ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 69

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
23 ta' Frar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 069/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7929 — Mitsubishi Corporation/KKR/South Staffordshire Plc) ( 1 )

1

2016/C 069/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7913 — Allianz / Spar / Fischapark) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 069/03

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 069/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7918 — Indorama Netherlands/Guadarranque Polyester) ( 1 )

3


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7929 — Mitsubishi Corporation/KKR/South Staffordshire Plc)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 69/01)

Fis-17 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7929. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7913 — Allianz / Spar / Fischapark)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 69/02)

Fit-18 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7913. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Frar 2016

(2016/C 69/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1026

JPY

Yen Ġappuniż

124,85

DKK

Krona Daniża

7,4620

GBP

Lira Sterlina

0,78243

SEK

Krona Żvediża

9,3572

CHF

Frank Żvizzeru

1,1008

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,4930

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,022

HUF

Forint Ungeriż

307,84

PLN

Zloty Pollakk

4,3646

RON

Leu Rumen

4,4767

TRY

Lira Turka

3,2512

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5322

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5128

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5679

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6521

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5469

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 351,19

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,8486

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1909

HRK

Kuna Kroata

7,6300

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 824,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,6171

PHP

Peso Filippin

52,517

RUB

Rouble Russu

83,4916

THB

Baht Tajlandiż

39,418

BRL

Real Brażiljan

4,3755

MXN

Peso Messikan

19,9350

INR

Rupi Indjan

75,5948


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 69/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7918 — Indorama Netherlands/Guadarranque Polyester)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 69/04)

1.

Fis-16 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Indorama Netherlands B.V. bażikament ikkonrollata minn Canopus International Ltd (“Indorama”, il-Mawrizju) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Guadarranque Polyester S.L.U. kollha kemm hi (“Guadarranque”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Indorama: il-produzzjoni tal-aċidu tereohtaliku purifikat (purified tereohthalic acid, PTA), prodotti tal-polyethylene terephthalate (PET), prodotti tar-reżina tal-PET u prodotti oħra tal-polyester.

—   Guadarranque: il-produzzjoni tal-PTA, tal-aċidu isoftaliku purifikat (purified isophthalic acid, PIA) u prodotti tal-PET.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7918 — Indorama Netherlands/Guadarranque Polyester, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).