ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 61

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
17 ta' Frar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 061/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti tal-ħinijiet tas-sajf — Skeda għall-perjodi tas-sajf

1

2016/C 061/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7891 — The Carlyle Group/Comdata) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2016/C 061/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/220 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

2

2016/C 061/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

3

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 061/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

2016/C 061/06

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Frar 2016 li tadotta d-deċiżjonijiet ta’ importazzjoni tal-Unjoni għal ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/416/KE u 2009/966/KE

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 061/07

Lista ta’ Stati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-Artikoli 15 (2), 17 (8) u 21 (3) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2016/C 061/08

Riżultati tas-sejħa għall-proposti — skema ta’ għajnuna finanzjarja ta’ EIBURS tal-Istitut tal-BEI

23

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 061/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7928 — RPC Group/GCS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 061/10

Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

26


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar arranġamenti tal-ħinijiet tas-sajf

Skeda għall-perjodi tas-sajf

(2016/C 61/01)

Mill-2017 sal-2021 inkluża, il-perjodi tas-sajf se jibdew u jintemmu rispettivament fid-dati li ġejjin fis-01.00 UTC — Ħin Universali Koordinat:

—   fl-2017: il-Ħdud tas-26 ta’ Marzu u tad-29 ta’ Ottubru,

—   fl-2018: il-Ħdud tal-25 ta’ Marzu u tat-28 ta’ Ottubru,

—   fl-2019: il-Ħdud tal-31 ta’ Marzu u tas-27 ta’ Ottubru,

—   fl-2020: il-Ħdud tad-29 ta’ Marzu u tal-25 ta’ Ottubru,

—   fl-2021: il-Ħdud tat-28 ta’ Marzu u tal-31 ta’ Ottubru.


17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7891 — The Carlyle Group/Comdata)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 61/02)

Fil-11 ta' Frar 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32016M7891. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/2


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/220 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

(2016/C 61/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/220 (2), u fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (3) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/101/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 314/2004.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 314/2004 sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 7 tar-Regolament).

Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, sabiex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati dwar il-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6.

(2)  ĠU L 40, 17.2.2016, p. 11.

(3)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.


17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/3


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

(2016/C 61/04)

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2) dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe.

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 314/2004.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Frar 2016

(2016/C 61/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1166

JPY

Yen Ġappuniż

127,02

DKK

Krona Daniża

7,4644

GBP

Lira Sterlina

0,77580

SEK

Krona Żvediża

9,4742

CHF

Frank Żvizzeru

1,1018

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,6049

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,029

HUF

Forint Ungeriż

310,75

PLN

Zloty Pollakk

4,4062

RON

Leu Rumen

4,4613

TRY

Lira Turka

3,3023

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5605

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5430

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6950

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6931

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5656

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 358,70

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,5669

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2741

HRK

Kuna Kroata

7,6170

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 997,87

MYR

Ringgit Malażjan

4,6685

PHP

Peso Filippin

53,050

RUB

Rouble Russu

86,4489

THB

Baht Tajlandiż

39,790

BRL

Real Brażiljan

4,4833

MXN

Peso Messikan

21,0457

INR

Rupi Indjan

76,3985


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/5


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Frar 2016

li tadotta d-deċiżjonijiet ta’ importazzjoni tal-Unjoni għal ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/416/KE u 2009/966/KE

(2016/C 61/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2),

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi, f’isem l-Unjoni, jekk għandhiex tippermetti l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ kull sustanza kimika li hija suġġetta għall-proċedura tal-kunsens infurmat minn qabel (PIC), jew le.

(2)

Il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) u l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO) inħatru sabiex jipprovdu s-servizzi ta’ segretarjat għat-tħaddim tal-proċedura PIC stabbilita bil-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura tal-Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Sustanzi Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (“il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam”), li ġiet approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE (3).

(3)

Il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi bħala awtorità maħtura komuni, hi obbligata tressaq id-deċiżjonijiet ta’ importazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi li huma suġġetti għall-proċedura PIC lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam (“is-Segretarjat”), f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.

(4)

Is-sustanza kimika metamidofos ġiet miżjuda, bħala pestiċida, mal-Anness III tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam, bid-Deċiżjoni RC 7/4 tas-seba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet. Dan jirrikjedi li kull parti tippreżenta risposta dwar l-importazzjoni lis-Segretarjat għall-inklużjoni tal-metamidofos bħala pestiċida. Il-lista eżistenti ta’ formulazzjonijiet ta’ pestiċidi serjament perikolużi (formulazzjonijiet likwidi li jinħallu li jaqbżu s-600 g ta’ ingredjent attiv/l) li fihom il-metamidofos fl-Anness III, se titħassar, inklużi r-risposti dwar l-importazzjoni ppreżentati għal dik l-entrata. Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni dwarhom mis-Segretarjat, fil-forma ta’ dokument ta’ gwida għad-deċiżjonijiet. Skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-metamidofos ma tistax titqiegħed fis-suq u tintuża bħala kostitwent ta’ taħlitiet li jaġixxu bħala prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (4).

(5)

Jintħtieġ li jiġu emendati d-deċiżjonijiet preċedenti dwar l-importazzjoni marbuta mas-sustanzi kimiċi DDT u l-ossidu tal-etilen sabiex jirriflettu t-tkabbir tal-Unjoni fl-1 ta’ Lulju 2013 kif ukoll sabiex iqisu l-iżviluppi regolatorji fl-Unjoni minn mindu ġew adottati dawk id-deċiżjonijiet.

(6)

It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ossidu tal-etilen skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) huma limitati għal qasam speċifiku wieħed skont ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (6). Konsegwentement, l-importazzjonijiet huma permessi biss għal dak l-użu speċifiku. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu jekk jawtorizzawx dak l-użu, fit-territorju tagħhom, permess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(7)

Il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ DDT, kemm jekk waħedha, fi preparazzjonijiet jew bħala kostitwent ta’ oġġetti, huma pprojbiti fl-Unjoni Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

(8)

Id-deċiżjoni ta’ importazzjoni dwar il-metamidofos għandha tiġi adottata u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2005/416/KE (8) u 2009/966/KE (9) għandhom jiġu emendati skont dan.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-metamidofos stabbilita fil-formola għar-risposta dwar l-importazzjoni mogħtija fl-Anness I, hija adottata.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tal-ossidu tal-etilen kif stabbilit fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/966/KE qed tinbidel bid-deċiżjoni dwar l-importazzjoni għall-ossidu tal-etilen stabbilita fil-formola għar-risposta dwar l-importazzjoni fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Id-deċiżjoni dwar l-importazzjoni tad-DDT kif stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2005/416/KE qed tinbidel bid-deċiżjoni dwar l-importazzjoni għad-DDT stabbilita fil-formola għar-risposta dwar l-importazzjoni fl-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2016.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(2)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE tal-25 ta’ Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 23).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 850/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(8)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/416/KE tad-19 ta’ Mejju 2005 li taddotta d-deċiżjonijiet tal-Komunità dwar l-importazzjoni tal-kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 304/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjonijiet 2000/657/KE, 2001/852/KE u 2003/508/KE (ĠU L 147, 10.6.2005, p. 1).

(9)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/966/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 li tadotta deċiżjonijiet Komunitarji dwar l-importazzjoni tas-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjonijiet 2000/657/KE, 2001/852/KE, 2003/508/KE, 2004/382/KE u 2005/416/KE (ĠU L 341, 22.12.2009, p. 14).


ANNESS I

Deċiżjoni dwar l-importazzjoni għall-metamidofos

Image

Image

Image


ANNESS II

Id-deċiżjoni riveduta dwar l-importazzjoni għall-ossidu tal-etilen

Image

Image

Image

Image


ANNESS III

Id-deċiżjoni riveduta dwar l-importazzjoni għad-DDT

Image

Image

Image


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/17


Lista ta’ Stati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-Artikoli 15 (2), 17 (8) u 21 (3) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008

(2016/C 61/07)

Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija skont l-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (1). L-awtoritajiet kompetenti ġew notifikati skont l-Artikoli li ġejjin ta’ dan ir-Regolament:

(a)

Artikolu 15(1): L-esportazzjoni ta’ qabdiet li jkunu saru minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru għandhom ikunu soġġetti għall-validazzjoni taċ-ċertifikat tal-qabda mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera, kif stabbilit fl-Artikolu 12(4), jekk meħtieġ fil-qafas ta’ koperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 20(4).

Artikolu 15(2): L-Istati Membri tal-bandiera għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-validazzjoni taċ-ċertifikati tal-qabda msemmijin fil-paragrafu 1.

(b)

Artikolu 17(8): L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti tagħhom għall-iċċekkjar u l-verifiki taċ-ċertifikati skont l-Artikolu 16 u l-paragrafi (1) sa (6) ta’ dan l-Artikolu.

(c)

Artikolu 21(3): L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet kompetenti għall-validazzjoni u l-verifika tat-taqsima “Riesportazzjoni” taċ-ċertifikati tal-qabda skont il-proċedura definita fl-Artikolu 15.

Stat Membru

Awtoritajiet kompetenti

Il-Belġju

(a), (b), (c):

Vlaamse overheid; Dienst Zeevisserij (il-Gvern Fjamming; Servizz tas-Sajd fil-Baħar)

Il-Bulgarija

(a), (b), (c):

Изпълнителна aгенция по pибарство и aквакултури (l-Aġenzija Eżekuttiva dwar is-Sajd u l-Akwakultura)

Ir-Repubblika Ċeka

(a):

mhux applikabbli

(b), (c):

Celní úřad pro Středočeský kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun Boem Ċentrali)

Celní úřad pro hlavní město Prahu (uffiċċju doganali tal-Belt Kapitali ta’ Praga)

Celní úřad Praha Ruzyně (uffiċċju doganali Ruzyně, Praga)

Celní úřad pro Jihočeský kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun Boem tan-Nofsinhar)

Celní úřad pro Plzeňský kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Pilsen)

Celní úřad pro Karlovarský kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Karlovy Vary)

Celní úřad pro Ústecký kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Ústí nad Labem)

Celní úřad pro Liberecký kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Liberec)

Celní úřad pro Královéhradecký kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Hradec Králové)

Celní úřad pro Pardubický kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Pardubice)

Celní úřad pro Kraj Vysočina (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Vysočina)

Celní úřad pro Jihomoravský kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun Moravjan tan-Nofsinhar)

Celní úřad pro Olomoucký kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Olomouc)

Celní úřad pro Moravskoslezský kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun Moravjan-Sileżjan)

Celní úřad pro Zlínský kraj (uffiċċju doganali tar-Reġjun ta’ Zlín)

Id-Danimarka

(a):

NaturErhvervstyrelsen (l-Aġenzija AgroIttika Daniża)

(b):

NaturErhvervstyrelsen – kun direkte landinger (l-Aġenzija AgroIttika Daniża – biss iżbarki diretti)

Fødevarestyrelsen – anden import (l-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża – importazzjonijiet oħra)

(c):

Fødevarestyrelsen (l-Amministrazzjoni Veterinarja u Alimentari Daniża)

Il-Ġermanja

(a), (b), (c):

Bundesanstalt für Landwirtschaft und Ernährung (Uffiċċju Federali għall-Agrikoltura u Ikel)

L-Estonja

(a):

Põllumajandusministeerium; kalamajandusosakond (il-Ministeru tal-Agrikoltura; Dipartiment Ekonomiku tas-Sajd

(b):

Maksu- ja Tolliamet; Põllumajandusministeerium; Keskkonnaministeerium (Bord Fiskali u Doganali Estonjan; Ministeru tal-Agrikoltura; Ministeru tal-Ambjent;

(c):

Maksu- ja Tolliamet (Bord Fiskali u Doganali Estonjan)

L-Irlanda

(a), (b), (c):

The Sea Fisheries Protection Authority (l-Awtorità għall-Protezzjoni tas-Sajd fil-Baħar)

Il-Ġreċja

(a):

Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Γενική Διεύθυνση Βιώσιμης Αλιείας, Διεύθυνση Ελέγχου Αλιευτικών Δραστηριοτήτων και Προϊόντων (Ministeru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, Direttorat Ġenerali għas-Sajd Sostenibbli, Direttorat għall-Kontroll tal-Attivitajiet tas-Sajd u l-Prodotti tas-Sajd)

(b), (c):

Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Γενική Διεύθυνση Βιώσιμης Αλιείας, Διεύθυνση Ελέγχου Αλιευτικών Δραστηριοτήτων και Προϊόντων (Ministeru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, Direttorat Ġenerali għas-Sajd Sostenibbli, Direttorat għall-Kontroll tal-Attivitajiet tas-Sajd u l-Prodotti tas-Sajd)

Υπουργείο Αγροτικής Ανάπτυξης και Τροφίμων, Διευθυνση Αποκεντρωμένων Υπηρεσιών Αττικής, Τμήμα Κτηνιατρικής, Γραφείο Ελέγχου Αλιευτικών Προϊόντων (Ministeru għall-Iżvilupp Rurali u l-Ikel, Direttorat tas-Servizzi Deċentralizzati ta’ Attiki, Dipartiment Veterinarju, Unità ta’ Kontroll tal-Prodotti tas-Sajd — fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni)

Spanja

(a), (b), (c):

Ministerio de Agricultura, Alimentación y Medio Ambiente; Segretaria General de Pesca; Dirección General de Ordenación Pesquera; Subdirección General de Control e Inspección (il-Ministeru tal-Agrikoltura, l-Ikel u l-Ambjent; Segretarju Ġenerali għas-Sajd; Direttorat Ġenerali tal-Ġestjoni tas-Sajd; Sottodirettorat Ġenerali ta’ Kontroll u Spezzjoni)

Franza

(a):

Les directions départementales des territoires et de la mer – délégations à la mer et au littoral; direction de la mer Guadeloupe; direction de la mer Martinique; direction de la mer Guyane; direction de la mer Sud Océan Indien (Direttorati Dipartimentali għat-territorji u l-baħar - Delegazzjonijiet għall-baħar u x-xatt; Direttorat tal-baħar Guadeloupe; Direttorat tal-baħar Martinique; Direttorat tal-baħar il-Gujana Franċiża; Direttorat tal-baħar Oċean Indjan tan-Nofsinhar)

Le Centre National de Surveillance des Pêches (iċ-Ċentru ta’ Sorveljanza Nazzjonali tas-Sajd)

(b):

Les Bureaux de douane des id-Direttorati (Uffiċċji Doganali tad-Direttorati Reġjonali)

Le Centre National de Surveillance des Pêches (iċ-Ċentru ta’ Sorveljanza Nazzjonali tas-Sajd)

(c):

Les bureaux de douane des directions régionales (Uffiċċji Doganali tad-Direttorati Reġjonali)

Il-Kroazja

(a):

Ministarstvo poljoprivrede; Uprava ribarstva (il-Ministeru tal-Agrikoltura; Direttorat tas-Sajd)

(b), (c):

Ministarstvo financija; Carinska uprava (il-Ministeru tal-Finanzi; Servizz Doganali)

L-Italja

(a), (c):

Autorità Marittime (Guardia Costiera) (Awtorità Marittima (il-Gwardja Kostali))

(b):

Agenzia delle Dogane (Aġenzija Doganali)

Ministero della Salute (il-Ministeru tas-Saħħa)

Ċipru

(a), (b), (c):

Υπουργείο Γεωργίας, Αγροτικής Ανάπτυξης και Περιβάλλοντος· Τμήμα Αλιείας και Θαλασσίων Ερευνών (Ministeru tal-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent; Dipartiment tas-Sajd u tar-Riċerka Marina)

Il-Latvja

(a):

Zemkopības ministrijas; Zivsaimniecības departamentā (il-Ministeru tal-Agrikoltura; Dipartiment tas-Sajd)

(b), (c):

Valsts vides dienests departamenta Zivsaimniecības kontroles (Dipartiment tal-Kontroll tas-Sajd tas-Servizz Statali għall-Ambjent)

il-Litwanja

(a):

Žuvininkystės tarnyba prie žemės ūkio ministerijos (Servizz tas-Sajd fil-Ministeru tal-Agrikoltura)

(b), (c):

Muitinės departamentas prie finansų ministerijos (Dipartiment tad-Dwana fil-Ministeru tal-Finanzi)

Il-Lussemburgu

(a):

mhux applikabbli

(b), (c):

Administration des services vétérinaires (Amministrazzjoni tas-Servizzi Veterinarji)

L-Ungerija

(a):

mhux applikabbli

(b), (c):

Nemzeti élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal (Uffiċċju Nazzjonali tas-Sikurezza tal-Katina tal-ikel)

Malta

(a), (b), (c):

Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura; Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima

Il-Pajjiżi l-Baxxi

(a), (c):

Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit (L-Awtorità Olandiża għas-Sigurtà tal-prodotti tal-ikel u l-konsumaturi)

(b):

Douane (Dipartiment Doganali)

Nederlandse Voedsel en Waren Autoriteit (L-Awtorità Olandiża għas-Sigurtà tal-prodotti tal-ikel u l-konsumaturi)

L-Awstrija

(a):

mhux applikabbli

(b), (c):

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit; Bundesamt für Ernaehrungssicherheit (L-Aġenzija Awstrijaka għas-Sikurezza tas-Saħħa u tal-Ikel; Uffiċċju Federali tas-Sigurtà tal-Ikel)

Il-Polonja

(a):

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi; Departament rybołówstwa (il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; Dipartiment tas-Sajd)

(b), (c):

Ministerstwo Rolnictwa i Rozwoju Wsi; Departament rybołówstwa (il-Ministeru tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali; Dipartiment tas-Sajd)

Regionalny Inspektorat rybołówstwa morza w Gdyni (l-Ispettorat Reġjonali tas-Sajd tal-Baħar fi Gdynia)

Regionalny Inspektorat Rybołówstwa Morza w Szczecinie (l-Ispettorat Reġjonali tas-Sajd tal-Baħar f’ Szczecin)

Il-Portugall

(a), (c):

Continente: Direcção-Geral de Recursos naturais, Segurança e Serviços Marítimos; Autoridade Nacional de Pesca (il-Portugall Kontinentali: Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Naturali, is-Sigurtà u s-Servizzi Marittimi; l-Awtorità Nazzjonali tas-Sajd)

Ażores: Secretaria Regional do Ambiente e do Mar; Gabinete do Subsecretário Regional das Pescas (Ażores: Segretarjat Reġjonali tal-Ambjent u l-Baħar; Uffiċċju Reġjonali tas-Sottosegretarju għas-Sajd)

Ażores: Inspeção reġjonali das Pescas (Ażores: Spezzjoni tas-Sajd Reġjonali)

Madeira: Direção Regional de Pescas (Madeira: Spezzjoni tas-Sajd Reġjonali)

(b):

il-Portugall Kontinentali: Direcção-Geral de Recursos naturais, Segurança e Serviços Marítimos; Autoridade Nacional de Pesca (il-Portugall Kontinentali: Direção de Serviços de inspeção (il-Portugall Kontinentali: Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Naturali, is-Sigurtà u s-Servizzi Marittimi; l-Awtorità Nazzjonali tas-Sajd) Direttorat tas-Servizzi ta’ Spezzjoni)

Ażores: Inspeção reġjonali das Pescas (Azores: Spezzjoni tas-Sajd Reġjonali)

Madeira: Direção Regional de Pescas (Madeira: Spezzjoni tas-Sajd Reġjonali)

Alfândega de Viana do Castelo (Uffiċċju Doganali ta’ Viana do Castelo)

Alfândega de Leixões (Uffiċċju Doganali ta’ Leixões)

Alfândega ma Aeroporto do Porto (Uffiċċju Doganali tal-ajruport ta’ Porto)

Alfândega de Leixões (Uffiċċju Doganali ta’ Aveiro)

Alfândega de Leixões (Uffiċċju Doganali ta’ Peniche)

Alfândega Marítima de Lisboa (Uffiċċju Doganali Marittimu ta’ Liżbona)

Alfândega do Aeroporto do Porto (Uffiċċju Doganali tal-ajruport ta’ Porto)

Alfândega de Setúbal (Uffiċċju Doganali ta’ Setúbal)

Delegação Aduaneira de Sines; Alfândega de Setúbal (Delegazzjoni doganali għal Sines, l-Uffiċċju Doganali ta’ Setúbal)

Delegação Aduaneira do Aeroporto de Faro (Delegazzjoni doganali għall-Ajruport ta’ Faro)

Alfândega de Ponta Delgada (Uffiċċju Doganali ta’ Ponta Delgada)

Delegação Aduaneira da Horta (Uffiċċju Doganali ta’ Horta)

Alfândega do Funchal (Uffiċċju Doganali ta’ Funchal)

Delegação Aduaneira do Aeroporto de Madeira (Delegazzjoni doganali għall-Ajruport ta’ Madeira)

Ir-Rumanija

(a), (b), (c):

Agenția Națională pentru Pescuit și Acvacultură (Aġenzija Nazzjonali għas-Sajd u l-Akkwakultura)

Is-Slovenja

(a):

Finančni urad Koper (Uffiċju Finanzjarju ta’ Koper)

(b), (c):

Finančni urad Celje (Uffiċju Finanzjarju ta’ Celje)

Finančni urad Koper (Uffiċju Finanzjarju ta’ Koper)

Finančni urad Kranj (Uffiċju Finanzjarju ta’ Kranj)

Finančni urad Ljubljana (Uffiċju Finanzjarju ta’ Ljubljana)

Finančni urad Maribor (Uffiċju Finanzjarju ta’ Maribor)

Finančni urad Murska Sobota (Uffċiju Finanzjarju ta’ Murska Sobota)

Finančni urad Nova Gorica (Uffiċċju Finanzjarju ta’ Nova Gorica)

Finančni urad Novo mesto (Uffiċċju Finanzjarju ta’ Novo Mesto)

Is-Slovakkja

(a):

mhux applikabbli

(b), (c):

Štátna veterinárna a potravinová správa Slovenskej republiky (Amministrazzjoni tal-Istat għall-Qasam Veterinarju u l-Ikel tar-Repubblika Slovakka)

Il-Finlandja

(a), (b), (c):

Varsinais-Suomen elinkeino-, liikenne- ja ympäristökeskus (Ċentru għall-Iżvilupp Ekonomiku, it-Trasport u l-Ambjent għal-Lbiċ tal-Finlandja)

L-Iżvezja

(a), (b), (c):

Havs- och vattenmyndigheten (Aġenzija għall-Baħar u l-Ġestjoni tal-Ilma)

Ir-Renju Unit

(a):

Marine Management Organisation (Organizzazzjoni għall-Ġestjoni tal-Baħar)

Marine Scotland (Iskozja Marine)

(b):

Marine Management Organisation (Organizzazzjoni għall-Ġestjoni tal-Baħar)

UK Port Health Authorities (Awtoritajiet Portwali tas-Saħħa tar-Renju Unit)

(c):

Marine Management Organisation (Organizzazzjoni għall-Ġestjoni tal-Baħar)


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/23


Riżultati tas-sejħa għall-proposti — skema ta’ għajnuna finanzjarja ta’ EIBURS tal-Istitut tal-BEI

(2016/C 61/08)

Il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja (EIBURS - EIB-University Research Sponsorhip Programme) jagħmel parti mill-Programm tal-Għarfien tal-Istitut tal-BEI, li permezz tiegħu l-BEI jrawwem relazzjonijiet ma’ universitajiet. EIBURS jipprovdi għotjiet sa massimu ta’ EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ tliet snin lil ċentri ta’ riċerka li jaħdmu fuq temi ta’ interess ewlieni għall-Grupp tal-BEI. L-għotjiet jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji jew istituti ta’ riċerka interessati fl-UE, il-pajjiżi kandidati jew il-pajjiżi kandidati potenzjali, b’kompetenza esperta rikonoxxuta f’oqsma ta’ interess dirett għall-Grupp tal-BEI. L-għotjiet għandhom l-għan li jgħinu liċ-ċentri magħżula jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma.

Għall-perjodu 2015-2018, il-programm EIBURS għażel dwar linja ta’ riċerka waħda ġdida:

L-organizzazzjonijiet il-kbar kif jistgħu jkunu wkoll organizzazzjonijiet innovattivi? (How can larger organisations also be innovative organisations?)

Is-sejħa għall-proposti ġiet ippubblikata fil-ĠU C 233 tas-17 ta’ Lulju 2015 u l-Istitut tal-BEI rċieva 27 proposta sad-data ta’ skadenza tat-30 ta’ Settembru 2015. It-tabella li ġejja tindika d-distribuzzjoni tal-proposti skont il-pajjiż:

EIBURS 2015

TOTAL

BE

1

BG

4

DE

1

DK

2

ES

1

FI

1

FR

2

IT

4

LT

3

LU

1

NL

1

RO

1

RS

1

SI

2

SK

1

TR

1

TOTAL

27

Fit-13 ta’ Jannar 2016, il-Kumitat tal-Għarfien iddeċieda li jippremja l-għotja tal-EIBURS dwar “L-organizzazzjonijiet il-kbar kif jistgħu jkunu wkoll organizzazzjonijiet innovattivi?” lil Scuola Superiore Sant’Anna (l-Italja).

Id-deskrizzjoni tal-proġett ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS ser tiġi ppubblikata fil-paġna tal-Programm tal-Għarfien tal-websajt tal-Istitut tal-BEI ladarba l-kuntratt mal-università jiġi ffirmat.

L-applikanti kollha ġew infurmati b’dawn ir-riżultati direttament.

Huwa mistenni li r-round li jmiss tal-EIBURS jitnieda fix-xhur li ġejjin. It-temi li ser jiġu proposti ser jitħabbru matul it-tnedija.

Għal informazzjoni aktar eżawrjenti dwar EIBURS u dwar inizjattivi oħra tal-Programm tal-Għarfien, jekk jogħġbok żur il-paġna tal-Programm tal-Għarfien tal-websajt tal-Istitut tal-BEI.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/25


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7928 — RPC Group/GCS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 61/09)

1.

Fil-11 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża RPC Group PLC (“RPC”, ir-Renju Unit) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier tal-grupp ta’ kumpaniji Global Closure Systems (“GCS”, il-Lussemburgu), li 100 % minnu huwa miżmum minn Financière Daunou 1 SA (il-Lussemburgu) permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għall-RPC: disinn u inġinerija ta’ prodotti tal-plastik għas-setturi tal-imballaġġ u mhux tal-imballaġġ;

—   għall-GCS: manifattura ta’ għeluq u sistemi ta’ distribuzzjoni ta’ prodotti għall-konsumatur.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7928 — RPC Group/GCS, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/26


Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 61/10)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA

Talba għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“AGNEAU DE PAUILLAC”

Nru tal-UE: FR-PGI-0105-01316 – 24.2.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Association de ľAgneau de Pauillac

Route de Labarthe

33190 Gironde-sur-Dropt

FRANCE

Tel. +33 556711445

Numru tal-faks: +33 556711692

Indirizz tal-posta elettronika: agneaudepauillac@eleveursgirondins.fr

L-assoċjazzjoni tiġbor fiha kumitat fuq nett bi tliet kooperattivi u kumitat iktar 'l isfel b’rappreżentant tad-distributuri bl-ingrossa, rappreżentant tal-bejjiegħa bl-imnut u rappreżentant tar-ristoranti. Għalhekk, l-assoċjazzjoni għandha d-dritt leġittimu li titlob l-emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Iż-żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu tal-produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn (applikant, tip ta’ prodott, il-passi li jsiru fiż-żona ġeografika, il-bidliet fil-kliem tat-taqsima “Rabta mal-oriġini”, dettalji tal-OC, rekwiżiti nazzjonali)

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

Raġuni tal-grupp

L-applikazzjoni għall-emenda tressqet biex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi fis-settur, partikolarment l-għeluq tal-biċċerija ewlenija fiż-żona ġeografika.

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Il-kliem ta’ din it-taqsima ġie rivedut sabiex:

L-età tat-tbiċċir tinbidel minn 75 għal 80 jum

Din l-emenda hija marbuta mad-deċiżjoni li jiġi abolit l-użin tal-karkassi bil-ġewwieni (ara l-punt 5.3 Metodu tal-produzzjoni — tbiċċir), li kien ġie ipprojbit bid-Digriet tal-24 ta’ April 2001 dwar l-użin u l-ittikkettar tal-karkassi tan-nagħaġ. Il-piż tal-ġewwieni huwa ta’ madwar 1 kg. Għalhekk, il-ħrief ta’ 11-il kilogramma li jintiżnu bil-ġewwieni tabilħaqq kienu jiżnu madwar 10 kg, li huwa inqas mill-minimu mitlub għall-“Agneau de Pauillac”. Sabiex jinżammu l-karatteristiċi tal-konformazzjoni u tal-piż tal-“Agneau de Pauillac”, il-perjodu tat-trobbija żdied sabiex il-piż tal-karkassi tal-ħrief jilħaq minimu ta 11-il kilogramma wara li jintiżnu mingħajr il-ġewwieni.

Jiżdied il-mod tat-trobbija: imrobbija f’azjenda tan-nagħaġ

Dan l-element ġie inkluż fit-taqsima tal-“Metodu tal-produzzjoni” tal-ispeċifikazzjoni l-antika. Għalhekk, l-għan huwa li dawn iż-żewġ kapitli jiġu allinjati ma’ xulxin u li f’din it-taqsima jiġi inkluż ukoll element tal-ispeċifità tal-“Agneau de Pauillac”.

Tiżdied il-kopertura tax-xaħam nru 3

Il-kopertura tax-xaħam nru 3, żdiedet. L-“Agneau de Pauillac” għandu għalhekk ikollu kopertura tax-xaħam nru 2 jew nru 3. Dawn iż-żewġ klassijiet ta’ kopertura tax-xaħam huma l-aktar kwalitattivi f’termini tal-preżentazzjoni u huma l-klassijiet intermedji fuq skala ta’ 5.

Din iż-żieda ma tibdilx id-dehra tal-karkassi, li l-kopertura tax-xaħam tagħhom ikun tajjeb fiż-żewġ każijiet. Skont il-grilja ta’ klassifikazzjoni EUROP, il-karkassi għandhom saff irqiq jew saff ħafif ta’ xaħam u l-muskoli fil-biċċa l-kbira jkunu jidhru.

Jiżdied il-kulur tax-xaħam: “kemxejn jagħti fir-roża”

“Kemxejn jagħti fir-roża” jikkomplementa l-kulur “abjad” tax-xaħam. Il-kulur “Kemxejn jagħti fir-roża” ġie inkluż fit-taqsima tal-“Metodu tal-produzzjoni” tal-ispeċifikazzjoni l-antika. Fi kliem ieħor, iż-żewġ kapitli issa ġew allinjati flimkien.

Id-deskrizzjoni tal-prodott tiġi kkompletata sabiex tassoċja l-kwalitajiet organolettiċi tal-laħam, bħat-togħma intensa tal-ħaruf u l-laħam tari, mal-karatteristiċi fiżiċi li diġà huma ppreżentati fl-ispeċifikazzjoni l-antika, jiġifieri l-kulur tal-laħam u l-kwalità tax-xaħam. Dawn il-karatteristiċi organolettiċi huma marbuta direttament mal-metodu tat-trobbija li tipikament jintuża għall-“Agneau de Pauillac”.

Jiżdiedu t-tipi differenti ta’ preżentazzjoni

It-tipi differenti tal-preżentazzjoni ma kinux indikati fl-ispeċifikazzjoni l-antika. Dawn l-elementi ġew miżjuda wkoll sabiex ikunu konsistenti mal-kapitlu dwar il-metodu tal-produzzjoni.

L-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni għall-bejgħ bl-imnut ġiet miżjuda filwaqt li l-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni bil-ġewwieni tneħħiet.

Il-ġewwieni ġie espressament eskluż mill-IĠP.

5.2.   Prova tal-oriġini

Il-kliem ta’ din il-parti ġie rivedut u ssupplimentat. L-informazzjoni dwar it-traċċabilità ġie ssupplimentat b’paragrafu dwar iż-żamma tar-rekords (rekords dwar it-twelid tal-ħrief u dwar is-saħħa) u dwar ir-rekwiżiti tad-dikjarazzjoni (id-dikjarazzjoni tal-identifikazzjoni).

Fl-aħħar nett, il-frażi marbuta man-nissiela li jkunu jinsabu f’żoni ta’ deroga introdotti meta ġiet rikonoxxuta l-IĠP, tneħħiet. Tabilħaqq, ma għadx hemm operaturi bħal dawn. Fil-waqt meta ġiet rikonoxxuta l-IĠP, ingħatat deroga lil ċerti nissiela li kienu ġew esklużi mir-rikonoxximent meta, b’rabta mal-eżami tal-applikazzjoni, iż-żona kienet limitata biss għad-dipartiment ta’ Gironde.

5.3.   Metodu tal-produzzjoni

Saru diversi emendi fil-kitba (sentenzi fformulati mill-ġdid, kjarifiki, ċaqliq ta’ paragrafi, eliminazzjoni ta’ paragrafi żejda).

Il-preżentazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja ġiet riveduta.

Il-partijiet li ġejjin ġew issupplimentati jew emendati:

—   It-trobbija

—   Razza

Ġiet introdotta skema ġenetika li tippreċiża r-razez tan-nisa u tal-irġiel riprodutturi awtorizzati. (hawn taħt) Dawn ir-razez kienu diġà preżenti fl-ispeċifikazzjoni Label Rouge li qabel kienet marbuta mal-IĠP tal-“Agneau de Pauillac”. Dawn ir-razez kienu ġew magħżula sabiex jiggarantixxu l-konformazzjoni tal-“Agneau de Pauillac”; ir-razez tan-nisa huma razez adattati tajjeb biex jirriproduċu barra mill-istaġun u għandhom kwalitajiet materni u r-razez tal-irġiel għandhom laħam li jikkontribwixu għall-konformazzjoni tajba tal-ħrief.

L-IĠP tal-“Agneau de Pauillac” jirriżulta minn taħlita bejn

—   ommijiet minn razza b’saħħitha: Tarasconnaise, Lacaune meat, Blanche du Massif Central, razez puri jew taħlit tal-ewwel ġenerazzjoni ma’ Charollais, Rouge de l’Ouest, Suffolk, Berrichon du Cher.

—   missirijiet minn razza tal-laħam: Berrichon du Cher, Charollais, Rouge de l’Ouest, Suffolk.

—   Trobbija

Żdiedu dispożizzjonijiet dwar l-erja għall-irqad għal kull annimal (nisa u ħrief) u dwar il-kundizzjonijiet tal-għixien (ilma, ventilazzjoni, dawl, tul tal-ħawt, għadd ta’ ħwat għax-xorb, materjal obbligatorju fuqiex jorqdu). Art f’għamla ta’ gradilja hija espressament ipprojbita. L-iskop ta’ dawn id-dispożizzjonijiet huwa li jiżguraw il-benessri tal-annimal.

Il-karatteristika prinċipali tal-“Agneau de Pauillac”, jiġifieri li jiġi mreddgħa u mrobbi f’azjenda tan-nagħaġ, għadha l-istess.

—   Nutriment

Il-kundizzjonijiet tan-nutriment tal-ħrief għadhom l-istess. Il-ħrief jiġu mitmugħa essenzjalment il-ħalib li jerdgħu mingħand ommhom. L-ispeċifikazzjoni ġiet issupplimentata biex tiċċara li l-użu ta’ sostitut tal-ħalib flimkien mal-ħalib tal-omm mhuwiex permess, anki fil-każ ta’ adozzjoni. Barra minn hekk, il-ħrief li jiġu mitmugħa l-ħalib tal-formula u li jitwieldu minn ommijiet li l-ħalib tagħhom mhuwiex adegwat, huma esklużi mill-IĠP, sabiex ma jaffettwawx il-karatterizzazzjoni tal-laħam fl-IĠP.

L-ispeċifikazzjoni ġiet emendata biż-żieda ta’ limitazzjoni tan-nutriment supplimentari mogħti lill-ħrief għal 45 % tan-nutriment totali, sabiex il-ħalib jibqa’ predominanti fid-dieta. L-użu tal-foraġġ insilat u t-tgeżwir fin-nutriment tal-ħrief huwa espressament ipprojbit billi jista’ jkollu effett negattiv fuq it-togħma tal-laħam.

Fir-rigward tan-nutriment tal-ommijiet, l-ispeċifikazzjoni ġiet issupplimentata sabiex tispeċifika n-natura tal-foraġġ u l-persentaġġ tal-awtosuffiċjenza fl-ikel. Dan huwa ffissat għal 75 % ta’ materja niexfa, billi dan iqis il-prattiki tan-nissiela li jinsabu fiż-żona ġeografika, li għandhom ir-riżorsi meħtieġa biex jagħlfu l-annimali tagħhom u jħallu l-merħla tar-riproduzzjoni tirgħa għal mill-inqas seba’ xhur fis-sena.

Il-lista ta’ materja prima użata fil-kompożizzjoni tal-għalf supplimentari tal-ommijiet u tal-ħrief ġiet iċċarata sabiex in-nutriment tal-annimali jiġi rregolat aħjar.

—   Il-ġbir u t-trasport tal-ħrief

Ġew stabbiliti u miżjuda l-limiti ta’ ħin biex it-trasport u l-ħinijet ta’ stennija qabel it-tbiċċir ma jkunux eċċessivament twal, billi ma għadx hemm l-obbligu li l-annimal jitbiċċer fiż-żona ġeografika:

il-ħin tat-trasport huwa limitat għal massimu ta’ tmien sighat,

il-ħin bejn it-tluq mill-azjenda u t-tbiċċir tal-ħaruf huwa limitat għal massimu ta’ 48 siegħa,

it-tul ta’ kwalunkwe soġġorn f’ċentru tat-tranżitu għandu jkun limtat għal massimu ta’ 24 siegħa.

Fiċ-ċentru tat-tranżitu, il-ħrief jiġu mitmugħa għalf awtorizzat skont din l-ispeċifikazzjoni u għandhom ikollhom aċċess permanenti għall-ilma għax-xorb. Għandhom materjal veġetali fuqiex jorqdu. Jinżammu f’kundizzjonijiet sodisfaċenti komdi (erja, atmosfera, kalma).

Fil-każ li jkun hemm xi dewmien fil-biċċerija, l-ispeċifikazzjoni tipprevedi l-istess miżuri.

Ġiet miżjuda projbizzjoni fuq l-għoti ta’ sustanzi trankwilizzanti qabel it-trasport, u wkoll rekwiżit għall-ħasil u d-diżinfezzjoni tal-vetturi wara l-ħatt.

—   Tbiċċir

L-emendi huma dawn li ġejjin:

il-kundizzjonijiet għall-kostituzzjoni tal-lottijiet tat-tbiċċir ġew speċifikati sabiex jiżguraw il-konformazzjoni tal-annimali qabel it-tbiċċir;

il-kundizzjonijiet tal-użin ġew riveduti minħabba l-projbizzjoni fuq l-użin tal-karkassa bil-ġewwieni maħruġa fid-Digriet tal-24 ta’ April 2001 dwar l-użin u l-ittikkettar tal-karkassi tan-nagħaġ;

il-kundizzjonijiet għat-tnixxif tal-karkassi ġew speċifikati biex jiżguraw li jinżammu l-karatteristiċi tal-“Agneau de Pauillac”:

perjodu massimu tat-tnixxif ta’ 20 siegħa wara t-tbiċċir,

perjodu minimu tat-tnaqqis tat-temperatura interna tal-laħam ta’ 10 sigħat,

il-kundizzjonijiet għall-klassifikazzjoni tal-karkassi ġew speċifikati: il-preselezzjoni u l-issortjar finali wara t-tkessiħ, il-bdil tal-għadd ta’ marki fuq il-karkassa

—   L-imballaġġ u l-qtugħ

L-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni għall-bejgħ bl-imnut ġiet miżjuda filwaqt li l-informazzjoni dwar il-preżentazzjoni bil-ġewwieni tneħħiet.

5.4.   Tikettar

Din it-taqsima ġiet issupplimentata bir-rekwiżit li jitwaħħlu, skont ir-rekwiżiti regolatorji:

il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-karta grafika;

l-isem u l-indirizz tal-korp tal-ispezzjoni.

5.5.   Emendi oħra

Applikant

Din hija emenda formali li tillimita din it-taqsima għad-dettalji tal-grupp, li ma nbiddlux.

Tip ta’ prodott

Din hija emenda formali bil-għan li tinkludi hawnhekk it-terminoloġija tal-klassijiet tal-prodott, jiġifieri, “Il-Klassi 1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)”.

Iż-żona ġeografika

L-obbligu li l-annimali jitbiċċru fiż-żona ġeografika tneħħa minħabba d-diffikultajiet li jinżammu l-għodod u t-tagħmir tat-tbiċċir fiż-żona u, partikolarment, minħabba l-għeluq tal-biċċerija f’Bordeaux (il-biċċerija ewlenija).

Barra minn hekk, mappa ġdida li turi ż-żona ġiet inkluża fl-ispeċifikazzjoni, u tissostitwixxi l-mappa antika.

Rabta mal-oriġini

Dan il-kapitlu ġie organizzat mill-ġdid. L-emendi huma modifiki testwali u ma jinkludux bidliet sostantivi.

Rekwiżiti nazzjonali

Fid-dawl tal-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, l-intestatura “Rekwiżiti nazzjonali” hija ppreżentata fil-forma ta’ tabella bil-punti ewlenin li jridu jkunu kkontrollati u l-metodu ta’ valutazzjoni tagħhom.

Informazzjoni ta’ kuntatt mal-korp taċ-ċertifikazzjoni

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-korp taċ-ċertifikazzjoni huma aġġornati.

DOKUMENT UNIKU

“AGNEAU DE PAUILLAC”

Nru tal-UE: FR-PGI-0105-01316 – 24.2.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Agneau de Pauillac”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1 Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-“Agneau de Pauillac” huwa ħaruf mhux miftum li ma jkollux iktar minn 80 jum, jiġi mreddgħa u mrobbi essenzjalment bil-ħalib tal-omm. Jiġi mrobbi f’azjenda tan-nagħaġ.

Huwa taħlita bejn:

—   ommijiet minn razza b’saħħitha: Tarasconnaise, Lacaune meat, Blanche du Massif Central, razez puri jew taħlit tal-ewwel ġenerazzjoni ma’ Charollais, Rouge de l’Ouest, Suffolk, Berrichon du Cher.

—   missirijiet minn razza tal-laħam: Berrichon du Cher, Charollais, Rouge de l’Ouest, Suffolk.

L-“Agneau de Pauillac” jiżen bejn 11 u 15-il kg u għandu l-konformazzjoni EURO u kopertura tax-xaħam numru 2 jew 3 skont il-grilja EUROP.

Il-laħam tal-“Agneau de Pauillac” għandu kulur ċar. Ix-xaħam tiegħu ikun abjad jew daqsxejn jagħti fir-roża u jkun sod. Il-laħam huwa partikolarment tari, għandu konsistenza mhux xierfa u għandu togħma intensa ta’ ħaruf.

L-“Agneau de Pauillac” jiġi kkummerċjalizzat:

bħala karkassa sħiħa;

jew maqtugħ;

jew f’imballaġġ għall-bejgħ bl-imnut.

Il-ġewwieni ġie eskluż mill-IĠP.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Fl-għalf supplimentari tal-ommijiet u tal-ħrief, jistgħu jintużaw biss dawn il-materjali primi li ġejjin:

Foraġġ deidratat;

Qmuħ taċ-Ċereali u prodotti derivati minnhom;

Żrieragħ taż-żejt, frott taż-żejt, u prodotti derivati minnhom;

Żrieragħ tal-legumi u prodotti derivati minnhom;

Tuberi, għeruq, u prodotti derivati minnhom;

Żrieragħ u frott ieħor, u prodotti derivati minnhom;

Prodotti tal-kannamiela u prodotti derivati minnhom;

Xaħam veġetali;

Minerali.

Il-kolza tal-għalf mhijiex permessa fl-għalf esklussiv. Fi kwalunkwe każ, il-konsum jew il-mergħa tal-kolza ma għandhiex iddum iktar minn tliet ġimgħat.

Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:

dqiq mil-laħam, dqiq mill-għadam, laħam u għadam u kwalunkwe proteina oħra tal-annimali, inkluż il-ħalib;

xaħam tal-annimali;

antibijotiċi u promuturi tat-tkabbir (tal-kategorija “addittivi żootekniċi”);

urea.

3.3.1.   L-għalf tal-ħrief:

Il-ħrief jiġu mitmugħa l-ħalib li jerdgħu mingħand ommhom.

L-użu ta’ sostitut tal-ħalib flimkien mal-ħalib tal-omm mhuwiex permess, anki fil-każ ta’ adozzjoni.

Għalf supplimentari jista’ jingħata lill-ħrief. Dan ma għandux jisboq il-45 % tal-għalf totali. Għandu jikkonsisti f’konċentrat ibbilanċjat imħejji fir-razzett jew mixtri kummerċjalment, b’kontenut massimu ta’ nitroġenu ta’ 18 %, kontenut massimu ta’ supplimenti taċ-ċereali ta’ 20 % u kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 5 %.

Huwa magħmul primarjament minn ċereali fil-proporzjon li ġejja: minimu ta’ 50 % ċereali, li minnhom massimu ta’ 15 % huma prodotti dderivati miċ-ċereali.

Il-foraġġ jista’ jiġi minn:

mergħat naturali,

mergħat ikkultivati bbażati fuq il-ħaxix u l-legumi tal-foraġġ,

għelejjel intermedji: sorgu, kolza, pitravi,

ċereali tal-foraġġ (segala u ħafur).

L-użu tal-foraġġ insilat u t-tgeżwir huwa pprojbit.

3.3.2.   L-għalf tan-nagħaġ

L-ommijiet jiġu mitmugħa l-foraġġ naturali miksub mill-mergħa jew fl-azjenda u konċentrati.

Hemm perjodu minimu obbligatorju ta’ mergħa ta’ seba’ xhur.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-“Agneau de Pauillac” jitwieled u jitrabba ma’ ommu fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni rreġistrata

Il-karkassi kollha tal-“Agneau de Pauillac” jiġu ppreżentati b’dan il-mod qabel l-użin:

il-karkassi jiddendlu minn grampuni speċjali, b’riġlejhom ta’ wara miftuħin jew imsallbin;

il-karkassa tiġi ppreżentata bil-peritonew;

tintuża biċċa lastku biex iżżomm l-ispallejn flimkien u biex tagħti dehra iktar kompatta lill-karkassa;

il-ġewwieni jitneħħa mill-karkassa matul l-evixxerazzjoni.

Meta l-“Agneau de Pauillac” jinbiegħ bħala karkassa sħiħa, din tista’ tiġi imballata u ttrasportata f’basket tad-drapp imsejjaħ “stockinette”.

Meta jiġi kkumerċjalizzat għall-bejgħ bl-imnut, jiġi imballat fil-vakwu jew f’atmosfera protetta.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih tirreferi d-denominazzjoni rreġistrata

It-tikketta għandha ssemmi:

id-denominazzjoni tal-IĠP: “Agneau de Pauillac”;

il-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea;

l-isem u l-indirizz tal-organizzazzjoni ta’ kontroll.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tikkorrispondi mad-dipartiment ta’ Gironde.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinsab fl-estremità tal-punent ċentrali tal-baċir tal-Aquitaine, delimitat fin-Nofsinhar mill-Pirinej, fil-Lvant mill-Massif Ċentrali u fil-Punent mill-Oċean Atlantiku.

Id-dipartiment ta’ Gironde imiss mal-Oċean Atlantiku.

Huwa magħmul minn art baxxa mistagħdra u msaġġra fin-Nofsinhar u fil-Punent u minn art iktar sana, biċ-ċagħaq, tul ix-xmajjar tal-Garonne u tad-Dordogne li jiltaqgħu fl-estwarju tal-Gironde.

Il-Gironde igawdi minn kundizzjonijiet klimatiċi tajbin u relattivament omoġenji, minħabba l-prossimità tiegħu għal mases kbar tal-ilma, li għandhom rwol importanti fir-regolazzjoni tat-temperatura (il-Kurrent tal-Golf). Huwa kkaratterizzat minn klima oċeanika moderata. Ix-xtiewi mhumiex ħorox u jkun hemm ħafna xita, filwaqt li s-sjuf huma sħan, xotti, u xemxin. Ix-xita tinżel bi frekwenza moderata u hija iktar abbundanti fix-xitwa. Il-preċipitazzjoni annwali medja hija ta’ madwar 900 mm.

Fir-rigward tal-fatturi umani, fis-seklu 18 kien hemm bosta merħliet tan-nagħaġ fil-Gironde, u speċjalment fil-Médoc (il-parti tat-Tramuntana tad-dipartiment, mill-Oċean Atlantiku tal-estwarju tal-Gironde) u fl-Entre-Deux-Mers (il-parti tad-dipartiment bejn ix-xmajjar Garonne u Dordogne).

Il-Gironde hija art tal-biedja iżda hija wkoll post tat-transumanza. Kull ħarifa, ir-ragħajja tal-art tal-Médoc iħallu l-artijiet mistagħdra bl-għargħar u jerħulha għaż-żoni biċ-ċagħaq maġenb il-Gironde. Billi l-art hemmhekk hija iktar sana u tipproduċi kwantitajiet kbar ta’ mergħa, din l-art għenet lir-ragħajja jevitaw il-mortalità eċċessiva li normalment taffettwa lill-merħliet matul il-perjodu tax-xitwa. Fl-istess ħin, il-merħliet mill-Pirinej jiġu jqattgħu ix-xitwa fl-Entre-Deux-Mers jew fin-naħa tan-Nofsinhar tad-dipartiment.

Minkejja l-iżvilupp tal-vinji, iċ-ċaqliq staġonali tal-merħliet tan-nagħaġ baqa’ jsir. Il-prodotturi tal-inbid ikkonċernati bis-saħħa tad-dwieli għadhom jużaw il-merħliet tan-nagħaġ biex iħammlu arthom. Madankollu, ir-ragħajja jżommu l-ħrief li jitwieldu fl-azjenda sakemm ikollhom jitilqu. Tabilħaqq, il-ħrief ikun żgħar wisq u wisq indixxiplinati biex isewgu 'l ommhom fir-ringieli tad-dwieli.

Fir-rebbiegħa, meta l-merħla jkollha tħalli l-art ikkultivata u d-dwieli, li jkunu qed jibdew jarmu, u ma kienx ikun possibbli li jitkompla l-vjaġġ lejn il-muntanji bi ħrief daqshekk żgħar, saret il-prassi komuni li dawn il-ħrief jitbiċċru u jinbiegħu fil-post. Mis-seklu 19, din il-prassi ppermettiet l-iżvilupp ta’ negozju sinifikanti li jinvolvi l-bejgħ tal-ħrief lill-biċċeriji, primarjament fir-reġjun ta’ Bordeaux.

Speċifiċità tal-prodott

L-“Agneau de Pauillac” huwa ħaruf mhux miftum li ma jkollux iktar minn 80 jum, li jiġi mreddgħa u mrobbi essenzjalment bil-ħalib tal-omm. Jiġi mrobbi f’azjenda tan-nagħaġ.

Il-laħam tal-“Agneau de Pauillac” huwa kkaratterizzat minn:

kulur ċar;

ikun tari ħafna;

ikollu konsistenza mhux xierfa;

ikollu togħma intensa ta’ ħaruf.

L-“Agneau de Pauillac” huwa prodott b’reputazzjoni antika.

Rabta kawżali

Ir-rabta kawżali tal-“Agneau de Pauillac” hija bbażata fuq il-kwalità stabbilita tiegħu li tirriżulta mill-metodu tat-trobbija partikolari u fuq ir-reputazzjoni tiegħu.

L-“Agneau de Pauillac” huwa derivat mill-għarfien marbut mat-transumanza f’żona bi xtiewi moderati u mxarrbin, fejn il-mergħat għandhom il-vantaġġ li huma abbundanti.

Illum, ir-ragħajja transumanti jgħixu f’post wieħed, iżda l-metodu tal-produzzjoni bbażata fuq il-mergħa tal-ommijiet u t-treddigħ tal-ħrief minn ommhom għadu jippersisti sal-lum.

L-“Agneau de Pauillac” huwa ħaruf mhux miftum, li jiġi mreddgħa u mrobbi essenzjalment bil-ħalib tal-omm. Jiġi mrobbi f’azjenda tan-nagħaġ ma’ ommu li treddgħu sakemm ikollu massimu ta’ 80 jum.

Il-fatt li jibqa’ ma’ ommu u jitrabba esklussivament fl-azjenda, jillimita l-istress tal-ħaruf u dan jikkontribwixxu għal-laħam tari.

Il-kulur ċar u l-laħam tari tal-“Agneau de Pauillac” huma minħabba d-dieta tal-ħalib tiegħu u l-età żgħira. In-nuqqas ta’ foraġġ fid-dieta tiggarantixxi l-kulur ċar tal-laħam.

Il-laħam tal-“Agneau de Pauillac” huwa kkaratterizzat ukoll minn togħma intensa li tirriżulta mit-taħlita ta’ piż/età u din tippermetti wkoll li jinkiseb laħam b’togħma intensa li mhijiex qawwija wisq. L-għoti ta’ suppliment abbażi taċ-ċereali jippermetti li jinkisbu ħrief b’konformazzjoni tajba u l-iżvilupp ta’ din it-togħma intensa.

Għalhekk, l-“Agneau de Pauillac” jiddistingwi lilu nnifsu minn ħrief oħra mreddgħa, bil-kulur iktar distint u mit-togħma tal-laħam tiegħu.

L-“Agneau de Pauillac” huwa prodott b’reputazzjoni twila, kif wieħed jista’ jara f’diversi dokumenti (il-menu tal-ikla ospitata mill-President tar-Repubblika Franċiża għall-Maestà Tiegħu, ir-Re tal-Ingilterra, fit-2 ta’ Mejju 1903; Larousse Gastronomique tal-1938 iddeskriva l-“Agneau de Pauillac” bħala “l’agneau de lait, animal qui n’est pas encore sevré et n’a pas brouté”, “le plus parfait” (“il-ħaruf imreddgħa, annimal mhux miftum li għadu ma bediex jirgħa, l-aktar perfett”)).

Dan il-ħaruf, il-prodott ta’ tradizzjoni twila pperpetwata mill-għarfien tan-nissiela, illum huwa rikonoxxut u apprezzat bħala tip ta’ ħaruf b’togħma differenti ħafna mill-ħaruf tqil tradizzjonali u tal-ħaruf imreddgħa tal-irziezet tal-ħalib.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-047ec294-20a8-4288-9942-b5c15034cf3d


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.