ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 441

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
31 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 441/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7814 — Engie/Soper/La Compagnie Du Vent/La Caisse Des Depots Et Consignations/CEOLCBH60/CEOLCHA51/CEOLAUX89) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 441/02

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 441/03

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

3


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7814 — Engie/Soper/La Compagnie Du Vent/La Caisse Des Depots Et Consignations/CEOLCBH60/CEOLCHA51/CEOLAUX89)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 441/01)

Fit-22 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7814. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

31.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Diċembru 2015

(2015/C 441/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0926

JPY

Yen Ġappuniż

131,66

DKK

Krona Daniża

7,4625

GBP

Lira Sterlina

0,73799

SEK

Krona Żvediża

9,1878

CHF

Frank Żvizzeru

1,0814

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,6160

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,029

HUF

Forint Ungeriż

313,15

PLN

Zloty Pollakk

4,2400

RON

Leu Rumen

4,5296

TRY

Lira Turka

3,1837

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4990

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5171

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4685

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5959

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5449

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 284,79

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,8847

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0910

HRK

Kuna Kroata

7,6370

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 081,33

MYR

Ringgit Malażjan

4,6887

PHP

Peso Filippin

51,281

RUB

Rouble Russu

79,7540

THB

Baht Tajlandiż

39,334

BRL

Real Brażiljan

4,2590

MXN

Peso Messikan

18,8867

INR

Rupi Indjan

72,5350


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

31.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/3


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2015/C 441/03)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2)

“KRANJSKA KLOBASA”

UE Nru: SI-PGI-0105-01353 – 16.7.2015

DOP ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem:

GIZ kranjska klobasa – “Kranjska klobasa”, grupp ta’ interess ekonomiku

Indirizz:

Dimičeva ulica 9

SI-1000 Ljubljana

SLOVENIJA

Tel.

+386 15659240

Posta elettronika:

giz.mi@siol.net

Interess leġittimu

Il-GIZ Kranjska klobasa (il-grupp ta’ interess ekonomiku “Kranjska klobasa”) huwa l-konsorzju ta’ produtturi tal-“Kranjska klobasa” li applika għar-reġistrazzjoni tal-“Kranjska klobasa” u għalhekk, għandu interess leġittimu li jagħmel applikazzjoni għal emenda.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Is-Slovenja

3.   Intestaturi fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwati mill-emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Prova ta’ oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Ittikkettar

Oħrajn [għad iridu jiġu speċifikati]

4.   Tip ta’ emenda(i)

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ ebda emenda tad-dokument uniku ppubblikat.

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li trid tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ ebda emenda tad-dokument uniku ppubblikat.

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li trid tiġi kkwalifikata bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġiex ippubblikat dokument uniku (jew l-ekwivalenti).

Emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li trid tiġi kkwalifikata bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda(i)

1.   Metodu ta’ produzzjoni

Taħt l-intestatura “Trattament termali bl-affumikazzjoni fis-sħana”, l-indikazzjoni tal-ħin “20-30 minuta” fis-sentenza “It-trattament termali jinkludi l-affumikazzjoni li ddum bejn 20-30 minuta” titħassar u tiġi sostitwita bi “sakemm iz-zalzett jikseb kulur aħmar fil-kannella b’intensità moderata”.

It-test il-ġdid huwa fformulat kif ġej:

L-affumikazzjoni tagħmel parti mit-trattament termali u ddum sakemm iz-zalzett jikseb kulur aħmar fil-kannella b’intensità moderata.

Raġunijiet:

Il-ħin tal-affumikazzjoni ma jistax ikun kwantitattivament definit peress li jiddependi prinċipalment fuq kif jiġi prodott id-duħħan, u jrid jkun biżżejjed biex iz-zalzett jikseb il-lewn aħmar fil-kannella b’intensità moderata.

DOKUMENT UNIKU

“KRANJSKA KLOBASA”

UE Nru: SI-PGI-0105-01353 – 16.7.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Kranjska klobasa”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Is-Slovenja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħs, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’ (1)

Il-“Kranjska klobasa” huwa tip ta’ zalzett semidurabbli pasturizzat li huwa magħmul minn laħam tal-majjal imqatta’ b’mod raff tal-kategorija I u II (laħam mill-koxxa, mill-ispalla, mill-għonq) u xaħam tal-majjal (xaħam tad-dahar). Il-mili tal-“Kranjska klobasa” jiġi mmellaħ biż-żieda tal-melħ tan-nitrit, jitħawwar bit-tewm u l-bżar u wara jimtela fl-intestina żgħira tal-majjal li t-truf tagħha jingħalqu u mbagħad jiddendel ma’ labra tal-injam flimkien ma’ zalzett ieħor bit-trufijiet tagħhom magħqudin flimkien. Iz-zalzett jgħaddi minn affumikazzjoni termali u minn pasturizzazzjoni.

Jittiekel sħun wara li jissaħħan għal ftit ħin f’ilma sħun, fejn jakkwista l-karatteristiċi organolettiċi u l-kwalitajiet gastronomiċi eċċellenti tiegħu. Iz-zalzett għandu kisja ħamra fil-kannella u kemmxejn riħa ta’ duħħan; il-laħam ta’ ġewwa huwa aħmar fir-roża u l-grass huwa abjad kremuż u mhux imdewweb; il-konsistenza hija riġida, tqarmeċ u mmerqa, u l-aroma tiegħu hija qawwija u tipika ta’ majjal affumikat, immellaħ u speċifikament mħawwar.

Il-kompożizzjoni kimika taz-zalzett mhux imsaħħan hija kif ġej:

—   total ta’ proteini: min. 17 %

—   xaħam: massimu ta’ 29 %

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima hija l-laħam tal-majjal u x-xaħam.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” (l-għażla u t-tqattigħ f’kapuljat tal-laħam u tax-xaħam, it-tħejjija tal-mili, it-taħlita tal-mili, il-mili tal-musrani, it-tnixxif taz-zalzett, it-trattament bis-sħana bl-affumikazzjoni termali, il-monitoraġġ tal-proċess u l-itikkettar) trid ssir fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Kull zalzett “Kranjska klobasa” irid ikollu tikketta bl-istess mod:

kull prodott (par) irid ikollu strixxa uniformi li teħel minnha stess,

kull prodott ippakkjat irid ikollu tikketta.

It-tikkettar uniformi tal-“Kranjska klobasa” jinkludi

il-logo tal-“Kranjska klobasa”,

il-logo tal-produttur,

is-simbolu tal-kwalità nazzjonali u tal-UE korrispondenti.

Il-produtturi kollha li jkunu kisbu ċertifikat għall-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” iridu jwaħħlu tikketta bil-logo “Kranjska klobasa” fuq il-prodotti, ikunu jew ma jkunux membri ta’ GIZ Kranjska klobasa.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ta’ produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” tinkludi ż-żona ġewwa s-Slovenja li tinsab bejn l-Alpi u l-Baħar Adrijatiku li hija delimitata fil-Punent mill-fruntiera mal-Italja, fit-Tramuntana mill-fruntiera mal-Awstrija u fin-Nofsinhar mill-fruntiera mal-Kroazja u li tiftaħ lejn il-Lvant lejn il-Baċin Pannonjan u testendi sal-fruntiera mal-Ungerija.

Taħt l-imperu Ġermaniż, u sussegwentement l-Imperu Awstru-Ungariż, ir-reġjun ta’ Kranjska kien l-uniku reġjun kompletament Sloven u din hija r-raġuni għaliex it-terminu “Kranjec” (Carniolian) jintuża bħala isem ieħor ta’ “Sloven” u għadu jintuża sal-lum fil-lingwa ta’ kuljum biex jidentifika parti mill-popolazzjoni tas-Slovenja. Għadd ta’ kombinazzjonijiet ta’ kliem oħra u denominazzjonijiet li fihom l-aġġettiv “kranjski, kranjska” ukoll għadhom jintużaw sal-lum fis-Slovenja.

L-isem “Kranjska” ġej mill-kelma Slovena “krajina”, li kienet tfisser “pajjiż” (irreġistrata għall-ewwel darba fis-sena 973 bħala “Creina”, l-isem popolari għal “Carniola”). Il-forma Slovena “Kranjska” (“Krain” u “Krainburg” bil-Ġermaniż) baqgħet fl-użu wara s-seklu 13. Mill-1002, il-Kranjska kienet margravat (provinċja konfinali) awtonomu bil-margravi tagħha stess. Amministrattivament, il-Kranjska kienet parti mill-Imperu Sagru Ruman. Fis-seklu 14, il-biċċa l-kbira ta’ dik li llum hija s-Slovenja kienet tagħmel parti mill-imperu tal-Asburgi. It-territorju Sloven kien maqsum fl-artijiet li ġejjin: Kranjska (Carniola), Trst (Trieste), Istra (Istria), Goriška (Gorizia), Koroška (Carinthia) u Štajerska (Styria). Wara x-xoljiment tal-imperu Awstru-Ungariż fl-1918, il-Kranjska ma baqgħetx teżisti bħala entità separata. Is-Slovenja hija Stat relattivament ġdid, li sar indipendenti fl-1991 meta ma baqax jagħmel parti mir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja. Ir-Repubblika attwali tas-Slovenja hija għalhekk is-suċċessur ġeografiku ta’ dik li qabel kienet l-art ta’ Kranjska, peress li tinkludi t-territorju kollu ta’ dik li kienet il-Kranjska.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Id-definizzjoni taż-żona ġeografika hija marbuta direttament mal-istorja tal-“Kranjska klobasa”.

Il-kundizzjonijiet naturali għall-produzzjoni tal-ikel, kif ukoll il-klima, kienu fattur ewlieni fl-iżvilupp tal-kultura kulinarja karatteristika, bl-agrikoltura mmirata prinċipalment lejn biedja ta’ sussistenza. Fuq art imħattba ħafna li fiha baċiri u widien, muntanji u pjanuri, l-abitanti rnexxielhom jippreservaw żoni ta’ raba’ li tinħarat li jkunu twarrbu għat-tkabbir tal-għalf għall-ħnieżer. It-trobbija tal-ħnieżer imxiet id f’id mal-produzzjoni tal-laħam tal-majjal u ta’ prodotti tal-majjal. Rapporti dwar il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-majjal, inkluż iz-zalzett, imorru lura żmien twil ħafna, kif jidher mir-rappreżentazzjonijiet eċċellenti ta’ affreski medjevali u f’ċerti dokumenti miktubin fl-arkivji (pereżempju nota tas-seklu 17 miktuba fil-lingwa Slovena mill-gwardjan tal-kastell ta’ Vrbovec lis-sinjur tal-art). Madankollu, dawn ir-rapporti kollha jitkellmu dwar il-laħam tal-majjal, il-prodotti tal-laħam tal-majjal u z-zalzett. Wieħed mill-prodotti tipiċi kien zalzett semidurabbli li minħabba l-ħila u l-għarfien tal-abitanti tar-reġjun tiegħu ta’ oriġini u minħabba l-karatteristiċi ta’ identifikazzjoni speċifika tiegħu (it-togħma), sar magħruf bħala “Kranjska klobasa” fil-bidu tas-seklu 19, matul il-perjodu Awstru-Ungariż.

Il-fama tal-“Kranjska klobasa” ilha ġejja miż-żmien tal-Imperu Awstro-Ungariż multinazzjonali. Il-“Kranjska klobasa” huwa bla dubju wieħed mill-prodotti tal-laħam Sloveni l-aktar magħrufa internazzjonalment, kif juri l-għadd ta’ tfittxijiet fuq l-Internet, fejn il-“Kranjska klobasa” jissemma bħala prodott Sloven oriġinali fil-maġġoranza tal-każijiet. Il-letteratura speċjalizzata reċenti (Meat products handbook, Gerhard Feiner, CRC Press, 2006; http://en.wikipedia.org/wiki/Kransky) issemmi wkoll il-“Kranjska klobasa” bħala zalzett tipiku mhux iffermentat mis-Slovenja.

Fattur ewlieni li jiddistingwi l-“Kranjska klobasa”, kif wieħed isibu fis-Slovenja, minn zalzett simili ieħor huwa li r-riċetta tradizzjonali tal-awtriċi Slovena Felicita Kalinšek (Slovenska kuharica, 1912) ġiet segwita u użata u aġġustata biss biex takkomoda r-rekwiżiti teknoloġiċi moderni tas-sikurezza tal-ikel (użu tal-melħ tan-nitrit u l-pasturizzazzjoni). Karatteristika distintiva oħra tal-“Kranjska klobasa” huwa l-mili magħmul minn qatgħat tal-ogħla kwalità ta’ laħam u xaħam tal-majjal imqatta b’mod raff, immellaħ u mħawwar bil-bżar u t-tewm u affumigat termalment ħafiħ ħafif. Jintuża biss melħ tal-baħar. Il-mili jimtela fil-musrana ż-żgħira tal-ħanżir li tingħata forma biex tkun tista’ tingħalaq; il-musrana mbagħad tiddendel b’labra tal-injam ma’ zalzetta oħra bit-trufijiet tagħhom magħqudin flimkien. Karatteristika oħra tal-“Kranjska klobasa”! huma l-labar tal-injam ta’ ħxuna ta’ 2,5-3 mm, tul ta’ 3-6 cm u li huma maqsuma jew maqtugħa.

Il-“Kranjska klobasa” ma fihx awżiljari tekniċi, pereżempju pejst tal-laħam, jew addittivi oħra, pereżempju polifosfati, li jinsabu f’varjetajiet oħra ta’ zalzett. Il-mili jimtela biss f’kisi magħmul mill-intestini ż-żgħar tal-ħnieżer, u z-zalzett jiddendel tnejn tnejn b’labra tal-injam. It-trattament bil-fwar u l-affumikazzjoni termali (iz-zalzett huwa prodott pasturizzat) jagħtu lill-wiċċ il-karatteristika tal-kulur kannella fl-aħmar mhux qawwi ħafna tiegħu. Fl-aħħar nett, il-“Kranjska klobasa” jvarja wkoll minn zalzett ieħor bil-mod li jiġi kkunsmat, jew kif huwa rakkomandat li jiġi kkunsmat, sabiex tinkiseb l-aqwa taħlita ta’ togħmiet. Qabel ma jiġi servut, il-“Kranjska klobasa” sempliċement jissaħħan fl-ilma sħun, aktar milli jitgħalla, u b’hekk jikseb konsistenza partikolari ħafna, kemxejn ħarxa iżda tqarmeċ u sukkulenti, b’kulur roża fl-aħmar meta jinqata u aroma partikolari ta’ majjal immellaħ akkumpanjata minn aroma ta’ tewm, ta’ bżar u ta’ affumikazzjoni.

Fagu biss jintuża fil-proċess ta’ affumikazzjoni.

Il-karatteristiċi tal-“Kranjska klobasa” huma r-riżultat tal-kompetenzi u tal-għarfien tan-nies li għexu f’dik li llum hija s-Slovenja u li qabel kienet l-art ewlenija Awstro-Ungeriża ta’ Kranjska. Il-kwalità tiegħu ġiet iddeterminata mill-użu ta’ qatgħat ta’ laħam ta’ kwalità għolja u l-użu konsistenti ta’ melħ tal-baħar, li fl-ewwel Kranjska kien kompetitur permanenti, saħansitra strateġiku, tal-melħ tal-blat Bogataj, (The Food and Cooking of Slovenia, Annes Publishing, Londra, 2008).

L-eqdem l-istruzzjonijiet għall-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa” (ukoll b’din id-denominazzjoni) jinsabu f’żewġ kotba tat-tisjir, jiġifieri “Süddeutsche Küche” minn Katharina Prato (1896) u s-sitt edizzjoni ta’ “Slovenska kuharica” ta’ Felicita Kalinšek (1912). Filwaqt li dwar Katharina Prato ma jistax jingħad li tipprovdi istruzzjonijiet għall-produzzjoni tal-“Kranjska klobasa”, ir-referenza tagħha hija probabbilment waħda mill-eqdem referenzi għal dan it-tip ta’ zalzett (1896). Felicita Kalinšek, fil-ktieb tagħha “Slovenska kuharica” (1912), tat istruzzjonijiet dwar kif tipproduċi il-“Kranjska klobasa”.

Hemm serje ta’ rapporti fis-Slovenja, speċjalment bil-fomm, li jsemmu lill-“Kranjska klobasa”, iż-żoni ta’ produzzjoni u l-fama tiegħu fost it-tipi ta’ zalzett reġjonali oħra. Hemm rapporti folkloristiċi numerużi li jsostnu l-post veru tal-oriġini tal-“Kranjska klobasa” jew il-post fejn kien allegatament prodott għall-ewwel darba. Spiss issir referenza għall-villaġġ ta’ Trzin, li jinsab bejn Lubljana u Kamnik, fejn għadd kbir ta’ biċċiera jingħad li kienu bieżla fis-sengħa tagħhom sa mis-seklu 19, jipprovdu s-suq bil-“Kranjska klobasa”, li kien jinsab saħansitra anki fi Vjenna. Skont ċerti sorsi orali, dan iz-zalzett ħa ismu mill-belt ta’ Kranj, filwaqt li sorsi orali oħrajn jgħidu li kien jiġi prodott fl-ibliet ewlenin kollha u l-ibliet b’suq fit-territorju ta’ dik li qabel kienet l-art ta’ Kranjska. Hemm ukoll il-leġġenda pittoreska tal-Imperatur Franz Joseph li, waqt li kien qed jivvjaġġa bil-karrozzella minn Vjenna sa Trieste, waqaf fit-taverna famuża ta’ Marinšek fuq it-triq prinċipali fil-villaġġ ta’ Naklo pri Kranju. Huwa xtaq jiekol xi ħaġa u staqsa lis-sid x’kellu għall-ikel. “Għandna biss zalzett tad-djar, ordinarju, xejn aktar”, wieġeb lill-imperatur. L-imperatur ordna z-zalzett u, meta ipprovah, qal b’entużjażmu: “Dan mhux xi zalzett ordinarju, dan zalzett Karnijolan!”

Karatteristika kulinarja tar-reġjuni tas-Slovenja hija li l-“Kranjska klobasa” jiġi prodott u mibjugħ fir-reġjuni kollha, li juri li huwa parti mill-patrimonju tat-territorju Sloven kollu. Ir-reputazzjoni tal-“Kranjska klobasa” tidher ukoll fl-ispeċjalità tipika Slovena, il-“Kranjska klobasa” bis-sawerkrawt.

Ir-reputazzjoni tal-“Kranjska klobasa” infirxet ukoll minn fruntiera għal oħra, kif jidher mit-traduzzjonijiet ta’ ismu fid-diversi lingwi tal-Imperu Awstro-Ungariż (J. de Moor & N. de Rooj/ed./, European Cookery, Tradition & Innovation, Utrecht 2004).

Il-Festival “Kranjska klobasa” ilu jsir fis-Slovenja sa mill-2003, b’kompetizzjoni nazzjonali biex jintagħżel l-aħjar “Kranjska klobasa”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.mkgp.gov.si/fileadmin/mkgp.gov.si/pageuploads/podrocja/Kmetijstvo/zascita_kmetijskih_pridelkov_zivil/KK_SPEC_spr_6_6_15.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.