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Tibor Farkas

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alfödi Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

1)

Il-prassi amministrativa bbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-liġi Ungeriża fuq il-VAT, li skontha l-awtoritajiet fiskali għandhom jistabbilixxu differenzjali ta’ taxxa li għandha titħallas mix-xerrej tal-beni (jew mid-destinatarju ta’ servizz) minħabba tranżazzjoni li tirriżulta mit-tassazzjoni permezz ta’ awtolikwidazzjoni fejn il-fornitur tal-beni (jew il-persuna li tipprovdi s-servizz) joħroġ il-fattura taħt it-taxxa ordinarja, jiddikjara u jħallas il-VAT imniżżla fil-fattura lit-teżor pubbliku, filwaqt li l-persuna li qed tixtri l-beni (jew id-destinatarju tas-servizz) tnaqqas il-VAT imħallsa lill-persuna li toħroġ il-fattura filwaqt li hija ma tistax teżerċita d-dritt għal tnaqqis fir-rigward tal-VAT stabbilita bħala differenzjali ta’ taxxa, tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-VAT (1), u, b’mod partikolari, mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-għan tal-prevenzjoni tal-frodi fiskali?

2)

Id-determinazzjoni ta’ differenzjali ta’ taxxa li tagħti lok ukoll għall-obbligu ta’ ħlas ta’ multa fiskali li tammonta għal 50 % tal-imsemmi differenzjali hija sanzjoni proporzjonali għall-għażla tal-metodu ta’ tassazzjoni żbaljat meta t-teżor pubbliku ma jkunx ġarrab telf fid-dħul fiskali u meta ma jkunx hemm indikazzjoni ta’ abbuż?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergerichts Berlin (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Novembru 2015 – Konrad Erzberger vs TUI AG

(Kawża C-566/15)

(2016/C 090/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergerichts Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Konrad Erzberger

Konvenuta: TUI AG

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mal-Artikolu 18 TFUE (nondiskriminazzjoni) u mal-Artikolu 45 TFUE (moviment liberu tal-ħaddiema) li Stat Membru jagħti d-dritt li wieħed jivvota u li wieħed joħroġ bħala kandidat għar-rappreżentanti tal-impjegati fil-korp ta’ superviżjoni ta’ kumpannija biss lil dawk il-ħaddiema li huma impjegati fi stabbilimenti tal-kumpannija jew fil-kumpanniji tal-grupp fit-territorju nazzjonali?


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessisches Finanzgericht (Il-Ġermanja) fis-6 ta’ Novembru 2015 – Wallenborn Transports SA vs Hauptzollamt Gießen

(Kawża C-571/15)

(2016/C 090/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessisches Finanzgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wallenborn Transports SA

Konvenut: Hauptzollamt Gießen

Domandi preliminari

L-ewwel domanda:

Id-dispożizzjoni dwar il-VAT ta’ Stat Membru li tipprevedi li ż-żoni ħielsa suġġetti għall-kontrolli tat-tip I (portijiet ħielsa) ma jagħmlux parti mit-territorju nazzjonali tikkostitwixxi waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 156 tad-Direttiva tal-VAT, kif stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 u fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tal-imsemmija direttiva? (1)

Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija fl-affermattiv:

It-tieni mistoqsija:

Għall-oġġetti suġġetti għal dazji doganali, il-fatt taxxabbli jseħħ u t-taxxa hija dovuta, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva dwar il-VAT, ukoll meta jseħħ il-fatt taxxabbli u dawn id-dazji jkunu dovuti, meta l-fatt taxxabbli dwar dawn id-dazji u l-eżiġibbiltà tagħhom iseħħu f’żona ħielsa suġġetta għall-kontrolli tat-tip I u li d-dritt dwar il-VAT fl-Istat Membru li fih tappartjeni ż-żona ħielsa jipprevedi li l-imsemmija żoni ħielsa (portijiet ħielsa) ma jagħmlux parti mit-territorju nazzjonali?

Jekk it-tieni domanda tingħata riposta negattiva?

It-tielet domanda:

Għal merkanzija ttrasportata f’żona ħielsa suġġetta għal kontrolli tat-tip I skont il-proċedura ta’ tranżitu estern, mingħajr ma din il-proċedura tintemm fiż-żona ħielsa, peress li l-merkanzija titneħħa mis-sorveljanza doganali fiż-żona ħielsa, sabiex jinħoloq dejn doganali fir-rigward ta’ din il-merkanzija fis-sens tal-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali (2), il-fatt taxxabbli iseħħ u t-taxxa issir dovuta fl-istess mument minħabba fatt taxxabbli ieħor, jiġifieri konformement mal-Artikolu 204(1)(a) tal-Kodiċi Doganali, peress li, qabel l-azzjoni li biha l-merkanzija tneħħiet mis-sorveljanza doganali, il-merkanzija ma tkunx ġiet ippreżentata f’wieħed mill-uffiċċji tad-dwana li jinsabu fit-territorju nazzjonali, kompetenti għaż-żona ħielsa, u li l-proċedura ta’ tranżitu ma ntemmitx hemmhekk?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307)


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-17 ta’ Novembru 2015 – Minister Finansów vs Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

(Kawża C-605/15)

(2016/C 090/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Aviva Towarzystwo Ubezpieczeń na Życie S.A. w Warszawie

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali li tirrigwarda l-eżenzjoni mill-VAT ta’ gruppi ta’ persuni indipendenti li ma tipprevedi ebda kundizzjoni jew proċedura dwar l-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni hija konformi mal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1, iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”), moqri flimkien mal-Artikolu 131 tad-Direttiva 2006/112, kif ukoll mal-prinċipju ta’ effettività, mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u mal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi?

2)

Liema huma l-kriterji għall-evalwazzjoni tal-osservanza tal-kundizzjoni tal-assenza ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 li għandhom jiġu applikati?

3)

Il-fatt li s-servizzi huma pprovduti minn gruppi ta’ persuni indipendenti lil membri li huma suġġetti għad-dritt ta’ diversi Stati Membri għandu effett fuq ir-risposta għad-domanda 2?


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH vs Hettegger Hotel Edelweiss GmbH

(Kawża C-641/15)

(2016/C 090/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verwertungsgesellschaft Rundfunk GmbH

Konvenuta Hettegger Hotel Edelweiss GmbH

Domanda preliminari

Il-kriterju tal-“ħlas ta’ miżata għad-dħul”, li jinsab fl-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (1) huwa ssodisfatt meta:

settijiet tat-televiżjoni huma disponibbli fid-diversi kmamar ta’ lukanda u l-operatur tal-lukanda jipprovdi aċċess għas-sinjal ta’ diversi programmi tat-televiżjoni u tar-radju permezz ta’ dawn is-settijiet (“televiżjoni fil-kamra ta’ lukanda”), u li

l-operatur tal-lukanda jitlob, għall-użu tal-kamra (b’“televiżjoni fil-kamra ta’ lukanda”) ħlas għall-kamra għal kull lejl (“prezz tal-kamra”) li jinkludi wkoll l-użu tas-sett tat-televiżjoni u ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju li għalihom jipprovdi aċċess?


(1)  ĠU L 367, p. 28.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Diċembru 2015 – Bund Naturschutz in Bayern e.V. u Harald Wilde vs Freistaat Bayern

(Kawża C-645/15)

(2016/C 090/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bund Naturschutz in Bayern e.V. u Harald Wilde

Konvenut: Freistaat Bayern

Domandi preliminari

1)

Il-punt 7(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jokpri wkoll it-twessigħ jew l-iżvilupp ta’ triq eżistenti ta’ erba’ korsiji jew iktar?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Il-punt 7(c) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92 jikkostitwixxi dispożizzjoni speċjali b’paragun mal-punt 7(b) ta’ dan l-istess anness u għandu għalhekk jiġi applikat bi prijorità?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel jew għat-tieni domanda:

It-terminu “toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa” fil-punt 7(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92 jimplika li l-parti mit-triq ikkonċernata għandha tkun arterja prinċipali tat-traffiku internazzjonali fis-sens tal-Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali?

4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel, għat-tieni jew għat-tielet domanda:

Il-kunċett ta’ “bini” fil-punt 7(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92 ikopri t-twessigħ jew l-iżvilupp ta’ triq li ma jibdilx b’mod sinjifikattiv ir-rotta tagħha?

5)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għar-raba’ domanda:

Il-kunċett ta’ “bini” fil-punt 7(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92 jimplika li l-parti mit-triq ikkonċernata għandha tkun ta’ ċertu tul minimu? Fil-każ affermattiv, għandha din il-parti mit-triq tkun kontinwa? Fil-każ affermattiv, dan it-tul minimu huwa iktar minn 2,6 kilometri mingħajr interruzzjoni jew – jekk għandu jingħadd it-tul ta’ diversi partijiet mit-triq li ma humiex maġenb xulxin – minn 4,4 kilometri b’kollox?

6)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ħames domanda:

It-tieni każ tal-punt 7(b) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92 (il-bini ta’ toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa) japplika għal miżura ta’ twessigħ jew ta’ żvilupp ta’ triq li tinsab fejn hemm bini fis-sens tal-Ftehim Ewropew dwar l-Arterji Prinċipali tat-Traffiku Internazzjonali?


(1)  ĠU 2012, L 26, p. 1.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Jan Šalplachta

(Kawża C-670/15)

(2016/C 090/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jan Šalplachta

Domanda preliminari

Id-dritt ta’ persuna fiżika għall-aċċess effettiv għall-ġustizzja f’kawża transkonfinali fis-sens tal-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/8/KE, tas-27 ta’ Jannar 2003, biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (1), jeżiġi li l-għajnuna legali mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja tinkludi l-ispejjeż imħallsa mir-rikorrent għat-traduzzjoni tad-dikjarazzjoni u tad-dokumenti konnessi annessi mal-applikazzjoni għal għajnuna legali, meta r-rikorrent jippreżenta, kontestwalment mal-kawża, applikazzjoni għal għajnuna legali quddiem il-qorti li tieħu konjizzjoni tal-kawża, li hija wkoll kompetenti bħala awtorità riċevitur fis-sens tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva, u meta huwa stess ikun ħa ħsieb li t-traduzzjoni inkwistjoni ssir?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 90.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Président de l’Autorité de la concurrence vs Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE), Association Comité économique régional agricole fruits et légumes de Bretagne (Cerafel), Société Fraileg, Société Prim’Santerre, Union des endiviers, Société Soleil du Nord, Comité économique fruits et légumes du Nord de la France (Celfnord), Association des producteurs d’endives de France (APEF), Section nationale de l’endive (SNE), Fédération du commerce de l’endive (FCE), Société France endives, Société Cambrésis Artois-Picardie endives (CAP’Endives), Société Marché de Phalempin, Société Primacoop, Société Coopérative agricole du marais audomarois (Sipema), Société Valois-Fruits, Société Groupe Perle du Nord, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

(Kawża C-671/15)

(2016/C 090/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Président de l’Autorité de la concurrence

Konvenuti: Association des producteurs vendeurs d’endives (APVE), Association Comité économique régional agricole fruits et légumes de Bretagne (Cerafel), Société Fraileg, Société Prim’Santerre, Union des endiviers, Société Soleil du Nord, Comité économique fruits et légumes du Nord de la France (Celfnord), Association des producteurs d’endives de France (APEF), Section nationale de l’endive (SNE), Fédération du commerce de l’endive (FCE), Société France endives, Société Cambrésis Artois-Picardie endives (CAP’Endives), Société Marché de Phalempin, Société Primacoop, Société Coopérative agricole du marais audomarois (Sipema), Société Valois-Fruits, Société Groupe Perle du Nord, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

Domandi preliminari

1)

Ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi, ta’ assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi u ta’ organizzazzjonijiet professjonali, li jistgħu jiġu kkwalifikati bħala antikompetittivi fir-rigward tal-Artikolu 101 TFUR, jistgħu jevitaw il-projbizzjoni prevista minn dan l-artikolu għas-sempliċi fatt li jistgħu jitqiesu bħala missjonijiet iddevoluti lil dawn l-organizzazzjonijiet fil-kuntest tal-organizzazzjoni komuni tas-suq u dan, minkejja li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mid-derogi ġenerali previsti suċċessivament mill-Artikolu 2 tar-Regolamenti (KEE) Nru 26, tal-4 ta’ April 1962 (1), u (KE) Nru 1184/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006 (2) u mill-Artikolu 176 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007 (3)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 220/1996 (4), 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007 (5) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li jiffissaw, fost l-għanijiet attribwiti lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, dak li jirregolarizzaw il-prezzijiet għall-produzzjoni u dak li jadattaw il-produzzjoni għad-domanda, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwantità tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li prattiki ta’ ffissar kollettiv ta’ prezz minimu, ta’ ftehim fuq il-kwantitajiet imqiegħda fis-suq jew ta’ skambju ta’ informazzjoni strateġika, implementati minn dawn l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom, jevitaw il-projbizzjoni tal-akkordji antikompetittivi, inkwantu huma intiżi għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 26, tal-4 ta’ April 1962, li japplika ċerti regoli tal-kompetizzjoni għall-produzzjoni u għall-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 1, p. 6)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006, tal-24 ta’ Lulju 2006, li japplika ċerti regoli ta’ kompetizzjoni għall-produzzjoni ta’, u l-kummerċ fi, prodotti agrikoli (ĠU L 352M, p. 463)

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1)

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, tat-28 ta’ Ottubru 1996, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 55)

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007, tas-26 ta’ Settembru 2007, li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (ĠU L 273, p. 1)


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de grande instance de Perpignan (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Procureur de la République vs Noria Distribution SARL

(Kawża C-672/15)

(2016/C 090/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Perpignan

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur de la République

Konvenuta: Noria Distribution SARL

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2002/46/KE (1) u [il-]prinċipji Komunitarji dwar il-moviment liberu tal-merkanzija [u] r-rikonoxximent reċiproku [jipprekludu] l-istabbiliment ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-ordni tad-9 ta’ Mejju 2006, li jirrifjuta kull proċedura ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward tas-supplimenti tal-ikel ibbażati fuq vitamini u minerali li joriġinaw minn Stat Membru ieħor billi jeskludi l-applikazzjoni ta’ proċedura mħaffa għall-prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor li jkunu bbażati fuq nutrijenti [li l-valuri tagħhom jeċċedu l-limiti stabbiliti] permezz tal-ordni tad-9 ta’ Mejju 2006?

2)

Id-Direttiva 2002/46, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha, kif ukoll il-prinċipji naxxenti mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar id-dispożizzjonijiet marbuta mal-moviment liberu tal-merkanzija, jippermettu li d-dożi massimi ta’ vitamini u minerali għal kull jum jiġu stabbiliti b’mod proporzjonali mal-limiti rrakkomandati għal kull jum bl-adozzjoni ta’ valur li jekwivali għal tliet darbiet tal-limiti rrakkomandati għal kull jum għan-nutrijenti li jippreżentaw l-inqas riskji, ta’ valur li jekwivali għall-limiti rrakkomandati għal kull jum għan-nutrijenti li jippreżentaw riskju li jiġi eċċedut il-limitu superjuri ta’ sigurtà, u ta’ valur inferjuri għall-limiti rrakkomandati għal kull jum jew anki li jekwivali għal żero fir-rigward tan-nutrijenti li jinvolvu l-iktar riskji?

3)

Id-Direttiva 2002/46, kif ukoll il-prinċipji naxxenti mill-ġurisprudenza Komunitarja dwar id-dispożizzjonijiet marbuta mal-moviment liberu tal-merkanzija jippermettu li d-dożi jiġu stabbiliti [fid-]dawl biss tal-opinjonijiet xjentifiċi nazzjonali anki meta opinjonijiet xjentifiċi riċenti u internazzjonali [jikkonkludu favur] dożi superjuri f’kundizzjonijiet identiċi ta’ użu?


(1)  Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 490).


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/8


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-7 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża T-299/11, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA v L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-677/15 P)

(2016/C 090/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: N. Bambara, P. Wytinck, B. Hoorelbeke, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, European Dynamics Belgium SA

Talbiet

L-appellant isostni li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

Preliminarjament

tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali sa fejn tikkonstata li d-deċiżjoni ta’ għoti hija vvizzjata b’varji sitwazzjonijiet ta’ aġir sostantiv illegali, inkluż ksur tal-prinċipji ta’ opportunitajiet ugwali u trasparenza, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u diversi nuqqasijiet ta’ motivazzjoni (punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata), u sa fejn tordna lill-Unjoni Ewropea tħallas id-danni lil European Dynamics Luxembourg għat-telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas (punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza appellata),

tiċħad it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ għoti kkontestata u t-talba għad-danni kif imressqa mir-rikorrenti fl-ewwel istanza;

Sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali sa fejn tikkonstata li d-deċiżjoni ta’ għoti hija vvizzjata b’varji sitwazzjonijiet ta’ aġir sostantiv illegali, inkluż ksur tal-prinċipji ta’ opportunitajiet ugwali u trasparenza, żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u diversi nuqqasijiet ta’ motivazzjoni, u sa fejn tordna lill-Unjoni Ewropea tħallas id-danni lil European Dynamics Luxembourg għat-telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas, u tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

Ulterjorment sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali sa fejn tordna lill-Unjoni Ewropea tħallas id-danni lil European Dynamics Luxembourg għat-telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt qafas, u tibgħat il-kawża lura lill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-appell huwa bbażat fuq erba’ aggravji prinċipali, b’mod partikolari li: 1) il- Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ opportunitajiet ugwali u trasparenza u kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, 2) il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-eżami li jirrigwarda żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni, 3) il-Qorti Ġenerali wettqet wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 100(2) tar-regolament finanzjarju ġenerali (1) moqri flimkien mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, u 4) il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi bl-għoti tad-danni fuq il-bażi tat-telf ta’ opportunità.

2.

Fuq l-ewwel aggravju tal-appell, l-appellant jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li ma evalwatx u stabbilixxietx jekk l-introduzzjoni ta’ kriterji b’piż għas-subkriterji tal-kriterji tal-ewwel għoti tekniku li ma ġewx ikkomunikati lill-offerenti qabel ma ssottomettew l-offerti tagħhom 1) biddlitx il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt kif imniżżel fid-dokumenti tal-kuntratt jew fl-avviż ta’ kuntratt, 2) kellhomx elementi li, kieku kienu magħrufa fil-mument li fihom l-appalti kienu qed jiġu ppreparati, kienu jaffettwaw dik il-preparazzjoni, jew 3) ġewx adottati fuq il-bażi ta’ kwistjonijiet li kienu probabbilment iwasslu għal diskriminazzjoni kontra wieħed mill-offerenti. Fit-tieni parti tal-ewwel aggravju tal-appell, l-appellant ukoll qed juri li l-Qorti Ġenerali kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni kif impost mill-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja għaliex ma tagħti l-ebda raġuni għaliex tqis li l-introduzzjoni ta’ fatturi ta’ piż mhux avżati għas-subkriterji użati fl-ewwel kriterji ta’ għoti kellha effett negattiv fuq il-possibbiltà tar-rikorrenti fl-ewwel istanza li jitqiegħdu fl-ewwel jew fit-tieni post tal-klassifika tas-sejħa għal offerti kkontestata.

3.

Fit-tieni aggravju tal-appell, l-appellant jissottometti li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma eżaminatx jekk l-iżbalji ta’ evalwazzjoni manifesti stabbiliti mwettqa mill-kumitat ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-offerta ta’ European Dynamics’ għall-ewwel u t-tieni kriterji ta’ għoti seta’ kellu effett fuq ir-riżultat finali tad-deċiżjoni ta’ għoti kkontestata. L-appellant jindika li l-Qorti Ġenerali għandha teżamina jekk l-iżbalji ta’ evalwazzjoni manifesti stabbiliti jwasslux għal riżultat differenti tal-proċedura ta’ għoti fuq żewġ punti. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali għandha teżamina jekk, kieku dawk l-iżbalji ma twettqux, l-offerent miċħud ma kienx jikseb punti biżżejjed sabiex jiġi kklassifikat f’pożizzjoni ogħla fil-klassifika. It-tieni net, il-Qorti Ġenerali għandha teżamina jekk l-iżbalji ta’ evalwazzjoni manifesti stabbiliti jaffettwawx ir-riżultat mogħti għal (sub)kriterju partikolari fil-każ fejn hemm diversi raġunijiet oħra (li ma humiex ivvizzjati minn żball ta’ evalwazzjoni manifest) li jsostnu bl-istess mod ir-riżultati mogħtija.

4.

Fit-tielet aggravju tal-appell, l-appellant jgħid li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi eżaminat kull kumment magħmul mill-kumitat ta’ evalwazzjoni għalih u mhux fil-kuntest iktar wiesa’, u b’dan il-mod applikat eżami iktar strett fir-rigward tad-dmir ta’ motivazzjoni minn dak li jirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma eżaminatx jekk ir-raġunijiet l-oħra (li ma humiex ivvizzjati minn nuqqas ta’ motivazzjoni) imressqa mill-UASI sabiex jiġġustifika r-riżultati mogħtija għall-ewwel kriterju ta’ għoti, segħtux ikunu xorta biżżejjed sabiex jikkonfermaw il-validità tar-riżultat mogħti. Għal din ir-raġuni l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi annullat id-deċiżjoni kontestata minħabba ksur tal-Artikolu 100(2) tar-regolamenti finanzjarji ġenerali moqri flimkien mal-Artikolu 296 TFUE.

5.

Fir-raba’ aggravju tal-appell, l-appellant jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi tat id-danni lir-rikorrent fl-ewwel istanza peress li waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet tal-UE (i.e. il-preżenza ta’ aġir illegali) ma ġietx ipprovata. Sussidjarjament, l-appellant jissottometti li, anki jekk ir-rikors għal annullament tal-UASI kien jintlaqa’ biss fuq l-ewwel aggravju tal-appell, is-sentenza appellata għandha xorta waħda tiġi annullata sa fejn timponi l-obbligu tal-ħlas tad-danni għaliex f’dan il-każ ir-rabta kawżali bejn l-aġir illegali li baqa’ (żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni) u d-dannu allegat ma ġiex ipprovat. Ulterjorment sussidjarjament, l-appellant jitlob li s-sentenza għandha tiġi annullata għaliex hemm kontradizzjoni bejn il-kunsiderazzjonijiet tas-sentenza appellata u t-tieni parti tad-dispożittiv tas-sentenza appellata. Iktar sussidjarjament, l-appellant jindika li, f’kull każ, id-dispożittiv tas-sentenza appellata għandu żball materjali għaliex jordna lill-Unjoni Ewropea minflok lill-UASI tikkumpensa lil European Dynamics Luxembourg għat-telf ta’ opportunità.


(1)  Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1605/200 (KE, Euratom) Nru 1605/200

ĠU L 298, p. 1


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-23 ta’ Diċembru 2015 – Shiraz Baig Mirza vs Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

(Kawża C-695/15)

(2016/C 090/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Shiraz Baig Mirza

Konvenut: Bevándorlási és Állampolgársági Hivatal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1) (“ir-Regolament Dublin III”) għandu jiġi interpretat fis-sens li

(a)

l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw id-dritt li jibagħtu applikant lejn pajjiż terz li huwa sigur biss qabel ma jiddeterminaw l-Istat Membru responsabbli jew jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt ukoll wara li jiddeterminaw dan?

(b)

Ir-risposta għad-domanda preċedenti hija differenti jekk l-Istat Membru jistabbilixxi li huwa l-Istat responsabbli mhux fiż-żmien meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-ewwel darba quddiem l-awtoritajiet tiegħu skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Dublin III u l-Kapitolu III tal-imsemmi regolament iżda meta jirċievi l-applikant minn Stat Membru ieħor wara trasferiment jew talba għal teħid lura skont il-Kapitoli V u VI tar-Regolament Dublin III?

2)

Jekk, abbażi tal-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja b’risposta għall-ewwel domanda, id-dritt li applikant jintbagħat lejn pajjiż terz li huwa sigur jista’ jiġi eżerċitat ukoll wara transferiment imwettaq skont il-proċedura Dublin:

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament Dublin III jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw dan id-dritt ukoll jekk, matul il-proċedura Dublin, l-Istat Membru li jwettaq it-transferiment ma jkunx ġie informat bir-regoli nazzjonali rilevanti li jirregolaw l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt jew bil-prassi applikata mill-awtoritajiet nazzjonali?

3)

L-Artikolu 18(2) tar-Regolament Dublin III jista’ jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ applikant li ttieħed lura skont l-Artikolu 18[(1)](ċ) ta’ dan ir-regolament, il-proċedura għandha titkompla fl-istadju fejn ġiet interrotta matul il-proċedura preċedenti?


(1)  ĠU 2013 L 180, p. 31.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Frosinone (l-Italja) fil-5 ta’ Jannar 2016 – proċeduri kriminali kontra Paola Tonachella

(Kawża C-8/16)

(2016/C 090/14)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Frosinone

Parti fil-kawża prinċipali

Paola Tonachella

Domandi preliminari

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif b’mod partikolari ġew ikkompletati fid-dawl tal-prinċipji li jinsabu fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 mill-Qorti tal-Ġustizzja (C-72/10), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu li jiġi ttrasferit mingħajr ħlas l-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà li jikkostitwixxu n-netwerk ta’ ġestjoni tal-ġbir u tal-logħob fil-każ tal-waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka?


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-12 ta’ Jannar 2016 – Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL vs Administration des douanes et droits indirects

(Kawża C-17/16)

(2016/C 090/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oussama El Dakkak, Intercontinental SARL

Konvenuta: Administration des douanes et droits indirects

Domandi preliminari

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nruo1889/2005, tas-26 ta’ Ottubru 2005 (1) u l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nruo562/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006 (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz li jinsab f’żona ta’ tranżitu internazzjonali ta’ ajruport ma huwiex suġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nruo1889/2005, tas-26 ta’ Ottubru 2005, jew, għall-kuntrarju, li dan iċ-ċittadin huwa suġġett għal dan l-obbligu daqslikieku qasam fruntiera esterna tal-Komunità f’wieħed mill-punti ta’ qsim tal-fruntiera previst mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nruo562/2006, tal-15 ta’ Marzu 2006?


(1)  Regolament (KE) Nru 1889/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, p. 9).

(2)  Regolament (KE) Nru 562/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1).


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/12


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-30/16)

(2016/C 090/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u G. Braun, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2006/126/KE (1), peress li ma implementatx b’mod sħiħ l-Artikolu 4(1), (3)(b), (4)(d), (f) u (h), l-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 7(2)(b) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-dispożizzjonijiet neċessarji kellhom jiġu adottati u ppublikati sad-19 ta’ Jannar 2011 u kellhom jidħlu fis-seħħ sad-19 ta’ Jannar 2013.


(1)  Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (ĠU L 403, p. 18).


Il-Qorti Ġenerali

7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – l-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-427/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Settur bankarju - Għajnuna implementata mill-Ġermanja favur il-Bayerische Landesbank fil-kuntest tar-ristruturazzjoni tiegħu - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet - Tħassir tad-deċiżjoni inizjali redatta f’lingwa li ma hijiex tal-Istat Membru - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2016/C 090/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer, M. Windisch, W. Peschorn u S. Ullreich, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tal-Artikolu 19(1)(d) u (2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5062 finali, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28487 (C 16/2009 ex N 254/2009) mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika tal-Awstrija favur il-Bayerische Landesbank, kif ukoll, sussegwentement għat-tħassir tal-imsemmija deċiżjoni permezz tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/657 tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Ġermanja u l-Awstrija lill-Bayerische Landesbank (il-Kawża SA. 28487 (C 16/09, ex N 254/09)) (notifikata bid-dokument C(2013) 507) (ĠU 2015, L 109, p. 1), talba għal annullament tal-Artikolu 2(1)(d) u (2) ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Awstrija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 373, 1.12.2012.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Makhlaouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-443/13) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Proporzjonalità”))

(2016/C 090/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammed Makhlaouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: R. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn dan l-att jikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mohammed Makhlaouf huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 28 ta’ Jannar 2016 – Gugler France vs UASI – Gugler (GUGLER)

(Kawża T-674/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva Komunitarja GUGLER - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio”])

(2016/C 090/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gugler France (Besançon,) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 356/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Gugler France u Alexander Gugler.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 356/2012-4) hija annullata

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Gugler France matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 61, 1.03.2014.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – BR IP Holder vs UASI – Greyleg Investments (HOKEY POKEY)

(Kawża T-62/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HOKEY POKEY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti mhux irreġistrata - Prova tal-użu - Dritt ta’ projbizzjoni tal-użu tat-trade mark li saret l-applikazzjoni għaliha - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt ta’ Stat Membru - Obbligu ta’ motivazzjoni - Konstatazzjoni ex officio”])

(2016/C 090/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BR IP Holder (Canton, Massachusetts, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Traub, avukat, u C. Rohsler, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Greyleg Investments Ltd (Baltonsborough, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1091/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BR IP Holder LLC u Greyleg Investments Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat- 22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1091/2012–4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn BR IP Holder LLC.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Jannar 2016 – DF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-782/14 P) (1)

((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Kollokament fl-interess tas-servizz - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjoni prevista fl-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament”))

(2016/C 090/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: DF (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: A. von Zwehl, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. Bohr, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-1 ta’ Ottubru 2014, DF vs Il-Kummissjoni (F-91/13, ĠabraSP, EU:F:2014:228), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

DF għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Laboratories Ern vs UASI – michelle menard (Lenah.C)

(Kawża T-802/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Lenah.C - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LEMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 090/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: S. Correa Rodriguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: michelle menard GmbH – Berlin cosmetics (Berlin, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2014 (Każ R 2260/2013-4), rigward proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern, SA u michelle menard GmbH – Berlin cosmetics.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Ern, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 46, 9.2.2015.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Jannar 2016 – Rod Leichtmetallräder vs UASI – Rodi TR (ROD)

(Kawża T-75/15) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva ROD - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti RODI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni preċedenti - Regola 39(3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”])

(2016/C 090/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rod Leichtmetallräder GmbH (Weiden in der Oberpfalz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Hellenbrand u J. Biener, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rodi TR, SL (Lérida, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 281/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Rodi TR, SL u Rod Leichtmetallräder GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rod Leichtmetallräder GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/17


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2015 – Biofa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-746/15 R)

((“Miżuri provviżorji - Prodott tas-saħħa tal-pjanti - Approvazzjoni tas-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - nuqqas ta’ urġenza”))

(2016/C 090/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biofa AG (Münsingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Stallberg u S. Knoblich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen, F. Moro u P. Ondrüsek, aġenti)

Suġġett

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2069, tas-17 ta’ Novembru 2015, li japprova s-sustanza bażika idroġenu karbonat tas-sodju skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 301, p. 42).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/17


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Jenkinson vs Il-Kunsill et

(Kawża T-602/15)

(2016/C 090/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Liam Jenkinson (Keery, l-Irlanda) (rappreżentanti: N. de Montigny u K. -N. Louis, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u Azzjoni Konġunat tal-Unjoni Ewropea, “Eulex Kosovo”

Talbiet

Prinċipalment:

– 1.

Fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kunratt irregolat mid-dritt privat:

tikklassifika mill-ġdid ir-relazzjoni kuntrattwali tiegħu fil-kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat;

tikkonstata l-ksur mill-konvenuti tal-obbligi kuntrattwali tagħhom u, b’mod partikolari, tan-notifika ta’ preavviż fil-kuntest ta’ ksur ta’ kuntratt, għal żmien indeterminat;

Konsegwentement, bħala kumpens tad-dannu subit mill-użu abużiv ta’ kuntratti ta’ impjieg suċċessivi għal żmien determinat li ħoloq inċertezza prolongata fir-rikorrent u l-ksur tal-obbligu ta’ notifika ta’ preavviż ta’ ksur tal-kuntratt:

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrent kumpens ta’ preavviż ta’ EUR 176 601,55ikkalkolat fuq l-anzjanità ta’ servizz tiegħu fi ħdan il-missjonijiet maħluqa mill-Unjoni Ewropea;

sussidjarjament, tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrent kumpens ta’ preavviż ta’ EUR 45 985,15ikkalkolat inkunsiderazzjoni tat-tul tas-servizzi tiegħu għar-raba’ konvenuta;

tiddeċiedi li t-tkeċċija tar-rikorrent hija abużiva u tikkundanna, konsegwentement, lill-konvenuti sabiex iħallsuh kumpens għad-danni ex aequo et bono ta’ EUR 50 000;

tikkonstata li l-konvenuti ma stabbilixxew id-dokumenti korporattivi legali tat-terminazzjoni ta’ kuntratt u

tikkundannahom iħallsu lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 100,00 għal kull jum ta’ tardività mill-preżentata ta’ dan ir-rikors;

tikkundannhom li jittrażmettu d-dokumenti korporattivi ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuti li jħallsu l-interessi fuq is-somom iċċitatati iktar ’il fuq, ikkalkolati bir-rata legali tal-Belġju.

– 2.

Fir-rigward tal-abbuż ta’ poter u tad-diskriminazzjoni eżistenti:

tiddikjara li l-ewwel tliet konvenuti ddiskriminaw lir-rikorrent, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, matul il-perijodu ta’ ingaġġ tiegħu fi ħdan il-missjonijiet li huma stabbilixxew, f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni tiegħu, d-drittijiet ta’ penzjoni tiegħu u l-benefiċċji rrelatati, kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-garanzija ta’ impjieg sussegwenti;

tikkonstata li r-rikorrent kellu jiġi rreklutat bħala membru tal-persunal temporanju minn wieħed mill-ewwel tliet konvenuti;

tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti li jikkumpensawh għat-telf ta’ remunerazzjoni, ta’ pensjoni, allowances u benefiċċji maħluq mill-ksur tad-dritt Komunitarju ċċitata iktar ’il fuq;

tikkundannahom li jħallsuh l-interessi fuq dawn is-somom, ikkalkolati bir-rata legali tal-Belġju;

tiffissa terminu għall-partijiet sabiex jiġi stabbilit l-imsemmi kumpens filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-grad u l-iskala li fihom ir-rikorrent kellu jiġi ingaġġat, tal-progressjoni medja ta’ remunerazzjoni, tal-evoluzzjoni tal-karriera tiegħu, tal-allowances li kellu għaldaqstant jirċievi skont dan il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju; u tipparaguna r-riżultati miksuba mar-remnureazzjoni effettivament riċevuta mir-rikorrent.

Sussidjarjament:

tikkonstata l-ksur tal-obbligi tagħhom mill-konvenuti;

tikkundanahom sabiex jikkumpensaw lir-rikorrent għad-dannu li jirriżulta mill-imsemmija ksur, li huwa stmat fl-ammont ex aequo et bono ta’ EUR 150 000,00.

Fi kwalunkwe każ:

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq abbuż ta’ dritt imwettaq mill-konvenuti fl-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat u fuq il-ksur minn dawn tal-aħħar tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq ksur mill-konvenuti tal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-kuntest ta’ tkeċċija kollettiva.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tad-dritt għal smigħ tar-rikorrent.

5.

Il-ħames motiv, huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ ċertezza legali kkawżata mill- konvenuti fir-rigward tar-rikorrent u tal-ksur minn dawn tal-aħħar tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

6.

Is-sitt motiv, huwa bbażat fuq ksur mill-konvenuti tal-prinċipju ta’ konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal.

7.

Is-seba’ motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba.

8.

It-tmien motiv, huwa bbażat fuq il-ksur mill-konvenuti tad-dritt tal-moviment liberu tal-ħaddiema.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/19


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – Novartis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ nofs qamar bl-iswed u l-abjad)

(Kawża T-678/15)

(2016/C 090/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Zintler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ nofs qamar bl-iswed u l-abjad) (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 191 036

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 89/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix is-sinjal inkwistjoni (trade mark Komunitarja Nru 13 191 036) fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 5 deskritti fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/20


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – Novartis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ minġel bl-aħdar u bl-abjad)

(Kawża T-679/15)

(2016/C 090/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizera)(rappreżentant: M. Zintler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja (Rappreżentazzjoni ta’ minġel bl-aħdar u bl-abjad) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 189 139

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 78/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix is-sinjal inkwistjoni (trade mark Komunitarja Nru 13 189 139) fir-rigward tal-oġġetti fil-Klassi 5 deskritti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/20


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 – Aldi vs UASI – Sky (SKYLITE)

(Kawża T-736/15)

(2016/C 090/28)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen, u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky plc (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “SKYLITE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 595 311

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2771/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/21


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – It Works vs UASI – KESA Holdings Luxembourg (IT it WORKS)

(Kawża T-778/15)

(2016/C 090/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: It Works S.A. (Krakow, il-Polonja) (rappreżentant: J. Aftyka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KESA Holdings Luxembourg Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “IT it WORKS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 359 222

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26/10/2015 fil-Każ R 2106/2014-4

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tas-servizzi li għalihom ntlaqgħet l-oppożizzjoni;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni bid-data tas-17/06/2014 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 001988727 fir-rigward tas-servizzi li għalihom ntlaqgħet l-oppożizzjoni;

tibgħat il-kawża lura għand l-UASI sabiex ikun jista’ jemenda d-deċiżjoni fuq is-sustanza tal-każ u jirreġistra t-trade mark Komunitarja Nru 010359222 fir-rigward tas-servizzi kollha koperti, bla ħsara għal dawk li mhumiex ikkontestati;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/22


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2016 – La tarte tropézienne vs UASI (LA TARTE TROPÉZIENNE 1955. SAINT-TROPEZ)

(Kawża T-7/16)

(2016/C 090/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: La tarte tropézienne (Cogolin, Franza) (rappreżentant: T. Cuche, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “LA TARTE TROPÉZIENNE 1955. SAINT-TROPEZ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 212 405

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26/10/2015 fil-Każ R 720/2015-4

Talbiet

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;

tikkonstata li l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 212 405 hija valida biex tindika l-prodotti segwenti: “Dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; zokkor; għasel; għasel iswed; ħmira; trab tal-ħami; ħwawar; għaġina għall-kejkijiet; kejkijiet; kejkijiet iffriżati; kreps”;

konsegwentement, tannulla parzjalment id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ottubru 2015 sa fejn din irrifjutat il-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 212 405 għall-prodotti segwenti “Dqiq u preparazzjonijiet magħmulin miċ-ċereali; zokkor; għasel; għasel iswed; ħmira; trab tal-ħami; ħwawar; għaġina għall-kejkijiet; kejkijiet; kejkijiet iffriżati; kreps”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2016 – Gauff vs UASI –H.P. Gauff Ingenieure (GAUFF)

(Kawża T-13/16)

(2016/C 090/31)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Molnar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Gauff” – Trade mark Komunitarja Nru 6 327 977

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 549/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI għal eżami ulterjuri tal-elementi inkwistjoni li, b’mod żbaljat, ma ġewx eżaminati,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell quddiem l-UASI.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 53, 56, 57 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009 u ksur tar-Regolament Nru 2868/95 kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ u nuqqas ta’ motivazzjoni.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/23


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ jannar 2016 – Apimab Laboratories et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-14/16)

(2016/C 090/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Apimab Laboratoires (Clermont-l’Hérault, Franza), Sarl BBI – Blanche Bresson Institut (Barbentane, Franza), Institut de recherche biologique – IRB (Montaigu, Franza), Laboratoires Arkopharma (Carros, Franza), Laboratoires Juva Santé (Pariġi, Franza), Ortis (Bütgenbach, il-Belġju), Pierre Fabre Médicament (Boulogne-Billancourt, Franza), Pollenergie (Saint-Hilaire-de-Lusignan, Franza) (rappreżentant: A. de Brosses, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li r-Regolament Nru 2015/1933, tad-27 ta’ Ottubru 2015 ġie adottat mingħajr ebda konsultazzjoni minn qabel mal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel u, għaldaqstant, bi ksur tal-proċedura applikabbli għall-adozzjoni tiegħu;

taqta’ u tiddeċiedi li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta adottat ir-Regolament Nru 2015/1993 mingħajr evalwazzjoni xjentifika tar-riskju, bi ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 178/2002;

taqta’ u tiddeċiedi li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni billi llimitat, fir-Regolament Nru 2015/1933 tas-27 ta’ Ottubru 2015, il-livelli massimi ta’ benżo(a)piren f’ċerti dans certains supplimenti tal-ikel għal 10 mikrogrammi jekk użat waħdu jew għal 50 mikrogrammi jekk imħallat ma’ sustanzi oħra;

taqta’ u tiddeċiedi li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi llimitat, fir-Regolament Nru 2015/1933 tas-27 ta’ Ottubru 2015, il-livelli massimi ta’ benżo(a)piren f’ċerti supplimenti tal-ikel għal 10 mikrogrammi jekk użat waħdu jew għal 50 mikrogrammi jekk imħallat ma’ sustanzi oħra;

taqta’ u tiddeċiedi li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, billi llimitat, fir-Regolament Nru 2015/1933 tas-27 ta’ Ottubru 2015, il-livelli massimi ta’ benżo(a)piren f’ċerti supplimenti tal-ikel għal 10 mikrogrammi jekk użat waħdu jew għal 50 mikrogrammi jekk imħallat ma’ sustanzi oħra.

Konsegwentement:

tannulla r-Regolament Nru 2015/1933, tas-27 ta’ Ottubru 2015, għal dak li jikkonċerna d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar is-supplimenti tal-ikel;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tar-regoli ta’ proċedura li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93, tat-8 ta’ Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (iktar ’il quddiem ir-“regolament qafas”), waqt l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1933, tas-27 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fil-fibra tal-kawkaw, fiċ-ċipps tal-banana, fis-supplimenti tal-ikel, fil-ħxejjex aromatiċi mnixxfin u fil-ħwawar imnixxfin (iktar ’il quddiem ir-“regolament ikkontestat”).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni waqt l-adozzjoni tar-regolament ikkontestat u fuq il-ksur tal-Artikolu 2 tar-regolament qafas, li jiġġustifika l-annullament tar-regolament ikkontestat minħabba nuqqas ta’ bażi legali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Kummissjoni, inkwantu hija ma kkonsultatx lill-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel u ma wettqet ebda evalwazzjoni xjentifika minn qabel, u dan jikser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 178/2002 li jimponi evalwazzjoni tar-riskji minn qabel.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, inkwantu r-regolament ikkontestat huwa bbażat b’mod impliċitu fuq il-konstatazzjoni li l-konsumatur jibla’ kwantitajiet simili ta’ idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (HAP) permezz tas-supplimenti tal-ikel bħalma jibla’ permezz tal-ikel normali, iżda dan ma huwiex il-każ.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkwantu l-iffissar tal-livelli massimi ta’ HAP imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, inkwantu r-regolament ikkontestat ma ħax inkunsiderazzjoni d-differenzi bejn is-supplimenti tal-ikel u prodotti oħra tal-ikel, billi ffissa l-livelli massimi ta’ HAP f’konformità mat-tip ta’ prodott ta’ ikel ikkonċernat.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/25


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2016 – Pandalis vs UASI – LR Health & Beauty Systems (Cystus)

(Kawża T-15/16)

(2016/C 090/33)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Georgios Pandalis (Glandorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Franke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Cystus” – Trade mark Komunitarja Nru 1 273 119

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2839/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrigwarda l-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 8374 C u t-trade mark Komunitarja Nru 1 273 119 “Cystus”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 64(1) flimkien mal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Użu ħażin ta’ poter;

Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/25


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2016 – Mast-Jägermeister vs UASI (Becher)

(Kawża T-16/16)

(2016/C 090/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mast-Jägermeister SE (Wolfenbüttel, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus, J. Engberding, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Disinn ikkontestat ikkonċernat: id-disinn Komunitarju “Becher” – Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni Nri 2683615-0001 u 2683615-0002

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Novembru 2015, fil-Każ R 1842/2015-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrikonoxxi s-17 ta’ April 2015 bħala data ta’ preżentazzjoni għad-disinni Nri 002683615-0001 u 002683615-0002;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ appell;

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 45(1) u tal-Artikolu 46(2) u (3) tar-Regolament Nru 6/2002, flimkien mal-Artikolu 36(1)(ċ) u mal-Artikolu 38(1) tar-Regolament Nru 6/2002;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/26


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Jannar 2016 – DMC vs UASI – Etike’ International (De Giusti Orgoglio)

(Kawża T-18/16)

(2016/C 090/35)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: DMC Srl (San Vendemiano, l-Italja) (rappreżentant: B. Osti, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etike’ International Srl (Baronissi, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “De Giusti Orgoglio”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 499 468

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Novembru 2015 fil-Każ R 1764/2013-5

Talbiet

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata peress li hija infondata fil-fatt u fil-liġi;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż;

tordna li jiġu ppreżentati l-fajls tal-proċedimenti ta’ oppożizzojni Nru B 001757973 u tar-rikors Nru R 1764/2013-5.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/27


Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2016 – Brouillard vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-148/15 R)

((Servizz pubbliku - Nuqqas ta’ ammissjoni għall-parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ kompetizzjoni - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Urġenza - Assenza))

(2016/C 090/36)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Forest, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Vande Casteele, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla EPSO/AD/306/15 – ġuristi lingwisti tal-lingwa Franċiża (AD7), li ma tippermettix lir-rikorrent jipparteċipa fil-fażi segwenti tal-kompetizzjoni minħabba l-fatt li dan tal-aħħar ma għandux livell ta’ tagħlim li jikkorrispondi għal taħriġ legali komplet li sar fi stabbiliment ta’ tagħlim superjuri Belġjan, Franċiż jew Lussemburgiż.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


7.3.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/27


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Jannar 2016 – Glantenay et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-85/15) (1)

(2016/C 090/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 262, 10.08.2015, p. 42.