ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 53

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
12 ta' Frar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 053/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2016/C 053/02

Lista ta’ portijiet fl-Istati Membri tal-UE fejn il-ħatt l-art jew operazzjonijiet ta’ trażbord ta’ prodotti tal-ħut huma permessi u servizzi tal-port ikunu aċċessibbli għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 053/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7938 — Catterton/L Companies) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

2016/C 053/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7914 — KKR & Co/Webhelp SAS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2016/C 053/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7922 — Nordic Capital/Greendeli Investment Holding) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2016/C 053/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-każ M.7603 — Statoil Fuel & Retail/Dansk Fuels) ( 1 )

9

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2016/C 053/07

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10

2016/C 053/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-11 ta’ Frar 2016

(2016/C 53/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1347

JPY

Yen Ġappuniż

127,30

DKK

Krona Daniża

7,4638

GBP

Lira Sterlina

0,78740

SEK

Krona Żvediża

9,5188

CHF

Frank Żvizzeru

1,1027

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,7085

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,069

HUF

Forint Ungeriż

311,98

PLN

Zloty Pollakk

4,4485

RON

Leu Rumen

4,4783

TRY

Lira Turka

3,3217

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6018

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5842

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,8406

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6973

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5774

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 362,83

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,9877

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,4592

HRK

Kuna Kroata

7,6391

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 286,39

MYR

Ringgit Malażjan

4,7033

PHP

Peso Filippin

53,953

RUB

Rouble Russu

90,8866

THB

Baht Tajlandiż

39,995

BRL

Real Brażiljan

4,4836

MXN

Peso Messikan

21,6064

INR

Rupi Indjan

77,6550


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/2


Lista ta’ portijiet fl-Istati Membri tal-UE fejn il-ħatt l-art jew operazzjonijiet ta’ trażbord ta’ prodotti tal-ħut huma permessi u servizzi tal-port ikunu aċċessibbli għal bastimenti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008

(2016/C 53/02)

Il-pubblikazzjoni ta’ din il-lista hija skont l- Artikolu 5(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 (1).

Stat Membru

Portijiet deżinjati

Il-Belġju

Oostende

Zeebrugge

Il-Bulgarija

Бургас (Burgas)

Варна (Varna)

Id-Danimarka

Esbjerg

Fredericia

Hanstholm

Hirtshals

Hvide Sande (2)

København

Skagen

Strandby (2)

Thyborøn (2)

Aalborg

Aarhus

Il-Ġermanja

Bremerhaven

Cuxhaven

Rostock (trażbordi mhux permessi)

Sassnitz/Mukran (trażbordi mhux permessi)

L-Estonja

L-ebda port f’dan il-mument

L-Irlanda

Killybegs (2)

Castletownbere (2)

Il-Greċja

Πειραιάς (Piraeus)

Θεσσαλονίκη (Tessaloniki)

Spanja

A Coruña

A Pobra do Caramiñal

Algeciras

Alicante

Almería

Barbate (2) (trasbord u ħatt l-art mhux permess)

Barcelona

Bilbao

Cádiz

Cartagena

Castellón

Gijón

Huelva

Las Palmas de Gran Canaria

Málaga

Marín

Palma de Mallorca (2)

Ribeira

Santa Cruz de Tenerife

Santander

Tarragona

Valencia

Vigo (Área Portuaria)

Vilagarcía de Arousa

Franza

Franza Metropolitana:

Bordeaux

Dunkerque

Boulogne

Le Havre

Caen (2)

Cherbourg (2)

Granville (2)

Saint-Malo

Roscoff (2)

Brest

Douarnenez (2)

Concarneau (2)

Lorient (2)

Nantes - Saint-Nazaire (2)

La Rochelle (2)

Boulogne sur Mer (2)

Port La Nouvelle (2)

Sète

Marseille Port

Marseille Fos-sur-Mer

Territorji Franċiżi extra-Ewropej:

Le port (La Réunion)

Fort De Franza (Martinique) (2)

Port de Jarry (Guadeloupe) (2)

Port du Larivot (Guyane) (2)

Il-Kroazja

L-ebda port f’dan il-mument

L-Italja

Ancona

Brindisi

Civitavecchia

Fiumicino (2)

Genova

Gioia Tauro

La Spezia

Livorno

Napoli

Olbia

Palermo

Ravenna

Reggio Calabria

Salerno

Taranto

Trapani

Trieste

Venezia

Ċipru

Λεμεσός (Limassol)

Il-Latvja

Rīga

Ventspils

Il-Litwanja

Klaipėda

Malta

Valletta (Deepwater Quay, Laboratory Wharf, Magazine Wharf)

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Eemshaven

Ijmuiden

Harlingen

Scheveningen (2)

Velsen-Noord

Vlissingen

Il-Polonja

Gdańsk

Gdynia

Szczecin

Świnoujście

Il-Portugall

Aveiro

Lisboa

Peniche

Porto

Setúbal

Sines

Viana do Castelo

Açores:

Horta

Ponta Delgada

Madeira:

Caniçal

Ir-Rumanija

Constanța

Is-Slovenja

L-ebda port f’dan il-mument

Il-Finlandja

L-ebda port f’dan il-mument

L-Isvezja

Ellös (2)

Göteborg (5)

Karlskrona Saltö (2)/ (4)/ (5)

Karlskrona Handelshamnen (2)/ (4)/ (5)

Kungshamn (2)

Lysekil (2)/ (4)

Mollösund (2)

Nogersund (2)/ (4)/ (5)

Rönnäng (2)/ (4)

Simrishamn (2)/ (4)/ (5)

Slite (2)/ (4)/ (5)

Smögen (2)/ (4)/ (5)

Strömstad (2)/ (4)

Trelleborg (2)/ (4)/ (5)

Träslövsläge (2)

Västervik (2)/ (4)/ (5)

Wallhamn (2)/ (4)/ (5)

Ir-Renju Unit

Aberdeen (2)/ (3)

Dundee (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss)

Falmouth

Fraserburgh (2)/ (3)

Grangemouth (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss)

Greenock (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss)

Grimsby

Hull

Immingham

Invergordon (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss)

Kinlochbervie (2)/ (3)

Leith (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss)

Lerwick (2)/ (3)

Lochinver (2)/ (3)

Methel (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss)

Peterhead

Plymouth (2)/ (3)

Scrabster (2)/ (3)

Stornoway (2) (aċċess għas-servizzi tal-port biss)

Ullapool (2)/ (3)


(1)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(2)  Mhux Post ta’ Spezzjoni fil-Fruntiera (Border Inspection Post - BIP) tal-UE

(3)  Skal aċċettat biss minn bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera ta’ pajjiżi taż-ŻEE jew tal-EFTA

(4)  Skal tal-prodotti tas-sajd kollha minn bastimenti li jtajru l-bandiera tan-Norveġja, l-Iżlanda, Andorra u l-gżejjer Faroe huwa permess

(5)  Skal ta’ aktar minn 10 tunnellati ta’ aringi maqbuda f’żoni ‘l barra mill-Baħar Baltiku, kavalli u sawrell mhux permess


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7938 — Catterton/L Companies)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 53/03)

1.

Fl-4 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Catterton LP (“Catterton Holdco”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ tal-impriżi L Capital Management SAS. (“L Cap Europe”, Franza), L Capital Asia Advisors (“L Cap Asia”, Mauritius), L Real Estate SA (“L Real Estate Lux”, il-Lussemburgu), L Real Estate Advisors SAS (“L Real Estate France”), L Real Estate Advisors Limited (“L Real Estate HK”, Hong Kong), u L Development & Management Limited (“LDML”, Hong Kong), kollettivament imsemmija bħala “L Companies”, permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Catterton hija kumpanija ta’ ekwità privata ffokata fuq il-konsumatur, li tispeċjalizza f’akkwisti li l-prezz tax-xiri tagħhom huwa ffinanzjat permezz ta’ ekwità u dejn, rikapitalizzazzjonijiet, u investimenti ta’ tkabbir kapitali f’kumpaniji tas-suq medju. Catterton tinvesti fis-segmenti maġġuri għall-konsumaturi kollha, inkluż l-ikel u x-xorb, bejgħ bl-imnut u r-ristoranti, prodotti u servizzi tal-konsumatur, is-saħħa tal-konsumatur, u l-mezzi tax-xandir u s-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni.

L-L Companies jiġġestixxu fondi ta’ ekwità privata li huma attivi f’diversi segmenti tal-konsumaturi, bħal ħwejjeġ, ikel f’ristoranti, bejgħ bl-imnut tal-ikel, ġojjelli, kif ukoll fondi li jżommu, iħaddmu u jiżviluppaw il-proprjetà immobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7938 — Catterton/L Companies, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7914 — KKR & Co/Webhelp SAS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 53/04)

1.

Fl-4 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża KKR & Co LP (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqsiet il-kontroll waħdani tal-impriża Webhelp SAS (“Webhelp”, Franza), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal KKR: kumpanija globali ta’ investiment li toffri firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi alternattivi lill-investituri tas-suq pubbliku u privat u tipprovdi soluzzjonijiet għas-swieq kapitali;

—   għal Webhelp: Fornitur tas-servizzi tal-IT attiv primarjament fil-forniment ta’ servizzi ta’ esternalizzazzjoni tal-proċessi tan-negozju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7914 — KKR & Co/Webhelp SAS, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7922 — Nordic Capital/Greendeli Investment Holding)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 53/05)

1.

Fil-5 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Nordic Capital VIII Limited (“Nordic Capital”, Jersey) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Greendeli Investment Holding AB u tas-sussidjarji diretti u indiretti tagħha (“Greendeli”, l-Isvezja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Nordic Capital: investiment f’kumpaniji kbar u ta’ daqs medju bbażati fir-reġjun Nordiku u fil-partijiet Ġermanofoni tal-Ewropa, li huma attivi f’firxa wiesgħa ta’ setturi.

—   għal Greendeli: l-importazzjoni, id-distribuzzjoni u l-ipproċessar ta’ frott frisk u ħaxix frisk fl-Isvezja, il-Finlandja u d-Danimarka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7922 — Nordic Capital/Greendeli Investment Holding, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-każ M.7603 — Statoil Fuel & Retail/Dansk Fuels)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 53/06)

1.

Fl-4 ta’ Frar 2016, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Alimentation Couche-Tard Inc. (“ACT”, il-Kanada) permezz tas-sussidjarja tagħha Statoil Fuel & Retail A/S (“SFR”, id-Danimarka), takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ Dansk Fuels A/S (“Dansk Fuels”, id-Danimarka) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SFR hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata mill-kumpannija Kanadiża ACT. ACT qiegħda fuq quddiem fl-indutrija tal-ħwienet u għandha netwerk globali ta’ ħwienet lokali (convenience stores) u stazzjonijiet ta’ servizz. ACT hi preżenti fl-Amerika ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Asja. SFR twettaq 3 kategoriji ta’ attivitajiet fid-Danimarka: bejgħ bl-imnut ta’ karburant tal-magni, bejgħ kummerċjali jew mhux bl-imnut ta’ karburanti tal-magni u l-bejgħ bl-imnut ta’ konvenjenza ta’ prodotti tal-konsum ta’ kuljum u lubrikanti;

Dansk Fuels tikkonsisti mill-bejgħ bl-imnut u bejgħ mhux bl-imnut ta’ karburanti tal-magni u karburanti tal-avjazzjoni kummerċjali ta’ Shell fid-Danimarka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7603 — Statoil Fuel & Retail/Dansk Fuels, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 53/07)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1).

DOKUMENT UNIKU

“PINTADE DE L’ARDECHE”

In-numru tal-UE: FR-PGI-0005-01297 – 29.12.2014

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Pintade de l’Ardèche”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Pintade de l’Ardèche” hija farawna - għasfur li jappartjenti lill-ordni tal-Galliformes order - imrobbi barra.

“Pintade de l’Ardèche” ġejja minn razez robusti li jikbru bil-mod. Din tinqatel meta jkollha ta’ mill-anqas 94 jum.

Is-saqajn u r-rix tal-“Pintade de l’Ardèche” huma ġriżi.

Il-proprjetajiet organolettiċi: sodi, laħam mingħajr xaħam b’togħma qawwija u kulur skur.

Il-karatteristiċi tal-preżentazjzoni:

Jiġi kkummerċjalizzati biss karkassi tal-Klassi-A bħala biċċiet sħaħ;

Skont it-tradizzjoni, il-karkassi mibjugħa sħaħ jiġu ppreżentati bit-tarsu mitwi ġewwa s-sider tal-għasfur, taħt l-isternu;

Jekk il-karkass jitqatta’, il-biċċiet, li jitqattgħu biss bl-idejn, għandhom jikkonforma mal-kriterji tal-preżentazjzoni tal-Klassi A.

It-tipi ta’ preżentazzjoni:

evixxerata (b’piż minimu tal-karkassa = 1,1 kg);

lesta għat-tisjir (piż minimu tal-karkass imnaddaf mingħajr il-ġewwieni u bit-tarsi = 0,880 kg);

imqatta’.

Dawn il-laħmijiet jiġu ppreżentati bħala friski jew iffriżati.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Mill-età ta’ 56 jum, l-aktar tard, il-“Pintade de l’Ardèche” titrabba fil-beraħ b’aċċess liberu għall-ambjent fil-beraħ msaġġar, kopert b’mod naturali biċ-ċagħaq.

L-għalf hu magħmul minn 100 % tal-pjanti, il-minerali u l-vitamini. Ta’ mill-anqas żewġ tipi ta’ ċereali huma preżenti fl-għalf. L-ammont totali tal-materjal xaħmi fl-għalf hu limitat għal 6 %.

Is-sehem taċ-ċereali fl-għalf għall-“Pintade de l’Ardèche”:

Fil-fażi tal-bidu, mill-ewwel jum sat-28 jum massimu: minimu ta’ 50 % taċ-ċereali;

Fil-fażi tat-tismin, mid-29 jum inkluż sat-tbiċċir: il-perċentwali tal-medja ponderata taċ-ċereali u l-prodott idderivat minn ċereali fl-istadju tat-tismin għandu jkun 80 % jew aktar. Din il-fażi tinkludi il-perjodu ta’ “tkabbir” u “tlestija”.

Il-prodotti derivati miċ-ċereali ma jistgħux jirrapreżentaw aktar minn 15 % taċ-ċereali kollha u l-prodotti derivati miċ-ċereali.

L-għalf mitmugħ ma għandux jkollu xi sustanza mediċinali, inklużi l-koċċidjostatiċi Ir-regolaturi tal-flora naturali biss huma awtorizzati.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

“Pintade de l’Ardèche” titrabba’ fiż-żona ġeografika ddefinita. Il-fażi tat-trobbija tikkorispondi għall-perjodu ta’ bejn l-introduzzjoni tal-flieles ta’ ġurnata fil-produzzjoni u t-tneħħija tal-farawna maħsuba għall-biċċerija.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Id-distanza bejn l-impriża agrikola u l-biċċerija għandha tkun anqas minn 100 km jew il-ħin tal-vjaġġ bejn l-impriża agrikola u l-biċċerija tkun ta’ anqas minn tliet sigħat. Jekk il-karkassi se jitqattgħu, dan jista’ jsir biss bl-idejn. It-tjur mibjugħa għandhom jiġu ppreżentati bit-tarsi tagħhom.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja prevista mir-regolament dwar it-tikkettar tat-tjur, it-tikketta għandha jkollha:

id-denominazzjoni: “Pintade de l’Ardèche”;

Il-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea

l-identifikazzjoni tal-biċċerija b’tikketta speċifika (il-marka EEC) jew fuq it-tikketta tal-piż/prezz imqiegħda fuq il-prodott maġenb it-tikketta informattiva.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Pintade de l’Ardèche” qiegħda prinċipalment fil-firxa tal-muntanji ta’ Ardèche (il-muntanji ta’ Vivarais) fil-parti tal-Lvant taċ-Ċentru tal-Massif Central. Hi magħmula mit-territorju tad-distretti li ġejjin:

Id-dipartiment ta’ Ardèche (07):

Il-muniċipalitajiet kollha fid-distretti ta’ Annonay, Annonay Nord, Annonay Sud, Antraigues-sur-Volane, Burzet, Le Cheylard, Chomerac, Coucouron, Lamastre, Montpezat-sous-Bauzon, Privas, Rochemaure, Saint-Agrève, Saint-Félicien, Saint-Martin-de-Valamas, Saint-Péray, Saint-Pierreville, Satillieu, Serrières, Tournon-sur-Rhône, Vals-les-Bains, Vernoux-en-Vivarais u La Voulte-sur-Rhône. Id-distrett ta’ Aubenas: il-muniċipalitajiet ta’ Aubenas, Mercuer u Saint-Didier-sous-Aubenas. Id-distrett ta’ Thueyts: il-muniċipalitajiet ta’ Astet, Barnas, Chirols, Lalevade-d’Ardèche, Mayres, Meyras, Pont-de-Labeaume, Prades u Thueyts. Id-distrett ta’ Villeneuve-de-Berg: il-muniċipalitajiet ta’ Berzème, Darbres, Lussas, Mirabel, Saint-Gineis-en-Coiron, Saint-Jean-le-Centenier, Saint-Laurent-sous-Coiron u Saint-Pons.

Id-dipartiment ta’ Loire (42):

Il-muniċipalitajiet kollha fil-cantons ta’: Bourg-Argental, Pélussin, Saint-Chamond, Saint-Chamond Sud u Saint-Genest-Malifaux.

Id-distrett ta’ La Grand-Croix: il-muniċipalitajiet ta’ Doizieux, Farnay, La Grand-Croix, L’Horme, Lorette, Saint-Paul-en-Jarez u La Terrasse-sur-Dorlay. Id-distrett ta’ Rive-de-Gier: il-muniċipalitajiet ta’ Châteauneuf, Pavezin, Rive-de-Gier u Sainte-Croix-en-Jarez.

Id-dipartiment ta’ Haute-Loire (43):

Il-muniċipalitajiet kollha fid-dsitretti ta’: Aurec-sur-Loire, Fay-sur-Lignon, Le-Monastier-sur-Gazeille, Monistrol-sur-Loire, Montfaucon-en-Velay, Le-Puy-en-Velay Est, Le-Puy-en-Velay Sud-Est, Saint-Didier-en-Velay, Saint-Julien-Chapteuil, Sainte-Sigolène, Tence u Yssingeaux.

Id-distrett ta’ Bas-en-Basset: il-muniċipalitajiet ta’ Bas-en-Basset, Malvalette. Id-distrett ta’ Le-Puy-en-Velay Nord: il-muniċiaplitajiet ta’ Chaspinhac, Malrevers, Le Monteil. Id-distrett ta’ Retournac: il-muniċipalità ta’ Retournac: Id-distrett ta’ Saint-Paulien: il-muniċiaplitajiet ta’ Lavoûte-sur-Loire u Saint-Vincent. Id-distrett ta’ Solignac-sur-Loire: il-muniċiaplitajiet ta’ Le Brignon, Cussac-sur-Loire, Solignac-sur-Loire. Id-distrett ta’ Vorey: il-muniċiaplitajiet ta’ Beaulieu, Chamalières-sur-Loire, Mézères, Rosières, Vorey.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-“Pintade de l’Ardèche” hija l-firxa ta’ muntanji ta’ Vivarais, firxa muntanjuża li tkopri essenzjalment l-Ardèche, imma tmiss ukoll mal-parti tal-Lvant ta’ Haute-Loire u Sud de la Loire. Waħda mill-karatteristiċi ta’ din iż-żona hija li hija magħmula esklussivament minn muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona tal-muntanji jew l-għoljiet, bi żvantaġġi marbuta mal-altitudni, ma’ tlajja’ weqfin u/jew mal-klima, li għandhom l-effett li jirrestrinġu sostanzjalment il-possibilitajiet tal-użu tal-art u liema art tista’ tintuża għall-attivitajiet agrikoli estensivi.

Il-klima taż-żona ġeografika hija klima bejn tal-muntanji medji u kontinentali, li tvarja skont l-istaġuni, b’tibdil kbir fit-temperatura, staġuni intermedji qosra ħafna u ambjent b’ħafna riħ.

Barra minn hekk, iż-żona ġeografika hija karatterizzata wkoll minn ħamrija li toriġina minn blat vulkaniku antik, granit u shale. Il-punt komuni ta’ dan il-blat huwa li huwa iebes imma jitfarrak faċilment, li jfisser li hemm ħafna ċagħaq fuq il-ħamrija fejn ikun hemm jiħru t-tjur.

L-industrija bdiet fis-snin sittin fit-Tramuntana tal-Ardèche, iżda l-iżvilupp ta’ industrija lokali proprja tal-tat-tjur ikkonkretizza fit-tmeninijiet, meta, fl-1985, il-bdiewa ħolqu s-“Syndicat de Défense des Volailles Fermières de l’Ardèche”.

Il-produzjzoni tal-“Pintade de l’Ardèche”, imrobbija fil-bneraħ, bdiet f’ambjent naturali li ftit li xejn huwa adatt għat-tkabbir intensiv tal-ħxejjex jew għat-trobbija intensiva tal-bhejjem, u kkaratterizzat minn azjendi tal-familja żgħar jew medji (medja ta’ 35 ha) b’biedja mħallta (trobbija tal-bhejjem, kultivazzjoni tal-frott, frott aħmar, għads) u minn erjas żgħar ta’ art disponibbli.

Sabiex jinżamm il-karattru tradizzjonali tat-trobbija tal-farawna, il-bdiewa orjentaw ruħhom lejn il-metodu ta’ produzzjoni estensiva u trobbija fil-beraħ tal-annimali. Għalhekk, id-densitajiet huma limitati kemm fil-binjiet u kif ukoll fil-beraħ. L-alimentazzjoni tal-annimali hija bbażata fuq proporzjon kbir ta’ ċereali li jikkorrispondi mal-prattiki tradizzjonali tal-bdiewa tal-Ardèche li kellhom il-pratti li jissupplimentaw il-porzjon li jkollhom fil-beraħ biċ-ċereali mir-razzett fil-ftit biċċiet ta’ art kultivabbli.

Barra minn hekk, it-tjur għandhom aċċess liberu għall-barra, u dan jissodisfa l-bżonn tagħhom għall-eżerċizzju u jagħtihom alimentazzjoni addizzjonali (pjanti, insetti). Sabiex it-tjur ikunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu mill-ambjent fil-beraħ li mhuwiex uniformi u vulnerabbli għat-temp lokali imprevedibbli, il-bdiewa ddeċidew li jħawlu numru kbir ta’ siġar (mill-inqas 30 siġra ta’ speċijiet lokali għal kull 400 m2 ta’ bini), u b’hekk iħeġġu lill-farawna toħroġ barra u fl-istess ħin iħarsuha mix-xemx u mir-riħ.

Il-bdiewa għażlu wkoll razez adattati għall-kundizzjonijiet naturali: pjuttost kalmi, b’saħħithom u mobbli, adattati għall-karattistiċi tal-ambjent fil-beraħ. Barra minn hekk, dawn ir-razez jikbru bil-mod u b’hekk it-tbiċċir tal-farawna jista’ jsir f’età ikbar mill-medja (viċin ħafna tal-maturità sesswali).

It-trasport limitat tal-annimali lejn il-biċċerija tipproteġ lill-annimali mill-istress.

Speċifiċità tal-prodott

“Pintade de l’Ardèche” hija farawna mbrobbija fil-beraħ.

It-testijiet organolettiċi li jsiru lill-prodott identifikaw il-karatteristiċi li ġejjin li jiddistingwu l-“Pintade de l’Ardèche” minn prodotti simili li ssib fis-suq:

il-laħam huwa iktar sod, kemm tal-muskoli bojod (sidra) u kif ukoll tal-muskoli ħomor (koxox);

il-laħam għandu inqas xaħam u togħma iktar intensa u kulur iktar skur.

Il-laħam dejjem jitqatta’ bl-idejn. Fil-każ tal-bejgħ ta’ annimal sħiħ, il-“Pintade de l’Ardèche” jiġi ppreżentat karatteristikament bit-tarsu mitwi taħt l-isternu.

Ir-rabta ta’ kawżalità

Ir-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-“Pintade de l’Ardèche” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni ta’ dawn il-prodotti kif ukoll fuq is-sengħa tat-trobbija.

Sabiex jinżamm il-karattru tradizzjonali tat-trobbija tal-tat-tjur, il-bdiewa għażlu metodu ta’ produzzjoni tal-biedja speċifika: trobbija fil-beraħ (densitajiet limitati, tbiċċir iktar tard, l-użu tal-ambjent fil-beraħ).

L-użu tar-razez b’saħħithom li jikbru bil-mod, l-għażla tal-alimentazzjoni bi proporzjon kbir ta’ ċereali u l-użu tal-ambjent fil-beraħ li mhumiex uniformi u li għandhom “grit” naturali jippermettu l-produzzjoni tat-tjur bi kwalitajiet magħrufa tat-togħma, partikolarment għas-sodezza tal-laħam u għat-togħma intensa tagħhom. Il-proporzjon kbir ta’ ċereali huwa importanti għat-tqegħid tax-xaħam intramuskolari u għalhekk għall-karatteristiċi tat-togħma tal-laħam.

In-natura mhux uniformi tal-ambjent fil-beraħ jiffavorixxi l-iżvilupp tal-muskoli superjuri, partikolarment tal-koxox, kif ukoll l-eliminazzjoni tax-xaħam li jirriżulta fil-laħam bi ftit xaħam tal-“Pintade de l’Ardèche”.

It-tbiċċir tal-“Pintade de l’Ardèche” f’età ogħla mill-medja, jippermetti li l-laħam jikseb kulur iktar skur u togħma iktar intensa.

Il-limitazzjoni tal-istress tal-annimali qabel it-tbiċċir tippreserva l-kwalità finali tal-karkassi, li hija wkoll iggarantita mill-qtugħ bl-idejn jew mill-preżentazzjoni tradizzjonali tal-biċċiet sħaħ.

Ir-reputazzjoni tal-“Pintade de l’Ardèche” ġejja kemm mill-mod tat-trobbija tradizzjonali kif ukoll mill-karatteristiċi organolettiċi tagħha. Din ir-reputazzjoni ssaħħet mis-snin disgħin ‘l hawn bl-iżvilupp tas-settur (xi mitt bidwi u iktar minn 150 binja) kif ukoll miż-żieda tal-bejgħ fiż-żona kollha tax-Xlokk ta’ Franza u lil hinn minnu. Ġiet ippruvata partikolarment bir-rebħ ta’ diversi premji miksuba mill-“Pintade de l’Ardèche” Din il-farawna rebħet diversi medalji tal-Concour Général Agricole (il-fiera ġenerali tal-agrikultura): il-Midalja tal-tad-Deheb fl-1993, il-Midalja tal-Bronz fl-1994, il-Midalja tal-Bronz fl-1996 u l-Midalja tal-Bronz fl-1997. Il-“Pintade de l’Ardèche” issibha fuq il-mejda tal-aħjar xefs, fuq il-menus gastronomiċi tal-Ardèche kif ukoll fix-xandiriet u fil-pubblikazzjonijiet tal-gwidi turistiċi bħala riċetti ta’ ikel bnin, pereżempju: “Suprême de pintade de l’Ardèche farci aux châtaignes” u “pintade de l’Ardèche aux langoustines et palourdes”. L-involviment tal-bdiewa fil-postijiet tal-bejgħ, fejn jitkellmu dwar il-metodi tagħhom ta’ produzzjoni u r-riċetti għall-prodotti tagħhom, ta kontribut lil dan is-suċċess.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCPintadedelArdeche.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


12.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 53/14


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2016/C 53/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“SEL DE SALIES-DE-BÉARN”

Nru tal-UE: FR-PGI-0005-01311 – 3.2.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Sel de Salies-de-Béarn”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.6. Melħ

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Sel de salies-de-béarn” huwa melħ li jittiekel. Huwa jiġi fil-forma ta’ melħ fin jew melħ oħxon. La huwa raffinat u lanqas jinħasel wara l-ħsad, u jiġi prodott mingħajr iż-żieda ta’ addittivi teknoloġiċi.

Karatteristiċi fiżiċi:

Il-ħbub tal-melħ “Sel de salies-de-béarn” ivarjaw ħafna fid-daqs u l-forma. Dawn huma wkoll fraġli u jitfarrku faċilment.

Is-“Sel de Salies-de-Béarn” jiġi f’forma ta’ ħbub tal-melħ. Huwa magħmul minn qafas ta’ piramida tal-melħ maqluba ta’ taħt fuq u vojta minn ġewwa.

Il-kristalli tas-“Sel de Salies-de-Béarn” għandhom kavitajiet mikroskopiċi mimlijin bis-salmura, imsejħa inklużjonijiet fluwidi.

Id-daqs taż-żerriegħa:

80 % tal-ħbub tal-melħ oħxon huwa 0,5 mm fid-daqs jew akbar. 80 % tal-ħbub tal-melħ fin huwa 0,5 mm fid-daqs jew iżgħar.

Karatteristiċi kimiċi:

Meta jkun ippakkjat, is-“Sel de Salies-de-Béarn” jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

Parametru

Kontenut

Umdità

≤ 8 %

Livell insolubbli

≤ 1 %

Kalċju

≥ 100 mg/100 g

Potassju

≥ 30 mg/100 g

Manjeżju

≥ 10 mg/100 g

Sulfati

≥ 100 mg/100 g

Karatteristiċi organolettiċi:

Is-“Sel de Salies-de-Béarn” huwa, b’mod naturali, ta’ kulur abjad, b’dehra li tixbah lil dik tal-ħalib u bi sfumaturi roża u isfar ċar.

Preżentazzjoni:

Is-“Sel de Salies-de-Béarn” jinbiegħ f’pakketti ssiġillati u mmarkati, mhux falsifikabbli.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċessi li jridu jsiru fiż-żona ġeografika huma:

it-tħaffir;

l-ippumpjar tal-ilma tan-nixxiegħa mielaħ;

il-produzzjoni tal-melħ;

it-tnixxif – it-tnaqqija – it-tħin;

l-ippakkjar.

Il-produzzjoni tal-melħ tinvolvi dan il-proċess li ġej:

id-dikantazzjoni tal-ilma tan-niexxiegħa mielaħ;

l-evaporazzjoni tal-ilma tan-nixxiegħa mielaħ permezz tat-tisħin;

il-ħsad;

il-ħżin/l-iskular.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

Minħabba li l-melħ huwa prodott fraġli u li jitfarrak faċilment, is-“Sel de Salies-de-Béarn” m’għandux jitneħħa miż-żona ġeografika tal-produzzjoni qabel ma jiġi ippakkjat b’mod li tiġi żgurata l-preservazzjoni tal-karatteristiċi u l-kwalità tas-“Sel de Salies-de-Béarn” għall-konsumatur aħħari.

Il-workshops lokali għandhom għarfien speċjali. Minħabba li dawn għandhom għarfien eċċellenti tal-prodott, tal-fraġilità tiegħu u jafu kemm il-prodott jitfarrak faċilment, dawn jagħtu attenzjoni speċjali għall-ħżin u l-ippakkjar. Meta l-melħ jilħaq il-livell ta’ umdità li suppost, il-produttur tal-melħ jiddeċiedi – skont il-kundizzjonijiet atmosferiċi, iżda fuq kollox skont kif jinħass il-melħ – il-mument opportun li l-melħ għandu jiġi ppakkjat. Il-melħ ma għandux jeħel mas-swaba’.

Il-produtturi tal-melħ jieħdu ħsieb li ma jfarrkux il-prodott u li lanqas ma jimmaniġġjaw ħafna l-prodott. L-għan huwa li jiġi ppreservat il-kulur abjad, li tiġi pprevenuta l-aggregazzjoni tal-kristalli tal-melħ, u li jiġi evitat it-tkissir tal-ħbub tal-melħ, li jeqred l-inklużjonijiet fluwidi.

L-ipakkjar tas-“Sel de Salies-de-Béarn” fiż-żona ġeografika jgħin ukoll biex titjieb it-traċċabilità tal-prodott u biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm taħlit ma’ melħ ieħor.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-ttikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

It-tikketta tal-prodott għandha tinkludi:

l-isem tal-IĠP: “Sel de Salies-de-Béarn”

Id-deskrizzjoni tal-bejgħ:

Melħ oħxon;

Melħ fin.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ddefinita tinkludi l-muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona tas-sovrapożizzjonijiet frontali tal-Pirenej tat-Tramuntana

Dan ir-reġjun ikopri 180 km2 u huwa magħmul minn 13-il muniċipalità fir-reġjun ta’ Aquitaine:

Dawn iż-żewġ muniċipalitajiet li ġejjin jinsabu fid-dipartiment ta’ Landes: Saint-Cricq-du-Gave u Sorde-l’Abbaye.

Dawn il-11-il muniċipalità li ġejjin jinsabu fid-dipartiment tal-Pyrénées-Atlantiques: Auterrive, Came, Carresse-Cassaber, Castagnède, Escos, Labastide-Villefranche, Léren, Oraàs, Saint-Dos, Saint-Pé-de-Léren u Salies-de-Béarn.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fil-bidu tal-era Mesożojka u matul il-perjodu Triassiku, l-evaporazzjoni tal-ilma baħar matul żewġ episodji suċċessivi ta’ evaporazzjoni fi klima niexfa ħolqu depożiti tal-melħ fiż-żona ġeografika tas-“Sel de Salies-de-Béarn”: l-evaporiti, magħmulin mill-ġipsum (sulfat tal-kalċju) u halite (klorur tas-sodju), li jiffurmaw saffi sa 900 metru, li 600 metru minnhom huwa melħ. Lejn l-aħħar tal-era Kretaċea, il-mastizz Triassiku ta’ Salies-de-Béarn kien soġġett għal pressjoni tettonika sinifikanti minħabba l-formazzjoni tal-Pirinej.

Is-saffi fondi tal-melħ fiż-żona ġeografika huma anqas iebsin mill-blata li tkoprihom. In-natura flessibbli tagħhom wasslet għall-ħolqien ta’ partijiet li jaqtgħu u sporġenzi f’forma ta’ koppla tal-melħ, li jissejħu dijapiri. Wieħed jistà jsib dijapir qrib il-wiċċ taż-żona ġeografika tal-mastizz Triassiku.

Meta jibda jqattar fis-saffi fondi, l-ilma jsir mineralizzat prinċipalment mill-kuntatt li jagħmel mal-melħ tat-Triassiku. Fil-blokka tal-melħ, jew minn kuntatt magħha, l-ilma jlissi l-melħ u jimtela bil-klorur tas-sodju. Hekk kif dawn l-ilmijiet jgħaddu mid-dolomiti fis-saffi Triassiċi, dawn jimtlew b’kontenut għoli ta’ mluħa minerali u mikroelementi.

L-ilma jgħaddi minn kanali ffurmati mix-xoljiment Triassiku (melħ, ġebla tal-ġir u dolomiti).

Minħabba d-differenza fl-elevazzjoni, dawn l-ilmijiet ifeġġu fil-wiċċ, u b’hekk joħolqu riemerġenzi mielħa b’mod naturali fiż-żona ġeografika.

F’dak li jirrigwarda l-fattur uman, ħafna fdalijiet ta’ borom għat-tisjir u fran jipprovdu evidenza ta’ produzzjoni tal-melħ sa minn Żmien il-Bronż, fil-mastizz Triassiku tas-Salies-de-Béarn. Fi żmien il-Bronż, (2 200 QK sa 800 QK) u matul żmien l-Antikità (600 QK sa 400 WK), l-ilma tan-nixxiegħa mielaħ ġie msaħħan u evaporat f’kontenituri taċ-ċeramika, li mbagħad ġew imkissra sabiex jiġi estratt il-melħ.

Fil-Medju Evu (mis-seklu ħamsa sas-seklu 15 WK) seħħet bidla sinifikanti fil-proċess tal-produzzjoni tal-melħ: il-ħolqien tas-“salina”. L-ilma msaħħan fuq l-injam kien jevapora, u l-melħ li kien jippreċipita fil-qiegħ tal-kontenitur kien jinġabar.

Fis-seklu 16, l-abitanti ta’ Salies-de-Béarn, miġbura madwar dan l-assi naturali, iddeċidew li jorganizzaw lilhom infushom:

billi joħolqu assoċjazzjoni ta’ interess komuni: il-“Corporation des Part-Prenants” [il-partijiet kkonċernati];

U permezz tat-tfassil ta’ regolament, ir-“Règlement de la Fontaine Salée” [ir-Regolament tan-nixxiegħa mielħa].

Ħames sekli wara li nħolqot, din l-organizzazzjoni għadha teżisti.

Illum il-ġurnata, s-“Sel de salies-de-béarn” għadu jiġi prodott bl-użu tal-ilma tan-nixxiegħa mielaħ estratt miż-żona ġeografika. Huwa maħluq permezz tal-kristallizzazzjoni fil-fażi ta’ evaporazzjoni tal-ilma tan-nixxiegħa mielaħ, bl-użu tal-metodu antik ta’ tisħin tas-salmura, fis-salini u fil-miftuħ.

Minħabba l-proprjetajiet fiżiċi konnessi mal-metodu tal-produzzjoni tiegħu, s-“Sel de Salies-de-Béarn” huwa prodott fraġli u li jitfarrak malajr.

Il-produtturi tal-melħ jissorveljaw il-ħżin, l-immaniġġar u l-kundizzjonijiet tal-imballaġġ sabiex ikun limitat:

l-ossidazzjoni tal-ħbub tal-melħ fil-wiċċ, li jista’ jinbidlilhom il-kulur tagħhom;

l-immaniġġar ta’ aktar minn darba u traskurat, li jista’ jagħmel ħsara lill-ħbub tal-melħ u jeqred l-inklużjonijiet ta’ fluwidu preżenti fil-kristalli.

Speċifiċità tal-prodott

Is-“Sel de Salies-de-Béarn” jiġi fil-forma ta’ raggruppamenti f’forma ta’ piramida, li jakkumulaw fil-qiegħ tas-salina, u li huma ffurmati minn akkrexximent.

Il-kristalli tas-“Sel de Salies-de-Béarn” jiġu f’forom u daqsijiet differenti.

Huma għandhom inklużjonijiet fluwidi ta’ salmura maqbuda f’kavitajiet mikroskopiċi.

Is-“Sel de Salies-de-Béarn” huwa kkaratterizzat minn lewn abjad naturali, bi sfumaturi roża u isfar ċar.

L-inklużjonijiet fluwidi preżenti fil-kristalli tal-melħ jagħtu lill-kristalli tal-melħ id-dehra ta’ ħalib.

Studju komparattiv ta’ D. Cussey-Geisler et M.H. Grimaldi (“Caractérisation du SEL utilisé pour la Salaison du Jambon de Bayonne (karatterizzazzjoni tal-melħ użat fit-tmelliħ tal-perżut Bayonne)”, UPPA, Lulju 1989) ta’ bosta mluħa minn sorsi differenti kkonkluda li, minn perspettiva ġeokimika, is-“Sel de Salies-de-Béarn” għandu varjetà wiesgħa ta’ mikroelementi, b’mod partikolari, il-kalċju, il-potassju, il-manjeżju, u sulfati differenti, li huma karatteristiċi tal-evaporiti tat-Triassiku.

Dawn il-karatteristiċi speċifiċi jagħtu lis-“Sel de Salies-de-Béarn” reputazzjoni tajba.

Rabta kawżali

Ir-rabta mal-oriġini tas-“Sel de Salies-de-Béarn” hija bbażata fuq il-kwalità u r-reputazzjoni tiegħu. It-taħlita ta’ fatturi naturali u n-know-how antik, twassal għall-ħolqien ta’ dan il-prodott uniku.

L-ilma tan-nixxiegħa taż-żona ġeografika saret rikka fil-minerali bil-kuntatt ma’ saffi ġeoloġiċi. Il-mikroelementi preżenti f’dan l-ilma tan-nixxiegħa jistgħu jinstabu fl-inklużjonijiet fluwidi tal-kristalli tas-“Sel de Salies-de-Béarn”.

In-know-how espert u antik li jirrispetta l-kwalitajiet intrinsiċi tal-ilma tan-nixxiegħa u li jagħmel il-kristallizzazzjoni possibli mingħajr l-ebda intervent uman barra t-tisħin tal-ilma, jagħti lis-“Sel de Salies-de-Béarn” r-rikkezza tiegħu.

Dan l-istess know-how jgħin biex jinżamm il-kulur naturali tas-“Sel de Salies-de-Béarn”, billi tingħata attenzjoni speċjali għall-ħżin u l-imballaġġ, b’mod partikolari billi jiġu pprevenuti l-ossidazzjoni u żidiet fil-kontenut tal-umdità.

Fl-aħħar nett, billi jżommu l-immaniġġjar għall-minimu huwa possibbli li tinżamm l-istruttura karatteristika tal-“Sel de Salies-de-Béarn” fil-forma ta’ raggruppamenti f’forma ta’ piramida maqluba.

Bosta rakkonti storiċi jagħtu xhieda tar-reputazzjoni tas-“Sel de Salies-de-Béarn”, bħal “Mélanges historiques critiques de physique, de littérature et de poésie [Reviżjonijiet kritiċi mħalltin tal-fiżika, tal-letteratura u tal-poeżija]” (1768), li fih il-Markiż d’Orbessan iddeskriva l-produzzjoni tal-melħ ġewwa Salies-de-Béarn. Huwa kkonkluda l-istorja tiegħu bl-osservazzjoni li ġejja: “Kulħadd jaf li l-melħ ordinarju jrid jiġi bbliċjat biex titneħħa t-togħma tas-salmura u b’hekk jsir tajjeb għal fuq il-mejda. Il-melħ ‘Sel de Salies-de-Béarn’ ma jeħtieġx dan it-trattament.”

Illum il-ġurnata, il-melħ għad għandu rwol ċentrali fil-ħajja soċjali u kulturali tal-belt ta’ Salies-de-Béarn, li tippromwovi l-melħ permezz ta’ assoċjazzjonijiet dedikati, xogħolijiet artistiċi, u attivitajiet kulturali. Għalhekk, kull sena għal aktar minn 30 snin, l-assoċjazzjoni “Jurade du sel” organizzat il-famuża “Hesta de la sau (festa tal-melħ)”. Dan l-avveniment ilaqqa’ flimkien aktar minn 10 000 persuna kull sena. Matul is-sena kollha, ħafna turisti jżuru “il-belt tal-melħ”.

Il-melħ “Sel de Salies-de-Béarn” huwa użat biex jipproduċi prodotti magħrufin sew, bħal “Jambon de Bayonne” IĠP, il-ġobon tal-ħalib tan-nagħaġ “Ossau-Iraty” DOP, u l-“Canard à foie gras du Sud-Ouest” IĠP (Chalosse, Gascogne, Gers, ta’ Landes, Périgord, Quercy).

Ħafna kokijiet u produtturi taċ-ċikkulata wkoll jużaw il-melħ “Sel de Salies-de-Béarn”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPSelSaliesDeBearn2015.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.