ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 27

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 59
25ta' Jannar 2016


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2016/C 027/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2016/C 027/02

Kawża C-307/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Frar 2014 – Agenzia delle Entrate vs Aquapur Multiservizi SpA

2

2016/C 027/03

Kawża C-491/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru minn Rainer Typke mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-214/13, Rainer Typke vs Il-Kummissjoni Ewropea

2

2016/C 027/04

Kawża C-497/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Euro-Team Kft. vs Budapest Rendőrfőkapitánya

3

2016/C 027/05

Kawża C-498/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Spirál-Gép Kft. vs Budapest Rendőrfőkapitánya

4

2016/C 027/06

Kawża C-511/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Renata Horžić vs Privredna banka Zagreb Božo Prka

5

2016/C 027/07

Kawża C-512/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Siniša Pušić vs Privredna banka Zagreb u Božo Prka

6

2016/C 027/08

Kawża C-527/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Stichting Brein vs Jack Frederik Wullems, li jaġixxi taħt l-isem ta’ Filmspeler

6

2016/C 027/09

Kawża C-536/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Ottubru 2015 – Tele2 (Netherlands) BV et vs Autoriteit Consument en Markt (ACM), parti oħra: European Directory Assistance NV

7

2016/C 027/10

Kawża C-539/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Ottubru 2015 – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt

8

2016/C 027/11

Kawża C-547/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-20 ta’ Ottubru 2015 – Interservice d.o.o. Koper vs Sándor Horváth

9

2016/C 027/12

Kawża C-553/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Ottubru 2015 – Undis Servizi Srl vs Comune di Sulmona

9

2016/C 027/13

Kawża C-554/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-27 ta Ottubru 2015 – Luca Jerónimo García Almodóvar y Catalina Molina Moreno vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.

10

2016/C 027/14

Kawża C-562/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Carrefour Hypermarchés SAS vs ITM Alimentaire International SASU

11

2016/C 027/15

Kawża C-567/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – UAB LitSpecMet vs UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas

12

2016/C 027/16

Kawża C-572/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – F. Hoffmann-La Roche AG vs Accord Healthcare OÜ

13

2016/C 027/17

Kawża C-576/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Novembru 2015 – ЕТ Маya Маrinova vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

13

2016/C 027/18

Kawża C-579/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski

14

2016/C 027/19

Kawża C-581/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

15

2016/C 027/20

Kawża C-582/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Gerrit van Vemde

16

2016/C 027/21

Kawża C-587/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Novembru 2015 – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius u Jurgita Dockevičienė

17

2016/C 027/22

Kawża C-591/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

19

2016/C 027/23

Kawża C-592/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute

19

2016/C 027/24

Kawża C-593/15 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2016/C 027/25

Kawża C-594/15 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2016/C 027/26

Kawża C-606/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

22

2016/C 027/27

Kawża C-608/15 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 minn Panasonic Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-82/13: Panasonic Corp. au MT Picture Display Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

23

2016/C 027/28

Kawża C-615/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2015 minn Samsung SDI Co. Ltd, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-84/13, Samsung SDI Co. Ltd, Samsung SDI (Malaysia) Bhd vs Il-Kummissjoni Ewropea

24

2016/C 027/29

Kawża C-622/15 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ November 2015 minn Koninklijke Philips Electronics NV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-92/13: Koninklijke Philips Electronics NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

25

2016/C 027/30

Kawża C-623/15 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ November 2015 minn Toshiba Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-104/13: Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

26

2016/C 027/31

Kawża C-625/15 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 minn Schniga GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14, Schniga GmbH vs Community Plant Variety Office

27

2016/C 027/32

Kawża C-644/15 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Dicembru 2015 mill-Ungerija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-346/12, l-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2016/C 027/33

Kawża T-506/12 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Cullado Martorell vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva ta’ ġuristi lingwisti bil-lingwa Spanjola — Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li tikkonferma li l-appellanti ma għaddietx mill-aħħar eżami bil-miktub u li tiċħad l-ammissjoni tagħha għall-eżami orali — Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rifjut ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti — Aċċess għad-dokumenti)

30

2016/C 027/34

Kawżi magħquda T-159/13 u T-372/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – HK Intertrade vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Ammissibbiltà — Dritt għal smiegħ — Obbligu ta’ notifika — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

30

2016/C 027/35

Kawża T-273/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Sarafraz vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Bażi legali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal smigħ — Żball ta’ evalwazzjoni — Ne bis in idem — Libertà ta’ espressjoni — Libertà tal-midja — Libertà professjonali — Moviment liberu — Dritt għall-proprjetà)

31

2016/C 027/36

Kawża T-274/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Emadi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Bażi legali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt għal smigħ — Żball ta’ evalwazzjoni — Ne bis in idem — Libertà ta’ espressjoni — Libertà tal-midja — Libertà professjonali — Moviment liberu — Dritt għall-proprjetà)

32

2016/C 027/37

Kawża T-343/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – CN vs Il-Parlament (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament — Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali — Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi)

33

2016/C 027/38

Kawża T-367/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni [FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Żvilupp rurali — Infiq imwettaq mill-Polonja — Artikolu 33b tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 — Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 — Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 — Korrezzjoni finanzjarja mħallta — Obbligu ta’ motivazzjoni]

33

2016/C 027/39

Kawża T-414/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO ESTATE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali KENZO ESTATE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO — Raġuni relattiva għal rifjut — Reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

34

2016/C 027/40

Kawża T-425/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Giant (China) vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina — Rieżami interim — Artikolu 9(5) u Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nruo1225/2009 — Trattament individwali — Nuqqas ta’ kooperazzjoni — Informazzjoni neċessarja — Data disponibbli — Kumpanniji magħquda — Evażjoni]

35

2016/C 027/41

Kawża T-461/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Distorsjoni tal-kompetizzjoni — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Dmir ta’ diliġenza — Terminu raġonevoli — Ċertezza legali — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Sussidjarjetà — Dritt għall-informazzjoni)

35

2016/C 027/42

Kawża T-462/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Għajnuna ġdida]

36

2016/C 027/43

Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Kunċett ta’ impriża — Attività ekonomika — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Natura selettiva — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Obbligu ta’ motivazzjoni]

37

2016/C 027/44

Kawża T-465/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Għajnuna ġdida]

38

2016/C 027/45

Kawża T-487/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Riżorsi tal-Istat — Attività ekonomika — Vantaġġ — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Użu ħażin ta’ poter]

38

2016/C 027/46

Kawża T-522/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO ESTATE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali KENZO ESTATE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO — Raġuni relattiva għal rifjut — Reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni]

39

2016/C 027/47

Kawża T-528/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Kenzo vs UASI – Tsujimoto (KENZO ESTATE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali KENZO ESTATE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO — Raġuni relattiva għal rifjut — Reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni]

40

2016/C 027/48

Kawża T-541/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni [Għajnuna mill-Istat — Televiżjoni diġitali — Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Artikolu 107(3)(ċ) TFUE — Għajnuna ġdida — Obbligu ta’ motivazzjoni]

41

2016/C 027/49

Kawża T-553/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Impriża Konġunta Fusion for Energy (Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ teknoloġija tal-informatika, ta’ konsulenza, ta’ żvilupp ta’ softwer, tal-internet u ta’ appoġġ — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

41

2016/C 027/50

Kawża T-50/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Demp vs UASI (TURBO DRILL) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TURBO DRILL — Raġuni għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

42

2016/C 027/51

Kawża T-105/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – TrekStor vs UASI – Scanlab (iDrive) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iDrive — Trade mark Ġermaniża verbali preċedenti IDRIVE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

43

2016/C 027/52

Kawża T-127/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Sesma Merino vs UASI (Appell — Servizz Pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni — Għanijiet 2011-2012 — Att li jikkawża preġudizzju — Ammissibbiltà)

43

2016/C 027/53

Kawża T-181/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Novembru 2015 – Nürburgring vs UASI – Biedermann (Nordschleife) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nordschleife — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Management by Nordschleife — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

44

2016/C 027/54

Kawża T-262/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Novembru 2015 – Bionecs vs UASI – Fidia farmaceutici [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożiżzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BIONECS — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BIONECT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

44

2016/C 027/55

Kawża T-327/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie des fromages & Richesmonts vs UASI – Grupo Lactalis Iberia (Rappreżentazzjoni ta’ disinn Vichy aħmar u abjad) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn Vichy aħmar u abjad — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

45

2016/C 027/56

Kawża T-371/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – NICO vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

46

2016/C 027/57

Kawża T-390/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Établissement Amra vs UASI (KJ KANGOO JUMPS XR) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja KJ Kangoo Jumps XR — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

46

2016/C 027/58

Kawża T-404/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – United Vehicles (UNITED VEHICLEs) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UNITED VEHICLEs — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Junited — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

47

2016/C 027/59

Kawża T-525/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie générale des établissements Michelin vs UASI – Continental Reifen Deutschland (XKING) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja XKING — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti X — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

48

2016/C 027/60

Kawża T-528/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Information Resources vs UASI (Growth Delivered) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Growth Delivered — Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

48

2016/C 027/61

Kawża T-529/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – adp Gauselmann vs UASI (Multi Win) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multi Win — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

49

2016/C 027/62

Kawża T-583/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Diċembru 2015 – Giand vs UASI – Flamagas (FLAMINAIRE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLAMINAIRE — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti FLAMINAIRE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ne bis in idem]

50

2016/C 027/63

Kawża T-628/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (FORTIFY) [Trade mark Komnunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FORTIFY — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

50

2016/C 027/64

Kawża T-647/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva DUALSAW — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

51

2016/C 027/65

Kawża T-648/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALTOOLS) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DUALTOOLS — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

52

2016/C 027/66

Kawża T-683/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Morgan vs UASI (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2010/2011 — Żnaturament — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

52

2016/C 027/67

Kawża T-695/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Omega International vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku u ta’ rettangolu bojod f’rettangolu iswed) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ċirku u rettangolu bojod f’rettangolu iswed — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

53

2016/C 027/68

Kawża T-718/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – Hong Kong Group vs UASI – WE Brand (W E) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva W E — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

53

2016/C 027/69

Kawża T-3/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – K-Swiss vs UASI (Strixxi paralleli fuq żarbun) [Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva li tirrappreżenta strixxi paralleli fuq żarbuna — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

54

2016/C 027/70

Kawża T-360/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2015 – Švyturys-Utenos Alus vs UASI – Nordbrand Nordhausen (KISS) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni)

55

2016/C 027/71

Kawża T-636/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni — Rekwiżiti lingwistiċi li jinsabu fil-modulu ta’ preżentazzjoni online tal-kandidaturi — Allegata diverġenza mal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

55

2016/C 027/72

Kawża T-640/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Funzjonament tas-swieq finanzjarji — Regolament (UE) Nru 537/2014 — Att leġiżlattiv — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

56

2016/C 027/73

Kawża T-670/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 — Assoċjazzjoni — Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri — Inammissibbiltà)

57

2016/C 027/74

Kawża T-163/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Delta Group agroalimentare vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Suq Taljan tal-laħam tat-tjur — Miżuri ta’ sostenn eċċezzjonali intiżi sabiex isolvu problemi speċifiċi li jikkonċernaw is-settur tal-laħam tat-tjur fl-Italja — Ħlas lura fuq l-esportazzjoni tal-laħam tat-tjur lejn ċerti pajjiżi Afrikani — Ċaħda tat-talba għal miżuri eċċezzjonali mressqa mir-rikorrenti — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

57

2016/C 027/75

Kawża T-558/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Iran Insurance vs Il-Kunsill

58

2016/C 027/76

Kawża T-559/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill

59

2016/C 027/77

Kawża T-588/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni

60

2016/C 027/78

Kawża T-589/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA

61

2016/C 027/79

Kawża T-595/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Europäischer Tier- und Naturschutz u Giesen vs Il-Kummissjoni

62

2016/C 027/80

Kawża T-605/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

63

2016/C 027/81

Kawża T-609/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2015 – Repsol vs UASI – Basic (BASIC)

63

2016/C 027/82

Kawża T-610/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Otturbu 2015 – British Aggregates vs Il-Kummissjoni

64

2016/C 027/83

Kawża T-611/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring vs Il-Kummissjoni

65

2016/C 027/84

Kawża T-615/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – LL vs Il-Parlament

66

2016/C 027/85

Kawża T-616/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – Transtec vs Il-Kummissjoni

67

2016/C 027/86

Kawża T-619/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2015 – Badica u Kardiam vs Il-Kunsill

68

2016/C 027/87

Kawża T-632/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Tillotts Pharma vs UASI – Feering (OCTASA)

69

2016/C 027/88

Kawża T-633/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – JT International vs UASI – Habanos (PUSH)

70

2016/C 027/89

Kawża T-637/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2015 – Alma-The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

70

2016/C 027/90

Kawża T-668/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2015 – Jema Energy vs empresa común Fusion for Energy

71

2016/C 027/91

Kawża T-670/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Osho Lotus Commune vs UASI – Osho International Foundation (OSHO)

72

2016/C 027/92

Kawża T-672/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Malta Cross Foundation International vs UASI – Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)

73

2016/C 027/93

Kawża T-677/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Panzeri vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

74

2016/C 027/94

Kawża T-494/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2015 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni

75

2016/C 027/95

Kawża T-387/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

75

2016/C 027/96

Kawża T-388/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

76

2016/C 027/97

Kawża T-389/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

76

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2016/C 027/98

Kawża F-104/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Novembru 2015 – O'Riain vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/241/12 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati — Imparzjalità tal-Bord tal-Għażla — Rikors manifestament infondat)

77

2016/C 027/99

Kawża F-137/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

77

2016/C 027/00

Kawża F-138/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

78

2016/C 027/01

Kawża F-142/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

78

2016/C 027/02

Kawża F-37/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Macchia vs Il-Kummissjoni

79


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2016/C 027/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 16, 18.1.2016

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 7, 11.1.2016

ĠU C 429, 21.12.2015

ĠU C 414, 14.12.2015

ĠU C 406, 7.12.2015

ĠU C 398, 30.11.2015

ĠU C 389, 23.11.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte Suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Frar 2014 – Agenzia delle Entrate vs Aquapur Multiservizi SpA

(Kawża C-307/14)

(2016/C 027/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte Suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Aquapur Multiservizi SpA

Domandi preliminari

B’digriet tat-18 ta’ Novembru 2015, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/2


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Settembru minn Rainer Typke mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-214/13, Rainer Typke vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-491/15 P)

(2016/C 027/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Rainer Typke (rappreżentant: C. Cortese, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-punti 2 u 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-214/13, Typke vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tannulla d-deċiżjoni adottata mis-segretarju ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea fil-proċedura Gestdem 2012/3258

tikkudanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti fl-ewwel istanza u fit-tieni istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wetqet żball ta’ interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 u b’mod partikolari l-Artikoli 3(a) u 4(6), peress li hija bdiet mill-prinċipju li l-applikazzjoni tal-artikoli rilevanti għal databases relazzjonali normalizzati tirrikjedi distinzjoni bejn l-aċċess parzjali għad-dokumenti maħżuna f’database relazzjonali u s-sempliċi aċċess għall-informazzjoni inkluża f’din il-bażi. Din l-aħħar imsemmija forma ta’ aċċess ma hijiex koperta mid-dispożizzjonijiet tar-regolament dwar l-aċċess u dan jekwivali allegatament għall-ħolqien ta’ dokument ġdid. Il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari wetqet żball meta kkonkludiet essenzjalment li r-regolament Nru 1049/2001 kien jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu talba għal aċċess għal database relazzjonali li tirrikjedi l-formulazzjoni ta’ applikazzjoni SQL li ma kinixt intużat qabel mill-istituzzjoni li ssirilha t-talba “fuq bażi ftit jew wisq regolari għad-database inkwistjoni” u “ipprogrammata minn qabel” sa fejn din ma timplikax allegatament tfittixja mwettqa bl-użu ta’ għodod ta’ tiftix disponibbli għad-database inkwistjoni u b’hekk tkun timplika l-ħolqien ta’ dokument ġdid.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ddikjarat li t-talba tar-rikorrenti ma kinitx tagħmel riferiment għal dokument eżistenti u fi kwalunkwe każ ma kinitx koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001, u dan abbażi tal-preżunzjonijiet żbaljati li ġejjin:

ma huwiex possibbli għall-istituzzjoni li tilqa’ b’mod pożittiv it-talba għal aċċess peress li d-dokumenti eżistenti ma jistgħux jissodisfaw it-talba (sentenza tal-ewwel istanza, punt 73) jew peress li l-aċċess għal dawn id-dokumenti allegatament ma ntalabx mir-rikorrenti (sentenza tal-ewwel istanza, punt 67)

it-talba tar-rikorrent hija fformulata skont klassifikazzjoni mhux prevista mid-database rilevanti, b’mod partikolari, minħabba operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data li jkunu rikjesti (sentenza tal-ewwel istanza, punti 58, 66, 68; 62, 63)

dan jimplika l-ħolqien ta’ dokument ġdid li jinkludi informazzjoni f’format ġdid u skont kriterji ta’ selezzjoni speċifikati mir-rikorrenti (sentenza tal-ewwel istanza, punti 61 u 67).

Billi għamlet dawn id-dikjarazzjonijiet kollha kkritikati f’dan il-punt, il-Qorti Ġenerali żnaturat is-sens tal-provi prodotti u li huma disponibbli għaliha. Dan jgħodd ukoll għad-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali li f’din il-kawża tapplika preżunzjoni ta’ legalità fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-istituzzjoni mitluba li d-dokumenti li ntalan l-aċċess għalihom ma jeżistux (sentenza tal-ewwel istanza, punt 66).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Euro-Team Kft. vs Budapest Rendőrfőkapitánya

(Kawża C-497/15)

(2016/C 027/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Euro-Team Kft.

Konvenuta: Budapest Rendőrfőkapitánya.

Domandi preliminari

1)

Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, stabbilit mill-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Eurovignette”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik introdotta mill-Anness 9 tad-Digriet tal-Gvern Nru 410, tad-29 ta’ Diċembru 2007, dwar il-lista ta’ reati tat-traffiku suġġetti għal multi amministrattivi, l-ammonti tal-multi dovuti fil-każ ta’ reati tat-traffiku, is-sistema ta’ impożizzjoni tal-multi u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kontrolli tat-traffiku [a közigazgatási bírsággal sújtandó közlekedési szabályszegések köréről, az e tevékenységekre vonatkozó rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről, felhasználásának rendjéről és az ellenőrzésben történő közreműködés feltételeiről szóló 410/2007. (XII. 29.) Korm. Rendelet] (iktar ’il quddiem id-“digriet dwar il-multi”), li timponi l-ħlas ta’ multa b’rata fissa – jiġifieri indipendenti mill-gravità tar-reat – fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar ix-xiri ta’ biljetti għall-użu ta’ triq?

2)

Il-multa amministrattiva stabbilita mill-Anness 9 tad-digriet dwar il-multi hija konformi mar-rekwiżit tal-Artikolu 9a tad-Direttiva Eurovignette li skontu s-sanzjonijiet previsti fid-dritt nazzjonali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi?

3)

Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva Eurovignette għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, minn naħa, sistema ta’ sanzjonijiet li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi r-responsabbiltà oġġettiva tal-awturi tar-reat u, min-naħa l-oħra, ammont tas-sanzjoni kif previst mill-imsemmija sistema?


(1)  Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Spirál-Gép Kft. vs Budapest Rendőrfőkapitánya

(Kawża C-498/15)

(2016/C 027/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spirál-Gép Kft.

Konvenuta: Budapest Rendőrfőkapitánya

Domandi preliminari

1)

Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità, stabbilit mill-Artikolu 9a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Eurovignette”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ sanzjonijiet bħal dik introdotta mill-Anness 9 tad-Digriet tal-Gvern Nru 410, tad-29 ta’ Diċembru 2007, dwar il-lista ta’ reati tat-traffiku suġġetti għal multi amministrattivi, l-ammonti tal-multi dovuti fil-każ ta’ reati tat-traffiku, is-sistema ta’ impożizzjoni tal-multi u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-kontrolli tat-traffiku [a közigazgatási bírsággal sújtandó közlekedési szabályszegések köréről, az e tevékenységekre vonatkozó rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről, felhasználásának rendjéről és az ellenőrzésben történő közreműködés feltételeiről szóló 410/2007. (XII. 29.) Korm. Rendelet] (iktar ’il quddiem id-“digriet dwar il-multi”), li timponi l-ħlas ta’ multa b’rata fissa – jiġifieri indipendenti mill-gravità tar-reat – fil-każ ta’ ksur tar-regoli dwar ix-xiri ta’ biljetti għall-użu ta’ triq?

2)

Il-multa amministrattiva stabbilita mill-Anness 9 tad-digriet dwar il-multi hija konformi mar-rekwiżit tal-Artikolu 9a tad-Direttiva Eurovignette li skontu s-sanzjonijiet previsti fid-dritt nazzjonali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi?

3)

Ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità previst fl-Artikolu 9a tad-Direttiva Eurovignette għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, minn naħa, sistema ta’ sanzjonijiet li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tipprevedi r-responsabbiltà oġġettiva tal-awturi tar-reat u, min-naħa l-oħra, ammont tas-sanzjoni kif previst mill-imsemmija sistema?


(1)  Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 4, p. 372).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Renata Horžić vs Privredna banka Zagreb Božo Prka

(Kawża C-511/15)

(2016/C 027/06)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Prekršajni sud u Bjelovaru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Renata Horžić

Konvenuti: Privredna banka Zagreb, Božo Prka.

Domandi preliminari

1)

L-applikazzjoni retroattiva tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] tista’ tiġi interpretata u evalwata esklużivament skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, rispettivament tali applikazzjoni tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 (1), li l-paragrafu 1 tiegħu jgħid espressament li din d-direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ kreditu konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva fid-dritt nazzjonali?

2)

Fil-kuntest deskritt hawn fuq, id-dispożizzjoni tal-liġi kriminali tal-Artikolu 26(1)(28) tal-Liġi Kroata dwar il-kreditu għall-konsum tista’ tiġi interpretata, konformement mal-Artikolu 23 tad-direttiva u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 30 tagħha, fis-sens li l-pieni previsti għall-ksur ta’ dispożizzjoni nazzjonali adottati abbażi tad-direttiva inkwistjoni ma jistgħux jiġu applikati għal ksur eventwali relatat ma’ kuntratti ta’ kreditu eżistenti fid-data tal-implementazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni?


(1)  Direttiva2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Prekršajni sud u Bjelovaru (il-Kroazja) fil-25 ta’ Settembru 2015 – Siniša Pušić vs Privredna banka Zagreb u Božo Prka

(Kawża C-512/15)

(2016/C 027/07)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Prekršajni sud u Bjelovaru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Siniša Pušić

Konvenuti: Privredna banka Zagreb, Božo Prka

Domandi preliminari

1)

L-applikazzjoni retroattiva tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] tista’ tiġi interpretata u evalwata esklużivament skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi, rispettivament tali applikazzjoni tal-liġi [dwar il-kreditu għall-konsum] hija konformi mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008 (1), li l-paragrafu 1 tiegħu jgħid espressament li din d-direttiva ma tapplikax għal kuntratti ta’ kreditu konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-direttiva fid-dritt nazzjonali?

2)

Fil-kuntest deskritt hawn fuq, id-dispożizzjoni tal-liġi kriminali tal-Artikolu 26(1)(28) tal-Liġi Kroata dwar il-kreditu għall-konsum tista’ tiġi interpretata, konformement mal-Artikolu 23 tad-direttiva u fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 30 tagħha, fis-sens li l-pieni previsti għall-ksur ta’ dispożizzjoni nazzjonali adottat abbażi tad-direttiva inkwistjoni ma jistgħux jiġu applikati għal ksur eventwali relatat ma’ kuntratti ta’ kreditu eżistenti fid-data tal-implementazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni?


(1)  Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Stichting Brein vs Jack Frederik Wullems, li jaġixxi taħt l-isem ta’ Filmspeler

(Kawża C-527/15)

(2016/C 027/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stichting Brein

Konvenuta: Jack Frederik Wullems, li jaġixxi taħt l-isem ta’ Filmspeler

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jkun hemm “komunikazzjoni lill-pubbliku” skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni, meta persuna tbiegħ prodott (mediaplayer) li fih jkun ġew installati add-ons li jinkludu hyperlinks għall-siti tal-internet li permezz tagħhom jingħata access dirett għal xogħolijiet koperti mid-dritt tal-awtur, bħal films, serji u xandiriet diretti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur?

2)

Għandu xi effett

il-fatt li x-xogħolijiet koperti mid-drittijiet tal-awtur ikkunsidrati flimkien ma kinux ġew preċedentement ippubblikati fuq l-internet jew ġew hekk ippubblikati biss permezz ta’ abbonamenti bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur?

il-fatt li l-add-ons li jinkludu hyperlinks għall-siti tal-internet li permezz tagħhom jingħata access dirett għal xogħolijiet koperti mid-dritt tal-awtur huma disponibbli mingħajr ħlas u jistgħu wkoll jiġu installati fil-mediaplayer mill-utenti stess?

il-fatt li s-siti tal-internet u b’hekk ukoll ix-xogħolijiet koperti mid-drittijiet tal-awtur li għalihom jingħata aċċess permezz tagħhom – mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur – huma aċċessibbli pubblikament mingħajr il-mediaplayer?

3)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE) għandu jiġi interpretat bħala li jfisser li ma jkunx hemm “użu legali” fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) ta’ dik id-direttiva jekk issir riproduzzjoni temporanja mill-utenti finali matul l-istreaming ta’ xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur minn sit tal-internet terz li fih dak ix-xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur huwa offrut mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur/i tad-drittijiet tal-awtur?

4)

F’każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-riproduzzjoni temporanja nnifisha mill-utent finali matul l-istreaming ta’ xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur minn sit tal-internet li fih dan ix-xogħol kopert mid-drittijiet tal-awtur huwa offrut mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur/i tad-drittijiet tal-awtur, hija b’hekk kuntrarja għat-“test fi tlett stadji” li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar id-drittijiet tal-awtur (Direttiva 2001/29/KE)?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Ottubru 2015 – Tele2 (Netherlands) BV et vs Autoriteit Consument en Markt (ACM), parti oħra: European Directory Assistance NV

(Kawża C-536/15)

(2016/C 027/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tele2 (Netherlands) BV, Ziggo BV, Vodafone Libertel BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt (ACM)

Parti oħra: European Directory Assistance NV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “talbiet” jinkludi wkoll it-talba magħmula minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor li titlob informazzjoni għall-finijiet ta’ servizzi ta’ tagħrif dwar it-telefon aċċessibbli għall-pubbliku u ta’ direttorji tat-telefon disponibbli għall-pubbliku offruti f’dan l-Istat Membru u/jew fi Stati Membri oħra?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni jippermetti lill-fornitur li jipprovdi l-użu ta’ numri tat-telefon, marbut bil-leġiżlazzjoni interna li jitlob il-kunsens tal-abbonat sabiex ikun inkluż f’direttorji tat-telefon standard u f’servizzi standard ta’ tagħrif dwar it-telefon, li jagħmel, fit-talba għal kunsens, distinzjoni abbażi tal-Istat Membru li fih l-impriża, li titlob informazzjoni skont l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2002/22, toffri d-direttorju tat-telefon u s-servizz ta’ tagħrif dwar it-telefon?


(1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367)


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Ottubru 2015 – Daniel Bowman vs Pensionsversicherungsanstalt

(Kawża C-539/15)

(2016/C 027/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daniel Bowman.

Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt

Domanda preliminari

1.

L-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, moqri flimkien mal-Artikolu 2(1) u (2) u mal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2000/78 (1) u flimkien mal-Artikolu 28 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens:

a)

li regola inkluża fi ftehim kollettiv li, għall-perijodi ta’ attività mwettqa fil-bidu tal-karriera, tipprevedi terminu ta’ avvanz itwal u tagħmel għalhekk l-avvanz fl-iskala sussegwenti iktar diffiċli, tinkludi differenza fit-trattament indiretta bbażata fuq l-età?

b)

jekk ir-risposta hija affermattiva, tali regola hija xierqa u neċessarja minħabba, b’mod partikolari, l-esperjenza professjonali limitata miksuba fil-bidu tal-karriera?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fl-20 ta’ Ottubru 2015 – Interservice d.o.o. Koper vs Sándor Horváth

(Kawża C-547/15)

(2016/C 027/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Interservice d.o.o. Koper

Konvenuta: Sándor Horváth

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1) li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies li huwa trasportatur ta’ merkanzija mhux biss kull persuna li tikkonkludi kuntratt ta’ trasport għall-merkanzija kkonċernata mal-bejjiegħ (trasportatur kontraenti jew prinċipal) iżda wkoll kull persuna li twettaq it-trasport totalment jew parzjalment bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ trasport ieħor, konkluż mat-trasportatur kontraenti jew prinċipal (sotto trasportatur)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta affermattiva, l-Artikolu 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li f’kull sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din id-dispożizzjoni timponi fuq is-sotto trasportatur l-obbligu li, qabel ma jkompli t-trasport tal-merkanzija, jiżgura ruħu debitament li t-trasportatur prinċipal jkun tabilħaqq ippreżenta din il-merkanzija fl-uffiċju doganali tad-destinazzjoni b’mod konformi mal-modalitajiet preskritti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Ottubru 2015 – Undis Servizi Srl vs Comune di Sulmona

(Kawża C-553/15)

(2016/C 027/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Undis Servizi Srl

Konvenuta: Comune di Sulmona

Domandi preliminari

1)

Sabiex tiġi ddeterminata il-parti essenzjali tal-attività eżerċitata mill-entità kkontrollata, għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-attività imposta fuqha mill-amministrazzjoni pubblika mhux azzjonista favur entitajiet pubbliċi mhux azzjonisti?

2)

Sabiex tiġi ddeterminata il-parti essenzjali tal-attività eżerċitata mill-entità kkontrollata, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-kuntratti mogħtija lill-amministrazzjoni pubblika azzjonista qabel ma r-rekwiżit ta’ kontroll analogu jkun ġie ssodisfatt?


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-27 ta Ottubru 2015 – Luca Jerónimo García Almodóvar y Catalina Molina Moreno vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.

(Kawża C-554/15)

(2016/C 027/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Cantabria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Luca Jerónimo García Almodóvar u Catalina Molina Moreno

Konvenuti: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U.

Domandi preliminari

1)

Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawsola art li tkun tinsab f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minħabba n-natura abużiva tagħha hija konformi mal-prinċipju ta’ natura mhux vinkolanti [tal-klawsoli inġusti] u mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawsoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

2)

Iż-żamma tal-effetti ta’ klawsola art li tinsab f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur li ġiet iddikkjarata nulla jew inġusta minħabba n-natura abużiva tagħha hija konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13]?

3)

Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawsola art f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur minħabba n-natura inġusta tagħha, minħabba riskju ta’ dannu gravi fuq l-ordni pubbliku ekonomiku u ta’ bona fide, hija konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13]?

4)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, f’sitwazzjoni fejn konsumatur iressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni minħabba n-natura inġusta ta’ klawsola f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur li tikkostitwixxi l-bażi tal-eżekuzzjoni jew li ddeterminat l-ammont eżiġibbli, il-fatt li tiġi preżunta l-eżistenza ta’ riskju ta’ dannu gravi fuq l-ordni pubbliku ekonomiku huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13], jew jaqbel li dan ir-riskju jiġi analizzat u evalwat fid-dawl ta’ data ekonomika konkreta li tistabbilixxi r-riperkussjonijiet makroekonomiċi tar-rikonoxximent tar-retroattività tan-nullità ta’ klawżola abużiva?

5)

Bl-istess mod, f’sitwazzjoni fejn konsumatur iressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni minħabba n-natura inġusta ta’ klawsola f’kuntratt konkluż ma’ konsumatur li tikkostitwixxi l-bażi tal-eżekuzzjoni jew li ddeterminat l-ammont eżiġibbli, il-fatt li l-eżistenza ta’ riskju ta’ dannu gravi fuq l-ordni pubbliku ekonomiku tiġi evalwata fid-dawl tal-effetti ekonomiċi li jkollu l-eventwali eżerċizzju ta’ azzjoni individwali jew l-eventwali tressiq ta’ oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni minħabba n-natura inġusta tal-klawsola minn numru kbir ta’ konsumaturi huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13] jew, għall-kuntrarju, dan ir-riskju għandu jiġi evalwat fid-dawl tar-riperkussjonijiet ekonomiċi konkreti għall-konsumatur li jkun ressaq l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni li jkun suġġett tagħha?

6)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, il-fatt li l-aġir ta’ bejjiegħ jew fornitur jiġi evalwat in abstracto sabiex tiġi evalwata l-bona fide tiegħu huwa konformi mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva [93/13]?

7)

Jew, għall-kuntrarju, jaqbel li din il-bona fide tiġi eżaminata u evalwata konkretament każ b’każ, fid-dawl tal-aġir konkret tal-bejjiegħ jew fornitur fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt u tal-inklużjoni tal-klawsola inġusta fih, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva [93/13]?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Paris (Franza) fl-4 ta’ Novembru 2015 – Carrefour Hypermarchés SAS vs ITM Alimentaire International SASU

(Kawża C-562/15)

(2016/C 027/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Carrefour Hypermarchés SAS

Konvenuta: ITM Alimentaire International SASU

Domandi preliminari

1)

Tistabbilixxi jekk l-Artikolu 4(a) u (ċ) tad-Direttiva 2006/114/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 (1) li jipprovdi li “[i]r-reklamar komparattiv għandu […] jiġi permess fejn […] ma jqarraqx […] jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, relevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkanziji u servizzi” għandux jiġi interpretat fis-sens li paragun tal-prezz ta’ prodotti mibjugħa minn stabbilimenti ta’ distribuzzjoni huwa leġittimu biss jekk il-prodotti jinbiegħu fi ħwienet identiċi f’dak li jirrigwarda l-format u d-daqs tagħhom,

2)

Tistabbilixxi jekk il-fatt li l-ħwienet li l-prezzijiet tagħhom huma pparagunati huma differenti f’dak li jirrigwarda l-format u d-daqs tagħhom jikkostitwixxix tagħrif importanti, fis-sens tad-Direttiva 2005/29/KE (2), li għandu neċessarjament jinġieb għall-attenzjoni tal-konsumatur,

3)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva, tistabbilixxi sa liema grad u/jew b’liema mezz għandu jixxerred dan it-tagħrif lill-konsumatur.


(1)  Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, p. 21).

(2)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus apygardos teismas (il-Litwanja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – UAB LitSpecMet vs UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas

(Kawża C-567/15)

(2016/C 027/15)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Vilniaus apygardos teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB LitSpecMet

Konvenuta: UAB Vilniaus lokomotyvų remonto depas

Parti oħra: UAB Plienmetas

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, li:

ġiet stabbilita minn awtorità kontraenti li teżerċità l-attività tagħha fil-qasam tat-trasport ferrovjarju: ġestjoni tal-infrastruttura ferrovjarja pubblika, trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija;

b’mod awtonomu, teżerċità attività kummerċjali, tistabbilixxi l-istrateġija ta’ attività tagħha, tadotta deċiżjonijiet dwar il-kundizzjonijiet tal-attività tagħha, (suq ta’ prodotti, segmentazzjoni tal-klijentela, eċċ), tipparteċipa fis-suq kompetittiv fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea u barra mill-Unjoni Ewropea billi toffri servizzi ta’ produzzjoni u ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji, u tipparteċipa fi proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti marbuta ma’ din l-attività sabiex tikseb ordnijiet mingħand terzi (li ma humiex il-kumpannija parent tagħha);

tipprovdi servizzi ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji lill-kumpannija fundatriċi tagħha fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet interni, bil-valur ta’ dawn is-servizzi jkun jirrappreżenta 90 % tal-attività kollha tagħha;

is-servizzi pprovduti lill-kumpannija fundatriċi tagħha huma intiżi li jippermettulha teżerċita l-attività tagħha ta’ trasport ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija;

ma għandhiex titqies bħala awtorità kontraenti?

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li, fiċ-ċirkustanzi msemmija hawn fuq, kumpannija għandha tikkwalifika bħala awtorità kontraenti, l-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li din il-kumpannija titlef l-istatus ta’ awtorità kontraenti meta l-valur tas-servizzi ta’ manutenzjoni ta’ vetturi ferrovjarji pprovduti fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet interni għall-awtorità kontraenti li hija l-fundatriċi tal-kumpannija inkwistjoni tnaqqas u tkun tirrappreżenta inqas minn 90 % jew parti mhux essenzjali mid-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-2 ta’ Novembru 2015 – F. Hoffmann-La Roche AG vs Accord Healthcare OÜ

(Kawża C-572/15)

(2016/C 027/16)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. Hoffmann-La Roche AG

Konvenuta: Accord Healthcare OÜ

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinvolvi t-tqassir tat-terminu ta’ validita ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari li nħareġ minn Stat Membru skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni Ewropea u li l-perijodu ta’ validità tiegħu fir-rigward tal-ingredjent attiv huwa, skont l-indikazzjonijiet li jidhru fiċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari, ta’ iktar minn 15 il-sena sa mill-ewwel awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, fl-Unjoni Ewropea, tal-prodott mediċinali li jikkonsisti f’dan l-ingredjent attiv jew li jinkludih?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, għandu jitqies li l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Nru 469/2009, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (Verżjoni kodifikata) huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-protezzjoni tad-drittijiet kweżiti, il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU L 152, p. 1


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad Veliko Tarnovo (il-Bulgarija) fid-9 ta’ Novembru 2015 – ЕТ “Маya Маrinova” vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-576/15)

(2016/C 027/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ЕТ “Маya Маrinova”

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 273, tal-Artikolu 2(1)(a), tal-Artikolu 9(1) u tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), konformement mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, twassal għall-konklużjoni li l-Istat Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà li jittratta l-assenza fil-fatt ta’ merkanzija pprovduta lil persuna taxxabbli fil-kuntest ta’ kunsinni taxxabbli bħala kunsinni ulterjuri, bi ħlas u taxxabbli ta’ din l-istess merkanzija mwettqa minn din l-istess persuna mingħajr ma jkun iddeterminat id-destinatarju tagħha, f’sitwazzjoni fejn dan it-trattament għandu fil-mira tiegħu l-frodi fir-rigward tal-ħlas tal-VAT?

2)

L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet indikati fil-punt preċedenti, fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità, twassal għall-konklużjoni li l-Istat Membru kkonċernat għandu l-possibbiltà li jittratta l-assenza ta’ reġistrazzjoni fil-kontabbiltà tad-dokumenti fiskali li jikkorrispondu għal kunsinni taxxabbli rċevuti minn persuna taxxabbli bil-mod indikat iktar ’il fuq sabiex isegwi tali għan?

3)

L-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 273, tal-Artikolu 73 u tal-Artikolu 80 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fid-dawl tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, twassal għall-konklużjoni li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jiddeterminaw, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali tagħhom li ma jittrasponux id-dritt tal-Unjoni, il-bażi ta’ tassazzjoni tal-kunsinni ta’ merkanzija mwettqa minn persuna taxxabbli, f’kuntest li jmur lil hinn mir-regola ġenerali prevista fl-Artikolu 73 u mir-regoli derogatorji previsti espliċitament fl-Artikolu 80, f’sitwazzjoni fejn, b’dan il-mod, dak li jkun fil-mira huwa, minn naħa, il-frodi fir-rigward tal-ħlas tal-VAT u, min-naħa l-oħra, id-determinazzjoni ta’ bażi ta’ tassazzjoni approssimattiva affidabbli għat-tranżazzjonijiet ikkonċernati?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski

(Kawża C-579/15)

(2016/C 027/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie

Konvenuta: Daniel Adam Popławski

Domandi preliminari

1)

Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jimplementa d-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 (1) fid-dritt intern tiegħu b’tali mod li:

l-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tiegħu jkollha l-obbligu pur u sempliċi li tirrifjuta l-konsenja ta’ ċittadin jew residenti tal-imsemmi Stat Membru għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza,

dan ir-rifjut għandu, ipso jure, l-effett li l-imsemmi Stat Membru huwa dispost li jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza ta’ kustodja imposta kontra dan iċ-ċittadin jew resident,

iżda li d-deċiżjoni li jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza tittieħed biss wara r-rifjut u li deċiżjoni pożittiva tiddependi fuq 1) l-eżistenza ta’ bażi legali f’konvenzjoni li torbot l-Istat Membru emittenti u l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, 2) ir-rekwiżiti imposti f’din il-konvenzjoni, u 3) il-kollaborazzjoni tal-Istat Membru emittenti, permezz ta’, pereżempju, talba għal dan il-għan,

hekk li jeżisti riskju li l-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat ma jistax, wara rifjut ta’ konsenja, jieħu r-responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza, peress li huwa intiż li tali riskju ma jaffettwax l-obbligu li tiġi rrifjutata l-konsenja għall-finijiet ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda numru 1:

a)

il-qorti nazzjonali tista’ tapplika direttament id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 anki jekk, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll (Nruo36) dwar id-dispożizzjonijiet tranżittorji, l-effetti legali tal-imsemmija deċiżjoni qafas għandhom, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, jinżammu fis-seħħ sakemm id-deċiżjoni qafas tiġi mħassra, annullata jew emendata u,

b)

f’każ ta’ risposta pożittiva, l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 huwa preċiż biżżejjed u mingħajr kundizzjoni sabiex jiġi applikat mill-qorti nazzjonali?

3)

Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2(b) jkunu negattivi: Stat Membru li d-dritt intern tiegħu jissuġġetta t-teħid ta’ responsabbiltà li jeżegwixxi s-sentenza ta’ kustodja deċiża f’pajjiż ieħor għall-eżistenza ta’ bażi legali f’konvenzjoni internazzjonali li tirregola din id-domanda jista’ jimplementa l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 fid-dritt intern tiegħu billi jinterpreta din id-dispożizzjoni fis-sens li hija tipprovdi hija stess il-bażi legali konvenzjonali meħtieġa, u dan sabiex tipprevjeni r-riskju ta’ impunità marbut mal-imsemmi rekwiżit ta’ bażi legali konvenzjonali, kif previst fid-dritt intern (ara d-domanda I)?

4)

Fil-każ li r-risposti għad-domandi 1 u 2(b) jkunu negattivi: Stat Membru ta’ eżekuzzjoni jista’ jimplementa l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 fid-dritt intern tiegħu b’mod li:

huwa jimponi bħala rekwiżit għal rifjut tal-konsenja ta’ resident li huwa ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni jkollu ġurisdizzjoni jiddeċiedi dwar ksur imsemmi fil-mandat ta’ arrest Ewropew u li ma jkunx hemm ostakoli fil-prattika (bħar-rifjut tal-Istat Membru emittenti li jittrażmettilu l-proċess kriminali) sabiex tittieħed azzjoni (eventwalment) kontra dan ir-resident fit-territorju tiegħu minħabba f’dan il-ksur,

filwaqt li huwa ma jimponix tali rekwiżit għar-rifjut ta’ konsenja għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri – Dikjarazzjonijiet magħmula minn ċerti Stati Membri dwar l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/15


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-581/15)

(2016/C 027/19)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tikkonstata li, peress li hija ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u peress li hija ma ħolqitx interkonnessjoni bejn dan ir-reġistru u r-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istat Membri l-oħra, ir-Repubblika Ċeka ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE.

tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tressaq l-argumenti li ġejjin insostenn tar-rikors tagħha:

Fit-30 ta’ Ġunju 2015, data li fiha skada t-terminu stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, ir-Repubblika Ċeka kienet għada ma ħolqitx reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq u hija ma kinitx ħolqot interkonnessjoni bejn dan ir-reġistru u r-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-Istati Membri oħra, minkejja li hija kellha obbligu tagħmel dan taħt l-Artikolu 16(1) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 21 ta’ Ottubru 2009, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (1).


(1)  ĠU L 300, p. 1.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-11 ta’ Novembru 2015 – Openbaar Ministerie vs Gerrit van Vemde

(Kawża C-582/15)

(2016/C 027/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: Gerrit van Vemde

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dikjarazzjoni li hemm imsemmija fiha tista’ tirrigwarda biss id-deċiżjonijiet mogħtija qabel il-5 ta’ Diċembru 2011, indipendentement mid-data li fiha dawn id-deċiżjonijiet jkunu saru res judicata, jew għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dikjarazzjoni tista’ tirrigwarda biss id-deċiżjonijiet li jkunu saru res judicata qabel il-5 ta’ Diċembru 2011?


(1)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, p. 27).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Novembru 2015 – Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras vs Gintaras Dockevičius u Jurgita Dockevičienė

(Kawża C-587/15)

(2016/C 027/21)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fil-kassazzjoni: Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras

Partijiet oħra fil-proċedimenti f’kassazzjoni: Gintaras Dockevičius u Jurgita Dockevičienė

Domandi preliminari

1.

L-Artikoli 2, 10(1) u (4) u l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2009/103 (1), l-Artikoli 3(4), 5(1) u (4), l-Artikoli 6(1) u 10 tar-Regolamenti Interni (2), u l-Artikolu 47 tal-Karta (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn:

l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi (Uffiċċju A) iħallas il-kumpens lill-parti li tkun sofriet il-ħsara f’inċident tat-traffiku fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit dan l-uffiċċju minħabba l-fatt li ċ-ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li kien responsabbli għad-dannu ma kienx assigurat kontra responsabbiltà ċivili;

minħabba f’dan il-kumpens, l-Uffiċċju A huwa ssurrogat fid-drittijiet tal-parti li tkun sofriet il-ħsara u jfittex rimbors għall-ispejjeż tal-ħlas tal-pretensjoni mingħand l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi fil-pajjiż ta’ oriġini tal-persuna responsabbli (Uffiċċju B);

l-Uffiċċju B, mingħajr ma jwettaq kwalunkwe investigazzjoni indipendenti jew mingħajr ma jitlob għal informazzjoni addizzjonali, jilqa’ t-talba għar-rimbors tal-Uffiċċju A;

l-Uffiċċju B jibda proċeduri legali kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) fejn jitlob għal kumpens għall-ispejjeż li huwa ġarrab,

l-applikant f’dawk il-proċeduri (Uffiċċju B) jista’ jibbaża l-pretensjoni tiegħu kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) biss abbażi tal-fatt ta’ ħlas tal-ispejjeż magħmul lill-Uffiċċju A u huwa (l-applikant) ma għandu l-ebda obbligu li jistabbilixxi li r-rekwiżiti li jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili tal-konvenut/persuna responsabbli kienu ssodisfatti (żball tiegħu, atti illegali, rabta kawżali u l-ammont ta’ danni), u ma għandu l-ebda obbligu li jistabbilixxi li l-liġi barranija kienet ġiet applikata kif suppost meta l-parti li sofriet il-ħsara ġiet ikkumpensata?

2.

Il-punt (c) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/103 u l-Artikolu 3(1) u (4) tar-Regolamenti Interni (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li l-Uffiċċju A għandu, qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali li jħallas il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-parti li tkun sofriet il-ħsara, jinforma, b’mod ċara u li jinftiehem (inkluż fir-rigward tal-lingwa li fiha hija pprovduta l-informazzjoni), lill-persuna responsabbli u lill-proprjetarju tal-karozza (jekk dawn ma humiex l-istess persuna) dwar il-bidu tal-proċess li jittratta l-pretensjoni u l-progress tiegħu, u jagħtihom żmien suffiċjenti sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni, jew l-oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni li għandha tittieħed biex jitħallas il-kumpens u/jew l-ammont ta’ dak il-kumpens?

3.

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva (jiġifieri, il-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) jistgħu jirrikjedu li l-applikant (Uffiċċju B) jipprovdi evidenza jew jistgħu jqajjmu oġġezzjonijiet jew dubji dwar, inter alia, iċ-ċirkustanzi tal-inċident tat-traffiku, l-applikazzjoni tal-qafas regolatorju dwar ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna responsabbli, l-ammont tad-danni u kif dan ġie kkalkolat), l-Artikoli 2, 10(1) u 24(2) tad-Direttiva 2009/103 u t-tieni subparagrafu tal-Artikoli 3(4) tar-Regolamenti Interni (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, minkejja l-fatt li l-Uffiċċju B ma kienx, qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni finali, talab lill-Uffiċċju A sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż fejn seħħ l-inċident tat-traffiku u dwar il-ħlas tal-pretensjoni, l-Uffiċċju A għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi din l-informazzjoni lill-Uffiċċju B jekk dan tal-aħħar jitlobha sussegwentement, flimkien ma kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja għall-Uffiċċju B sabiex jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu [għall-kumpens] kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza)?

4.

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda hija pożittiva (jiġiferi, l-Uffiċċju A għandu jinforma lill-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza dwar il-proċess li jitratta l-pretensjoni u jgħatihom l-opportunità li jissottomettu oġġezzjonijiet dwar ir-responsabbiltà jew l-ammont tad-danni), il-fatt li l-Uffiċċju A jonqos milli josserva l-obbligu tiegħu li jipprovdi informazzjoni x’konsegwenzi jkollu:

(a)

fuq l-obbligu tal-Uffiċċju B li jilqa’ t-talba għal rimbors ippreżentata mill-Uffiċċju A;

(b)

fuq l-obbligu tal-persuna responsabbli u tal-proprjetarju tal-karozza li jikkumpensaw lill-Uffiċċju B għall-ispejjeż li ġarrab?

5.

L-Artikoli 5(1) u 10 tar-Regolamenti Interni għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li l-ammont imħallas bħala kumpens mill-Uffiċċju A lill-parti li tkun sofriet il-ħsara għandu jitqies bħala riskju li ma huwiex rimborsabbli meħud mill-Uffiċċju A innifsu (sakemm dan ir-riskju ma jkunx ittieħed mill-Uffiċċju B) iktar milli obbligu pekunjarju fuq il-persuna l-oħra involuta fl-istess inċident tat-traffiku, fid-dawl, a fortiori, taċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ:

inizjalment, il-korp ta’ kumpens (Uffiċċju A) ċaħad il-pretensjoni għall-kumpens tal-parti li sofriet il-ħsara;

għal din ir-raġuni, il-parti li sofriet il-ħsara ħadet azzjoni legali sabiex tikseb kumpens;

l-azzjoni meħuda kontra l-Uffiċċju A ġiet miċħuda mill-qrati inferjuri għaliex infondata u mhux iġġustifikata minn evidenza;

ftehim bonarju bejn il-parti li sofriet il-ħsara u l-Uffiċċju A ntlaħaq biss fil-qorti superjuri, fejn din tal-aħħar sostniet li, jekk il-partijiet jirrifjutaw li jiftiehmu bonarjament, il-każ jiġi mibgħut lura għal eżami mill-ġdid;

l-Uffiċċju A ġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jiftiehem bonarjament essenzjalment abbażi tal-fatt li dan kellu jevita spejjeż addizzjonali dovuti għal tilwim ipprolongat;

f’dawn il-proċedimenti, l-ebda qorti ma stabbiliet ir-responsabbiltà (tort) tal-konvenut involut fl-inċident tat-traffiku?


(1)  Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU 2009, L 263, p. 11).

(2)  Regolament ġenerali tal-Kunsill tal-Uffiċċji, adottat permezz ta’ ftehim konkluż fit-30 ta’ Mejju 2002 bejn l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Assiguraturi tal-Istati Membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u tal-Istati assoċjati l-oħra u li jidher fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564, tat-28 ta’ Lulju 2003, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 55).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

(Kawża C-591/15)

(2016/C 027/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Gibraltar Betting and Gaming Association Limited

Konvenuta: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs, Her Majesty’s Treasury

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE u fid-dawl tar-relazzjonijiet kostituzzjonali li jeżistu bejn Ġibiltà u r-Renju Unit:

1.1.

Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jitqiesu bħala li jifformaw parti minn Stat Membru wieħed għall-finijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-Artikolu 56 TFUE ma huwiex applikabbli, ħlief sa fejn dan jista’ jkun applikabbli għal miżura interna? Sussidjarjament,

1.2.

Fid-dawl tal-Artikolu 355(3) TFUE, Ġibiltà għandha l-istatus kostituzzjonali ta’ territorju separat mir-Renju Unit fi ħdan l-Unjoni Ewropea, b’tali mod li l-provvisti ta’ servizzi bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu ttrattati bħala kummerċ intern fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE? Sussidjarjament,

1.3.

Ġibiltà għandha tiġi ttrattata bħala pajjiż jew territorju terz, b’tali mod li d-dritt tal-Unjoni Ewropea huwa applikabbli għall-kummerċ bejn ir-Renju Unit u Ġibiltà biss meta dan id-dritt huwa applikabbli bejn Stat Membru u Stat mhux membru? Sussidjarjament,

1.4.

Ir-relazzjonijiet kostituzzjonali bejn Ġibiltà u r-Renju Unit għandhom jiġu trattati b’xi mod ieħor għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE?

2)

Miżuri nazzjonali fil-qasam fiskali li għandhom karatterisitiċi bħal dawk tan-New Tax Regime jikkostitwixxu restrizzjoni għad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, għall-finijiet tal-Artikolu 56 TFUE?

3)

Jekk dan huwa l-każ, l-għanijiet imfittxija, skont il-qorti tar-rinviju, mill-miżuri nazzjonali (bħan-New Tax Regime) huma għanijiet leġittimi li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni tad-dritt ta’ moviment liberu tas-servizzi, skont l-Artikolu 56 TFUE?


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Novembru 2015 – Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs vs British Film Institute

(Kawża C-592/15)

(2016/C 027/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs.

Konvenuta: British Film Institute.

Domandi preliminari

i.

It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva (1), b’mod partikolari fil-frażi “ċertu servizzi kulturali”, huma suffiċjentement ċari u preċiżi sabiex l-Artikolu 13A(1)(n) ikollu effett dirett, b’tali mod li jeżenta l-provvisti ta’ servizzi kulturali minn korpi tad-dritt pubbliku jew korpi kulturali rikonoxxuti oħra, bħall-provvisti tal-parti konvenuta fil-kawża odjerna, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali traspożittiva?

ii.

It-termini tal-Artikolu 13A(1)(n) tas-Sitt Direttiva, b’mod partikolari fil-frażi “ċertu servizzi kulturali”, jagħtu lill-Istati Membri setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom permezz tal-leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni u, jekk dan huwa l-każ, x’diskrezzjoni hija?

iii.

Il-konkolużjonijiet marbuta mad-domandi preċedenti japplikaw ukoll għall-Artikolu 132(1)(n) tad-direttiva prinċipali tal-VAT (2)?


(1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol.1, p. 23).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/20


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-593/15 P)

(2016/C 027/24)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

(i)

tannulla d-digriet kollu kemm hu tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14 Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament tar-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li tinsab fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Lulju 2014, fejn il-Kummissjoni Ewropea tordna formalment lir-Repubblika Slovakka sabiex tipprovdi l-fondi li jikkorrispondu għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tiddeċiedi hija stess dwar l-ammissibbiltà tar-rikors tar-Repubblika Slovakka u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors, u

(iii)

tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Fil-każ li l-Qorti tikkonkludi li hija ma għandhiex biżżejjed informazzjoni sabiex tieħu deċiżjoni finali dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ir-Repubblika Slovakka titlob, sussidjarjament, li l-Qorti għandha:

(i)

tannulla d-digriet kollu kemm hu tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-678/14 Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għal annullament tar-Repubblika Slovakka, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li tinsab fl-ittra tagħha tal-15 ta’ Lulju 2014, fejn il-Kummissjoni Ewropea tordna formalment lir-Repubblika Slovakka sabiex tipprovdi l-fondi li jikkorrispondu għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi kemm fuq l-ammissibbiltà tar-rikors tar-Repubblika Slovakka kif ukoll fuq il-mertu ta’ dan ir-rikors;

(iii)

tordna lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha r-Repubblka Slovakka tqajjem żewġ aggravji:

1.

Abbażi tal-ewwel aggravju, ir-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi għal dak li jirrigwarda (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà tal-atti legali dwar ir-riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata, (ii) il-kriterju tal-kompetenza tal-istituzzjoni fl-evalwazzjoni dwar jekk l-att appellat setax jiġi kkontestat, u (iii) id-dritt ta’ aċċess għall-qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni.

2.

Sussidjarjament, abbażi tat-tieni aggravju r-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali ma tatx biżżejjed raġunijiet għad-digriet appellat, għal dak li jirrigwarda (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà tal-atti legali dwar ir-riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata u (ii) id-dritt ta’ aċċess għall-qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni, li huma kkonfermati mill-fatt li hija applikat (iii) raġunament identiku f’każijiet li jinvolvu fatti differenti.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/21


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 mir-Repubblika Slovakka mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-594/15 P)

(2016/C 027/25)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

(i)

tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba tar-Repubblika Slovakka, imressqa taħt l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li jinsab fl-ittra tagħha tal-24 ta’ Settembru 2014, li formalment titlob lir-Repubblika Slovakka tagħmel fondi disponibbli li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tiddeċiedi hija stess dwar l-ammissibbiltà tat-talba tar-Repubblika Slovakka u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar il-mertu tal-kawża;

(iii)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonkludi li ma għandhiex biżżejjed informazzjoni sabiex taqta’ u tiddeċiedi dwar l-oġġezzjoni tal-Kummissjoni ta’ inammissibbiltà, ir-Repubblika Slovakka ssostni, sussidjarjament, li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

(i)

tannulla fl-intier tiegħu d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-779/14, Ir-Repubblika Slovakka vs Il-Kummissjoni Ewropea, fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli t-talba tar-Repubblika Slovakka, imressqa taħt l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li jinsab fl-ittra tagħha tal-24 ta’ Settembru 2014, li formalment titlob lir-Repubblika Slovakka tagħmel fondi disponibbli li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali;

(ii)

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi dwar kemm l-ammissibbiltà tat-talba tar-Repubblika Slovakka kif ukoll dwar il-mertu tal-kawża;

(iii)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Slovakka tressaq żewġ aggravji insostenn tal-appell tagħha:

1.

Fl-ewwel aggravju, ir-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi f’dak li jikkonċerna (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbiltà ta’ atti ġuridiċi dwar riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata, (ii) il-kriterju tal-kompetenza tal-istituzzjoni fl-evalwazzjoni ta’ jekk l-att ikkontestat setax jiġi kkontestat, u (iii) id-dritt ta’ aċċess għal qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni.

2.

Sussidjarjament, fit-tieni aggravju r-Repubblika Slovakka tallega li l-Qorti Ġenerali tat raġunijiet inadegwati fid-digriet appellat f’dak li jikkonċerna (i) in-natura tal-fondi mitluba u l-applikabbliltà ta’ atti ġuridiċi dwar riżorsi proprji u l-ġurisprudenza relatata, (ii) id-dritt ta’ aċċess għal qorti u l-urġenza tas-sitwazzjoni, li hija kkonfermata mill-fatt li użat (iii) l-istess raġuni għal każijiet li jinvovlu fatti differenti.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/22


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka

(Kawża C-606/15)

(2016/C 027/26)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková, J. Hottiaux, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka

Talbiet

tikkonstata li:

billi fdat lill-korp ta’ investigazzjoni is-sorveljanza tas-sistema ferrovjarja, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2004/49/KE;

billi ma żguratx li l-korp investigattiv jibda l-investigazzjonijiet tiegħu mhux iktar tard minn ġimgħa wara l-wasla tar-rapport dwar l-aċċident jew l-inċident, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2004/49/KE;

billi ma żguratx li r-rapport finali dwar l-investigazzjoni jiġi kkomunikat lill-partijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2004/49/KE, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq obbligi tagħha taħt l-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/49/KE;

billi ma żguratx li l-korp ta’ aġenzija investigazzjoni jindirizza rakkomandazzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà lill-awtorità tas-sigurtà, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-ewwel sentenza tal-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 2004/49/KE;

billi ma pprevedietx l-obbligu għall-awtorità tas-sigurtà li tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tissorvelja li r-rakkomandazzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà jittieħdu inkunsiderazzjoni u jkunu implementati, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 25(2) sentenza tad-Direttiva 2004/49/KE;

billi ma pprevedietx l-obbligu għall-awtorità tas-sigurtà li tirrappurta tal-inqas darba fis-sena dwar il-miżuri li jkunu ttieħdu jew ser jittieħdu wara r-rakkomandazzjonijiet fil-qasam tas-sigurtà, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 25(3) tad-Direttiva 2004/49/KE;

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tressaq l-argumenti li ġejjin insostenn tar-rikors tagħha:

Fit-30 ta’ Ġunju 2015, id-data li fiha skada l-perijodu stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, ir-Repubblika Ċeka ma rapportat ebda emenda li saret fid-dispożizzjonijiet ġuridiċi nazzjonali sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tagħhom mal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 21(3), l-Artikolu 23(2) u l-Artikolu 25(2) u (3) tad-Direttiva 2004/49/KE (1).


(1)  Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Volum 8, p. 227)


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/23


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 minn Panasonic Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-82/13: Panasonic Corp. au MT Picture Display Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-608/15 P)

(2016/C 027/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Panasonic Corp. (rappreżentanti: R. Gerrits, avukat, M. Hoskins QC, M. Gray, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjopni Ewropea, MT Picture Display Co. Ltd

Talbiet

tannulla s-sentenza u d-digriet tal-Qorti Ġenerali: (i) sa fejn is-sentenza sabet li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2012) 8839 finali tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar proċedimenti taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter) ma kinitx kisret id-drittijiet ta’ difiża u d-dritt għal smigħ ta’ Panasonic fil-perijodu qabel l-10 ta’ Frar 2003; u/jew (ii) sa fejn naqset milli tannulla totalment jew parzjalment il-konstatazzjoni fl-Artikoli 1(2)(c) u (e) tad-deċiżjoni kkontestata li Panasonic u MTPD ipparteċipaw fil-ksur matul il-perijodu bejn l-1 ta’ April 2003 u t-12 ta’ Ġunju 2006;

tannulla: (i) l-Artikolu 1(2)(c) tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jikkonstata li Panasonic ipparteċipat fl-akkordju CPT mill-15 ta’ Lulju 1999 sal-10 ta’ Frar 2003; u/jew (ii) l-Artikoli 1(2)(c) u (e) tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-perijodu mill-1 ta’ April 2003 sat-12 ta’ Ġunju 2006;

tnaqqas il-multa imposta mill-Artikolu 2(2)(f) tad-deċiżjoni kkontestata; u/jew tannulla u/jew tkompli tnaqqas il-multi imposti fuq Panasonic u MTPD mill-Artikoli 2(2)(h) u 2(2)(i) tad-deċiżjoni kkontestata kif xieraq, mil-livelli ta’ dawn il-multi stabbiliti mis-sentenza appellata għal EUR 82 826 000 u EUR 7 530 000 rispettivament; sussidjarjament

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni ulterjuri skont id-dritt;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ Panasonic li jirriżultaw minn dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali b’mod żbaljat sabet li l-Kummissjoni kienet wettqet l-obbligu tagħha li tistabbilixxi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet l-elementi essenzjali kontra Panasonic, inkluż il-bażi li fuqha kien allegat li Panasonic kienet taf dwar l-akkordju ġenerali CPT. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li huwa biżżejjed għall-Kummissjoni li tinkludi wieħed mill-elementi essenzjali tal-ksur impliċitament iżda neċessarjament fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

2

Il-Qorti Ġenerali għandha tagħti lil Panasonic u lil MTPD l-istess tnaqqis li jista’ jingħata lil Toshiba Corporation (iktar 'il quddiem “Toshiba”) fl-appell li tista’ tippreżenta fir-rigward tal-perijodu ta’ żmien li għalih Toshiba nstabet responsabbli flimkien u in solidum ma’ Panasonic u MTPD. Fil-Kawża T-104/13 Toshiba vs Il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li kwalunkwe annullament jew bdil tad-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-imputazzjoni tal-aġir illegali tal-impriżi komuni MTPD lil Panasonic ibbenefika wkoll lil Toshiba. Konsegwentement, Panasonic issostni li, jekk Toshiba jirnexxielha tikseb digriet mill-Qorti tal-Ġustizzja li jannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn ma tannullax id-deċiżjoni kkontestata u/jew tannulla jew tnaqqas il-multa fir-rigward tal-perijodu ta’ żmien li għalih Toshiba nstabet responsabbli flimkien u in solidum għal ksur ma’ Panasonic u MTPD, il-Qorti Ġenerali tkun żbaljat ukoll meta ma tatx lil Panasonic u lil MTPD l-istess tnaqqis kif kellu jingħata lil Toshiba.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/24


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2015 minn Samsung SDI Co. Ltd, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-84/13, Samsung SDI Co. Ltd, Samsung SDI (Malaysia) Bhd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-615/15 P)

(2016/C 027/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Samsung SDI Co. Ltd, Samsung SDI (Malaysia) Bhd (rappreżentanti: M. Struys, avukat, L. Eskenazi, avukat, A. Fall, avukat, C. Erol, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 fil-Każ T-84/13, Samsung SDI Co. Ltd, Samsung SDI Germany GmbH u Samsung SDI (Malaysia) Bhd vs Il-Kummissjoni Ewropea;

konsegwentement, tannulla l-Artikoli 2(1)(b) u 2(2)(b) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni sa fejn jikkonċernaw l-appellanti u tnaqqas il-multi rilevanti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż fl-ewwel istanza u f’dan l-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jippreżentaw erba’ aggravji. L-ewwel tnejn huma relatati mal-akkordju CPT u l-aħħar tnejn mal-akkordju CDT.

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-motiv ta’ SDI li bejgħ ta’ prodotti mhux affettwati mill-akkordju kellhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-multa CPT. Anki fl-ipoteżi li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-eżistenza ta’ ksur wieħed u kontinwat toffri ġustifikazzjoni impliċita għaċ-ċaħda tal-motiv ta’ SDI (quod non), tali ġustifikazzjoni impliċita tikser il-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (1).

It-tieni aggravju: fir-rigward tad-determinazzjoni tad-data ta’ tmiem tal-akkordju CPT, il-Qorti Ġenerali ċaħdet mingħajr raġunijiet validi l-motiv ta’ SDI li l-kollużjoni teżiġi l-involviment tal-inqas ta’ żewġ impriżi, kif ukoll kisret l-Artikolu 101 TFUE sa fejn is-sentenza kkonkludiet li l-parteċipazzjoni ta’ SDI fil-ftehim CPT damet, waħidha, sal-15 ta’ Novembru 2006. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ trattament ugwali sa fejn irrifjutat li tnaqqas il-multa imposta fuq SDI.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ħadet inkunsiderazzjoni fil-kalkolu tal-multa għall-akkordju CDT il-bejgħ ta’ CDT lil Samsung Electronics Corporation (SEC). Il-Qorti Ġenerali applikat il-kunċett ta’ bejgħ ŻEE taħt il-Linji Gwida sa fejn naqset milli tiddetermina l-post fejn isseħħ il-kompetizzjoni.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta evalwat l-applikazzjoni tal-Avviż dwar il-Kooperazzjoni, li rriżulta fin-nuqqas ta’ għoti lil SDI ta’ tnaqqis ta’ 50 % fil-multa fir-rigward tal-akkordju CDT. Il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-akkordju CPT huma legalment irrelevanti fil-kuntest tal-akkordju CDT. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Avviż dwar il-Kooperazzjoni u żbaljat meta kkonfermat is-sejba tal-Kummissjoni li n-nuqqas ta’ deskrizzjoni tal-aspett ta’ qsim tas-suq fil-ksur minn SDI fir-risposta tagħha għad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet, fih innifsu, jaffettwa l-evalwazzjoni tal-kooperazzjoni ta’ SDI matul il-proċedimenti amministrattivi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/25


Appell ippreżentat fid-19 ta’ November 2015 minn Koninklijke Philips Electronics NV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-92/13: Koninklijke Philips Electronics NV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-622/15 P)

(2016/C 027/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Koninklijke Philips Electronics NV (rappreżentanti: E. Pijnacker Hordijk, J. K. de Pree, S. Molin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-92/13;

tannulla totalment jew parzjalment, l-Artikoli 1(1)(c) u 1(2)(f), Artikoli 2(1)(c) u 2(1)(e), u Artikoli 2(2)(c) u 2(2)(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012 fil-Każ COMP/39437 – TV and Computer Monitor Tubes (id-“deċiżjoni kkontestata”), sa fejn tikkonċerna lil KPNV; u/jew tnaqqas il-multi imposti fuq KPNV fl-Artikoli 2(1)(c) u 2(1)(e) u l-Artikoli 2(2)(c) u 2(2)(e) tad-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tippreżenta l-aggravji u l-argumenti prinċipali segwenti:

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 (1) meta kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tikklassifika l-bejgħ ta’ tubi katodiċi (iktar 'il quddiem “CRTs”) magħmula minn LPD Group lil Philips Group (u LGE Group) bħala bejgħ ġewwa l-grupp u billi kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tinkludi l-valur ta’ bejgħ dirett fiż-ŻEE permezz ta’ prodotti trasformati (“DSTP”) fil-kalkolu tal-multa ta’ KPNV, meta kienet tikkonċerna bejgħ downstream ta’ skrins tal-kompjuter u televixins tal-kulur minn sussidjarji ta’ KPNV li jinkludu CRTs ipprovduti minn LPD Group.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta sostniet li l-Kummissjoni ma kisritx id-drittijiet ta’ difiża ta’ KPNV meta għażlet – anki fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ – li ma tinkludix l-LPD Group fil-proċedimenti amministrattivi u toħroġ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għal dan abbażi tal-fatt li KPNV għandha l-obbligu ġenerali li żżomm reġistrazzjonijiet fil-kotba u files tagħha fir-rigward tal-attivitajiet ta’ LPD Group, anki fil-każ ta’ falliment ta’ LPD.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ evalwazzjoni billi interpretat ħażin il-motiv imqajjem minn KPNV dwar it-trattament ta’ DSTP u għalhekk naqset milli tindirizza wieħed mill-motivi ewlenin ta’ KPNV kontra d-Deċiżjoni kkontestata. L-appellanti tkompli tgħid li ma ngħatatx il-protezzjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ trattament ugwali peress li l-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi li ġew applikati standards legali differenti lil impriżi differenti fid-determinazzjoni tal-bażi tal-kalkolu tal-multa. Dan it-trattament diskriminatorju rriżulta f’multa sostanzjalment ogħla għal KPNV.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/26


Appell ippreżentat fl-20 ta’ November 2015 minn Toshiba Corp. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-104/13: Toshiba Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-623/15 P)

(2016/C 027/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Toshiba Corp. (rappreżentanti: J. F. MacLennan, Solicitor, A. Schulz, Rechtsanwalt, J. Jourdan, avukat, A. Kadri, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Każ T-104/13 sa fejn tilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li Toshiba hija responsabbli flimkien u in solidum għall-aġir ta’ MTPD;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ COMP/39.437 TV and Computer Monitor Tubes sa fejn huwa deċiż li Toshiba kisret l-Artikolu 101 TFUE u żżomm lil Toshiba responsabbli flimkien u in solidum għall-aġir ta’ MTPD;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom l-appellanti jippreżentaw aggravju wieħed:

Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ impriża billi kklassifikat ħażin ċerti elementi bħala li jindikaw li Toshiba kienet f’pożizzjoni li teżerċita, jew effettivament eżerċitat, influwenza deċiżiva fuq MTPD u billi kkonkludiet li s-somma ta’ dawn l-elementi kienet suffiċjenti sabiex issostni l-konklużjoni li Toshiba eżerċitat tali influwenza fuq MTPD.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/27


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 minn Schniga GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14, Schniga GmbH vs Community Plant Variety Office

(Kawża C-625/15 P)

(2016/C 027/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Schniga GmbH (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Community Plant Variety Office, Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14;

tikkundanna lis-CPVO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94 (1) dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (iktar ’il quddiem is-CPVR) kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 (2) tal-31 ta’ Mejju 1995.

Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-kompetenza tal-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti fl-inklużjoni ta’ karatteristiċi addizzjonali fil-proċess ta’ eżami ta’ varjetà sabiex tingħata protezzjoni tal-Komunità fil-varjetà tal-pjanti.

Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat in-natura legali ta’ protokolli tekniċi u linji gwida li għandhom jiġu applikati fl-eżami tekniku ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti li għalih saret applikazzjoni, li jirriżulta f’evalwazzjoni żbaljata tal-qafas ta’ żmien li fih il-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti jista’ jiddeċiedi li karatteristika ġdida għal determinazzjoni ta’ distintività tal-varjetà ġdida għandha tittieħed inkunsiderazzjoni.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta evalwat il-konsegwenza tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, tal-oġġettività tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti fl-eżami ta’ varjetà ġdida.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95, tal-31 ta’ Mejju 1995, li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 327).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/28


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Dicembru 2015 mill-Ungerija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-15 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża T-346/12, l-Ungerija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-644/15 P)

(2016/C 027/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: l-Ungerija (rappreżentant: M.Z. Fehér, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-346/12

tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu skont il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Gvern Ungeriż isostni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi meta ddeċidiet, fid-deċiżjoni tagħha dwar ir-rimbors parzjali ta’ għajnuna finanzjarja nazzjonali mogħtija – abbażi tal-Artikolu 103e tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (1) – lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li joperaw fis-settur tal-frott u l-ħaxix, li l-Kummissjoni kellha bażi legali biex tissuġġetta l-ammont imħallas lura mill-Unjoni Ewropea għall-ammont ta’ għajnuna nnotifikat.

Il-Gvern Ungeriż isostni li, abbażi tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1234/2007/KE flimkien mar-Regolament Nru 1580/2007/KE (2), il-Kummissjoni ma kinitx intitolata, fid-deċiżjoni tagħha dwar ir-rimbors parzjali ta’ għajnuna finanzjarja nazzjonali mogħtija lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi li joperaw fis-settur tal-frott u l-ħaxix, li tiddeċiedi li tirrimborsa biss dawk l-ammonti li kienu indikati mill-Gvern Ungeriż fl-applikazzjoni tiegħu għall-għoti ta’ għajnuna nazzjonali, fejn kienu indikati bħala ammonti stmati, mistennija jew provviżorji. ammonti.

Skont l-Artikolu 103e tar-Regolament Nru 1234/2007/KE l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għal għoti ta’ għajnuna nazzjonali tirrigwarda l-għoti ta’ għajnuna iżda mhux l-istabbiliment ta’ limitu massimu, mill-Kummissjoni, tal-ammont ta’ għajnuna li tista’ tingħata. Tali limitu massimu huwa previst b’mod ċar fir-Regolament Nru 1234/2007, li jipprovdi li l-għajnuna nazzjonali ma tistax taqbeż it-80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-membri jew mill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi bħala fondi ta’ operazzjoni. Ir-regoli dwar ir-rimbors parzjali ta’ għajnuna Komunitarja lanqas ma jippermettu li l-Kummissjoni, meta tagħti r-rimbors parzjali ta’ għajnuna, tistabbilixxi bħala l-limitu massimu għar-rimbors l-ammont indikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni, u dan la bħala l-ammont totali tal-għajnuna, jew bħala l-ammont ta’ għajnuna mogħti lil ċerti organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

L-użu tat-terminu “ammont” fil-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament Nru 1580/2007 – fid-dawl tal-limitu ta’ 80 % tal-għajnuna previst fl-Artikolu 103e tar-Regolament Nru 1234/2007 flimkien mal-limitu ta’ 25 % għall-ammont tal-fond ta’ operazzjoni msemmi fl-Artikolu 67 tar-Regolament Nru 1580/2007 – huwa intiż li jiżgura li l-Kummissjoni, meta tagħti awtorizzazzjoni, tkun kapaċi tikkalkola bil-quddiem l-ammont ta’ għajnuna nazzjonali li x’aktarx jitħallas, u għalhekk l-ammont potenzjali ta’ eventwali rimbors. Għalhekk, l-iskop tan-notifika ta’ ammonti bl-ebda mod ma huwa l-approvazzjoni tal-ammonti nnotifikati, iżda huwa intiż li jesponi b’mod ċar lill-Kummissjoni d-daqs tal-għajnuna li tista’ potenzjalment tingħata skont ir-regoli tar-regolament bażiku u tar-regolament tal-Kummissjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU 2007 L 299, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (ĠU L 350, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Cullado Martorell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/12 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali għall-kostituzzjoni ta’ lista ta’ riżerva ta’ ġuristi lingwisti bil-lingwa Spanjola - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li tikkonferma li l-appellanti ma għaddietx mill-aħħar eżami bil-miktub u li tiċħad l-ammissjoni tagħha għall-eżami orali - Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Ammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rifjut ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti tal-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti - Aċċess għad-dokumenti”))

(2016/C 027/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Eva Cuallado Martorell (Valence, Spanja) (rappreżentanti: C. Pinto Cañón, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (F-96/09, ĠabraSP, EU:F:2012:129), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni (F-96/09, ĠabraSP, EU:F:2012:129), hija annullata sa fejn din tiddikjara r-rikors inammissibbli sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-ammissjoni tal-appellanti għall-eżami orali u, konsegwentement, l-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ riżerva.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-159/13 u T-372/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Ammissibbiltà - Dritt għal smiegħ - Obbligu ta’ notifika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 027/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HK Intertrade Co. Ltd (Wanchai, Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, N. Pilkington u D. Sellers, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-159/13, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, fil-Kawża T-372/14, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża għaż-żamma tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HK Intertrade Co. Ltd għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Sarafraz vs Il-Kunsill

(Kawża T-273/13) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Żball ta’ evalwazzjoni - Ne bis in idem - Libertà ta’ espressjoni - Libertà tal-midja - Libertà professjonali - Moviment liberu - Dritt għall-proprjetà”))

(2016/C 027/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mohammad Sarafraz (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: inizjalment minn T. Walter, sussegwentement minn J. M. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. L. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, Á. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Stiftung Organisation Justice for Iran (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Pulles, sussegwentement minn R. Marx, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK, tal-11 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 57), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2013, tal-11 ta’ Marzu 2013, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 9), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK, tal-10 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 25), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014, tal-10 ta’ April 2014, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 9), il-ħames nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/555, tas-7 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 91), u, is-sitt nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/548 tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 92, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mohammad Sarafraz għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Stiftung Organisation Justice for Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – Emadi vs Il-Kunsill

(Kawża T-274/13) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Bażi legali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Żball ta’ evalwazzjoni - Ne bis in idem - Libertà ta’ espressjoni - Libertà tal-midja - Libertà professjonali - Moviment liberu - Dritt għall-proprjetà”))

(2016/C 027/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hamid Reza Emadi (Tehran, l-Iran) (rappreżentant: inizjalment minn T. Walter, sussegwentement minn J. M. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. L. Iriarte Ángel, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J.-P. Hix u Á. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenut: Stiftung Organisation Justice for Iran (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: inizjalment minn G. Pulles, sussegwentement minn R. Marx, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/124/PESK, tal-11 ta’ Marzu 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 57), it-tieni nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 206/2013, tal-11 ta’ Marzu 2013, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 68, p. 9), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/205/PESK, tal-10 ta’ April 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/235/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 25), ir-raba’ nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 371/2014, tal-10 ta’ April 2014, li jimplimenta l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 359/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Iran (ĠU L 109, p. 9), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hamid Reza Emadi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Stiftung Organisation Justice for Iran għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – CN vs Il-Parlament

(Kawża T-343/13) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament - Pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali - Assenza ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”))

(2016/C 027/37)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: CN (Brumath, Franza) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u S. Seyr, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Buchta u V. Pozzato, sussegwentement minn A. Buchta, M. Pérez Asinari, F. Polverino, M. Guglielmetti u U. Kallenberger, aġenti)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent wara l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Parlament ta’ ċertu data personali li tikkonċernah.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CN għandu jbati l-ispejjeż tal-Parlament Ewropew kif ukoll l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 245, 24.8.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Il-Polonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/13) (1)

([“FAEGG - Taqsima Garanzija - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Żvilupp rurali - Infiq imwettaq mill-Polonja - Artikolu 33b tar-Regolament (KE) Nru 1257/1999 - Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 - Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Korrezzjoni finanzjarja mħallta - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 027/38)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u K. Straś, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u A. Szmytkowska, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 123, p. 11), sa fejn il-Kummissjoni tapplika fiha, għall-infiq iddikjarat mir-Repubblika tal-Polonja bħala appoġġ għall-azjendi ta’ semi-sussistenza, il-korrezzjonijiet ta’ EUR 8 292 783,94 u ta’ EUR 71 610 559,39.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO ESTATE)

(Kawża T-414/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali KENZO ESTATE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 027/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Wenninger Lenz, W. von der Osten Sacken u M. Ring, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Mejju 2013 (Każ R 333/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u K. Tsujimoto.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kenzo Tsujimoto huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Giant (China) vs Il-Kunsill

(Kawża T-425/13) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet tar-roti li joriġinaw miċ-Ċina - Rieżami interim - Artikolu 9(5) u Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nruo1225/2009 - Trattament individwali - Nuqqas ta’ kooperazzjoni - Informazzjoni neċessarja - Data disponibbli - Kumpanniji magħquda - Evażjoni”])

(2016/C 027/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Giant (China) Co. Ltd (Kunshan, iċ-Ċina) (rappreżentant: P. De Baere, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn B. O’Connor, solicitor, u S. Gubel, avukat)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u M. França, aġenti) u European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, p. 17).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Giant (China) Co. Ltd.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż ta’ Giant (China) kif ukoll l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-461/13) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Distorsjoni tal-kompetizzjoni - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Dmir ta’ diliġenza - Terminu raġonevoli - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Sussidjarjetà - Dritt għall-informazzjoni”))

(2016/C 027/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż relatati mal-proċedura prinċipali u mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna ġdida”])

(2016/C 027/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA (Zamudio, Espagne) (rappreżentanti: inizjalment minn N. Ruiz García, J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u M. Muñoz de Juan, sussegwentement minn J. Buendía Sierra u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (représentants: F. González Díaz, F. Salerno et V. Romero Algarra, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) u Itelazpi, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk relatati mal-proċedura prinċipali sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.

3)

Il-Comunidad Autónoma del País Vasco u Itelazpi għandhom ibatu l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Galicia u Retegal vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-463/13 u T-464/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ impriża - Attività ekonomika - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Natura selettiva - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 027/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) (rappreżentanti: M. Lorenzo Outón u P. Egerique Mosquera, avukati) (Kawża T-463/13); u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal SA (Retegal) (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti F. García Martínez u B. Pérez Conde, avukati) (Kawża T-464/13)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Intervenjenta insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, kif ukoll fil-kawża T-463/13, V. Romero Algarra, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 [(C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009)] mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (minbarra Castilla-La-Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Il-Comunidad Autónoma de Galicia (Spanja) u Redes de Telecomunicación Galegas Retegal, SA (Retegal) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Comunidad Autónoma de Cataluña u CTTI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna ġdida”])

(2016/C 027/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comunidad Autónoma de Cataluña (Spanja) u Centre de Telecomunicacions i Tecnologies de la Informació de la Generalitat de Catalunya (CTTI) (Hospitalet de Llobregat, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment minn J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, sussegwentement minn J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, M. Reverter Baquer u A. Lamadrid de Pablo, u fl-aħħar nett minn J. Buendía Sierra, M. Reverter Baquer u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno, V. Romero Algarra, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-487/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Riżorsi tal-Istat - Attività ekonomika - Vantaġġ - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Użu ħażin ta’ poter”])

(2016/C 027/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Navarra de Servicios y Tecnologías, SA (Pampelune, Spanja) (rappreżentant: A. Andérez González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO ESTATE)

(Kawża T-522/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali KENZO ESTATE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni”])

(2016/C 027/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Wenninger Lenz, W. von der Osten-Sacken u M. Ring, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u K. Tsujimoto.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kenzo Tsujimoto huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Kenzo vs UASI – Tsujimoto (KENZO ESTATE)

(Kawża T-528/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali KENZO ESTATE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni”])

(2016/C 027/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: A. Wenninger Lenz, W. von der Osten-Sacken u M. Ring, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u K. Tsujimoto.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1363/2012-2), hija annullata, sa fejn ċaħdet l-oppożizzjoni għall-prodotti fil-klassijiet 29 sa 31 koperti mir-reġistrazzjoni internazzjonali mitluba.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Kenzo fil-kuntest ta’ din l-istanza.

3)

L-UASI u Kenzo Tsujimoto għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess sostnuti fil-kuntest ta’ din l-istanza.

4)

K. Tsujimoto għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż sostnuti minn Kenzo għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Abertis Telecom u Retevisión I vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-541/13) (1)

([“Għajnuna mill-Istat - Televiżjoni diġitali - Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern - Vantaġġ - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Artikolu 107(3)(ċ) TFUE - Għajnuna ġdida - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2016/C 027/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abertis Telecom, SA (Barcelona, Spanja) u Retevisión I, SA (Barcelona) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Cases Pallarès, J. Buendía Sierra, N. Ruiz García, A. Lamadrid de Pablo, M. Muñoz de Juan u M. Reverter Baquer, sussegwentement minn L. Cases Pallarès, J. Buendía Sierra, A. Lamadrid de Pablo u M. Reverter Baquer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Abertis Telecom, SA u Retevisión I, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Impriża Konġunta Fusion for Energy

(Kawża T-553/13) (1)

((“Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ teknoloġija tal-informatika, ta’ konsulenza, ta’ żvilupp ta’ softwer, tal-internet u ta’ appoġġ - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerenti oħra - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2016/C 027/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: D. Mabger u I. Ampazis, avukati)

Konvenuti: Impriża Konġunta Ewropea għal ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: inizjalment H. Jahreiss, R. Hanak, A. Verpont, I. Costin u A. Nagy, sussegwentement R. Hanak, A. Verpont, I. Costin u A. Nagy, aġenti, assisstiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u għall-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, tas-7 ta’ Awwissu 2013, adottata fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti F4E-ADM-0464 li tikkonċerna s-servizzi ta’ teknoloġiji tal-informatika, ta’ konulenza, ta’ żvilupp ta’ softwer, tal-internet u ta’ appoġġ (ĠU 2012/S 213 – 352451), li tirrifjuta l-offerta ppreżenata minn European Dynamics Luxembourg SA u li tagħti l-kuntratti lil offerenti oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Demp vs UASI (TURBO DRILL)

(Kawża T-50/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TURBO DRILL - Raġuni għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1254/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TURBO DRILL bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Demp BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – TrekStor vs UASI – Scanlab (iDrive)

(Kawża T-105/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali iDrive - Trade mark Ġermaniża verbali preċedenti IDRIVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 027/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong Kong, Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: M. Alber u O. Spieker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Scanlab AG (Puchheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 2330/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Scanlab AG u TrekStor Ltd

Dispożittiv

1)

It-talba għas-sospensjoni tal-proċeduri mressqa minn TrekStor Ltd hija miċħuda.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

TrekStor Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Sesma Merino vs UASI

(Kawża T-127/14 P) (1)

((“Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Għanijiet 2011-2012 - Att li jikkawża preġudizzju - Ammissibbiltà”))

(2016/C 027/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Alvaro Sesma Merino (El Campello, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) (rappreżentanti: P. Saba u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013, Sesma Merino vs UASI (F-125/12, ĠabraSP, EU:F:2013:192), intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

A. Sesma Merino huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Novembru 2015 – Nürburgring vs UASI – Biedermann (Nordschleife)

(Kawża T-181/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Nordschleife - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Management by Nordschleife - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nürburgring GmbH (Nürburg, il-Ġermaniż) (rappreżentanti: M. Viefhues u C. Giersdorf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lutz Biedermann (Villingen-Schwenningen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u M. Ziliox, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Jannar 2014 (Każ R 163/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn M. Lutz Biedermann u Nürburgring GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nürburgring GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 26 ta’ Novembru 2015 – Bionecs vs UASI – Fidia farmaceutici

(Kawża T-262/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożiżzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BIONECS - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti BIONECT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GmbH Bionecs (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Knitter,)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja) (rappreżentant: R. Kunz-Hallstein,)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2014 (Każ R 1179/2013/1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Fidia Farmaceutici SpA et Bionecs GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bionecs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie des fromages & Richesmonts vs UASI – Grupo Lactalis Iberia (Rappreżentazzjoni ta’ disinn Vichy aħmar u abjad)

(Kawża T-327/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn Vichy aħmar u abjad - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des fromages & Richesmonts (Puteaux, Franza) (rappreżentanti: T. Mollet-Viéville u T. Cuche, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentement J. Crespo Carillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grupo Lactalis Iberia SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: D. Masson, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1295/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grupo Lactalis Iberia SA u Compagnie des fromages & Richesmonts.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Compagnie des fromages & Richesmonts hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-371/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 027/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta u N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 li permezz tagħha isem ir-rikorrenti nżamm fuq il-listi tal-persuni u tal-entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 282, p. 58), u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), kif implementat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012 (ĠU L 282, p. 16).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 261, 11,8,2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Établissement Amra vs UASI (KJ KANGOO JUMPS XR)

(Kawża T-390/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja KJ Kangoo Jumps XR - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Établissement Amra (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentant: S. Rizzo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1511/2013-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal “ta’ pożizzjoni tridimensjonali” KJ Kangoo Jumps XR bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Établissement Amra hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 315, 15.9.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Junited Autoglas Deutschland vs UASI – United Vehicles (UNITED VEHICLEs)

(Kawża T-404/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali UNITED VEHICLEs - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Junited - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: United Vehicles GmbH (München, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ April 2014 (Każ R 859/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG u United Vehicles GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie générale des établissements Michelin vs UASI – Continental Reifen Deutschland (XKING)

(Kawża T-525/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja XKING - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti X - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Compagnie générale des établissements Michelin (Clermont-Ferrand, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Carlini, sussegwentement minn E. Carrillo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1522/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie générale des établissements Michelin u Continental Reifen Deutschland GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1522/2013-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Compagnie générale des établissements Michelin.

3)

Continental Reifen Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – Information Resources vs UASI (Growth Delivered)

(Kawża T-528/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Growth Delivered - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 027/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Information Resources, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Schulte, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1777/2013-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Growth Delivered bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Information Resources, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2015 – adp Gauselmann vs UASI (Multi Win)

(Kawża T-529/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Multi Win - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: adp Gauselmann GmbH (Lübbecke, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Koch Moreno, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Pohlmann u S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2014 (Każ R 1326/2013-1),dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Multi Win bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

adp Gauselmann GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Diċembru 2015 – Giand vs UASI – Flamagas (FLAMINAIRE)

(Kawża T-583/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLAMINAIRE - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti FLAMINAIRE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ne bis in idem”])

(2016/C 027/62)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Giand Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Flamagas, SA (Barcelone, Spanja) (rappreżentant: G. Hinarejos Mulliez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2117/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Flamagas, SA u Giand Srl.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Giand Srl hija kkundatnnata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli ta’ Flamagas, SA għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (FORTIFY)

(Kawża T-628/14) (1)

([“Trade mark Komnunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FORTIFY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2016/C 027/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Dallas, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2014 (Kawża R 249/2014-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FORTIFY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hewlett Packard Development Company LP għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW)

(Kawża T-647/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva DUALSAW - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2016/C 027/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infusion Brands, Inc (Myerlake Circle Clearwater, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentement H. O’Neill u R. Rajh, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2014 (Każ R 397/2014-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv DUALSAW bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Infusion Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALTOOLS)

(Kawża T-648/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DUALTOOLS - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2016/C 027/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infusion Brands, Inc. (Myerlake Circle Clearwater, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentement H. O’Neill u M. Rajh, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2014 (Kawża R 398/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv DUALTOOLS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Infusion Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Morgan vs UASI

(Kawża T-683/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2010/2011 - Żnaturament - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2016/C 027/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Rhys Morgan (Alicante, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment M. Paolacci u A. Lukošiūtė, sussegwentement A. Lukošiūtė, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Lulju 2014, Morgan vs UASI (F-26/13, ĠabraSP, EU:F:2014:180), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Rhys Morgan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinji) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Omega International vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku u ta’ rettangolu bojod f’rettangolu iswed)

(Kawża T-695/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta ċirku u rettangolu bojod f’rettangolu iswed - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Omega International GmbH (Bad Oldesloe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. P. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Lulju 2014 (Każ R 1037/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta ċirku u rettangolu bojod f’rettangolu iswed bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Omega International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – Hong Kong Group vs UASI – WE Brand (W E)

(Kawża T-718/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva W E - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hong Kong Group Oy (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentant: J.-H. Spåre, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: WE Brand Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. van Oerle u E. de Groot, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 2305/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn WE Brand Sàrl u Hong Kong Group Oy.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 2305/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn WE Brand Sàrl u Hong Kong Group Oy, u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2013 huma annullati.

2)

L-oppożizzjoni hija miċħuda.

3)

L-UASI u WE Brand għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Hong Kong Group, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Hing Kong Group għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2015 – K-Swiss vs UASI (Strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-3/15) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta strixxi paralleli fuq żarbuna - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2016/C 027/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: K-Swiss, Inc. (Westlake Village, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u M. Hecht, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos, sussegwentement minn D. Gája, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tat-30 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1093/2014- 2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea ta’ trade mark figurattiva li tirrappreżenta strixxi paralleli fuq żarbuna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

K-Swiss, Inc. hija kundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2015 – Švyturys-Utenos Alus vs UASI – Nordbrand Nordhausen (KISS)

(Kawża T-360/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni”))

(2016/C 027/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Švyturys-Utenos Alus UAB (Utena, il-Litwanja) (rappreżentanti: R. Žabolienė u I. Lukauskienė, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nordbrand Nordhausen GmbH (Nordhausen, il-Ġermanja)(rappreżentant: C. Düchs, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1302/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nordbrand Nordhausen GmbH u Švyturys-Utenos Alus UAB.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Švyturys-Utenos Alus UAB u Nordbrand Nordhausen GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-636/14) (1)

((“Sistema lingwistika - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti għal pożizzjoni ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni - Rekwiżiti lingwistiċi li jinsabu fil-modulu ta’ preżentazzjoni online tal-kandidaturi - Allegata diverġenza mal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2016/C 027/71)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, V. Čepaitė u R. Krasuckaitė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-avviż ta’ post battal [pożizzjoni vakanti] COM/2014/10356 ta’ Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2014, C 185 A, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Beul vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-640/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Funzjonament tas-swieq finanzjarji - Regolament (UE) Nru 537/2014 - Att leġiżlattiv - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))

(2016/C 027/72)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Carsten René Beul (Neuwied, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn K.-G. Stümper, sussegwentement minn H.-M. Pott u T. Eckhold, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. Schonard u D. Warin, aġenti) u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Wiemann u N. Rouam, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, p. 77).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Carsten René Beul għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni u l-Parlament għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-670/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri - Inammissibbiltà”))

(2016/C 027/73)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Milchindustrie-Verband eV (Berlin, il-Ġermanja) u Deutscher Raiffeisenverband eV (Berlin) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2014, intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020” (ĠU C 200, p. 1), sa fejn is-settur tal-operat ta’ mħaleb u l-manifattura tal-ġobon (NACE 10.51) ma huwiex imsemmi fl-Anness 3 ta’ din il-komunikazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Milchindustrie-Verband eV u Deutscher Raiffeisenverband eV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Delta Group agroalimentare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-163/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Suq Taljan tal-laħam tat-tjur - Miżuri ta’ sostenn eċċezzjonali intiżi sabiex isolvu problemi speċifiċi li jikkonċernaw is-settur tal-laħam tat-tjur fl-Italja - Ħlas lura fuq l-esportazzjoni tal-laħam tat-tjur lejn ċerti pajjiżi Afrikani - Ċaħda tat-talba għal miżuri eċċezzjonali mressqa mir-rikorrenti - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2016/C 027/74)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Delta Group agroalimentare Srl (Porto Viro, l-Italja) (rappreżentant: V. Migliorini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Frar 2015 [Ref. Ares (2015) 528512], mibgħuta b’risposta għat-talba tar-rikorrenti intiża għall-adozzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali ta’ sostenn għas-suq tal-laħam tat-tjur, abbażi tal-Artikolu 219(1) jew tal-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Delta Group agroalimentare Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/58


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Iran Insurance vs Il-Kunsill

(Kawża T-558/15)

(2016/C 027/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Insurance Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu materjali u morali sostnut mir-rikorrenti minħabba l-miżuri restrittivi li l-Kunsill impona fuqha illegalment taħt l-atti illegali tal-Kunsill li ġejjin: i) Id-Deċiżjoni 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1); ii) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 (2); iii) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (3); iv) ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (4); v) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (5);

tagħti lir-rikorrenti danni li jkopru danni li jkopru kemm id-dannu morali li r-rikorrenti sostniet bħala riżultat ta’ atti illegali tal-Kunsill, ta’ ammont totali ta’: i) STG 84 767,66 , u; ii) EUR 4 774 187,07, u iii) USD 1 532 688,00 u; iv) kull ammont ieħor li jista’ jiġi stabbilit matul il-proċeduri;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-argumenti li ġejjin.

1.

Hija tispjega li, skont l-Artikolu 340 TFUE, il-vittma ta’ dannu kkawżat minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jista’ jitlob il-kumpens minn din l-istituzzjoni. Il-ġurisprudenza ppreċiżat il-kundizzjonijiet li tali talba għad-danni għandha tissodisfa; is-sentenza tal-25 ta’ Novembru 2014, Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill (T-384/11, Ġabra, EU:T:2014:986) tiġborhom fil-qosor kif ġej: a) l-illegalità tal-aġir tal-istituzzjoni; b) ir-realtà tad-dannu, u ċ) l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu allegat.

2.

Ir-rikorrenti tiddikjara li l-kundizzjonijiet imsmemija hawn fuq huma ssodisfatti t-tlieta fil-każ tagħha: il-Kunsill wettaq “ksur serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi, fis-sens tal-ġurisprudenza” kif il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Settembru 2013, Iran Insurance vs Il-Kunsill (T-12/11, EU:T:2013: 401); ir-rikorrenti sofriet dannu morali u materjali konsiderevoli; u dan id-dannu huwa l-konsegwenza diretta ta’ sanzjonijiet illegali.

3.

Ir-rikorrenti tindika wkoll li, kif spjegat fl-iżviluppi li jinsabu fir-rikors, id-dannu morali li hija sofriet huwa stmat għal ammont ta’ EUR 1 000 000,00 u d-dannu materjali, li kien evalwat minn awdituri indipendenti, huwa ta’ ammont ta’ STG 84 767,66 u EUR 3 774 187,07 u USD 1 532 688,00, mingħajr ħsara għal kull ammont addizzjonali li jista’ jiġi stabbilit matul il-proċedura. Konsegwentement, it-talba għad-danni tar-rikorrenti tammonta għal total ta’ STG 84 767,66 u EUR 4 774 187,07 u STG 1 532 697,01 kif ukoll kwalunkwe ammont ieħor li jista’ jiġi stabbilit matul il-proċedura.


(1)  ĠU L 281, p. 81.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, ĠU L 281, p. 1.

(3)  ĠU L 319, p. 71.

(4)  ĠU L 319, p. 11.

(5)  ĠU L 88, p. 1.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/59


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Post Bank Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-559/15)

(2016/C 027/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Post Bank Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrenti kumpens għad-dannu materjali u morali sostnut mir-rikorrenti minħabba l-miżuri restrittivi li l-Kunsill impona fuqha illegalment taħt l-atti illegali tal-Kunsill li ġejjin: i) Id-Deċiżjoni 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1); ii) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010 tal-25 ta’ Ottubru 2010 (2); iii) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (3); iv) ir- Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (4); v) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (5);

tagħti lir-rikorrenti danni ta’ ammont totali ta’ EUR 203 695 040 li jkopru kemm id-dannu morali u d-dannu materjali li hija sostniet bħala riżultat ta’ atti illegali tal-Kunsill,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-argumenti li ġejjin.

1.

Hija tispjega li, skont l-Artikolu 340 TFUE, il-vittma ta’ dannu kkawżat minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jista’ jitlob il-kumpens minn din l-istituzzjoni. Il-ġurisprudenza ppreċiżat il-kundizzjonijiet li tali talba għad-danni għandha tissodisfa; is-sentenza tal-25 ta Novembru 2014, Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill (T-384/11, Ġabra, EU:T:2014:986) tiġborhom fil-qosor kif ġej: a) l-illegalità tal-aġir tal-istituzzjoni; b) ir-realtà tad-dannu, u ċ) l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir u d-dannu allegat.

2.

Ir-rikorrenti tiddikjara li l-kundizzjonijiet imsmemija hawn fuq huma ssodisfatti t-tlieta fil-każ tagħha: il-Kunsill wettaq “ksur serju ta’ dispożizzjoni legali intiża li tagħti drittijiet lill-individwi, fis-sens tal-ġurisprudenza” kif il-Qorti Ġenerali ddeċidiet fis-sentenza tagħha tas-6 ta’ Settembru 2013, Post Bank Iran vs Il-Kunsill (T-13/11, EU:T:2013:401); ir-rikorrenti subiet dannu morali u materjali konsiderevoli; u dan id-dannu huwa l-konsegwenza diretta ta’ sanzjonijiet illegali.

3.

Ir-rikorrenti tindika wkoll li, kif spjegat fl-iżviluppi li jinsabu fir-rikors, id-d-dannu morali li hija sofriet huwa stmat għal ammont ta’ EUR 1 000 000.00 u d-dannu materjali, li kien evalwat minn awdituri indipendenti, huwa ta’ ammont ta’ EUR 202 695 040.


(1)  ĠU L 281, p. 81.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007, ĠU L 281, p. 1.

(3)  ĠU L 319, p. 71.

(4)  ĠU L 319, p. 11.

(5)  ĠU L 88, p. 1.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/60


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – GABO:mi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-588/15)

(2016/C 027/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: GABO:mi Gesellschaft für Ablauforganisation:milliarium mbH & Co. KG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u C. Mayer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara d-deċiżjonijiet ikkontestati bħala nulli; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, inklużi fil-posta elettronika tad-29 ta’ Lulju 2015 u fl-ittri tad-19 ta’ Awwissu 2015 (Ref. Ares(2015)3466903) u tat-28 ta’ Awwissu 2015 (Ref. Ares(2015)3557576), li jiġu sospiżi l-pagamenti kollha lir-rikorrenti fir-rigward tal-għotjiet għall-FP7 ġestiti mid-Direttorat E tal-konvenuta, jiġifieri l-Ftehim ta’ Għotja FP7 Nru 602299 dwar il-Proġett EU-CERT-ICD u l-Ftehim ta’ Għotja FP7 Nru 260777 dwar il-Proġett HIP-Trial u d-Direttorat F, jiġifieri l-Ftehim ta’ Għotja FP7 Nru 312117 dwar il-Proġett BIOFECTOR

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma humiex koperti bl-Artikolu II.5(3)(d) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ Għotja FP7.

1.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti formali u proċedurali applikabbli u huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipji ta’ governanza tajba.

2.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-intenzjoni vera tal-konvenuta hija li teżegwixxi tpaċija illegali minflok timponi miżuri kawtelatorji.

3.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma bbażati fuq deċiżjonijiet diskrezjonali illeġittimi tal-konventuta.

4.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma vvizzjati minn ksur tal-prinċipju tal-proporzjonalità.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/61


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T-589/15)

(2016/C 027/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eurorail NV (Aalst, il-Belġju) (rappreżentant: J. Derenne, N. Pourbaix u M. Domecq, avukati)

Konvenuti: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata skont l-Artikolu 272 TFUE li d-deċiżjoni tal-INEA tas-17 ta’ Lulju 2015 li tirrexxindi l-Ftehim ta’ sussidju (1) u li tordna l-ħlas lura ta’ parti mill-pagamenti bil-quddiem imħallsa lir-rikorrenti hija illegali u inapplikabbli u li l-ammont finali tal-pagamenti bil-quddiem dovuti lir-rikorrenti għandu jiġi ffissat għal EUR 951 813 EUR;

sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni u l-INEA għandhom jiġu ddikjarati kuntrattwalment responsabbli għat-telf li ġie kkawżat lilha minħabba d-deċiżjoni u tordna l-ħlas lura ta’ EUR 581 770 EUR (somma flimkien mal-interessi);

sussidjarjament, tordna lill-INEA/lill-Kummissjoni jirtiraw id-deċiżjoni;

tikkundanna lill-INEA/lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim ta’ sussidju. Konsegwentement, ir-rikorrenti ssostni li kien żbaljat li l-Ftehim ta’ sussidju ġie rexiss u li ntalab il-ħlas lura ta’ parti mis-sussidji li ngħatawlha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-prinċipju li l-obbligi kuntrattwali għandhom jitwettqu in bona fide.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.


(1)  Ftehim ta’ sussidjuMPO/09/058/SI1.5555667 “RAIL2” (Marco Polo II Call 2009).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/62


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Europäischer Tier- und Naturschutz u Giesen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-595/15)

(2016/C 027/79)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Europäischer Tier- und Naturschutz e.V. (Much, il-Ġermanja) u Horst Giesen (Much) (rappreżentant: P. Brockmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiħux azzjoni, tas-17 ta’ Awwissu 2015, innotifikata fl-24 ta’ Awwissu 2015,

fir-rigward tal-ħolqien tad-dritt Ewropew tal-assoċjazzjonijiet fil-forma tal-proposta ta’ liġi li ma għadhiex ippubblikata jew ta’ verżjoni tagħha emendata fil-qafas awtorizzat li tassimila attivitajiet transkonfinali b’għanijiet altruistiċi mal-assoċjazzjonijiet bi skop ta’ lukru, sussidjarjament

fir-rigward tal-armonizzazzjoni tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-għaqdiet u tal-assoċjazzjonijiet li jirrigwardaw attivitajiet transkonfinali b’għanijiet altruistiċi, u

tordna b’hekk lill-Kummissjoni sabiex timplementa sitwazzjoni legali fis-sens tal-Artikolu 266 TFUE, billi tonqos milli twettaq deterjorazzjonijiet oħra fis-sens tat-talbiet 1 u 2 li jistgħu jimpedixxu jew irendu iktar diffiċli l-implementazzjoni ta’ din is-sitwazzjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni u intervenjenti eventwali għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkritikaw l-assenza ta’ ħolqien ta’ dritt Ewropew tal-assoċjazzjonijiet, l-assenza ta’ tneħħija tad-diskriminazzjoni eżistenti u l-preġudizzju għal-libertà kollettiva u individwali ta’ assoċjazzjoni.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”), fuq l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), fuq il-prinċipji ġenerali tad-dritt previsti fl-Artikolu 6(3) TUE u fuq l-Artikolu 20 tal-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għall-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi (Artikolu 20 tal-Karta u Artikolu 14 tal-KEDB) bi preġudizzju għall-valuri altruistiċi u għal assoċjazzjonijiet b’għanijiet altruistiċi.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni fis-sens tal-Artikolu 41 tal-Karta.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ir-restrizzjoni tal-portata tad-drittijiet fundamentali permezz ta’ nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni u interpretazzjoni abbużiva konformement mal-Artikoli 52 u 54 tal-Karta.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/63


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-605/15)

(2016/C 027/80)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja), Benteler Steel/Tube GmbH (Paderborn, il-Ġermanja), BGH Edelstahl Freital GmbH (Freital, il-Ġermanja), BGH Edelstahl Lippendorf GmbH (Lippendorf, il-Ġermanja), BGH Edelstahl Siegen GmbH (Siegen, il-Ġermanja), Buderus Edelstahl GmbH (Wetzlar, il-Ġermanja), ESF Elbe-Stahlwerke Feralpi GmbH (Riesa, il-Ġermanja), Friedr. Lohmann GmbH Werk für Spezial- & Edelstähle (Witten, il-Ġermanja), Outokumpu Nirosta GmbH (Krefeld, il-Ġermanja), Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja), Zentralkokerei Saar GmbH (Dillingen), Drahtwerk St. Ingbert GmbH (St. Ingbert, il-Ġermanja), Ilsenburger Grobblech GmbH (Ilsenburg, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Electrical Steel GmbH (Gelsenkirchen, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Federn und Stabilisatoren GmbH (Hagen, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Gerlach GmbH (Homburg, il-Ġermanja), ThyssenKrupp Rasselstein GmbH (Andernach, il-Ġermanja) u Emscher Aufbereitung GmbH (Mühlheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Janssen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija) (notifikata bid-dokument C(2014) 8786) (1) tiġi annullata.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għall-motivi invokati fil-Kawża T-319/15, Deutsche Edelstahlwerke vs Il-Kummissjoni (2).


(1)  ĠU 2015 L 250, p. 122.

(2)  ĠU 2015 C 302, p. 60.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/63


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2015 – Repsol vs UASI – Basic (BASIC)

(Kawża T-609/15)

(2016/C 027/81)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Repsol, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Basic AG Lebensmittelhandel (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “BASIC” – Trade mark Komunitarja Nru 5 648 159

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Awwissu 2015, fil-Każ R 2384/2013-1

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors, flimkien mad-dokumenti annessi, u l-kopji korrispondenti;

tilqa’ l-provi kollha annessi ma’ dan ir-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell wettaq evalwazzjoni inkorretta tal-provi sottomessi minn Basic AG dwar l-użu ġenwin tal-ismijiet ta’ kumpannija “Basic AG” u “Basic” fin-negozju fil-Ġermanja;

Id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata b’mod inkorrett fuq l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009, b’rabta mal-Artikolu 53(1)(c), sa fejn bejn it-trade marks “basic” figurattivi ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni. Il-frażi “basic” hija nieqsa minn karattru distintiv;

Il-protezzjoni eċċezzjonali tal-Liġi Ġermaniża dwar it-trade marks fir-rigward ta’ ismijiet tan-negozju mhux irreġistrati għandha tiġi interpretata b’mod ristrett, skont it-Trattat ta’ Ruma tat-23 ta’ Marzu 1957 u l-ġurisprudenza Komunitarja.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/64


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Otturbu 2015 – British Aggregates vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-610/15)

(2016/C 027/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: British Aggregates Association (Lanark, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Van den Hende, avukat, u A. White, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2015 C(2015) 2141 finali fil-Każ SA.34775 (2013/C) (ex 2012/NN) – Aggregates Levy; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ evalwazzjoni meta ddeċidiet li tmien eżenzjonijiet mill-imposta fuq il-granulat (aggregates levy, iktar 'il quddiem “AGL”) taħt il-Finance Act 2001 ma jirriżultawx f’selettività u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE u fid-determinazzjoni tal-prinċipju ta’ tassazzjoni normali u l-għan tal-AGL għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-kriterju ta’ selettività.

2.

It-tieni motiv li jallega li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel eżami ġenwinament diliġenti u imparzjali ta’ jekk it-tmien eżenzjonijiet inkwistjoni jirriżultawx f’selettività u għalhekk jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE.

3.

It-tielet motiv li jallega li l-Kummissjoni naqset milli tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni kkontestata kif meħtieġ mill-Artikolu 296 TFUE peress li l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ tassazzjoni normali u l-għan tal-AGL meta spjegat għalfejn it-tmien eżenzjonijiet inkwistjoni ma jirriżultawx f’selettività hija kontradittorja fid-dawl tad-deċiżjoni kkontestata.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/65


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-611/15)

(2016/C 027/83)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Edeka-Handelsgesellschaft Hessenring mbH (Melsungen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Wagner u H. Hoffmeyer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Settembru 2015 fil-proċedura 2015/4023, li permezz tagħha r-rikorrenti bl-ebda mod ma ngħatat aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura dwar kartelli AT/39914 – EIRD u għall-indiċi analitiku tal-att tal-Kummissjoni marbut ma’ tali proċedura jew, sussidjarjament, tannullaha tal-inqas fil-parti fejn il-Kummissjoni ċaħdet l-aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ tali deċiżjoni jew ta’ tali indiċi analitiku li l-kunfidenzjalità tagħhom ma ġietx sostnuta jew ma kinitx iktar sostnuta mill-impriżi kkonċernati mid-deċiżjoni,

sussidjarjament, fil-każ li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ Settembru 2015, fil-proċedura 2015/4023, li permezz tagħha r-rikorrenti bl-ebda mod ma ngħatat aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura dwar kartelli AT/39914 – EIRD u għall-indiċi analitiku tal-att tal-Kummissjoni marbut ma’ tali proċedura, ma tiġix annullata inkwantu u sa fejn il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura dwar kartelli AT/39914 – EIRD u/jew il-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-indiċi analitiku tal-att tal-Kummissjoni marbuta ma’ tali proċedura ma teżistix, tiddikjara li l-Kummissjoni żbaljat meta naqset milli tabbozza u tikkomunika lir-rikorrenti verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura dwar kartelli AT/39914 – EIRD u/jew verżjoni mhux kunfidenzjali tal-indiċi analitiku marbut ma’ tali proċedura,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi:

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll tad-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba u għal motivazzjoni sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tonqos milli tagħti motivazzjoni;

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt li wieħed jiġi informat bil-mezzi ta’ kontestazzjoni, peress li ma ngħatatx informazzjoni dwar il-mezzi ta’ kontestazzjoni possibbli;

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1);

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali ta’ aċċess għal dokumenti;

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali ta’ aċċess għal dokumenti u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li ma ngħatax lanqas aċċess parzjali għall-atti li għalihom intalab aċċess;

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE peress li, mill-perspettiva prattika, ir-rikorrenti ġiet impedita mill-possibbiltà li teżamina u, jekk ikun il-każ, issostni talbiet għall-kumpens għal danni fil-qasam tal-kartelli;

10.

L-għaxar motiv, imressaq sussidjarjament, huwa bbażat fuq ksur tad-dritt tar-rikorrenti fir-rigward tal-abbozzar ta’ verżjoni mhux kunfidenzjali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-proċedura dwar kartelli AT/39914 – EIRD u tal-indiċi analitiku tal-att tal-Kummissjoni marbut ma’ tali proċedura (Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2)).

F’dan il-kuntest ir-rikorrenti ssostni li r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet derogatorji previsti fl-Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut li lir-rikorrenti jiġu żvelati d-dokumenti mitluba minnha, ma humiex issodisfatti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/66


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – LL vs Il-Parlament

(Kawża T-615/15)

(2016/C 027/84)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrent: LL (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant: J. Petrulionis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni D(2014) 15503 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tas-17 ta’ April 2014, u n-nota ta’ debitu Nru 2014-575 adottata abbażi ta’ din id-deċiżjoni fil-5 ta’ Mejju 2014;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż legali kollha sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-korrettezza tal-ħlas u l-validità u l-legalità tal-irkupru tiegħu

Ir-rikorrent jissottometti li, fid-Deċiżjoni D(2014) 15503, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew iddeċieda b’mod totalment infondat u illegali li l-ammont ta’ EUR 37 728 kien tħallas indebitament lir-rikorrent u, b’mod li kien infondat u illegali taħt l-Artikolu 68 tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u l-Artikolu 80 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni għar-Regolament Finanzjarju, ordna lill-uffiċjal kontabbli tal-Parlament Ewropew jiġbor lura mir-rikorrent il-ħlas ta’ EUR 37 728 u, skont il-proċedura stabbilita, jinnotifika lir-rikorrent dwar dan permezz tan-nota ta’ debitu Nru 2014-575.

Skont ir-rikorrent, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, meta adotta d-deċiżjoni, ħa inkunsiderazzjoni żewġ elementi biss: ir-rapport tal-OLAF u l-fatt li r-rikorrent ma kienx ressaq evidenza li l-ħlas intuża għall-iskop li kien intiż għalih. Madankollu, ir-rikorrent jallega li ma nġabret l-ebda informazzjoni li tikkonferma li huwa uża l-ħlas irċevut għal raġunijiet għajr għal dak li kien intiż għalih, bi ksur tal-Artikolu 14 tar-Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-perijodu ta’ preskrizzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ perijodu raġjonevoli, ċertezza legali u protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Ir-rikorrent jallega li, fid-Deċiżjoni D(2014) 15503 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, u fin-nota ta’ debitu Nru 2014-575, il-perijodu ta’ preskrizzjoni previst fl-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni għar-Regolament Finanzjarju ma ġiex osservat, u li r-rekwiżiti tal-prinċipji ta’ perijodu raġjonevoli, ċertezza legali u protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma ġewx imħarsa.

Skont ir-rikorrent, l-istituzzjonijiet rilevanti tal-UE damu, b’mod infondat u inġust u għal żmien twil b’mod mhux raġjonevoli, biex jeżerċitaw is-setgħa tagħhom u biex jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti. B’dan il-mod, id-drittijiet tar-rikorrent ġew miksura, inkluż id-dritt tad-difiża u l-implementazzjoni xierqa ta’ dak id-dritt, peress li, minħabba l-perijodu twil bejn l-avvenimenti inkwistjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet rilevanti, ir-rikorrent ġie oġġettivament imċaħħad mill-opportunità li jiddefendi ruħu effettivament kontra l-akkużi magħmula, sabiex jippreżenta evidenza u sabiex jieħu l-miżuri l-oħrajn kollha neċessarji sabiex jiżgura li l-kwistjoni li qed tiġi eżaminata tiġi riżolta b’mod xieraq.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/67


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – Transtec vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-616/15)

(2016/C 027/85)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Transtec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet ta’ kumpens tal-Kummissjoni Ewropea inklużi fl-ittri tagħha tal-25 ta’ Awwissu, 27 ta’ Awwissu, 7 ta’ Settembru, 16 ta’ Settembru u 23 ta’ Settembru 2015 u maħsuba għall-irkupru tal-ammont ta’ EUR 624 388,73;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 624 388,73 miżjud bl-interessi moratorji, li għandhom jiġu stabbiliti abbażi tar-rata regolatorja tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali ivvalutat b’mod simboliku fl-ammont ta’ EUR 1;

Motivi u agrumenti prinċipali

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ma għandhomx bażi legali valida.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ arrikkiment indebitu, peress li l-ammont ta’ EUR 607 096,08, miżjud bl-interessi, ittieħed mill-patrimonju tar-rikorrenti u tejjeb il-patrimonju tal-Kummissjoni mingħajr ma kien hemm bażi legali għal dan l-arrikkiment.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 42, 44, 45 u 47 tar-Regolament finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-iżvilupp, sa fejn il-Kummissjoni ma eżerċitatx is-setgħa ta’ evalwazzjoni mogħtija lilha minn dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministazzjoni tajba, sa fejn il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żbaljji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/68


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2015 – Badica u Kardiam vs Il-Kunsill

(Kawża T-619/15)

(2016/C 027/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bureau d’achat de diamant Centrafrique (Badica) (Bangui, Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana), Kardiam (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Luff u L. Defalque, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1485, tat-2 ta’ Settembru 2015, u l-punt B 1 tal-Anness għal dan ir-regolament sa fejn ir-rikorrenti huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll tad-dritt għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dan il-motiv huwa magħmul minn żewġ partijiet:

L-ewwel parti, bbażata fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni individwali mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi lir-rikorrenti;

It-tieni parti, ibbażata fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni tal-provi u tal-fajl, kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju u ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-attivitajiet tar-rikorrenti, li jwasslu għal żball ta’ liġi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-eżami magħmul mill-Kunsill.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/69


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Tillotts Pharma vs UASI – Feering (OCTASA)

(Kawża T-632/15)

(2016/C 027/87)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tillotts Pharma AG (Rheinfelden, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Feering BV (OCTASA) (Hoofddorp, in-Netherlands)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “OCTASA” –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 169 881

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2386/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/70


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – JT International vs UASI – Habanos (PUSH)

(Kawża T-633/15)

(2016/C 027/88)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JT International SA (Genève, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Gilbert, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Corporación Habanos, SA (Ħavana, Kuba)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “PUSH” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 639 903

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 3046/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/70


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Novembru 2015 – Alma-The Soul of Italian Wine vs UASI – Miguel Torres (SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE)

(Kawża T-637/15)

(2016/C 027/89)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alma-The Soul of Italian Wine LLLP (Coral Gables, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Torres, SA (Vilafranca del Penedès, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali li tinkludi l-element verbali “SOTTO IL SOLE ITALIANO SOTTO il SOLE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 784 539

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 356/2015-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(5), 64(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/71


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2015 – Jema Energy vs empresa común Fusion for Energy

(Kawża T-668/15)

(2016/C 027/90)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jema Energy, S.A. (Lasarte-Oria, Spanja) (rappreżentant: N. Rey Rey, avukat)

Konvenuta: Empresa Común Europea para el ITER y el Desarrollo de la Energía de Fusión

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti, Jema energy, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-kjarezza tad-dispożizzjonijiet applikati għall-proċeduri u l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ trasparenza

F’dan ir-rigward huwa sostnut li l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt f’din il-kawża jinkludu kunċetti vagi u impreċiżi, u għaldaqstant ir-rikorrenti hija obbligata titlob diversi kjarifiki mingħand il-konvenuta. Ir-rikorrenti tagħmel domandi ċari ħafna, mingħajr ma tħalli lok għal interpretazzjonijiet oħra. Sa mill-ewwel mument, F4E kienet ambigwa ħafna u mhux iffokata fir-risposti tagħha.

Fid-dawl tal-ambigwità tal-kriterji ta’ għażla f’din il-proċedura u tal-aġir ta’ F4E fir-rigward tad-domandi u l-azzjonijiet tar-rikorrenti, din tal-aħħar tqis li nkisru l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ugwaljanza ta’ opportunitajiet bejn il-kandidati matul il-proċedura

Huwa sostnut f’dan ir-rigward li wieħed mid-dokumenti li l-konvenuta bagħtet lir-rikorrenti fil-bidu tal-proċedura jgħid letteralment li jekk l-eżemplari ppreżentati ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tekniċi, l-offerent jkun awtorizzat jippreżenta eżempji ġodda bil-għan li jissodisfa kompletament dawn ir-rekwiżiti. Fl-ebda mument ir-rikorrenti ma kienet mgħarrfa li ma kinitx tissodisfa dan ir-rekwiżit, u għalhekk qatt ma kellha l-opportunità li tippreżenta eżemplari oħra. Fil-fatt, preċiżament ir-raġunijiet li l-konvenuta użat sabiex tiskwalifika lil JEMA mis-sejħa għal offerti kienu preċiżament li l-eżemplari tagħha ma kinux jissodisfaw ir-rekwiżiti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalita u r-restrizzjoni artifiċjali tal-kompetizzjoni

Huwa sostnut f’dan ir-rigward li l-kriterji ta’ għażla huma stretti ħafna. F4E titlob referenza li tissodisfa kombinazzjoni ta’ tliet rekwiżiti (saħħa, tensjoni u kurrent) li ma hijiex neċessarja u hija sproporzjonata għat-twettiq tal-proġett. Barra minn hekk, titlob bħala referenza proġett ta’ sors ta’ alimentazzjoni ta’ mhux iktar minn ħames snin ilu, li huwa kriterju ieħor sproporzjonat ħafna, peress li l-impriżi li jistgħu jipprovdu referenza li jissodisfaw dawn il-kriterji huma produtturi ta’ strumenti ta’ frekwenza varjabbli għal muturi ta’ saħħa kbira. Dawn huma, tipikament, impriżi kbar, li jiskoraġġixxi b’dan il-mod il-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/72


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Osho Lotus Commune vs UASI – Osho International Foundation (OSHO)

(Kawża T-670/15)

(2016/C 027/91)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Osho Lotus Commune e.V. (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Viefhues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Osho International Foundation (Zürich, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “OSHO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 224 831

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1997/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u, jekk xieraq, lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (f) tar-Regolament Nru 207/2009.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/73


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Malta Cross Foundation International vs UASI – Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)

(Kawża T-672/15)

(2016/C 027/92)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Malta Cross Foundation International, Inc. (Hallandale Beach, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Pimenta, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Malteser Hilfsdienst e.V. (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Malta Cross International Foundation” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 252 554

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 863/2011-G

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervjenti, għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/74


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Panzeri vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-677/15)

(2016/C 027/93)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Pier Antonio Panzeri (Calusco d’Adda, l-Italja) (rappreżentant: C. Cerami, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Fuq il-mertu: tilqa’ dan ir-rikors u għaldaqstant tannulla l-miżura kkontestata minħabba l-illegalità tagħha;

Sussidjarjament: tibgħat lura l-atti lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew sabiex jistabbilixxi mill-ġdid b’mod ekwu l-ammont li l-irkupru tiegħu huwa mitlub;

Tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż;

Ir-rikorrent jibbaża ruħu fuq kull riżerva legali u fuq kull fakultà li jinvoka kwalunkwe argument, li tinkludi li jagħmel talba għal kundanna ta’ ħlas lura, flimkien mal-interessi u l-kumpens għall-inflazzjoni, ta’ somom li eventwalment jitħallsu medio tempore, konformement mal-ordni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra n-nota nru 315070 tal-21 ta’ Settembru 2015 tad-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi tal-Parlament Ewropew – Direttorat għad-Drittijiet Finanzjarji u Soċjali tal-Membri, permezz ta’ nota ta’ debitu fil-konfront tar-rikorrent għal EUR 83 764 ,00; kif ukoll kontra n-nota nru 312 998 tas-27 ta’ Lulju 2012 tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, bil-lingwa Ingliża, permezz tal-motivazzjonijiet fin-nota ta’ debitu nru 315 070 tal-21 ta’ Settembru 2015; u kontra kull att preżuppost ieħor, konness u konsegwenti fir-rigward ta’ dawk indikati iktar ’il fuq.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjoni materjali fl-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) 2012/966; fuq ksur tal-prinċipju ta’ tul raġonevoli, u fuq il-preskrizzjoni tal-ammont riċevibbli mitlub mill-Unjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent iqis li l-ammont riċevibbli ta’ EUR 83 764 ,34 li l-Parlament jitlob il-ħlas lura tiegħu b’mezz amministrattiv fil-konfront tar-rikorrent huwa preskritt, fis-sens tal-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) 2012/966. Fil-fatt, il-fatti li kienu l-bażi għall-allegat ammont riċevibbli tal-Unjoni jirreferu esklużivament għall-perijodu ta’ ħames snin 2004-2009, filwaqt li l-ordni ta’ ħlas magħmula mid-Direttorat saret biss fil-21 ta’ Settembru 2015, u għalhekk tirriżulta assolutament tardiva.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikoli 1, 4(6), 6(5) u 9 kif ukoll skont il-premessa 10 tar-Regolament (KE) 1999/1073; fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF; fuq l-inkompetenza tal-OLAF, fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ raġonevolezza kif ukoll fuq in-nuqqas ta’ investigazzjoni u ta’ kunsiderazzjoni.

Huwa sostnut f’dan ir-rigward li l-proċedura mwettqa mill-OLAF hija vvizzjata minn diversi aspetti, peress li ġiet prekluża l-applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ kontradittorju fir-rigward tar-rikorrent, li r-rapport finali dwar l-investigazzjoni huwa nieqes, li l-proċedura ta’ investigazzoni tal-OLAF kollha kienet saret bi ksur manifest tal-Artikolu 6(5) tar-Regolament (KE) 1999/1073, peress li nbdiet fit-23 ta’ Novembru 2009 u kienet intemmet (preżumibbilment) biss f’Lulju 2012. Minbarra dan, l-OLAF ma setax ikun kompetenti, fid-dawl tan-natura ftit sinjifikattiva tal-aġir li r-rikorrent huwa kkritikat bih, bi ksur sussegwenti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 55 TUE, tal-Artikolu 20 u tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 24 TFUE; tal-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikolu 7(1) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684/KE li tadotta l-istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew.

Ir-rikorrent jirrileva li n-nota nru 312998 tas-27 ta’ Lulju 2012 mis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, li tesponi biss l-ilmenti effettivament infurmati lir-rikorrent, kienet ġiet ifformulata bil-lingwa Ingliża. Dan kien wassal għal ksur ta’ diversi regoli tat-Trattati Ewropej kif ukoll tal-Istatut għall-membri tal-Parlament Ewropew, intiżi sabiex jiġġarantixxu lil kull ċittadin tal-Unjoni, inklużi l-membri tal-Parlament Ewropew, id-dritt li jikkorrispondu, oralment jew bil-miktub, mal-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni billi jagħmlu użu mil-lingwa materna proprja.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikoli 62 u 68 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008; fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali skont l-Artikolu 14(2) tar-Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew; dwar l-ineżistenza tal-miżura u dwar in-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jirrileva li s-Segretarju Ġenerali kien naqas milli jagħti (jew, tal-inqas, li jinnotifikah) d-deċiżjoni finali tiegħu, li abbażi tagħha ġie adottat l-ordni ta’ pagament ikkontestat. Dan kien b’mod ċar iddetermina n-nuqqas assolut ta’ motivazzjoni, kif ukoll l-ineżistenza tal-miżura finali. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 14(2) tal-Regoli dwar il-ħlas ta’ spejjeż u l-allowances lill-Membri tal-Parlament Ewropew huma ineżistenti.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/75


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2015 – Missir Mamachi di Lusignano et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-494/11) (1)

(2016/C 027/94)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 331, 12.11.2011


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/75


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

(Kawża T-387/14) (1)

(2016/C 027/95)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/76


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

(Kawża T-388/14) (1)

(2016/C 027/96)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/76


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2015 – salesforce.com vs UASI (MARKETINGCLOUD)

(Kawża T-389/14) (1)

(2016/C 027/97)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/77


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Novembru 2015 – O'Riain vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-104/14) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/241/12 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati - Imparzjalità tal-Bord tal-Għażla - Rikors manifestament infondat))

(2016/C 027/98)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Donncha O'Riain (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba ta’ annullament tad-deċiżjoni sabiex ir-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/241/12 – GA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

O’Riain għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 7, 12/01/2015, p. 52.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/77


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-137/15)

(2016/C 027/99)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet finali ta’ trasferiment tad-drittijiet għal pensjon tar-rikorrent fis-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li japplikaw id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

jannulla d-deċiżjonijiet tal-5 u tas-7 ta’ Jannar 2015 kif ukoll id-deċiżjoni tat-23 ta’ Frar 2015 dwar il-kalkolu tal-akkreditazzjoni tad-drittijiet għal pensjoni tar-rikorrent miksuba qabel id-dħul tiegħu fis-servizz tal-Kunsill;

jannulla, sa fejn huwa meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni u tar-rati ta’ ħlas fis-seħħ fil-mument tat-talba tiegħu ta’ trasferiment tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/78


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-138/15)

(2016/C 027/100)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni biex ittemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti u pretensjoni għad-danni fir-rigward tad-dannu mhux materjali allegatament subit.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni bid-data tad-19 ta’ Diċembru 2014 biex ittemm il-kuntratt ta’ impjieg tar-rikorrenti;

jordna l-Parlament Ewropew li jikkompensa r-rikorrenti għad-dannu mhux materjali subit, stmat b’mod provviżorju fuq bażi ex aequo et bono f’EUR 20,000;

jikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/78


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-142/15)

(2016/C 027/101)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li ma jilqax t-talba għall-assistenza mressqa mir-rikorrenti u t-talba għad-danni morali allegatament subiti.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni impliċita tal-11 ta’ April 2015 li tiċħad it-talba ta’ assistenza tar-rikorrenti tal-11 ta’ Diċembru 2014;

jannulla d-deċiżjoni tal-20 ta’ Awwissu 2015, li ġiet riċevuta fl-24 ta’ Awwissu 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-24 ta’ April 2015;

tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ danni, stabbiliti ex aequo et bono fl-ammont ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu morali tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.


25.1.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 27/79


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Macchia vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/13) (1)

(2016/C 027/102)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013, p. 59.