ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 440

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
30 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2012–2013
Dati tas-seduti: 14–17 ta’ Jannar 2013
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 92 E, 28.3.2013 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2013

2015/C 440/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-iżvilupp mill-ġdid urban bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE (2011/2311(INI))

2

2015/C 440/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-ottimizzazzjoni tar-rwol tal-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni (2011/2312(INI))

6

2015/C 440/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Solidarjetà, implimentazzjoni u applikazzjoni (2012/2075(INI))

13

2015/C 440/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea (2012/2024(INL))

17

2015/C 440/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema; antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni (2012/2061(INL))

23

2015/C 440/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika (2012/2026(INI))

38

2015/C 440/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar aspetti rigward l-iżvilupp tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq ir-riżorsi ġenetiċi: l-impatt fuq it-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2012/2135(INI))

55

 

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2013

2015/C 440/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM – 2011 u 2012 (2011/2274(INI))

62

2015/C 440/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ (2012/2901(RSP))

67

2015/C 440/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u tal-atturi tagħha fl-implimentazzjoni tal-politika Ewropea l-ġdida dwar l-enerġija (2012/2099(INI))

69

2015/C 440/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-fattibiltà tal-introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà (2012/2028(INI))

74

 

Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013

2015/C 440/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Iraq (2012/2850(RSP))

83

2015/C 440/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-implimentazzjoni ta' Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika (FISE) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe (2013/2515(RSP))

89

2015/C 440/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (2012/2920(RSP))

92

2015/C 440/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar vittmi ta' nirien li seħħew reċentement f'fabbriki tat-tessuti, b'mod partikolari fil-Bangladexx (2012/2908(RSP))

94

2015/C 440/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward l-istabbiliment ta' Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta' qerda massiva (2012/2890(RSP))

97

2015/C 440/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati fl-UE minn pajjiżi terzi. (2012/2923(RSP))

100

2015/C 440/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar in-negozjati kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur (2012/2924(RSP))

101

2015/C 440/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP))

103

2015/C 440/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP))

107

2015/C 440/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP))

111


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2013

2015/C 440/22

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Emenda tal-Artikolu 15(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar l-ordni ta' preċedenza tal-Viċi Presidenti eletti b'akklamazzjoni (2012/2020(REG))

116


 

III   Atti preparatorji

 

IL-PARLAMENT EWROPEW

 

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2013

2015/C 440/23

P7_TA(2013)0008
Il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0008 – C7-0021/2012 – 2012/0007(COD))
P7_TC1-COD(2012)0007
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (tfassil mill-ġdid)

117

2015/C 440/24

P7_TA(2013)0009
Sfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (COM(2011)0479 – C7-0216/2011 – 2011/0218(COD))
P7_TC1-COD(2011)0218
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

186

2015/C 440/25

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunisll dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya – Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (13582/2012 – C7-0323/2012 – 2012/0120(NLE))

192

2015/C 440/26

P7_TA(2013)0012
Aġenziji li jiggradaw il-kreditu ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (COM(2011)0747 – C7-0420/2011 – 2011/0361(COD))
P7_TC1-COD(2011)0361
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

193

2015/C 440/27

P7_TA(2013)0013
Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ***I
Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu (COM(2011)0746 – C7-0419/2011 – 2011/0360(COD))
P7_TC1-COD(2011)0360
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

194

2015/C 440/28

P7_TA(2013)0014
Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0155 – C7-0090/2012 – 2012/0077(COD))
P7_TC1-COD(2012)0077
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

195

 

Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013

2015/C 440/29

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (COM(2011)0750 – C7-0441/2011 – 2011/0365(COD) – (2013/2503(RSP))

200

2015/C 440/30

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil (COM(2011)0751 – C7-0443/2011 – 2011/0366(COD) – (2013/2504(RSP))

238

2015/C 440/31

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2011)0753 – C7-0445/2011 – 2011/0368(COD) – (2013/2505(RSP))

276

2015/C 440/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (10209/2012 – C7-0189/2012 – 2010/0310(NLE))

301

2015/C 440/33

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (11699/2012 – C7-0193/2012 – 2008/0251(NLE))

302


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2012–2013

Dati tas-seduti: 14–17 ta’ Jannar 2013

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 92 E, 28.3.2013.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 15 ta’ Jannar 2013

30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/2


P7_TA(2013)0001

L-iżvilupp mill-ġdid urban bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-iżvilupp mill-ġdid urban bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku fil-qafas tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE (2011/2311(INI))

(2015/C 440/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 174 u 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxu l-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jiddefinixxu l-istrumenti finanzjarji strutturali biex dan l-objettiv jintlaħaq, u jipprovdu li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jkun maħsub biex jikkontribwixxi għall-korrezzjoni tal-iskwilibriji reġjonali prinċipali li jeżisti fl-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta’ Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta’ Lisbona u tal-UE 2020 (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2010 dwar il-ksib ta' koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika vera fi ħdan l-UE – kundizzjoni sine qua non għall-kompetittività dinjija? (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 intitolata “Konklużjonijiet tal-ħames rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika ta’ koeżjoni” (COM(2010)0642),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Novembru 2010 bit-titolu “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi” (COM(2010)0682),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2010 bit-titolu “Il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali: Qafas Ewropew għall-koeżjoni soċjali u territorjali” (COM(2010)0758),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2011 bl-isem “Ewropa li tuża r-riżorsi b'effiċjenza – Inizjattiva ewlenija taħt l-Istrateġija Ewropa 2020” (COM(2011)0021),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali u sinerġiji futuri għal effikaċja akbar bejn il-FEŻR u Fondi Strutturali oħra (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Il-PDG u lil hinn minnu – inkejlu l-progress f’dinja li dejjem tinbidel” (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni u l-istrateġija għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-assorbiment tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta’ Koeżjoni: tagħlimiet meħuda għall-politika ta’ koeżjoni futura tal-UE (7),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ottubru 2011, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011)0615),

wara li kkunsidra l-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ottubru 2011, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u jirrevoka r-Regolament (EC) No 1080/2006 (COM(2011)0614),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ottubru 2011, dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006 (COM(2011)0607),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ottubru 2011, dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (COM(2011)0609),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2011 dwar il-Pjattaforma Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2008 fuq it-tema “Lejn kultura ġdida għall-mobiltà urbana” (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2009 dwar id-dimensjoni urbana tal-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu ġdid ta’ programmar (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ April 2009 dwar pjan ta' azzjoni għall-mobilità fl-ibliet (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Aġenda Urbana Ewropea u l-Futur tagħha fil-Politika ta’ Koeżjoni (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar id-dimensjoni urbana fil-kuntest tat-tkabbir (13),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Settembru 2006 dwar l-Istrateġija Tematika dwar l-Ambjent Urban (14),

wara li kkunsidra l-Karta ta’ Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli, approvata fl-okkażjoni tal-Laqgħa Ministerjali Informali dwar l-Iżvilupp Urban u l-Koeżjoni Territorjali li saret fl-24 u l-25 ta' Mejju 2007 f'Leipzig,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Toledo għall-Iżvilupp Urban, approvata waqt il-Laqgħa Ministerjali Informali li saret f’Toledo fit-22 ta’ Ġunju 2010,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0406/2012),

A.

billi 80 % taċ-ċittadini Ewropej jgħixu f’kuntesti urbani (din il-figura għadha qed tkompli tikber minħabba l-aċċelerazzjoni tal-flussi migratorji minn żoni rurali lejn dawk urbani), u huwa hemmhekk li huma kkonċentrati fil-biċċa l-kbira l-effetti tal-kriżi ekonomika u fejn jinsabu l-isfidi tal-ġlieda kontra t-tibdil tal-klima, tal-ħolqien ta’ postijiet tax-xogħol, tal-benesseri u tal-kwalità tal-ħajja;

B.

billi ż-żoni urbani għandhom ifasslu pjanijiet ta’ azzjoni għall-futur fuq żmien medju u għal żmien fit-tul fl-oqsma tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali sostenibbli;

C.

billi l-ibliet jirrappreżentaw il-mutur tal-ekonomija, tal-produzzjoni u tal-impjiegi, madankollu fl-istess waqt jikkostitwixxu l-kuntest li fih wieħed jiltaqa’ mal-problemi tas-suburbanizzazzjoni, tal-qgħad u, b’mod aktar ġenerali, tal-esklużjoni soċjali u tas-segregazzjoni, u tat-tniġġis ambjentali;

D.

billi ż-żoni urbani b’saħħithom għandhom ukoll influenza pożittiva fuq il-kampanja tal-madwar, u dan jista’ jkollu effetti li jkomplu jinfirxu;

E.

billi jeħtieġ li l-kunċett ta’ periferija urbana jiġi kkunsidrat mill-ġdid biex titbiddel it-tendenza attwali li hemm lejn segregazzjoni spazjali, li twassal għal polarizzazzjoni soċjali;

F.

billi l-proċessi ta’ trasformazzjoni li qed iseħħu bħalissa fit-tessut urban jipproduċu aspettattivi u problemi dejjem akbar li għalihom l-istat tradizzjonalment jipprova jirriżolvi u, għalhekk, jeħtieġu mekkaniżmi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali innovattivi u integrati;

G.

billi f’bosta bliet it-tibdil soċjodemografiku wassal għal ċaqliq tal-popolazzjoni mid-djar tagħhom fiż-żoni urbani aktar antiki lejn oqsma residenzjali ġodda u aktar periferiċi, żoni urbani fit-truf tal-bliet jew sempliċement bliet żgħar ġodda qrib agglomerazzjonijiet kbar;

H.

billi l-inugwaljanza soċjali hija sfida f’ħafna żoni urbani, u billi l-inugwaljanzi bejn il-qwartieri residenzjali spiss huma dovuti għal politiki dwar l-akkomodazzjoni li ma jkunux xierqa u għall-fatt li l-provvedimenti tas-servizzi spiss huma ristretti għaż-żoni li jkunu aktar għanja;

I.

billi konsiderazzjoni mill-ġdid tal-approċċi tradizzjonali tista’ ssir l-okkażjoni biex jiġi varat proċess ta’ sperimentazzjoni urbanistika u ta’ itinerarji proġettwali, imsejsa fuq interpretazzjoni mill-ġdid tal-azzjonijiet ta’ ppjanar tal-ispazji, il-ħtiġijiet komunitarji u l-involviment taċ-ċittadini;

1.

Jenfasizza li l-mudell ta’ żvilupp lokali jirrappreżenta punt ta’ saħħa ewlenija tal-politika ta’ koeżjoni peress li fatturi ta’ mobilità deċiżivi jinkoraġġixxi s-selezzjoni tal-aħjar għażliet li huma l-eqreb għaċ-ċittadini, l-azzjonijiet konġunti u l-miżuri l-aktar koerenti, effikaċi u effiċjenti, filwaqt li jagħti, barra minn hekk, viżibilità akbar lill-interventi komunitarji f’dawk iż-żoni tal-UE li jinsabu quddiem sfidi aktar diffiċli;

2.

Jitlob li jkun hemm fażi regolatorja ġdida tal-UE konnessa ma’ pjan għas-salvagwardja u r-riġenerazzjoni taż-żoni urbani, li – filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà – tkun tista’ tipprovdi l-bażi ġuridika meħtieġa, tiddefinixxi l-għanijiet komuni u kondiviżi fuq perjodu medju u fit-tul, u tagħmel l-aħjar użu possibbli mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni;

3.

Jittama li jittieħdu azzjonijiet immirati biex jitlestew għalkollox u jiġu restawrati l-partijiet li diġà jeżistu fl-ibliet, inklużi l-kwartieri residenzjali emarġinati, biex issir il-konverżjoni funzjonali ta' spazji li m'għadhomx jintużaw u żoni ta’ żvilupp mill-ġdid, it-tisħiħ, permezz ta’ proċess ta’ żvilupp dinamiku, tal-attrattiva tal-postijiet fejn jgħixu n-nies, u biex il-komunità tingħata lura spazji ta' simboliżmu qawwi u li jkunu storikament għanja li jkunu tilfu l-funzjoni oriġinali tagħhom u li ftit ftit ġew ittraskurati, filwaqt l jipprwovu l-wirt kulturali;

4.

Jitlob li jiġu mmobilizzati riżorsi kulturali u ekonomiċi, filwaqt li bħala prijorità wieħed jassumi s-sostenibilità soċjali tat-trasformazzjoni urbana, u b’hekk jingħata kontribut lis-solidarjetà urbana, lill-inklużjoni soċjlai u lill-integrazzjoni tal-gruppi vulnerabbli u emarġinati fiż-żoni urbani, bil-għan li jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-iżvilupp fil-għarfien li l-proċessi ta’ riġenerazzjoni urbana għandhom ir-riskju li jobżqu ’l barra t-taqsimiet aktar dgħajfa tal-popolazzjoni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li l-abitanti jiġu involuti mill-qrib mill-aktar stadju bikri possibbli;

5.

Jenfasizza r-rwol ewlieni li ż-żoni urbani għandhom iwettqu biex jintlaħqu l-objettivi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-istrateġija Ewropa 2020, u jenfasizza l-fatt li l-Unjoni tista’ tkun kompetittiva globalment jekk il-politika ta’ koeżjoni tisfrutta għalkollox il-potenzjal ta’ żvilupp tar-reġjuni u ż-żoni urbani kollha tagħha;

6.

Jitlob li jkun hemm approċċ integrat li jipprevedi l-interkonnessjoni tas-sistema naturali u ambjentali ma’ dik storika-kulturali u ma' dik soċjo-produttiva, filwaqt li jiġi ggarantit l-iżvilupp tan-netwerk infrastrutturali, it-titjib tal-ispazji urbani u t-tkabbir tat-tessut ekonomiku u filwaqt li jiġi promoss użu mħallat tat-territorju, permezz tal-integrazzjoni tal-opri residenzjali u mhux residenzjali, infrastrutturi tanġibbli u sistemi ta' konnettività mhux tanġibbli;

7.

Jenfasizza li jinħtieġu forom ġodda ta’ riġenerazzjoni urbana, li jiffukaw fuq il-ħtieġa li l-komunitajiet ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom spazji pubbliċi, parkijiet, rikreazzjoni, kultura u sport;

8.

Jitlob li jkun hemm dinamika ta' proġettazzjoni fejn ikun hemm parteċipazzjoni u sħubijiet ma' assoċjazzjonijiet u ċittadini biex jiġi ggarantit il-kollegament meħtieġ bejn il-politiki ġenerali u l-ispazji territorjali speċifiċi, filwaqt li jiġi apprezzat il-valur tal-partikolaritajiet, l-identitajiet, il-memorja u l-istorja tagħhom u jiġi msaħħaħ is-sens ta’ appartenenza għall-komunità u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet;

9.

Jenfasizza li r-riġenerazzjoni urbana u r-rivitalizzazzjoni ekonomika huma marbuta mill-qrib ħafna bejniethom u li l-kostruzzjoni ta’ lokal attraenti tista’ ssir fattur fil-proċess tal-irkupru ekonomiku; jirrimarka li bil-għan li dan jirnexxi li jsir, ir-riġenerazzjoni urbana għandha ssir flimkien ma' approċċ ġdid li jikkombina flimkien l-isforzi biex tiġi pprevenuta d-deġenerazzjoni urbana, jiġi promoss l-iżvilupp taż-żoni li jinsabu fil-bżonn u ta’ dawk emarġinati u jiġu appoġġjati t-tkabbir ekonomiku lokali u l-ħolqien tal-impjiegi, ikkumplementati minn miżuri soċjali;

10.

Jitlob li jittieħdu azzjonijiet deċiżivi għall-ġlieda kontra l-ineffiċjenza enerġetika, permezz tar-riassenjament funzjonali ta' binjiet u l-kostruzzjoni ta' djar li jkunu effiċjenti fl-użu tal-enerġija, inkluż għall-akkomodazzjoni soċjali; it-tnaqqis tal-konġestjonijiet, il-kontaminazzjoni u l-istorbju b’tali mod li l-belt issir aktar kompetittiva f’dak li jirrigwarda l-problemi ambjentali;

11.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm strateġija għall-preservazzjoni u s-salvagwardja tal-wirt urban u tad-djar f’żoni klassifikati bħala li jinsabu f'riskju kbir ta' terremoti u għargħar;

12.

Itenni li hu meħtieġ li jiġi kkoordinat l-użu tal-fondi biex jiġi ggarantit approċċ integrat għall-funzjonament ħażin tal-iżvilupp demografiku, tat-tixjiħ progressiv u tal-konċentrazzjoni urbana; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-proġetti tal-fondi strutturali jistgħu jgħinu biex jiġu pprovduti soluzzjonijiet għal problemi serji u għandhom jiffukaw fuq in-nies u jagħtu attenzjoni partikolari lil dawk li huma żvantaġġati f’din is-soċjetà, pereżempju t-tfal, iż-żgħażagħ, in-nisa u x-xjuħ;

13.

Jilqa’ l-passi meħuda biex jiġu promossi n-netwerks bejn l-ibliet u l-iskambju ta’ esperjenzi u ta’ prattiki tajba; jirrimarka li dawn il-passi għandhom ikomplu jiġu msaħħa u estiżi aktar biex jinkludu ż-żoni urbani funzjonali; jitlob l-espansjoni tal-istrumenti eżistenti għal dan il-għan filwaqt li jenfasizza li l-programmi u l-korpi eżistenti għandhom jintużaw qabel ma jinħolqu strutturi ġodda;

14.

Jilqa’ d-dispożizzjoni li mill-anqas 5 % tar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jsiru disponibbli għall-azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, li għandu jiġi ddelegat lill-bliet biex jiġu ġestiti minnhom; jenfasizza li din iċ-ċifra hija mira minima u għandha tintuża biex tappoġġja l-iżvilupp fiż-żoni urbani funzjonali; jistieden lil-livelli differenti ta' awtorità jagħmlu użu mill-istrumenti l-ġodda bħalma huma l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

15.

Jopponi r-riġidità fl-użu tar-riżorsi msemmija hawn fuq fl-implimentazzjoni tal-investimenti territorjali integrati (ITI); hu tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jingħataw il-possibilità li jimplimentaw l-azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli anke permezz ta’ programm operazzjonali speċifiku jew assi ta’ prijorità speċifika;

16.

Jenfasizza li, filwaqt li ż-żoni urbani jistgħu jagħtu kontribut vitali bħala ċentri ta' tkabbir u muturi tat-tkabbir, jeħtieġ li jiġu integrati l-ħtiġijiet ta' żvilupp lokali meta jkunu qed jiġu indirizzati l-problemi taż-żoni suburbani, ġirien u rurali, bil-għan li tiġi promossa relazzjoni li ma tkunx f'konflitt imma li tkun kumplementari u sinerġetika, u bil-għan li jiġi ttrattat b'mod deċiżiv u organizzat it-telf gradwali tal-periferiji rurali-urbani, minħabba t-tendenza tat-tifrix urban, u l-konverżjoni ta’żoni rurali f’art għall-bini, filwaqt li jiġu żviluppati l-aċċessibilità tas-servizzi pubbliċi;

17.

Jitlob li jsir titjib tal-kapaċità amministrattiva – pereżempju permezz ta’ użu akbar tal-għajnuna teknika – tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, u tal-atturi ekonomiċi u soċjali, fl-immaniġġjar tal-fondi strutturali, għall-fini li jkun hemm governanza fuq diversi livelli reali, bil-għan li jiġi żgurat li l-objettivi jintlaħqu; iqis li huwa kruċjali li netwerks multifunzjonali sostenibbli, ibbażati fuq prattiki tajba, jiġu żviluppati u promossi b’tali mod li jistimula l-formazzjoni ta’ sħubijiet urbani-rurali li jkunu mimlija ħajja u integrati bbażati fuq il-ħtiġijiet tar-reġjuni individwali;

18.

Jenfasizza l-opportunità li jinħoloq netwerking bejn il-proġetti pilota dwar l-iżvilupp urban sostenibbli ffinanzjati mill-FEŻR u l-programm pluriennali l-ġdid Orizzont 2020, biex jiġu ggarantiti soluzzjonijiet innovattivi u strateġiji li jistgħu jiġu replikati fil-qasam tar-riġenerazzjoni urbana;

19.

Jinsab konvint li l-esperjenza tal-“Patt tas-Sindki” tista’ tirrappreżenta punt ta' tluq tajba għal żviluppi ulterjuri fis-segwitu tal-objettivi tal-Istrateġija UE 2020;

20.

Jitlob li jkun hemm mudell tal-mmaniġġjar tal-mobilità sostenibbli, integrat mal-ippjanar urban, li jkun jikkonsisti f’aktar faċilitajiet pubbliċi u netwerks loġistiċi sistemiċi li jkunu jixirqu lill-ħtiġijiet tad-distribuzzjoni urbana tal-beni u s-servizzi, filwaqt li tingħata attenzjoni xierqa lill-ħtiġijiet ta’ trasport ekoloġiku;

21.

Jinsab konvint li problemi ambjentali bħalma hu l-immaniġġjar tal-iskart jirrappreżentaw problema maġġuri li tmur lil hinn minn sempliċi aspetti tekniċi u għandhom impass fuq kwestjonijiet soċjali; iħeġġeġ, barra minn hekk, li jkomplu jittieħdu l-miżuri li jiżguraw servizzi ta’ kwalità ta’ provvista u purifikazzjoni tal-ilma fl-ibliet, minħabba li dawn huma ta' benefiċċju għall-pubbliku u għall-ambjent fl-istess ħin;

22.

Jenfasizza li ż-żieda fl-ispazji ħodor u fil-parkijiet urbani tikkostitwixxi element ta’ valur estremament għoli f’dak li hu patrimonju naturali, storiku u kulturali, tikkontribwixxi biex jiġu regolati l-effetti negattivi tal-mikroklima, għal baġit enerġetiku aqwa u tfaddil finanzjarju, tiżdied is-sostenibilità u l-kwalità tal-ambjent urban, u tippermetti li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet rikreattivi u soċjali;

23.

Jitlob li, fid-definizzjoni tal-proċessi ta’ żvilupp urban, tingħata prijorità lill-materjali u soluzzjonijiet tekniċi li jippermettu standards ta’ ffrankar enerġetiku f’konformità mal-objettivi tal-politiki Ewropej;

24.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 120.

(2)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 29.

(3)  ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 27.

(4)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 81.

(5)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2011)0316.

(7)  Testi adottati, P7_TA(2011)0403.

(8)  Testi adottati, P7_TA(2011)0495.

(9)  ĠU C 294 E, 3.12.2009, p. 42.

(10)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 73.

(11)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 43.

(12)  ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 10.

(13)  ĠU C 233 E, 28.9.2006, p. 127.

(14)  ĠU C 306 E, 15.12.2006, p. 182.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/6


P7_TA(2013)0002

L-ottimizzazzjoni tar-rwol tal-iżvilupp territorjali fil-Politika ta' Koeżjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-ottimizzazzjoni tar-rwol tal-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni (2011/2312(INI))

(2015/C 440/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-titolu XVIII tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/702/KE tas-6 ta' Ottubru 2006 dwar il-linji ta' gwida strateġiċi dwar il-koeżjoni (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2011 dwar il-Ħames Rapport ta’ Koeżjoni tal-Kummissjoni u l-istrateġija għall-politika ta’ koeżjoni ta’ wara l-2013 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar is-sitwazzjoni attwali u sinerġiji futuri għal effikaċja akbar bejn il-FEŻR u Fondi Strutturali oħra (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva” (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2011 dwar l-Aġenda Urbana Ewropea u l-futur tagħha fil-politika ta’ koeżjoni (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-għan 3: sfida għall-kooperazzjoni territorjali – l-aġenda futura tal-kooperazzjoni transkonfinali, transnazzjonali u interreġjonali (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-politika ta’ koeżjoni u dik reġjonali tal-UE wara l-2013 (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar il-kontribut tal-Politika ta' Koeżjoni għall-kisba tal-objettivi ta' Lisbona u tal-istrateġija UE2020 (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2010 dwar l-implimentazzjoni tas-sinerġiji tal-fondi assenjati għar-riċerka u l-innovazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u s-Seba' Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp fil-bliet u r-reġjuni kif ukoll fl-Istati Membri u fl-Unjoni (10),

wara li kkunsidra l-istudju ppubblikat mill-Parlament Ewropew bl-isem “Il-politika ta’ koeżjoni wara l-2013: valutazzjoni kritika tal-proposti leġiżlattivi”,

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza Pollakka tal-24-25 ta’ Novembru 2011 dwar id-dimensjoni territorjali tal-politiki tal-UE u l-Politika ta’ Koeżjoni futura (11),

wara li kkunsidra l-proposta tas-6 ta’ Ottubru 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew koperti mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (COM(2011)0615),

wara li kkunsidra l-proposta tas-6 ta' Ottubru, 2011 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi’, u jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (COM(2011)0614),

wara li kkunsidra l-ħames rapport tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2010 bit-titolu “Il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: il-futur tal-politika tal-koeżjoni” (COM(2010)0642),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2010 bit-titolu “Ir-Reviżjoni tal-Baġit tal-UE” (COM(2010)0700) u l-annessi tekniċi tiegħu (SEC(2010)7000),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ottubru 2010 bit-titolu “Politika Reġjonali li tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti fl-Ewropa 2020” (COM(2010)0553),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Il-politika ta’ koeżjoni: Rapport Strateġiku 2010 dwar l-implementazzjoni tal-programmi 2007-2013” (COM(2010)0110),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2010 bl-isem “Ewropa 2020: strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (COM(2010)2020),

wara li kkunsidra r-rapport 'An agenda for a reformed cohesion policy – A place-based approach to meeting European Union challenges and expectations', rapport indipendenti mħejji fuq talba ta' Danuta Hübner, Kummissarju għall-Politika Reġjonali, minn Fabrizio Barca, April 2009,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0421/2012),

A.

billi l-politika ta’ koeżjoni għandha l-miri li tnaqqas id-differenzi bejn ir-reġjuni tal-UE billi ssaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u billi kienet effikaċi fil-promozzjoni tal-integrazzjoni Ewropea permezz tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

B.

billi r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) jippreskrivi r-regoli komuni applikabbli għall-ħames programmi Ewropej ta’ finanzjament (il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) li huma maħsuba għall-implimentazzjoni tal-politiki ta’ koeżjoni, rurali u tas-sajd;

C.

billi l-Qafas Strateġiku Komuni jħares lejn il-mekkaniżmi għall-ħolqien ta’ aktar koordinament bejn il-fondi koperti mis-CPR (il-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FAEŻR u l-FEMS) u lejn l-integrazzjoni aħjar tal-fondi koperti mis-CPR ma’ oqsma oħrajn ta’ politika tal-UE;

D.

billi d-dimensjoni territorjali hija aspett li tolqot lil kulħadd tal-politika ta’ koeżjoni u li tagħti lir-reġjuni Eworpej l-opportunità li jagħmlu użu mill-potenzjal territorjali individwali ħalli jaħdmu lejn il-kisba tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni;

E.

billi l-koeżjoni territorjali issa hija rikonoxxuta mit-Trattat ta’ Lisbona bħala objettiv fundamentali tal-UE;

Tħassib ġenerali: it-tisħiħ tal-objettiv territorjali

1.

Jirrikonoxxi sistema ta’ governanza multi-livell simplifikata bħala integrali għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet skont il-politika ta’ koeżjoni, bil-ħtieġa ta' kollaborazzjoni f’kull stadju ta’ livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali fl-ippjanar, l-iżvilupp u l-eżekuzzjoni tal-programmi Ewropej ta’ finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan ikun rifless fl-iżvilupp ta’ kuntratti ċari u definiti tajjeb ta’ sħubija;

2.

Jenfasizza l-importanza tal-kodiċi ta’ kondotta Ewropew għall-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali waqt it-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-programmi ta' finanzjament; jirrikonoxxi li, sabiex tinkiseb din il-kollaborazzjoni, huwa importanti li jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet jitwettqu fl-aktar livell qrib taċ-ċittadini possibbli;

3.

Jenfasizza li, minkejja li sar progress sinifikanti lejn il-konverġenza fl-Unjoni Ewropea, id-differenzi bejn ir-reġjuni tal-UE (pereżempju f'termini ta' aċċessibilità) għadhom jeżistu u qed ikomplu jikbru; jenfasizza l-fatt li l-baġit għall-politika ta’ koeżjoni wara l-2013 irid tal-anqas jinżamm fil-livell attwali tiegħu ħalli jiġi żgurat li s-sostenn jibqa’ jasal f’dawk l-inħawi li jeħtieġu reġenerazzjoni ekonomika u soċjali fir-reġjuni kollha tal-UE;

4.

Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni li tiffoka fuq riżultati li jistgħu jitkejlu miksuba mill-politika ta’ koeżjoni ħalli tiżdied is-sostenabilità tal-investimenti u tiġi ggarantita l-effettività tal-programmi ta’ finanzjament; jenfasizza l-ħtieġa li l-fokus fuq sistema mmexxija mir-riżultati jinkludi l-flessibbiltà fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, filwaqt li jitqiesu s-simplifikazzjoni, il-prijoritajiet tal-ipprogrammar u s-sħubija, sabiex is-sistemi mmexxija mir-riżultati jkunu speċifiċi għar-reġjuni;

5.

Jaqbel mal-proposti ġenerali tal-Kummissjoni għas-CPR kollu ħalli jitnaqqas il-piż amministrattiv; jenfasizza l-fatt, għalhekk, li r-regoli, il-verifiki u l-eliġibilità jeħtieġ li jkunu ċċarati sa mill-bidu nett u li s-simplifikazzjoni b’suċċess tal-proċeduri amministrattivi tista' tinkiseb permezz ta’ approċċ integrat għall-għoti tal-fondi;

6.

Jenfasizza l-importanza, waqt li tkun qiegħda tissawwar u tiġi implimentata l-politika ta’ koeżjoni, li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn il-kontrolli meħtieġa għall-użu tal-fondi, u l-effettività tagħhom;

7.

Jisħaq dwar il-ħtieġa li jkun żgurat approċċ flessibbli għall-istabbiliment ta’ objettivi lokali u reġjonali, bil-partijiet interessati f’livell reġjonali involuti fl-istadji kollha ħalli jkun żgurat li l-programmi Ewropej ta’ finanzjament jissodisfaw il-ħtiġijiet sabiex jiġu indirizzati d-differenzi soċjali u ekonomiċi;

8.

Jisħaq li l-flessibilità għandha tinkludi wkoll possibilità akbar li l-proġetti joperaw fil-fondi differenti koperti mill-CPR u li din il-flessibilità akbar tgħin fis-simplifikazzjoni tat-twettiq tal-proġetti u żżid il-komplementarjetà u l-aspetti trasversali tal-finanzjament Ewropew;

9.

Jenfasizza li l-objettivi tal-koeżjoni territorjali huma marbuta inseparabbli mal-isfidi ekonomiċi u soċjali u jagħraf li l-politika ta' koeżjoni tista' tagħti kontribut siewi għall-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, b’mod speċjali fl-oqsma tal-impjiegi, tal-edukazzjoni u tat-tnaqqis tal-faqar, billi tiġi introdotta dimensjoni territorjali għall-istrateġija tat-tkabbir tal-Ewropa;

10.

Jenfasizza l-fatt li l-użu ta’ programmi oħrajn ta’ finanzjament (eż. Orizzont 2020), possibilment f’allinjament mal-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni, għandu jitqies ukoll meta ssir il-ħidma lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020;

11.

Jirrikonoxxi l-enfasi miżjuda fuq bliet u żoni urbani bħala xprun għal tkabbir ekonomiku;

12.

Jenfasizza l-importanza tat-tisħiħ tar-rabtiet urbani-rurali eżistenzi u tal-promozzjoni ta’ oħrajn ġodda; jenfasizza li dan jeħtieġ fokus u kollaborazzjoni b'saħħithom u fuq bosta livelli bejn il-partijiet interessati rurali u dawk urbani, u li għandhom jinħolqu l-kundizzjonijiet ideali permezz tat-trawwim ta' sħubiji u netwerks, sabiex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni rurali fl-attivitajiet integrati ta’ entità ġeografika funzjonali partikolari;

13.

Jenfasizza l-bżonn li jinħolqu konnessjonijiet bejn il-programmi ta’ kooperazzjoni territorjali u strateġiji territorjali b’mod aktar effiċjenti u jenfasizza r-rwol potenzjali tar-Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) biex dan jinkiseb;

14.

Jenfasizza li, minħabba d-daqs, riżorsi u aspetti soċjali u ekonomiċi differenti tal-bliet u taż-żoni urbani tal-UE, id-definizzjoni ta' dawn l-inħawi hija deċiża fil-livell tal-Istati Membri;

15.

Jenfasizza li l-koeżjoni territorjali tapplika wkoll għall-koeżjoni fit-territorji, jiġifieri l-garanzija li ż-żona kollha tagħti kontribut ekonomiku u mhux biss il-bliet il-kbar, u jenfasizza li l-potenzjal tal-irħula ż-żgħar u ta’ daqs medju f’żoni rurali li jagħtu kontribut sinifikanti lir-reġjun m’għandux ikun injorat;

16.

Jenfasizza li sabiex jiġu indirizzati l-aspetti trasversali tal-koeżjoni territorjali bil-għan li jinkisbu riżultati tanġibbli f’livell reġjonali u li jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal individwali tar-reġjuni, jeħtieġ li jkun hemm Kuntratti ta' Sħubija ddefiniti sewwa; jenfasizza li dan jista' biss jinkiseb bl-involviment tal-atturi fil-livell lokali u reġjonali, sabiex il-partijiet kollha jkunu jistgħu jikkontribwixxu għat-tħejjija u t-twettiq tal-programmi; jenfasizza li dan huwa partikolarment importanti meta jkun hemm il-ħsieb li jiġu megħjuna territorji li jħabbtu wiċċhom ma' sfidi speċifiċi, bħar-reġjuni trasnkonfinali, muntanjużi, reġjuni gżejjer u dawk l-aktar periferali;

Integrazzjoni akbar tal-Fondi Ewropej għall-2014-2020

17.

Jilqa’ l-proposti tas-CPR li jinkoraġixxu koordinament u integrazzjoni aħjar tal-programmi ta' finanzjament ħalli jkun żgurat impatt akbar tal-fondi, u l-preżenza akbar tad-dimensjoni territorjali tal-politika ta' koeżjoni fil-qafas għall-2014-2020;

18.

Jenfasizza li approċċ territorjali aktar b’saħħtu u aktar integrat għall-finanzjament Ewropew, b'bini tal-kapaċità adegwat u l-involviment tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fil-livelli lokali u reġjonali, kemm f'ambjenti urbani kif ukoll rurali, huwa mod pożittiv biex jiġi żgurat li l-flus jiġu diretti sabiex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ekonomiċi fit-tul tal-Ewropa;

19.

Jisħaq li l-armonizzazzjoni mtejba bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-oqsma l-oħrajn tal-politika identifikati mis-CPR se tippermetti lir-reġjuni Ewropej jissoktaw jiżviluppaw ekonomikament billi jinqdew bil-punti f’saħħithom individwali tagħhom;

20.

Isemmi bħala eżempju l-Wales European Funding Office (WEFO) u l-intenzjoni tiegħu li jintegra l-fondi Ewropej f’Wales bil-ħolqien ta’ “portal” waħdieni li jkun jippermetti l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-fondi kollha koperti mis-CPR; jissottolinja l-potenzjal għal-“portal” tal-WEFO li jinkludi pjattaforma komuni bi proċess wieħed ta’ applikazzjoni, ħlas, monitoraġġ u valutazzjoni għall-fondi kollha koperti mis-CPR; jenfasizza li dan l-approċċ jippermetti identifikazzjoni eħfef tas-sinerġiji potenzjali u l-integrazzjoni bejn il-flussi ta’ finanzjament, biex b’hekk ikun armonizzat u ssimplifikat il-proċess tal-applikazzjoni għall-fondi Ewropej;

21.

Jenfasizza li, minħabba l-karatteristiċi kondiviżi mill-fondi koperti mis-CPR u minn programmi oħrajn ta’ finanzjament (eż. Orizzont 2020, LIFE+), l-effikaċja tal-finanzjament Ewropew jista’ jittejjeb billi jkun esplorat l-allinjament potenzjali bejn dawn il-fondi;

Mekkaniżmi għall-integrazzjoni tal-Fondi Ewropej

22.

Jilqa’ l-proposti għal qafas regolatorju b’fokus fuq l-iżvilupp lokali u integrat permezz ta’ “żvilupp lokali mmexxi mill-komunita”, “pjani konġunti ta’ azzjoni”, u “investiment territorjali integrat”;

23.

Jisħaq li, wara l-proposti tal-Kummissjoni, l-investiment kollu jrid jikkumplimenta l-ħtiġijiet lokali u ma jiddupplikax fuq proġetti oħrajn;

24.

Jitlob li jkun hemm approċċ integrat għall-istrumenti ta’ twettiq relatati (iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD), investimenti territorjali integrati (ITIs), pjanijiet konġunti ta' azzjoni (JAPs)), li jippermettu lis-sħubijiet lokali jagħżlu, skont il-ħtiġiet individwali tagħhom, kombinazzjonijiet differenti ta’ dawn l-istrumenti kif ikun xieraq, u sabiex tiġi kkunsidrata l-possibbilià li jiġu applikati aktar arranġamenti flessibbli biex jiġu kkonċentrati r-riżorsi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bżonnijiet speċifiċi tal-Istati Membri u tar-reġjuni;

25.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-applikazzjoni tal-istrument propost tinżamm sempliċi kemm jista’ jkun sabiex tiġi evitata ż-żieda fil-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet lokali u biex tinżamm konformità mal-għanijiet tas-simplifikazzjoni;

26.

Iqis li l-kapaċità istituzzjonali f’livelli differenti ta’ intervent hija element sinifikanti li jiżgura l-applikazzjoni b'suċċess tal-approċċ territorjali;

27.

Jaċċentwa l-eżempju tas-sottodelegazzjoni għall-kunsilli fil-Pajjiżi l-Baxxi, li tinkludi li partijiet mill-programmi ta’ finanzjament (eż. il-FERD) jiġu ddelegati mill-awtorità reġjonali lill-awtoritajiet lokali, bl-azzjonijiet implementati f’livell lokali ħalli jkunu indirizzati l-ħtiġijiet lokali; jisħaq li l-allokazzjoni tar-responsabbiltà ġestjonarja lill-awtoritajiet lokali tagħti potenzjal akbar għall-integrazzjoni tal-aqwa kombinazzjoni ta’ fondi maħsubin għall-ħtiġijiet lokali; jisħaq li, bl-istrutturi ta’ ġestjoni li diġà jeżistu fil-livell lokali, dan l-approċċ ikun jista’ jibbenefika t-twassil tal-ITIs, fil-livell lokali jew sublokali;

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità (CLLD)

28.

Jagħti s-sostenn tiegħu lill-proposti tal-Kummissjoni dwar is-CLLD bħala għoti importanti tas-CPR li se jiffoka fuq l-iżvilupp tas-sinerġiji bejn il-fondi kollha koperti mis-CPR;

29.

Iqis li dan l-istrument huwa mezz eċċellenti ta’ kif tkun inkoraġġuta l-parteċipazzjoni minn isfel għal fuq minn sezzjoni trasversali tal-atturi tal-komunità lokali li jaħdmu għall-objettivi territorjali sostenibbli; jilqa', f'dan ir-rigward, it-tisħiħ ulterjuri tal-kapaċità amministrattiva fil-livell reġjonali u lokali għal azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità maħsuba biex itejbu l-parteċipazzjoni kemm tal-awtoritajiet reġjonali kif ukoll tas-sħab soċjali lokali;

30.

Jirrikonoxxi s-suċċess tal-passat tal-programm Leader bħala għodda importanti għat-twettiq tal-politika għall-iżvilupp rurali u jemmen li permezz tas-CLLD dan il-mekkaniżmu ta’ twettiq jista’ jkun strumentali biex jirrispondi għall-isfidi lokali u reġjonali; jappoġġja wkoll l-użu tas-CLLD fl-iżvilupp urban;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-proposta tagħha dwar is-CLLD fil-fażi ta’ implimentazzjoni sabiex il-parteċipanti potenzjali jkunu jistgħu jiddeterminaw bis-sħiħ l-iskop, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-effett probabbli tas-CLLD; jistenna bil-ħerqa l-pubblikazzjoni ta’ gwida dwar is-CLLD għall-Awtoritajiet ta’ Ġestjoni;

32.

Jirrikonoxxi l-progress magħmul mill-2007 bil-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tas-Settur tas-Sajd mal-Gruppi ta’ azzjoni lokali tal-Leader (LAGs) bħala eżempju ta’ kif il-CLLD futur jista’ jikkombina l-fondi f’livell lokali f'dak li għandu x'jaqsam mal-fondi kollha koperti mis-CPR; jenfasizza l-eżempju ta’ 11-il sħubija lokali fid-Danimarka li jużaw kemm il-Fond FAEŻR (Leader) kif ukoll il-Fond Ewropew għas-Sajd (Assi 4) biex jiffinanzjaw il-proġetti li juża l-istess sistema ta’ twettiq u l-istess amministrazzjoni;

33.

Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iħares lejn eżempji bħalma hu l-użu integrat tal-fondi FAEŻR u FEMS permezz tas-CLLD fil-perjodu futur ta' programmar bħala mezz tal-iżvilupp tas-sinerġiji bejn il-fondi kollha koperti mis-CPR;

Pjani ta’ azzjoni konġunta

34.

Jappoġġja proposti tas-CPR li jkunu introdotti pjani konġunti ta’ azzjoni li jippermettu lill-gruppi ta' proġett ikunu ffinanzjati minn aktar minn programm operattiv wieħed;

35.

Jirrikonoxxi l-pjani konġunti ta’ azzjoni bħala pass pożittiv lejn il-ġestjoni msejsa fuq ir-riżultati, b'konformità ma’ waħda mill-objettivi globali tal-politika ta' koeżjoni post-2013;

36.

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li dawn l-istrumenti jkunu żviluppati flimkien mas-CLLD ħalli jkun żgurat li s-CLLD jsir aktar minn sempliċiment għodda strateġika għall-iżvilupp tal-kapaċità lokali, minflok objettiv ta' investiment fih innifsu, filwaqt li jiġi promoss, fost l-oħrajn, l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar;

37.

Jitlob kjarifika dwar il-kamp ta' applikazzjoni u l-integrazzjoni tal-pjanijiet konġunti ta' azzjoni, u dwar jekk hux se jintużaw għat-twettiq tal-programmi sħaħ, jew ta' partijiet minnhom;

38.

Jirrikonoxxi li pjanijiet ta’ azzjoni konġunti jistgħu joffru assistenza effettiva sabiex tinkiseb l-integrazzjoni bbilanċjata taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol; jindika, madankollu, li għandom jiġu evitati l-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet l-proċeduri amministrattivi eċċessivament twal;

Investiment territorjali integrat (ITI)

39.

Jilqa’ l-proposti għall-ITIs, li lill-bliet jistgħu jagħtuhom l-opportunità li jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom billi jibbenefikaw minn fondi minn aktar minn assi wieħed ta' prijorità għall-implementazzjoni tal-programmi operattivi b'mod integrat;

40.

Jilqa’ aktar kjarifika dwar il-kamp tal-applikazzjoni tal-ITIs u li l-potenzjal għall-istrument, jekk ikun jixraq għall-ħtiġijiet lokali, jintuża wkoll fiż-żoni mhux urbani u fiż-żoni periurbani, bl-użu tal-fondi kollha koperti mis-CPR; jenfasizza li għandha tiġi żgurata l-koerenza tal-ITIs mal-istrateġiji reġjonali tal-iżvilupp sostenibbli sabiex tittejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali, mhux biss fost ir-reġjuni, iżda wkoll fost iż-żoni urbani u mhux urbani fir-reġjuni;

41.

Jaċċentwa l-eżempju ta’ mudell propost għall-ITIs minn Greater Manchester, li jintegra l-finanzjament minn kemm jista’ jkun għejun relevanti possibbli għall-kisba ta’ valur aħjar mill-investiment; jenfasizza l-fatt li l-iżvilupp ta’ dan il-mudell għadu għaddej u jista’ potenzjalment jintuża biex tkun sostnuta strateġija li ġġib bosta benefiċċji ekonomiċi u soċjali għar-reġjun tal-belt; jisħaq li l-ITI propost jintegra l-prijoritajiet tal-FEŻR mal-miżuri tal-FSE u li, fid-dawl tal-fokus miżjud tal-FEŻR fuq l-SMEs u l-innovazzjoni, hemm il-potenzjal li l-ITI joħloq rabtiet mal-proġetti tal-Orizzont 2020 fil-futur;

Strumenti finanzjarji

42.

Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għal użu akbar, u t-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni, tal-istrumenti finanzjarji permezz tal-ħolqien ta' regoli aktar sempliċi u aktar ċari li jiżguraw effikaċja akbar fost il-ħames fondi koperti mis-CPR;

43.

Jenfasizza l-potenzjal tal-istrumenti finanzjarji, inkluż il-mikrokrediti, li jiftħu għejun alternattivi ta’ finanzjament għal medda wiesgħa ta’ atturi li jikkomplimentaw il-metodi tradizzjonali ta’ finanzjament; jenfasizza li fil-qafas ta’ finanzjament tal-futur, l-istrumenti finanzjarji għandu jkollhom l-abbiltà li jservu ta' lieva għall-finanzjament privat u joffru l-flessibbiltà lill-Istati Membri u lir-reġjuni sabiex is-setturi fil-mira u l-metodi ta’ implimentazzjoni jitfasslu apposta għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom;

44.

Jisħaq li l-istrumenti finanzjarji, bħala mekkaniżmi li jippermettu l-kooperazzjoni bejn l-impriżi, l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku u l-istituzzjonijiet edukattivi, għandhom jitħeġġu wkoll bħala mezz għall-iżvilupp ta’ approċċ integrat għall-finanzjament;

L-integrazzjoni tal-fondi koperti mis-CPR ma' politiki u strumenti oħra tal-UE

45.

Jilqa’ l-proposti fil-Qafas Strateġiku Komuni għall-Kuntratti ta’ Sħubija biex jiddeskrivu l-allinjament potenzjali bejn il-fondi koperti mis-CPR u programmi oħra ta’ finanzjament, bħall-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (dak li qabel kien l-FP7, u li issa sar l-Orizzont 2020), il-LIFE + jew il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

46.

Jirrikonoxxi li, filwaqt li l-programmi ta’ finanzjament bħalma hu l-Orizzont 2020 huma primarjament iffokati fuq l-eċċellenza, il-Fondi Strutturali preċedentement kellhom suċċess fi rwol ta’ “bini ta’ kapaċità” bl-għoti ta' finanzjament għall-iżvilupp tan-negozji u l-organizzazzjonijiet li mbagħad issieħbu fl-FP7 jew fil-progetti tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP);

47.

Jenfasizza li s-sinerġiji eżistenti bejn il-fondi koperti mis-CPR u l-Orizzont 2020 ifissru li ż-żewġ sorsi ta' finanzjament jistgħu potenzjalment jintużaw waqt li ssir ħidma lejn objettivi tematiċi komplimentari;

Aspetti tal-impjiegi u l-politika soċjali

48.

Jenfasizza li l-impjiegi u l-politiki soċjali għandhom irwol importanti għal żvilupp territorjali sostenibbli u soċjalment ibbilanċjat u għandhom ħafna x'jikkontribwixxu biex inaqqsu d-differenzi reġjonali, u biex itejbu l-benessri taċ-ċittadini u jipprovdu opportunitajiet indaqs għal kulħadd;

49.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar tinkludi l-ġlieda kontra l-esklużjoni, u li r-reġjuni rurali b'densità tal-popolazzjoni baxxa jew b'popolazzjonijiet li qed jixjieħu jridu jħabbtu wiċċhom ma' għoti insuffiċjenti ta' servizzi tas-saħħa, li jistgħu jiġu kkumpensati sa ċertu punt mill-aċċess imtejjeb għal teknoloġiji broadband u l-promozzjoni tat-telemediċina;

50.

Iqis li l-approċċ territorjali għandu jkun mekkaniżmu effettiv għall-appoġġ ta’ SMEs biex joħolqu impjiegi ġodda u sostenibbli u biex jinbdew jew jiġu żviluppati programmi għal taħriġ professjonali; iqis li l-attività intraprenditorjali mmirata lejn it-tkabbir u l-impjieg u l-isfruttar tal-potenzjal tista' taħdem bejn konfini amministrattiva reġjonali u oħra, u jitlob lill-Istati Membri jtejbu l-kundizzjonijiet eżistenti għall-intraprendituri ġodda sabiex ikunu jistgħu jisfruttaw aħjar il-potenzjal għoli tagħhom biex joħolqu impjiegi ġodda u sostenibbli;

51.

Jenfasizza l-importanza li jinħolqu sinerġiji b’saħħithom bejn il-politika ta’ koeżjoni u politiki oħra tal-UE, sabiex tiġi ssalvagwardjata l-effettività tal-politika ta' koeżjoni fl-indirizzar ta’ sfidi attwali soċjali u tal-impjieg;

52.

Jirrimarka li l-kooperazzjoni territorjali u l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jkunu strumenti utli għall-identifikazzjoni u l-ġlieda kontra d-disparitajiet reġjonali, bħall-aċċess għall-edukazzjoni u l-impjiegi, u għall-promozzjoni tal-konverġenza bejn ir-reġjuni Ewropej;

53.

Jemmen li l-mobilità volontarja tal-ħaddiema u l-gradwati żgħażagħ fl-UE tista’ tkun soluzzjoni għan-nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol reġjonali u lokali u jħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jużaw din il-mobilità b’mod aktar effettiv sabiex iħeġġu l-iżvilupp u l-koeżjoni territorjali;

54.

Iqis li huwa essenzjali li jiġu kkoordinati l-azzjonijiet appoġġjati mill-FSE f’livelli tal-politika differenti sabiex ikun possibbli approċċ territorjali effiċjenti; iqis li huwa neċessarju, b'mod partikolari, li ssir konnessjoni bejn is-servizzi ta' edukazzjoni u l-faċilitajiet għall-bżonnijiet tas-suq tax-xogħol lokali;

55.

Jemmen li huwa ta’ importanza ewlenija li jiġu promossi skambji tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, fil-kuntest ta’ ppjanar fit-tul għall-iżvilupp territorjali, sinifikanti u effettiv, u permezz tal-promozzjoni ta’ impjiegi deċenti u sostenibbli bl-għan tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-faqar u l-qgħad;

o

o o

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(2)  ĠU L 291, 21.10.2006, p. 11.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2011)0316.

(4)  ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 27.

(5)  ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.

(6)  ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 10.

(7)  ĠU C 390 E, 18.12.2012, p. 18.

(8)  ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 39.

(9)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 120

(10)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 104.

(11)  Konklużjonijiet tal-Presidenza Pollakka dwar id-dimensjoni territorjali tal-politiki tal-UE u l-Politika ta’ Koeżjoni futur “Lejn rispons integrat, territorjalment differenzjat u istituzzjonalment intelliġenti għall-isfidi tal-UE”, 24-25. Novembru 2011, Poznań.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/13


P7_TA(2013)0003

Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, implimentazzjoni u applikazzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Solidarjetà, implimentazzjoni u applikazzjoni (2012/2075(INI))

(2015/C 440/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 175, 212 u 222 tat-TFUE,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-7 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea li jissupplimenta l-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 dwar id-dixxiplina baġitarja u t-titjib fil-proċedura baġitarja (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (COM(2011)0613),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea 2010 (COM(2011)0694),

wara li kkunsidra r-rapport mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea – Rapport Annwali 2008 kif ukoll ir-Rapport dwar l-esperjenza li nkisbet wara sitt snin ta’ applikazzjoni tal-istrument il-ġdid (COM(2009)0193),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tat-18 ta’ Mejju 2006 tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 3/2008 tal-Qorti tal-Awdituri – Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea: huwa rapidu, effiċjenti u flessibbli biżżejjed? (5),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0398/2012),

A.

billi l-Artikolu 222 tat-TFUE jistipula li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jaġixxu flimkien fi spirtu ta’ solidarjetà jekk xi Stat Membru jkun suġġett għal attakk terroristiku jew ikun vittma ta’ diżastru naturali jew ikkaġunat mill-bniedem;

B.

billi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) huwa l-istrument ewlieni biex tintwera s-solidarjetà tal-Unjoni billi jipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti lill-Istati Membri jew reġjuni milquta minn diżastri serji;

C.

billi l-FSUE, meta tkun meħtieġa l-mobilizzazzjoni tiegħu, huwa ġeneralment meqjus bħala wieħed mill-aktar strumenti sodisfaċenti li għandha l-Unjoni Ewropea peress li jikkostitwixxi l-aktar espressjoni ċara, deċiżiva u importanti tas-solidarjetà Ewropea maċ-ċittadini tagħha f'sitwazzjoni diffiċli;

D.

billi l-proposta leġiżlattiva tal-2005 għal regolament ġdid dwar il-FSUE sabet appoġġ kbir fil-Parlament Ewropew, iżda rriżulta li ma kinitx aċċettabbli għall-maġġoranza tal-Istati Membri u finalment ġiet irtirata mill-Kummissjoni;

E.

billi l-kriżi attwali tobbliga lill-Istati Membri u lill-UE biex ma jonfqux iżżejjed;

F.

billi serje ta’ rapporti (6) kkonkludew li r-Regolament attwali dwar il-FSUE jeħtieġ li jiġi emendat bl-għan ewlieni li jsir aktar flessibbli u titjieb l-operabbiltà tiegħu, filwaqt li jiġi rrispettat dejjem il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

Implimentazzjoni tal-FSUE

1.

Jenfasizza l-importanza tal-FSUE bħala l-istrument ewlieni li jippermetti lill-Unjoni Ewropea tirrispondi għal diżastru serju li jseħħ fit-territorju tal-Unjoni jew f’pajjiżi li qegħdin jinnegozjaw l-adeżjoni tagħhom fl-UE;

2.

Jenfasizza li, minkejja l-perċezzjoni tajba taċ-ċittadini, għandu jitjieb il-mod kif jopera, billi jiġi jsir aktar flessibbli u jingħata viżibbiltà akbar sabiex tittejjeb il-kredibbiltà tal-Unjoni Ewropea maċ-ċittadini tagħha;

3.

Jenfasizza l-importanza tal-għajnuna mogħtija lill-Istati Membri mill-FSUE biex ittaffi l-piż fuq il-finanzi pubbliċi meta jiffaċċjaw emerġenzi kkawżati minn diżastru serju, li f'ħafna każijiet ma jkunux jistgħu jlaħħqu miegħu;

4.

Jikkunsidra li ż-żmien attwalment meħud biex jiġi mmobilizzat il-fond huwa twil iżżejjed u għaldaqstant jindika l-ħtieġa li tittejjeb l-effikaċja u l-ħeffa tal-proċeduri amministrattivi meħtieġa għall-mobilizzazzjoni tiegħu, li teħtieġ l-intervent ta’ tliet istituzzjonijiet Ewropej qabel ma ktun tista' tingħata l-approvazzjoni, bil-konsegwenza li dawn il-proċeduri jdewmu u jtawlu b’mod eċċessiv iż-żmien meħud biex tingħata għajnuna lill-Istati Membri affettwati minn diżastru, u b’hekk ma jintlaħqux ir-riżultati mixtieqa;

5.

Jirrimarka li l-maġġoranza tal-applikazzjonijiet (63 %) saru fil-kategorija eċċezzjonali ta' “diżastru reġjonali” u li, minn dawn, 66 % ġew miċħuda wara evalwazzjoni mill-Kummissjoni;

6.

Huwa tal-fehma li, fil-każ ta' dawk li huma meqjusa diżastri “li qed jiżviluppaw bil-mod”, id-dispożizzjonijiet attwali tar-regolament jippreżentaw diffikultajiet legali u prattiċi għall-mobilizzazzjoni, u għalhekk jitlob li l-Kummissjoni tikkunsidra li turi iktar flessibbiltà fir-rigward tal-iskadenza stabbilita għat-tressiq tal-applikazzjonijiet, biex tkun tista' tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li ħsara bħal din tkun tista' wkoll tiġi koperta mill-FSUE;

Rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-FSUE

7.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li ssir reviżjoni tar-Regolament attwali dwar il-FSUE, bil-għan li jitjiebu l-funzjonament u t-tħaddim tiegħu; jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li, minħabba l-kriżi ekonomika attwali, il-proposta għal emenda tar-regoli ma għandha toħloq ebda piż finanzjarju addizzjonali, la għall-baġit tal-Unjoni u lanqas għal dak tal-Istati Membri;

8.

Jirrimarka li għandu jkompli japplika l-prinċipju li min huwa responsabli għad-danni jħallas, sabiex l-użu tal-FSUE ma jkunx jista' jeżenta lil dawk responsabbli għal diżastru mir-responsabbiltà tagħhom;

9.

Jikkunsidra li l-oppożizzjoni ta’ ċertu għadd ta’ Stati Membri, beżgħana li xi bidliet sinifikanti fil-bażi ġuridika ta’ dan l-istrument jinvolvu nfiq ekonomiku akbar, mhix iġġustifikata u llimita l-aġġustament tar-Regolament tal-2002 għal ċerti kjarifiki u tentattiv biex jittejjeb it-tħaddim tiegħu; jirrimarka li sfortunatament, mill-ħolqien tal-Fond, id-diżastri fir-reġjuni tal-Unjoni Ewropea żdiedu b’mod sinifikanti fin-numru, fin-natura, fis-severità u fl-intensità;

10.

Jilqa’ madankollu l-fatt li s-sempliċi introduzzjoni ta’ ċerti aġġustamenti fir-regoli fis-seħħ tikseb titjib sinifikanti fil-funzjonament tiegħu, filwaqt li jinżamm l-iskop u n-natura tiegħu, li jikkonsisti prinċipalment fil-fatt li jkun strument flessibbli u effettiv li jista’ jipprovdi għajnuna fil-pront liċ-ċittadini affettwati minn fenomenu li jkollu riperkussjonijiet erji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien u l-benessri tagħhom;

11.

Jistaqsi jekk definizzjoni iktar ċara u preċiża tal-kunċett ta’ diżastru tistax tgħin biex jitnaqqas ix-xettiċiżmu ta’ ħafna mill-Istati Membri li jopponu riforma profonda ta’ dan l-istrument tal-UE;

Tnaqqis tal-ħin meħtieġ biex tingħata għajnuna

12.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu ssimplifikati l-proċeduri burokratiċi meħtieġa għall-mobilizzazzjoni dan l-istrument tal-UE, bil-ħsieb li jiġi mnaqqas il-ħin bejn il-mument meta jseħħ id-diżastru u dak li fih l-Istat Membru jew reġjun ikkonċernat jirċievi l-għajnuna, li xi kultant idum aktar minn sena; jirrimarka, madankollu, li dan l-istrument ma ġiex maħluq biex jagħti rispons rapidu iżda biex jiffinanzja mill-ġdid operazzjonijiet ta’ emerġenza ffinanzjati inizjalment mill-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiż ikkonċernat;

13.

Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri fil-livell Ewropew sabiex jitnaqqas id-dewmien; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom janalizzaw ukoll il-proċeduri amministrattivi tagħhom u jidentifikaw u jneħħu xkiel possibbli li jista’ jkun ta’ ostaklu għall-mobilizzazzjoni aktar mgħaġġla ta’ għajnuna lir-reġjuni affettwati;

14.

Jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni, sabiex jiżguraw li l-għajnuna tal-Unjoni tkun viżibbli u effettiva fil-post, u biex jippromwovu soluzzjonijiet sostenibbli;

15.

Iqis li l-proposta tal-Kummissjoni marbuta mal-amalgamazzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ għoti u l-ftehimiet ta’ implimentazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri hija interessanti u xierqa ladarba l-Parlament u l-Kunsill ikunu għamlu disponibbli r-riżorsi finanzjarji, peress li twassal biex jiġi ffrankat il-ħin u, konsegwentement, twassal għal rispons aktar rapidu;

16.

Iqis li minħabba l-inċertezza u l-imprevedibbiltà tan-numru u s-severità tad-diżastri li jistgħu jseħħu, il-FSUE għandu jibqa’, bħal ma hu fil-preżent, barra mill-baġit tal-Unjoni u jiġi mobilizzat biss meta jseħħu diżastri;

17.

Jaqbel mal-idea li l-introduzzjoni tal-possibbiltà li jitħallsu ħlasijiet bil-quddiem malli l-Istat affettwat ikun applika għall-għajnuna hija wkoll mod vijabbli biex jitħaffef il-proċess tal-għoti tal-għajnuna lill-pajjiżi milquta minn diżastru kbir, u li tgħin sabiex titjieb l-effettività tal-FSUE; iqis li, jekk jiġi deċiż hekk, il-ħlasijiet bil-quddiem għandhom jikkostitwixxu persentaġġ fiss tal-għajnuna totali li tkun mistennija li se tingħata u li, f’każ li l-applikazzjoni ma tiġix aċċettata, għandhom jingħataw lura lill-baġit tal-Unjoni;

Aktar ċarezza dwar il-kamp ta’ applikazzjoni u d-definizzjonijiet

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddefinixxi b’mod ċar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kopertura tal-Fond, filwaqt li tiġi eliminata kwalunkwe inċertezza legali possibbli dwar il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu u tiġi evitata sitwazzjoni fejn l-Istati Membri jippreżentaw applikazzjonijiet pressjoni miċ-ċittadini tagħhom għalkemm ikunu jafu li l-applikazzjonijiet tagħhom se jkollhom jiġu rrifjutati;

19.

Huwa tal-fehma li jekk diżastru jikkawża “effett ta’ kaskata” , id-danni “kollaterali” għandhom jiġu koperti taħt il-Fond meta jaffettwaw sinifikament l-istruttura soċjoekonomika ta’ reġjun;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ddefinit b’mod ċar u sempliċi x’inhu diżastru fil-livell reġjonali u li tiġi ċċarata l-eliġibbiltà tad-diżastri li jseħħu fil-livell reġjonali, permezz tal-introduzzjoni ta’ kriterju sempliċi u oġġettiv li jippermetti li jiġu assmilati mad-diżastri l-oħra, filwaqt li tiġi eliminata kull possibbiltà ta’ interpretazzjoni spekulattiva u kull dubju rigward l-eliġibbiltà tagħhom fost l-applikanti;

21.

Iqis li l-kriterju bbażat fuq il-limitu minimu tad-dħul jista’ jiġi adottat bħala kriterju bażiku ġenerali għal kull tip ta’ diżastru; jenfasizza li, f’każ li dan jiġi stabbilit bħala indikatur li jiddetermina l-eliġibbiltà ta’ diżastri reġjonali, għandu jiġi aġġustat biex ikun allinjat fil-livelli tal-PDG reġjonali tal-aħħar sena li jkollha figuri uffiċjali disponibbli, filwaqt li jiġi applikat fattur korrettiv definit minn qabel, li jiġbor it-telf li ma jistax jiġi kkwantifikat f’termini ta’ dħul kif ukoll l-effetti diretti u indiretti li normalment jakkumpanjaw diżastru reġjonali, li ta’ spiss ikunu ħafna akbar minn dawk li jiġu kkalkulati f’termini ta’ dħul;

22.

Huwa tal-fehma li l-limitu minimu ta’ danni ta' 1,5 % tal-PDG reġjonali fil-livell NUTS 2 (7) propost għad-definizzjoni tal-eliġibbiltà ta’ diżastru reġjonali jiċċara l-aspettattivi dwar l-eliġibbiltà jew le ta’ applikazzjoni potenzjali għal mobilizzazzjoni tal-Fond, iżda jissottolinja li peress li ntlaħaq kważi l-istess riżultat bħal bil-kriterji attwali għad-diżastri reġjonali, kważi dawk kollha li jseħħu fil-livell reġjonali ser ikomplu jkunu inammissibbli; jirrimarka, għalhekk, li limitu minimu tant għoli mhuwiex se jagħti r-rispons li jistennew iċ-ċittadini u, għalhekk, mhux se tiġi evitata l-frustrazzjoni fost il-vittmi ta’ diżastru li, għall-kuntrarju ta’ dan, se jkomplu jikkundannaw l-azzjonijiet tal-Unjoni u jakkużawha b'nuqqas ta’ sensittività lejn iċ-ċittadini tagħha;

23.

Ifakkar li l-prevenzjoni tad-diżastri għandha rwol vitali fil-politiki tal-Unjoni u tirrappreżenta l-irħas mod kif titnaqqas il-vulnerabbiltà għad-diżastri; jenfasizza li r-reġjuni tal-UE għandhom jagħmlu użu koerenti tal-opportunitajiet kollha ta’ finanzjament differenti għall-prevenzjoni sostenibbli tad-diżastri;

24.

Jissottolinja li għandu jkun ċar li n-nixfa se tkompli titqies bħala tip ta' diżastru eliġibbli għall-FSUE, b'iffukar fuq il-mitigazzjoni tal-effetti soċjoekonomiċi u ambjentali tal-każijiet ta' nixfa fil-kuntest tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma, u filwaqt li jitqies il-fatt li din hija problema strutturali dejjiema li diffiċli tiġi rrikonċiljata mal-iskadenzi għall-applikazzjonijiet stabbiliti u li għandha riperkussjonijiet serji fuq l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni affettwati; jinsisti, għaldaqstant, li f’każ ta’ nixfa serja jew diżastri oħra li jiżviluppaw bil-mod, għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet speċifiċi li jistabbilixxu d-data tal-ewwel intervent tal-awtoritajiet pubbliċi kontra l-fenomenu, biex b’hekk ikun possibbli rispons rapidu u legalment ċar;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina u tadatta l-kriterji sabiex il-FSUE jkun jista’ jagħti rispons għad-diżastri naturali fil-Mediterran, li huma dawk li, parzjalment minħabba t-tibdil fil-klima, huma l-aktar diżastri naturali serji li qed iseħħu fl-Unjoni f'dawn l-aħħar snin;

26.

Jirrimarka li l-FSUE ma jkoprix id-danni kollha li jirriżultaw minn diżastru naturali, u d-danni li jaqgħu taħt dan l-istrument għandhom għalhekk jiġu definiti kif suppost fi proposta għal regolament fil-futur;

27.

Jirrimarka li permezz tal-istrumenti eżistenti huwa diffiċli ħafna biex jingħata rispons adegwat, fil-livell tal-UE, għall-kriżijiet serji li mhumiex ta’ oriġini naturali, bħalma ġie muri fil-każijiet ta’ inċidenti industrijali jew il-kriżijiet serji għas-saħħa pubblika, u huwa meħtieġ li, jekk dan iseħħ, l-Unjoni għandu jkollha l-istrumenti xierqa biex toffri rispons xieraq;

28.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-FSUE jikkomplementa strumenti ta' finanzjament oħra, bħall-fondi strutturali, meta jagħti rispons għad-diżastri naturali, filwaqt li jieħu vantaġġ mill-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ dawn il-mekkaniżmi u programmi assoċjati;

29.

Jenfasizza li fil-Qafas Finanzjarju 2014-2020 li jmiss, ir-reġjuni għandu jkollhom flessibbiltà suffiċjenti u għandhom ikunu jistgħu jirridistribwixxu r-riżorsi assenjati lilhom sabiex ikunu jistgħu jżidu, jekk ikun meqjus meħtieġ u xieraq, ir-riżorsi disponibbli f’każ ta’ diżastru, u jitlob lill-Kummissjoni biex tirrevedi r-regolament fis-seħħ fi żmien opportun għall-perjodu finanzjarju l-ġdid;

o

o o

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 283, 20.11.2002, p. 1.

(3)  ĠU C 297 E, 7.12.2006, p. 331.

(4)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 52.

(5)  ĠU C 153, 18.6.2008, p. 1

(6)  Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 3/2008; rapport mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea 2010, rapport mill-Kummissjoni dwar il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea – Rapport Annwali 2008 u Rapport dwar l-esperjenza li nkisbet wara sitt snin ta’ applikazzjoni tal-istrument il-ġdid, Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-futur tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

(7)  Nomenklatura tal-Eurostat ta' unitajiet territorjali għall-istatistika, livell reġjonali 2: reġjuni bażiċi għall-applikazzjoni tal-politiki reġjonali.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/17


P7_TA(2013)0004

Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea (2012/2024(INL))

(2015/C 440/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li d-dritt għal amministrazzjoni tajba huwa dritt fundamentali,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u korpi Komunitarji u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2),

wara li kkunsidra l-ġurisprudenza estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li rrikonoxxiet ġabra ta’ prinċipji ġenerali tal-liġi amministrattiva bbażati fuq it-tradizzjonijiet kostituzzjonali tal-Istati Membri,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Settembru 2001 dwar ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew lill-Parlament Ewropew wara inkjesta fuq inizjattiva proprja dwar l-eżistenza u l-aċċessibilità pubblika ta’ Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba (3), fl-istituzzjonijiet u l-korpi differenti tal-Komunità,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/633/KE, KEFA, Euratom tas-17 ta’ Ottubru 2000 li temenda r-Regoli ta’ Proċedura tagħha biż-żieda ta’ anness dwar Kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba għal membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Pubbliku (4) ,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Esterna u ta’ Sigurtà Komuni tal-25 ta’ Ġunju 2001 dwar kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-persunal tiegħu fir-relazzjonijiet professjonali tagħhom mal-pubbliku (5),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa CM/Rec(2007)7 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati Membri dwar amministrazzjoni tajba, tal-20 ta’ Ġunju 2007,

wara li kkunsidra il-“Prinċipji ta’ servizz pubbliku għas-servizz pubbliku tal-UE” ppubblikat mill-Ombudsman Ewropew fid-19 ta’ Ġunju 2012;

wara li kkunsidra l-istħarriġ ikkummissjonat mill-Gvern Svediż mill-Aġenzija Svediża għall-Amministrazzjoni Pubblika dwar il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (6),

wara li kkunsidra n-noti ta’ informazzjoni ppreżentati fil-Konferenza dwar il-liġi amministrattiva tal-UE organizzata mid-Dipartiment tal-Politika tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament u l-Università ta’ León (León, is-27 u t-28 ta’ April 2011),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet inklużi fid-dokument ta’ ħidma dwar is-sitwazzjoni u l-prospetti futuri għal-liġi amministrattiva tal-UE ppreżentati mill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Liġi Amministrattiva tal-UE lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fit-22 ta’ Novembru 2011,

wara li kkunsidra l-Valutazzjoni tal-Valur Miżjud Ewropew ta’ Liġi ta’ Proċedura Amministrattiva tal-Unjoni Ewropea, ippreżentata mill-Unità għall-Valur Miżjud Ewropew lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fis-6 ta’ Novembru 2012,

wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0369/2012),

A.

billi, bl-iżvilupp tal-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea, iċ-ċittadini qegħdin dejjem iżjed ikunu kkonfrontati direttament bl-amministrazzjoni tal-Unjoni, mingħajr ma dejjem ikollhom id-drittijiet proċedurali korrispondenti li jistgħu jinfurzaw kontriha f’każijiet fejn azzjonijiet bħal dawn jistgħu jkunu meħtieġa;

B.

billi ċ-ċittadini għandhom kull dritt jistennew mill-amministrazzjoni tal-Unjoni livell għoli ta' trasparenza, effiċjenza, eżekuzzjoni rapida tal-ħidmiet u kapaċità ta’ rispons, irrispettivament minn jekk ikunux qed jirreġistraw ilment formali jew inkella jkunux qed jeżerċitaw id-dritt li jressqu petizzjoni skont it-Trattat, flimkien ma’ informazzjoni rigward il-possibbiltà li jieħdu passi ulterjuri fil-kwestjoni li tkun;

C.

billi r-regoli u l-prinċipji eżistenti tal-Unjoni dwar l-amministrazzjoni tajba jinsabu mferrxin f’varjetà wiesgħa ta’ sorsi: il-liġi primarja, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-leġiżlazzjoni sekondarja, strumenti legali nonvinkolanti u l-impenji unilaterali mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

D.

billi l-fatt li l-Unjoni nieqsa minn ġabra koerenti u komprensiva ta’ regoli kodifikati tal-liġi amministrattiva jagħmilha diffiċli għaċ-ċittadini biex jifhmu d-drittijiet amministrattivi tagħhom skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;

E.

billi l-kodiċijiet ta’ mġiba interni eżistenti tal-istituzzjonijiet differenti għandhom effett limitat, ivarjaw minn xulxin u mhumiex vinkolanti;

F.

billi fir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq tas-6 ta’ Settembru 2001, fil-fehma li l-istess kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba għandha tapplika għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni, il-Parlament approva b’emendi l-Kodiċi Ewropea ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba abbozzat mill-Ombudsman;

G.

billi fl-istess riżoluzzjoni l-Parlament stieden lill-Kummissjoni biex tissottometti proposta għal regolament li jkun fih kodiċi ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba bbażata fuq l-Artikolu 308 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea;

H.

billi, kif enfasizzat mill-Ombudsman, dan jgħin biex tiġi eliminata l-konfużjoni li attwalment qed tirriżulta mill-eżistenza parallela ta’ kodiċijiet differenti għal ħafna istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni, jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi japplikaw l-istess prinċipji bażiċi fir-relazzjonijiet tagħhom maċ-ċittadini u jenfasizza, kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għall-uffiċjali, l-importanza ta’ prinċipji bħal dawn;

I.

billi l-azzjonijiet kollha tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu konformi mal-istat tad-dritt b’separazzjoni stretta tal-poteri;

J.

billi d-dritt fundamentali għal amministrazzjoni tajba minqux fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sar vinkolanti bħala liġi primarja;

K.

billi r-regoli dwar l-amministrazzjoni tajba jippromwovu t-trasparenza u r-responsabbiltà;

L.

billi problema urġenti li l-Unjoni Ewropea qed tħabat wiċċha magħha llum hija dik tan-nuqqas ta’ fiduċja min-naħa taċ-ċittadini, nuqqas li jista’ jaffettwa l-leġittimità tagħha; billi l-Unjoni Ewropea jeħtiġilha tindirizza bil-ħeffa tweġibiet ċari u viżibbli liċ-ċittadini ħalli tirrispondi għall-preokkupazzjonijiet tagħhom;

M.

billi l-kodifikazzjoni tal-prinċipju ta’ servizz – jiġifieri l-prinċiju li l-amministrazzjoni għandha taħdem biex tiggwida, tgħin, taqdi u tappoġġja liċ-ċittadini, taġixxi bil-kortesija adatta u għaldaqstant tevita proċeduri ta’ piż u tul bla bżonn, biex b’hekk tiffranka ħin u sforzi sew liċ-ċittadini if ukoll lill-uffiċjali – ikun ta’ siwi biex jissodisfa l-aspettativi leġittimi taċ-ċittadini u jibbenefika sew liċ-ċittadini kif ukoll lill-amministrazzjoni f’dak li jirrigwarda servizz imtejjeb u aktar effiċjenza; billi l-għarfien tad-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għal amministrazzjoni tajba għandu jitkattar, inkluż permezz tas-servizzi ta’ informazzjoni u n-netwerks relevanti tal-Kummissjoni;

N.

billi, fid-dawl ta r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa, ġabra ċara u vinkolanti ta’ regoli għall-amministrazzjoni tal-Unjoni tkun sinjal pożittiv fit-taqbida kontra l-korruzzjoni fl-amministrazzjonijiet pubbliċi;

O.

billi ġabra ċentrali ta’ prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba attwalment tgawdi aċċettazzjoni wiesgħa fost l-Istati Membri;

P.

billi l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat prinċipji proċedurali stabbiliti sewwa li japplikaw għall-proċeduri tal-Istati Membri fi kwistjonijiet komunitarji u li għandhom japplikaw a fortiori biex jiggwidaw l-amministrazzjoni tal-Unjoni;

Q.

billi Liġi Ewropea ta’ Proċedura Amministrattiva tkun ta’ siwi għall-amministrazzjoni tal-Unjoni hija u tuża l-qawwa tal-organizzazzjoni interna tagħha biex tiffaċilita u tippromwovi l-ogħla standards ta’ amministrazzjoni;

R.

billi Liġi Ewropea ta’ Proċedura Amministrattiva ssaħħaħ il-leġittimità tal-Unjoni u tqawwi l-fiduċja taċ-ċittadini fl-amministrazzjoni tal-Unjoni;

S.

billi Liġi Ewropea ta’ Proċedura Amministrattiva tista’ ssaħħaħ konverġenza spontanja tal-liġi amministrattiva nazzjonali, fir-rigward tal-prinċipji ġenerali ta’ proċedura u d-drittijiet fundamentali ta’ ċittadini fil-konfront tal-amministrazzjoni, u għalhekk issaħħaħ il-proċess ta’ integrazzjoni;

T.

billi Liġi Ewropea ta’ Proċedura Amministrattiva tista’ trawwem il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki bejn l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-amministrazzjoni tal-Unjoni, biex tilħaq l-objettivi stabbiliti bl-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

U.

billi d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona ta lill-Unjoni bażi ġuridika adegwata għall-adozzjoni ta’ Liġi Ewropea ta’ Proċedura Amministrattiva;

V.

billi l-azzjoni leġiżlattiva mitluba f’din ir-riżoluzzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati, li inter alia jikkwantifikaw il-kostijiet tal-proċeduri amministrattivi;

W.

billi l-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjoni adegwata mal-atturi relevanti kollha, u għandha b’mod partikolari tutilizza l-għarfien speċjali u espert tal-Ombudsman Ewropew, ladarba lilu jsiru l-ilmenti tal-pubbliku rigward abbużi fil-korpi u fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

1.

Jitlob lill-Kummissjoni biex tissottometti, fuq il-bażi tal-Artikolu 298 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, proposta għal regolament dwar Liġi Ewropea ta’ Proċedura Amministrattiva, skont ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati mniżżla fl-Anness;

2.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ sussisdjarjetà;

3.

Iqis li l-proposta mitluba m’għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja.

4.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati annessi magħha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, lill-Ombudsman Ewropew u lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(3)  ĠU C 72 E, 21.3.2002, p. 331.

(4)  ĠU L 267, 20.10.2000, p. 63.

(5)  ĠU C 189, 5.7.2001, p. 1.

(6)  http://www.statskontoret.se/upload/Publikationer/2005/200504.pdf.


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI RIGWARD IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

Rakkomandazzjoni 1 (dwar l-għan u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament li għandu jiġi adottat)

L-għan tar-regolament għandu jkun li jiggarantixxi d-dritt għal amministrazzjoni tajba permezz ta’ amministrazzjoni miftuħa, effiċjenti u indipendenti bbażata fuq Liġi Ewropea ta’ Proċedura Amministrattiva.

Ir-regolament għandu japplika għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni (“l-amministrazzjoni tal-Unjoni”) fir-relazzjonijiet tagħhom mal-pubbliku. Il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu għalhekk għandu jkun limitat għall-amministrazzjoni diretta.

Għandu jikkodifika l-prinċipji fundamentali ta’ amministrazzjoni tajba u għandu jirregola l-proċedura li għandha tiġi segwita mill-amministrazzjoni tal-Unjoni fil-ġestjoni ta’ każijiet individwali li fihom tkun parti persuna fiżika jew ġuridika, u sitwazzjonijiet oħrajn fejn individwu jkollu kuntatt dirett jew personali mal-amministrazzjoni tal-Unjoni.

Rakkomandazzjoni 2 (dwar ir-relazzjoni bejn ir-regolament u l-istrumenti settorjali)

Ir-regolament għandu jinkludi ġabra universali ta’ prinċipji u għandu jistabbilixxi proċedura applikabbli bħala regola de minimis fejn ma jkun hemm l-ebda lex specialis.

Il-garanziji mogħtija lil persuni fl-istrumenti settorjali qatt m’għandhom jipprovdu inqas protezzjoni minn dawk preskritti fir-regolament.

Rakkomandazzjoni 3 (dwar il-prinċipji ġenerali li għandhom jirregolaw l-amministrazzjoni)

Ir-regolament għandu jikkodifika l-prinċipji li ġejjin:

Il-prinċipju tal-legalità: l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha taġixxi skont il-liġi u tapplika r-regoli u l-proċeduri stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Is-setgħat amministrattivi għandhom ikunu bbażati fuq il-liġi, u l-kontenut tagħhom għandu jikkonforma mal-liġi.

Id-deċiżjonijiet li jittieħdu jew il-miżuri adottati qatt m’għandhom ikunu arbitrarji jew immexxija minn skopijiet li ma jkunux ibbażati fuq il-liġi jew imħeġġa mill-interess pubbliku.

Il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali: l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tevita kull diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn persuni abbażi tan-nazzjonalità, is-sess, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali.

Persuni li jkunu f’sitwazzjoni simili għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod. Id-differenzi fit-trattament għandhom ikunu ġustifikati biss minn karatteristiki oġġettivi tal-kwistjoni kkonċernata.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità: l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tieħu deċiżjonijiet li jaffettwaw id-drittijiet u l-interessi ta’ persuni biss meta jkun neċessarju u sa fejn ikun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan imfittex.

Meta jieħu deċiżjoni, l-uffiċjali għandhom jiżguraw bilanċ imparzjali bejn l-interessi ta’ persuni privati u l-interess ġenerali. B’mod partikolari, m’għandhomx jimponu piżijiet amministrattivi jew ekonomiċi li jkunu eċċessivi meta mqabbla mal-benefiċċju mistenni.

Il-prinċipju tal-imparzjalità: l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tkun imparzjali u indipendenti. Għandha tastjeni minn kull azzjoni arbitrarja li taffettwa l-persuni, u minn kull trattament preferenzjali għal kwalunkwe raġuni.

L-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha dejjem taġixxi fl-interess tal-Unjoni u għall-ġid tal-pubbliku. L-ebda azzjoni m’għandha tkun iggwidata minn kwalunkwe interess personali (inkluż dak finanzjarju), familjari jew nazzjonali, jew minn pressjoni politika. L-amministrazjzoni tal-Unjoni għandha tiggarantixxi bilanċ ġust bejn tipi differenti ta’ interessi taċ-ċittadini (negozji, konsumaturi u oħrajn).

Il-prinċipju ta’ konsistenza u aspettattivi leġittimi: l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tkun konsistenti fl-imġiba tagħha stess u għandha ssegwi l-prattika amministrattiva normali tagħha, li għandha tkun pubblika. Fil-każ li jkun hemm raġunijiet leġittimi biex wieħed jitbiegħed minn prattika amministrattiva normali bħal din f’każijiet individwali, għandha tingħata dikjarazzjoni valida tar-raġunijiet għal dan.

L-aspettattivi leġittimi u raġonevoli li l-persuni jista’ jkollhom fid-dawl tal-mod li bih l-amministrazzjoni tal-Unjoni tkun aġixxiet fl-imgħoddi għandhom jiġu rispettati.

Il-prinċipju tar-rispett tal-privatezza: l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tirrispetta l-privatezza tal-persuni skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

L-amministrazzjoni tal-Unjoni m’għandhiex tipproċessa data personali għal skopijiet mhux leġittimi jew tibgħat din id-data lil partijiet terzi mhux awtorizzati.

Il-prinċipju tal-ġustizzja: jeħtieġ li dan jitħares bħala prinċipju legali bażiku li huwa indispensabbli biex tinħoloq klima ta’ kunfidenza u prevedibbiltà fir-relazzjonijiet bejn l-individwi u l-amministrazzjoni;

Il-prinċipju tat-trasparenza: l-amministrazzjoni tal-Unjoni għandha tkun aperta. Għandha tiddokumenta l-proċeduri amministrattivi u żżomm rekords adegwati ta’ posta li tkun waslet jew intbagħtet, tad-dokumenti rċevuti u d-deċiżjonijiet u l-miżuri li jkunu ttieħdu. Il-kontributi kollha tal-korpi ta’ konsulenza u tal-partijiet interessati għandhom ikunu disponibbli fid-dominju pubbliku.

It-talbiet għal aċċess għal dokumenti għandhom jiġu ttrattati skont il-prinċipji ġenerali u l-limiti preskritti fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Il-prinċipju tal-effiċjenza u s-servizz: azzjonijiet min-naħa tal-amministrazzjoni tal-Unjoni għandhom ikunu ggvernati mill-kriterji tal-effiċjenza u tas-servizz pubbliku.

Il-membri tal-persunal għandhom javżaw lill-pubbliku dwar il-mod kif kwistjoni koperta bil-mandat tagħhom għandha tiġi segwita.

Meta jirċievu talba dwar kwistjoni li ma jkunux responsabbli għaliha, għandhom jindirizzaw lill-persuna li tkun qed tagħmel it-talba għand is-servizz kompetenti.

Rakkomandazzjoni 4 (dwar ir-regoli li jiggvernaw id-deċiżjonijiet amministrattivi)

Rakkomandazzjoni 4.1: dwar il-bidu ta’ Proċedura amministrattiva

Id-deċiżjonijiet amministrattivi jistgħu jittieħdu mill-amministrazzjoni tal-Unjoni fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew fuq talba ta’ parti interessata.

Rakkomandazzjoni 4.2: dwar il-konferma ta’ riċevuta

It-talbiet għal deċiżjonijiet individwali għandhom jiġu rikonoxxuti bil-miktub, b’indikazzjoni tal-limitu ta’ żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjoni inkwistjoni. Il-konsegwenzi ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni f’dak il-limitu ta’ żmien (silenzju tal-amministrazzjoni) għandhom jiġu indikati.

F’każ ta’ talba difettuża, il-konferma għandha tindika data tal-għeluq biex jissewwa d-difett jew biex jiġi ppreżentat dokument nieqes.

Rakkomandazzjoni 4.3: dwar l-imparzjalità ta’ deċiżjonijiet amministrattivi

L-ebda membru tal-persunal m’għandu jieħu sehem fid-deċiżjoni amministrattiva li fiha hu jew hi jkollu interess finanzjarju.

Kull konflitt ta’ interess għandu jiġi kkomunikat mill-membru tal-persunal ikkonċernat lis-superjur immedjat tiegħu jew tagħha, li jista’ jieħu d-deċiżjoni li jeskludi lill-membru tal-persunal ikkonċernat mill-proċedura, fil-qies taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ.

Membru interessat tal-pubbliku jista’ jitlob li uffiċjal ikun eskluż milli jieħu sehem fi kwalunkwe deċiżjoni li tkun se taffettwa l-interessi individwali ta’ dik il-persuna. It-talba għal dan l-għan għandha tkun sottomessa bil-miktub u għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Is-superjur immedjat tal-uffiċjal għandu jieħu deċiżjoni wara li jisma’ lill-uffiċjal ikkonċernat.

Għandhom jiġu stabbiliti dati tal-għeluq adegwati għat-trattament ta’ konflitti ta’ interess.

Rakkomandazzjoni 4.4: dwar id-dritt għal smigħ

Id-drittijiet tad-difiża għandhom jiġu rrispettati f’kull stadju tal-proċedura. Jekk l-amministrazzjoni tal-Unjoni tieħu deċiżjoni li tkun se taffettwa direttament id-drittijiet jew l-interessi ta’ persuni, il-persuni kkonċernati għandhom jingħataw l-opportunità li jesprimu fehmiethom bil-miktub jew bil-fomm qabel tittieħed id-deċiżjoni, jekk ikun meħtieġ, jew jekk jagħżlu li jagħmlu hekk, bl-għajnuna ta’ persuna magħżula minnhom.

Rakkomandazzjoni 4.5: dwar id-dritt li wieħed ikollu aċċess għall-fajl tiegħu

Parti interessata għandha tingħata aċċess sħiħ għall-fajl tagħha. Hija r-responsabbiltà tal-parti interessata li tiddetermina liema dokumenti mhux kunfidenzjali huma rilevanti.

Rakkomandazzjoni 4.6: dwar limiti ta’ żmien

Id-deċiżjonijiet amministrattivi għandhom jittieħdu f’limitu ta’ żmien raġonevoli u mingħajr dewmien. Il-limiti ta’ żmien għandhom jiġu stabbiliti fir-regola korrispondenti li tirregola kull proċedura speċifika. Fejn ma jkun stabbilit l-ebda limitu ta’ żmien, dan m’għandux jaqbeż it-tliet xhur mid-data tad-deċiżjoni biex tinbeda proċedura jekk tkun inbdiet ex officio jew mid-data tat-talba tal-parti interessata.

Jekk l-ebda deċiżjoni ma tkun tista’ tittieħed f’dak il-limitu ta’ żmien għal raġunijiet oġġettivi, bħalma huma l-ħtieġa li jingħata żmien għat-tiswija ta’ talba difettuża, il-kumplessità tal-kwistjonijiet imqajma, l-obbligu li tiġi sospiża proċedura sa meta tittieħed id-deċiżjoni ta’ parti terza eċċ., il-persuna kkonċernata għandha tkun infurmata dwarha u d-deċiżjoni għandha tittieħed fl-iqsar żmien possibbli.

Rakkomandazzjoni 4.7: dwar l-għamla ta’ deċiżjonijiet amministrattivi

Id-deċiżjonijiet amministrattivi għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jinkitbu b’mod ċar, sempliċi u li jinftiehem. Dawn għandhom ikunu abbozzati bil-lingwa magħżula mid-destinatarju, sakemm tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Rakkomandazzjoni 4.8: dwar id-dmir li jiġu ddikjarati r-raġunijiet

Jeħtieġ li d-deċiżjonijiet amministrattivi jiddikjaraw biċ-ċar ir-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa. Huma għandhom jindikaw il-fatti rilevanti u l-bażi ġuridika tagħhom.

Id-deċiżjonijiet għandu jkun fihom dikjarazzjoni individwali tar-raġunijiet. Jekk dan ma jkunx possibbli minħabba l-fatt li għadd kbir ta’ persuni jkunu kkonċernati minn deċiżjonijiet simili, komunikazzjonijiet standard għandhom ikunu permessi. F’dak il-każ, madankollu, għandha tingħata dikjarazzjoni individwali tar-raġunijiet lil kull ċittadin li jitlobha b’mod espliċitu.

Rakkomandazzjoni 4.9: dwar in-notifika ta’ deċiżjonijiet amministrattivi

Id-deċiżjonijiet amministrattivi li jaffettwaw id-drittijiet u l-interessi ta’ individwi għandhom ikunu nnotifikati bil-miktub lill-persuna jew persuni kkonċernati malli jiġu adottati.

Rakkomandazzjoni 4.10: dwar l-indikazzjoni ta’ rimedji disponibbli

Id-deċiżjonijiet amministrattivi għandhom jiddikjaraw b’mod ċar – fejn il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni hekk tippreskrivi – li huwa possibbli appell, u għandha tiddeskrivi l-proċedura li għandha tiġi segwita għas-sottomissjoni ta’ appell bħal dan, kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-uffiċċju tal-persuna jew id-dipartiment li lilha/lilu għandu jitressaq l-appell u d-data tal-għeluq biex dan jitressaq.

Fejn ikun xieraq, id-deċiżjonijiet amministrattivi għandhom jirreferu għall-possibbiltà li jinbdew proċeduri ġudizzjarji u/jew li jitressaq ilment għand l-Ombudsman Ewropew.

Rakkomandazzjoni 5 (dwar ir-reviżjoni u l-korrezzjoni ta’ deċiżjonijiet proprji)

Ir-regolament għandu jinkludi l-possibbiltà li l-amministrazzjoni tal-Unjoni tikkoreġi żball klerikali, aritmetiku jew simili fi kwalunkwe waqt fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew wara talba mill-persuna kkonċernata.

Id-dispożizzjonijiet għandhom jiddaħħlu fir-rigward tar-rettifika ta’ deċiżjonijiet amministrattivi għal raġunijiet oħrajn, li jiddifferenzjaw b’mod ċar bejn il-proċedura li għandha tiġi segwita għar-reviżjoni ta’ deċiżjonijiet li jaffettwaw ħażin l-interessi ta’ persuna u dawk li jkunu ta’ benefiċċju għal dik il-persuna.

Rakkomandazzjoni 6 (dwar l-għamla u l-pubbliċità li għandhom jingħataw lir-regolament)

Ir-regolament għandu jkun abbozzat b’mod ċar u konċiż, u għandu jkun jinftiehem faċilment mill-pubbliku.

Għandu jingħata tagħrif dwaru b’mod xieraq fis-siti tal-internet ta’ kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/23


P7_TA(2013)0005

Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema; antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni (2012/2061(INL))

(2015/C 440/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 151 u l-Artikolu 153(1)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 14, 27 u 30 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew ta' miżura tal-Unjoni dwar informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni, li saret mill-Unità Ewropea għall-Valur Miżjud tal-Parlament Ewropew u li ġiet trażmessa lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali fid-19 ta' Novembru 2012 (1),

wara li kkunsidra 'Managing change – Final report of the High Level Group on economic and social implications of industrial change, set up by the Luxembourg Employment Summit of November 1997' (Niġġestixxu l-bidla – Rapport finali tal-grupp ta' Livell Għoli dwar l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-bidla industrijali, imwaqqaf mis-Samit tal-Impjieg fil-Lussemburgu ta' Novembru 1997) (2),

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 92/443/KEE tas-27 ta' Lulju 1992 dwar il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni mill-persuni impjegati fil-qligħ u fir-riżultati tal-intrapriżi (inkluża l-parteċipazzjoni ta' ekwità) (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2157/2001 tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2001 dwar l-Istatut ta’ Kumpannija Ewropea (SE) (4),

wara li kkunsidra d-Direttiva 98/59/KE tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (5),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta' Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji (7),

wara li kkunsidra d-Direttiva Nru 2001/86/KE tal-Kunsill tat-8 ta’ Ottubru 2001 li tissupplimenta l-istatut għal kumpanija Ewropea rigward l-involviment tal-ħaddiema (8),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea (9),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/72/KE tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut ta’ Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment tal-impjegati (10),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri (11),

wara li kkunsidra d-Direttiva Nru 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transkonfinali ta’ kumpaniji ta' responsabilità limitata (12),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (13),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummisjoni tal-31 ta' Marzu 2005 dwar "Strutturar mill-ġdid u impjiegi: li tantiċipa u takkumpanja l-istrutturar mill-ġdid biex jiżviluppa l-impjieg: ir-rwol tal-Unjoni Ewropea' (COM(2005)0120) u l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2005 (14),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Aġenda Soċjali (COM(2005)0033),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi (15),

wara li kkunsidra l-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Politika Industrijali Integrata għall-Era tal-Globalizzazzjoni – Il-Kompetittività u s-Sostenibilità fix-Xena Prinċipali” (COM(2010)0614),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Att dwar is-Suq Uniku” (COM(2010)0608 finali/2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi” (COM(2010)0682),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni dwar “Ristrutturazzjoni u antiċipazzjoni tal-bidla: X'tgħallimna mill-esperjenza reċenti?” (COM(2012) 0007),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar ir-rieżami ta' nofs il-perjodu tal-Istrateġija Ewropea 2007-2012 dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (16),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta' impjiegi” (COM(2012)0173),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2005 dwar Aġenda Soċjali għall-perjodu 2006-2010 (17),

wara li kkunsidra l-Opinjoni ta' inizjattiva proprja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012 dwar il-“Il-kooperattivi u r-ristrutturar” (18),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2007 dwar it-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-qasam tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-ħaddiema (19),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar Politika Industrijali għall-Era Globalizzata (20),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Settembru 2011 dwar “Pjan Direzzjonali għal Ewropa b’użu effiċjenti tar-riżorsi” (COM(2011)0571),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2011 intitolata “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (COM(2011)0112),

wara li kkunsidra r-riżultati tar-riċerki u tal-istħarriġ mwettqa mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol ,

wara li kkunsidra l-Artikoli 42 u 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7-0390/2012),

A.

billi r-ristrutturazzjoni mhijiex fenomenu ġdid iżda prattika li sseħħ iktar frekwentement minħabba sfidi ekonomiċi, u billi f’dawn l-aħħar snin saret iktar prevalenti, kif ukoll ħadet ħafna forom differenti, u kibret f’ċerti setturi u ġiet introdotta f’oħrajn ġodda b’konsegwenzi imprevedibbli fl-istruttura ekonomika u soċjali tal-Istati Membri;

B.

billi l-kriżi ekonomika globali li bdiet fl-2008 tirrikjedi li l-kumpaniji u l-impjegati tagħhom jagħmlu bidliet neċessarji biex jissalvagwardjaw il-kompetittività u l-impjiegi, u billi dik il-kriżi kibret b'mod sinifikanti minħabba l-ispekulazzjoni finanzjarja fis-settur finanzjarju, u ħaffet ir-rata tal-bidla b’mod qawwi, biex b'hekk żiedet b'mod allarmanti l-pressjoni fuq il-ħaddiema, it-territorji u l-livelli kollha tal-gvern għall-adattament strutturali;

C.

billi b'riżultat tat-tibdil radikali fl-istrateġiji ekonomiċi, fl-aħħar 30 sena kien hemm qalba enormi fil-ġid mill-ekonomija reali għall-ekonomija finanzjarja; u billi għandha tittejjeb is-sitwazzjoni ta' dawk li ħolqu l-prodotti kollha u jipprovdu s-servizzi kollha, iżda li jbatu l-effetti kollha tal-kriżi ekonomika;

D.

billi r-ristrutturazzjoni ssir kwistjoni għall-partijiet interessati fi stadju avvanzat biss, u ħafna drabi meta jkunu qed jiġu kkunsidrati s-sensji;

E.

billi, waqt ir-ristrutturazzjoni, huwa l-impatt immedjat u faċilment perċettibbli fuq l-impjiegi li jattira l-aktar attenzjoni, waqt li l-effett negattiv fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa tal-ħaddiem mhuwiex rikonoxxut u indirizzat b’mod adegwat;

F.

billi l-partijiet interessati multipli u differenti involuti fir-ristrutturazzjoni huma iżolati u rarament jikkooperaw fit-tul;

G.

billi, hekk kif ġie enfasizzat b'mod konsistenti fil-karti politiċi reċenti mill-Kummissjoni, b'mod partikolari fl-Istrateġija Ewropa 2020 u fil-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali tat-28 ta' Ottubru 2010, “Antiċipazzjoni u ġestjoni aħjar tar-ristrutturar għandhom jgħinu lill-impjegati u lill-kumpaniji biex jadattaw għat-tranżizzjonijiet imposti minn kapaċitajiet eċċessivi kif ukoll mill-modernizzazzjoni u minn aġġustament strutturali”. […] “[il-]maniġment u [il-]ħaddiema huma l-atturi ewlenin li jridu jaqblu fuq l-istrateġiji ta’ ristrutturazzjoni fil-livell tal-kumpanija. L-interventi ta' politika għandhom jakkumpanjaw ristrutturazzjoni bħal din biex jevitaw diffikulatjiet soċjali u jippromwovu ħiliet u impjiegi ġodda, hekk li jnaqqsu sensji tal-massa u d-deklin ta’ reġjuni sħaħ jew ir-rilokazzjoni ta’ industriji sħaħ, kif ukoll jiffaċilitaw ir-rikonverżjoni ekonomika u t-tranżizzjoni professjonali”;

H.

billi l-kriżi wasslet għal governanza ekonomika ġdida fil-livell tal-Unjoni, permezz tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir u s-semestru, u billi l-governanza ekonomika ġdida tista’ hija nnifisha twassal għal ristrutturazzjoni u għalhekk teħtieġ l-involviment tas-sħab soċjali;

I.

billi hemm il-ħtieġa li l-ħaddiema jkunu ppreparati fil-mument opportun għall-bidla lejn ekonomija favur il-klima b’użu effiċjenti tar-riżorsi, u billi l-iżvilupp għandu potenzjal enormi ta’ impjieg, iżda li se jagħti lok għar-ristrutturazzjoni ta’ setturi u kumpaniji mhux sostenibbli;

J.

billi t-telf fl-impjiegi kien jammonta għal kważi d-doppju tan-numru ta' impjiegi maħluqa fit-tielet kwart tal-2011, u hemm il-possibilità li din it-tendenza tikber minħabba t-tħabbir ta' ristrutturazzjonijiet kbar f'oqsma strateġiċi;

K.

billi ntilfu 'l fuq minn 6,4 miljun impjieg fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-manifattura bejn l-2008 u 2011;

L.

billi l-Istati Membri kollha li fihom kien hemm relattivament ftit tkeċċijiet matul il-kriżi, għandhom sistemi ta' relazzjonijiet industrijali ferm żviluppati, li jagħtu lill-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom għadd relattivament għoli ta' drittijiet fil-qasam tal-konsultazzjoni, l-informazzjoni u l-ġestjoni konġunta, sistemi li wasslu għall-ilħuq ta' ftehimiet konġunti fil-livell tal-kumpanija, abbażi ta' liġijiet u ftehimiet kollettivi;

M.

billi, hekk kif ġie ddikjarat fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: it-titjib tar-reazzjoni tal-Unjoni għall-kriżi, “il-prestazzjoni pożittiva fl-esportazzjonijiet ta' ċerti Stati Membri turi li s-suċċess fis-swieq dinjija jistrieħ fuq fatturi usa' bħall-ispeċjalizzazzjoni fis-settur, l-innovazzjoni u l-livelli tal-kapaċitajiet li jżidu l-kompetittività reali”; anke fil-kriżi, il-kumpaniji f'xi Stati Membri ħadu approċċ fuq medda twila ta' żmien u użaw il-kapaċitajiet kollha biex jiżguraw li impjegati mħarrġa tajjeb u b’għarfien prattiku kbir ma jitkeċċewx;

N.

billi l-impriżi tal-Unjoni jafu jsibuha diffiċli li jiksbu suċċess fis-swieq dinjija jekk sempliċement iraħħsu fuq il-prezzijiet tal-kompetituri tagħhom, minflok jiżviluppaw prodotti, proċessi u servizzi tajbin;

O.

billi l-impjegati f'setturi mhux sostenibbli għandhom jingħataw assistenza u taħriġ biex jagħmlu tranżizzjoni lejn impjiegi favur l-ambjent;

P.

billi jeżisti l-periklu li l-prattiki tajbin li rriżultaw mill-kriżi u li setgħu ġew identifikati, b'mod partikolari mill-ILO, ma jiġux ikkunsidrati biżżejjed u ma jintużawx għal kriżijiet fil-ġejjieni; billi għalhekk, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jinvestigaw u jiddokumentaw tali prattiki tajbin, sabiex ikunu jistgħu jintużaw ukoll għas-sitwazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni;

Q.

billi fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Aġenda għal ħiliet ġodda u impjiegi tat-23 ta' Novembru 2010, il-Kummissjoni tirrikonoxxi wkoll li l-adattabilità u l-proattività meta wieħed ikun qed ibiddel l-impjieg jew l-okkupazzjoni madankollu jistgħu jiġu ostakolati min-nuqqas ta' sikurezza minħabba li t-tranżizzjonijiet għandhom il-potenzjal li jġibu magħhom riskju ta' qgħad, salarji iktar baxxi u insikurezza soċjali; billi tranżizzjonijiet pożittivi tul il-karrieri tal-persuni huma għalhekk essenzjali sabiex ikun hemm adattament kostanti, tinżamm u tiżdied l-impjegabilità filwaqt li tiġi provduta sikurezza lill-individwi u fluwidità fis-swieq tax-xogħol;

R.

billi, f’każijiet ta’ ristrutturazzjoni fejn it-tkeċċijiet huma inevitabbli, il-kategoriji ta' ħaddiema vulnerabbli, inklużi ħaddiema żgħażagħ u ħaddiema akbar fl-età, huma spiss fil-mira għal sensja meta mqabbla ma’ gruppi ta’ etajiet oħra, anke meta din tikkostitwixxi diskriminazzjoni ta’ età skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni;

S.

billi, kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Lejn Att dwar is-Suq Uniku," is-sens ta’ diżillużjoni li wħud iħossu fir-rigward tas-suq intern jista’ jkun spjegat minħabba li teżisti l-perċezzjoni li l-liberalizzazzjonijiet suċċessivi seħħew b'detriment għad-drittijiet soċjali akkwistati minn atturi ekonomiċi differenti.”; “It-Trattat ta' Lisbona u l-kunċett ta' ‘ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna’ bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali jitlobna nadottaw viżjoni aktar sħiħa tas-suq uniku . Il-libertajiet ekonomiċi u l-libertajiet tal-azzjonijiet kollettivi għandhom jiġu armonizzati. Huwa essenzjali li d-djalogu bejn is-sħab soċjali jieħu l-ħajja u b'hekk ikun jista' jwassal aħjar għal leġiżlazzjonijiet ‘minn u għal’ sħab soċjali hekk kif previst mit-Trattat ta’ Lisbona.”; “Lil hinn mir-reazzjonijiet għall-kriżi ekonomika u finanzjarja, l-istrateġiji ta' antiċipazzjoni ppermettew li l-impriżi jipprevjenu l-kunflitti soċjali permezz ta' ġestjoni proattiva u negozjata tar-ristrutturazzjonijiet. Dik hija kundizzjoni tas-suċċess ekonomiku u rekwiżit soċjali, hekk kif tippermetti tqassim ġdid tar-riżorsi lis-setturi li qed jemerġu, u li tagħti lill-ħaddiema opportunitajiet ġodda meta l-impjieg tagħhom ikun f'periklu”; billi att tal-Unjoni għar-ristrutturazzjonijiet jippermetti li jinbena ambjent ibbażat fuq il-fiduċja reċiproka;

T.

billi l-approfondiment tas-suq uniku jwassal għal kompetizzjoni addizzjonali li twassal għal ristrutturazzjoni; billi l-Unjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà għal dan il-proċess billi tistabbilixxi l-qafas biex ittaffi l-konsegwenzi soċjali;

U.

billi l-Linji Gwida ta’ referenza għall-ġestjoni tal-bidla u tal-konsegwenzi soċjali tagħha, imfassla mis-sħab soċjali f’Ottubru 2003, ma ġew madankollu segwiti minn l-ebda miżura leġiżlattiva għalkemm ġew segwiti minn żewġ ċikli ta’ seminars nazzjonali organizzati mis-sħab soċjali fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma pluriennali tagħhom; billi dawn għadhom fil-biċċa l-kbira mhux magħrufa mhux biss mill-organizzazzjonijiet nazzjonali u settorjali tas-sħab soċjali, iżda wkoll, u aktar importanti, minn kumpaniji u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom; billi, madankollu, tkun ta’ importanza kbira l-osservanza f’waqtha u effettiva tal-prinċipji inklużi f’dawk il-Linji Gwida u li jirriżultaw ukoll minn studji u rapporti oħra; billi, peress li l-prattiki tal-kumpaniji f’dan il-qasam spiss huma reattivi minflok proattivi, jintervjenu wisq ’l isfel fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u ma jinvolvux entitajiet esterni li jista’ jkollhom rwol suffiċjenti, jew fil-ħin suffiċjenti, fit-taffija tal-impatt soċjali tiegħu;

V.

billi l-Kummissjoni fittxet kontribuzzjonijiet konkreti dwar kif tiżviluppa ulterjorment il-politika f'dan il-qasam permezz tal-“Green Paper: Ristrutturazzjoni u antiċipazzjoni tal-bidla: X'tgħallimna mill-esperjenza reċenti?”, li tirrikonoxxi li “huwa ċert li t-tibdil teknoloġiku u l-innovazzjoni jistgħu jwasslu għal strateġiji ta’ aġġustament għall-impriżi u għall-impjiegi, iżda hemm indikazzjonijiet ukoll li l-innovazzjoni, flimkien mar-riċerka u l-edukazzjoni, jistgħu jwasslu għal mod effettiv sabiex l-Ewropa toħroġ mill-kriżi”;

W.

billi l-kooperattivi li jimmaniġġjaw ir-ristrutturazzjoni b’mod responsabbli mil-lat soċjali u billi “l-mudell speċifiku ta’ governanza kooperattiva, li huwa msejjes fuq is-sjieda konġunta, il-parteċipazzjoni demokratika u l-kontroll tal-membri, kif ukoll il-kapaċità tal-kooperattivi li jiddependu minn riżorsi finanzjarji proprji u minn netwerks ta’ appoġġ, jispjegaw għalfejn il-kooperattivi huma aktar flessibbli u innovattivi fil-ġestjoni tar-ristrutturazzjoni matul iż-żmien, kif ukoll fil-ħolqien ta’ negozju ġdid”;

X.

billi, minkejja d-dikjarazzjonijiet qawwija msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni pprovdiet reazzjonijiet deludenti għar-riżoluzzjonijiet parlamentari dwar l-informazzjoni, il-konsultazzjoni u r-ristrutturazzjoni, u dan enfasizza l-bżonn ta' miżuri urġenti u konkreti f'dan il-qasam, kif ukoll fir-rigward ta' talbiet minn protagonisti ekonomiċi u soċjali rilevanti oħra;

Y.

billi din ir-riżoluzzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ informazzjoni li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni u nazzjonali; billi, sakemm id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali jipprovdu hekk, il-proċeduri ta’ informazzjoni għandhom jintużaw bis-sħiħ biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti f’din ir-riżoluzzjoni;

Z.

billi din ir-riżoluzzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-protezzjoni tal-impjieg u l-obbligi relatati mat-tmiem tal-impjieg li jirriżultaw mil-liġi nazzjonali;

AA.

billi attwalment hemm differenzi kbar fil-liġijiet nazzjonali dwar ir-responsabbiltajiet ta’ min iħaddem, lejn l-impjegati tiegħu fil-proċess ta’ ristrutturazzjoni; billi s-sħab soċjali Ewropej ġew ikkonsultati darbtejn tul id-deċennju tas-snin 2000, u l-Kummissjoni ma ħaditx azzjoni;

AB.

billi informazzjoni u konsultazzjoni tajbin u effettivi b'rabta mal-mezzi ta' ristrutturazzjoni jfissru li dawn jitwettqu diversi xhur qabel id-deċiżjoni tar-ristrutturazzjoni prevista, li jirrigwardaw ukoll lill-kumpaniji dipendenti u li jwettqu malajr taħriġ vokazzjonali mill-ġdid bil-għan li jikkontribwixxu biex l-impriżi u l-Unjoni jsiru iktar kompetittivi, biex b'hekk jibagħtu l-messaġġ ta' ċertezza u trasparenza liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-investituri fi żmien ta' kriżi;

AC.

billi dawk l-impriżi li ma jirnexxilhomx jadattaw għall-kundizzjonijiet li dejjem qed jinbidlu, ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-kompetituri għal żmien twil; billi l-impriżi, il-ħaddiema u s-setturi nnifishom normalment ikunu dawk li jafu l-aktar dwar il-bżonnijiet tagħhom ta’ ristrutturazzjoni; billi kull Stat Membru jgħaddi minn tipi differenti ta’ ristrutturazzjoni u l-impatti tagħha huma differenti f’kull wieħed minnhom;

AD.

billi l-Kummissjoni, biex tgħin lill-ħaddiema u l-kumpaniji jantiċipaw il-bidliet b’mod aktar effettiv, nediet riċerki profondi u analiżi, kemm fuq il-fenomenu tar-ristrutturazzjoni nnifsu kif wkoll fuq il-monitoraġġ tas-setturi ta’ attività, inkluża serje ta’ studji dwar il-bidliet fl-impjieg bejn il-preżent u l-2020 (21); billi din l-analiżi prospettiva twettqet b’kollaborazzjoni ma’ riċerkaturi indipendenti, is-sħab soċjali u istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, bħall-Parlament Ewropew u l-aġenziji u l-korpi tal-Unjoni, bħaċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ dwar il-Bidla (22) tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali;

AE.

billi bħalissa qed issir reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (23);

1.

Jitlob lill-Kummissjoni tressaq mill-iktar fis, abbażi tal-Artikolu 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u wara li tikkonsulta lis-sħab soċjali, proposta għal att legali dwar Informazzjoni lill-ħaddiema u konsultazzjoni tal-ħaddiema, antiċipazzjoni u ġestjoni tar-ristrutturazzjoni, skont ir-rakkomandazzjonijiet dettaljati stabbiliti fl-Anness hawn taħt;

2.

Jikkonferma li r-rakkomandazzjonijiet jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ sussisdjarjetà; jikkonferma wkoll li r-rakkomandazzjonijiet huma fir-rispett tal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-libertà intraprenditorjali u d-dritt għall-proprjetà;

3.

Jikkonferma l-importanza ta’ djalogu soċjali sod, ibbażat fuq fiduċja reċiproka u responsabbiltà konġunta, bħala strument aħjar sabiex jinstabu soluzzjonijiet ta’ qbil u metodi komuni sabiex jantiċipaw, jipprevjenu u jimmaniġġjaw il-proċessi tar-ristrutturazzjoni;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza jekk hux meħtieġ li jittieħdu miżuri fuq livell tal-Unjoni sabiex tissorvelja l-attivitajiet tal-impriżi bl-iskop li jkun evitat kwalunkwe tip ta’ abbuż li jkun ta’ detriment, b’mod speċjali għall-ħaddiema;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li t-tkeċċijiet jitqiesu bħala l-aħħar għażla u wara li jiġu kkunsidrati l-alternattivi kollha possibli, mingħajr ma jfixklu l-kompetittività tal-impriżi;

6.

Iqis li l-proposta mitluba m'għandha l-ebda konsegwenza finanzjarja;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-proposta u r-rakkomandazzjonijiet dettaljati li jakkumpanjawha lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  http://www. europarl.europa.eu/meetdocs/2009_2014 /documents/empl /dv/eava_info_of_workers_with_annexes_/eava_info_of_workers_with_annexes_en.pdf

(2)  ĠU C 258, 10.9.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 245, 26.8.1992, p. 53.

(4)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.

(6)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(7)  ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.

(8)  ĠU L 294, 10.11.2001, p. 22.

(9)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

(10)  ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.

(11)  ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.

(12)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.

(13)  ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28.

(14)  ĠU C 65, 17.3.2006, p. 58.

(15)  ĠU L 308, 24.11.2010, p. 46.

(16)  Testi adottati, P7_TA(2011)0589.

(17)  ĠU C 117 E, 18.5.2006, p. 256.

(18)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 24.

(19)  ĠU C 76 E, 27.3.2008, p. 138.

(20)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 131.

(21)  SEC(2008) 2154 DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI, Ir-ristrutturazzjoni u l-impjiegi, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea.

(22)  Fl-2001 kienet implimentata waħda mill-proposti tal-Grupp Espert ta’ Gyllenhammar. Din kienet tinvolvi l-istabbiliment ta’ Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tal-Bidla (EMCC) fi ħdan il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol ġewwa Dublin. L-EMCC jamministra b’mod partikolari l-Monitor tar-Ristrutturazzjoni Ewropea (ERM), li jiġbor l-informazzjoni dwar operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni fuq ċerta skala.

(23)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


ANNESS

RAKKOMANDAZZJONIJIET DETTALJATI DWAR IL-KONTENUT TAL-PROPOSTA MITLUBA

IL-PARLAMENT EWROPEW

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikulari l-Artikolu 153(1)(e) tiegħu, iqis li l-att legali li għandu jiġi adottat għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

Rakkomandazzjoni 1

Billi:

1.

Meta jkunu qed jindirizzaw l-antiċipazzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tar-ristrutturazzjoni, il-kumpaniji, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra interessati – kull wieħed fil-kapaċità u l-kompetenza rispettiva tiegħu, f'waqt li jikkorrispondi għar-responsabilitajiet diversi tagħhom, jaġixxu fi spirtu ta' kooperazzjoni, abbażi ta' informazzjoni u konsultazzjoni f'waqthom u komprensivi filwaqt li jirrikonoxxu li l-għan ta’ dawn il-proċessi huwa li jipproteġu fl-istess ħin l-interessi tal-kumpaniji fir-rigward tal-kompetittività u s-sostenibbiltà tagħhom u dawk tal-ħaddiema tagħhom.

2.

Biex ristrutturazzjoni ikollha suċċess mil-lat ekonomiku u tkun soċjalment responsabbli, teħtieġ li tiġi integrata fi strateġija fuq perjodu ta’ żmien twil bl-għan li jiġu żgurati u msaħħa s-sostenibbiltà u l-kompetittività fit-tul tal-kumpanija. Teħtieġ ukoll li r-riżorsi umani jitqiegħdu fil-qalba tal-iżvilupp strateġiku tal-kumpaniji.

3.

Min iħaddem għandu jirrispetta l-leġiżlazzjoni kontra d-diskriminazzjoni, partikolarment fil-qasam tad-diskriminazzjoni b'rabta mal-età, meta jagħżel il-ħaddiema mmirati għas-sensja.

4.

L-antiċipazzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-bidla għandhom iseħħu fil-kuntest tat-tisħiħ tad-djalogu soċjali u bl-għan li tiġi promossa l-bidla b'mod kompatibbli mal-preservazzjoni tal-objettivi prijoritarji tal-kompetittività u tal-impjieg, kif ukoll is-saħħa tal-ħaddiema.

5.

Jeħtieġ li jiġu maħsuba, promossi u msaħħa miżuri fir-rigward tas-sitwazzjoni tal-kumpaniji u l-iżvilupp probabbli tal-impjieg u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b'mod partikolari fejn dawn jafu jinsabu f'riskju.

6.

Ir-ristrutturazzjoni hija faċilitata u l-impatt tagħha jittaffa meta l-kumpaniji jiżviluppaw il-ħiliet u l-kompetenzi tal-ħaddiema tagħhom fuq bażi kontinwa, u b'hekk iżidu l-impjegabilità tagħhom u l-mobilità interna u esterna tagħhom.

7.

Kumpaniji adattabbli u forzi tax-xogħol reżistenti jiżviluppaw, b’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet rilevanti oħra, mekkaniżmi ta’ antiċipazzjoni u ta’ ppjanar minn qabel tal-ħtiġijiet tal-impjieg u l-ħiliet. Huma jirrikonoxxu d-dritt li kull ħaddiem jibbenefika minn taħriġ xieraq. Il-ħaddiema jifhmu li l-edukazzjoni u t-taħriġ tul il-ħajja huma meħtieġa għat-tisħiħ tal-impjegabbiltà tagħhom.

8.

Il-proċessi ta’ ristrutturazzjoni għandhom impatt lil hinn mill-perimetru ta’ kumpanija unika, billi l-kumpaniji qegħdin jaħdmu dejjem iżjed f’netwerks, u dan jintensifika l-ħtieġa li jiġu stabbiliti forums bejn ħafna partijiet għal dibattitu dwar kwistjonijiet soċjali.

9.

Prattiki tajba ta' ristrutturazzjoni jeħtieġu tħejjija kemm jista' jkun bikrija u li tibda malli jibda jitqies il-bżonn ta' ristrutturazzjoni, sabiex ikun jista' jiġi evitat jew jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ekonomiku, soċjali, ambjentali u territorjali.

10.

Huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturazzjoni, b'mod partikolari waħda ta' daqs kbir u li għandha impatt sinifikanti, għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni u ġustifikazzjoni quddiem il-partijiet interessati, li tkopri l-għażla ta' miżuri meqjusa b'rabta mal-objettivi u l-għażliet alternattivi u b'rispett tar-rappreżentanti tal-ħaddiema u l-involviment xieraq tagħhom fil-livelli kollha, li għandhom jitħejjew f'waqthom biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom għall-konsultazzjonijiet, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni mill-kumpanija.

11.

Azzjoni serja bl-għan li jittaffa l-impatt tar-ristrutturazzjoni teħtieġ li l-kumpaniji jqisu t-tkeċċijiet bħala l-aħħar soluzzjoni, u li jitqiesu biss wara li jiġu kkunsidrati l-għażliet alternattivi l-oħra kollha u/jew jiġu implimentati l-miżuri ta' appoġġ possibbli.

12.

Il-kooperazzjoni u l-assistenza attivi tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livell rilevanti fit-tħejjija u l-ġestjoni matul l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni jikkontribwixxu bil-kbir għall-konverżjoni ekonomika u ż-żamma tal-ħaddiema. Atturi ekonomiċi lokali, b’mod partikolari l-SMEs li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dipendenza mill-kumpanija ta’ ristrutturazzjoni minħabba l-kwalità tagħhom ta’ fornituri jew ta’ sottokuntratturi għandhom ukoll ikunu involuti.

13.

Is-sistemi eżistenti ta' appoġġ finanzjarju, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) jew il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fil-qafas tal-perspettivi finanzjarji ġodda tal-2014-2020, m'għandhomx jissostitwixxu inċentivi fil-livell nazzjonali bbażat fuq l-antiċipazzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni responsabbli. Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jkompli, b’kapaċità msaħħa, sabiex jaġixxi b’mod reattiv, temporanju u li jtaffi.

14.

Huwa importanti li l-kumpaniji, flimkien mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, joħolqu għodod għall-valutazzjoni u r-rappurtar regolari dwar l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tal-antiċipazzjoni tar-ristrutturazzjoni, b'rispett għal-liġijiet jew prattiki nazzjonali.

15.

L-enfasi ġdid tal-Governanza Ekonomika jiffoka fuq il-konsolidazzjoni tal-finanzi pubbliċi, u hemm ir-riskju li l-limitazzjonijiet fuq l-infiq tas-settur pubbliku jippreġudikaw il-possibilitajiet li jitnaqqsu l-effetti negattivi tar-ristrutturazzjoni.

16.

Kull dispożizzjoni tal-Unjoni għandha tkopri kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji, li jkunu proprjetà kemm privata kif ukoll pubblika, skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u/jew il-ftehimiet kollettivi. Fi kwalunkwe każ, għandha tapplika għal operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji u gruppi ta' kumpaniji ewlenin, li jimplikaw jew għadd kbir ta’ ħaddiema jew perċentwal kbir tal-persunal ta’ dawk il-kumpaniji, f’ammont limitat ta' żmien.

17.

Kull qafas tal-Unjoni dwar l-antiċipazzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-bidla u r-ristrutturazzjoni għandu jħeġġeġ u jagħti preċedenza lill-ftehim bejn il-kumpanija u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħha fil-livell lokali. Huwa biss jekk ma jkunx hemm ftehim bħal dan li għandhom japplikaw ir-regoli standard.

Rakkomandazzjoni 2 dwar l-objettiv

1.

L-iskop huwa li tippromwovi u tiffaċilita l-informazzjoni u l-konsultazzjoni fil-bidla ekonomika u li ttejjeb il-mod kif il-kumpaniji, ir-rappreżentanti tal-ħaddiema, l-awtoritajiet pubbliċi u partijiet oħra interessati, kull wieħed minnhom b’responsabbiltá differenti fi stadji differenti fil-proċess ta’ ristrutturazzjoni, madwar l-Unjoni jantiċipaw, iħejju u jġestixxu r-ristrutturazzjoni tal-kumpaniji b'mod soċjalment u ambjentalment responsabbli.

2.

Għal dan l-għan, il-kumpaniji u r-rappreżentanti tal-ħaddiema, meta jkunu qed jiffaċċjaw ristrutturazzjoni, fi spirtu ta' kooperazzjoni, għandhom jirrikonoxxu li dawn il-proċessi għandhom l-għan li jħarsu kemm l-interessi tal-kumpaniji fir-rigward tal-kompetittività u s-sostenibilità, kif ukoll dawk tal-ħaddiema tagħhom, fir-rigward tal-kundizzjonijiet soċjali, tal-impjieg, tas-saħħa u tal-impjieg tagħhom.

Rakkomandazzjoni 3 dwar definizzjonijiet u ambitu

1.

Għall-finijiet ta' dan l-Att:

a)

“kumpaniji” tfisser kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji, li jkunu proprjetà kemm privata kif ukoll pubblika, skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u/jew il-ftehimiet kollettivi;

b)

“kumpaniji dipendenti” tfisser kumpaniji u ditti li jinsabu f'sitwazzjoni ta' dipendenza sostanzjali minn waħda minn dawn ta' hawn fuq minħabba sottokuntrattar, kuntratti ta' provvista u oħrajn;

c)

“rappreżentanti tal-ħaddiema” tfisser dawk previsti mid-dritt nazzjonali u/jew il-prassi nazzjonali;

d)

“ftehimiet” tfisser ftehimiet fil-livell rilevanti (Ewropew, nazzjonali, settorjali, reġjonali jew tal-kumpaniji) minn, minn naħa, rappreżentanti tal-kumpaniji jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, rappreżentanti tal-ħaddiema bil-kapaċità li jikkonkludu ftehimiet kollettivi skont id-dritt nazzjonali u/jew il-prassi nazzjonali jew skont il-proċeduri stabbiliti mill-organizzazzjonijiet ta' trejdjunjins kompetenti fil-livell Ewropew;

e)

“ħaddiema” tfisser il-ħaddiema tal-kumpaniji, ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg tagħhom;

(f)

“awtoritajiet pubbliċi” tfisser korpi ta' amministrazzjoni pubblika fil-livell rilevanti kif maħtura mill-Istati Membri, inklużi s-servizzi ta’ impjieg lokali;

(g)

“operazzjoni ta' ristrutturazzjoni” tfisser kwalunkwe tibdil li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttivi dwar Sensji kollettivi jew it-trasferiment ta’ Impriżi;

(h)

“impjegabilità” tfisser il-ħila tal-impjegat li jikseb jew jibdel l-impjieg skont il-kompetenzi, l-esperjenza u t-taħriġ tiegħu;

(i)

“informazzjoni u konsultazzjoni” huma definiti bi qbil mal-liġi Ewropea u nazzjonali rilevanti f'dan il-qasam;

2.

Kull att tal-Unjoni għandu jkopri kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji, li jkunu proprjetà kemm privata kif ukoll pubblika, skont il-liġi nazzjonali u tal-Unjoni u/jew il-ftehimiet kollettivi. Fi kwalunkwe każ, għandu japplika għal operazzjonijiet ta’ ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji u gruppi ta' kumpaniji ewlenin, li jimplika jew għadd kbir ta’ ħaddiema jew perċentwal kbir tal-persunal ta’ dawk il-kumpaniji, f’ammont limitat ta' żmien.

Rakkomandazzjoni 4 dwar Ippjanar strateġiku fuq medda twila ta' żmien, adattabilità u impjegabilità

1.

Kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturazzjoni fi strateġija fuq medda twila ta' żmien bl-għan li jiġu żgurati u msaħħa s-sostenibilità u l-kompetittività għal żmien twil tal-kumpanija, filwaqt li titrawwem kultura tal-innovazzjoni, filwaqt li jkun rikonoxxut li fil-parti l-kbira tal-każijiet il-kumpaniji jkollhom jirristrutturaw minħabba bidliet mhux previsti fil-kundizzjonijiet tas-suq jew minħabba żviluppi fit-teknoloġija.

2.

Strateġija fuq medda twila ta' żmien tinkludi żvilupp ekonomiku, kif ukoll objettivi ta' riżorsi umani, impjieg u ħiliet iffokati fuq l-iżvilupp fuq bażi permanenti tal-ħiliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xogħol sabiex tiżdied il-kompetittività u s-sostenibilità tal-kumpanija u l-kapaċità tagħha ta' adattament, kif ukoll biex tiżdied l-impjegabilità tal-ħaddiema, jitħaffu t-tranżizzjonijiet tal-ħaddiema u tiġi faċilitata l-mobilità interna u esterna tagħhom.

3.

Għal dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jistimulaw il-kumpaniji biex jiżguraw aċċess għat-taħriġ għal kull ħaddiem sabiex jiġu antiċipati bidliet fir-rekwiżiti għall-impjieg fi ħdan il-kumpanija. Il-ħaddiema għandhom jirrikonoxxu li l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja huma meħtieġa biex isaħħu l-impjegabilità tagħhom u jaċċettaw offerti ta' taħriġ rilevanti.

4.

It-taħriġ propost huwa investiment reali fuq medda twila ta’ żmien, tkun xi tkun l-età tal-impjegat. Dan jinkludi b’mod partikolari, ħtiġijiet relatati mas-setturi industrijali avvanzati, ta’ teknoloġiji ġodda tal-informatika u tal-komunikazzjoni, ta’ tranżizzjoni għal ekonomija ekoloġika jew tal-kura tas-saħħa, u b’mod usa’ ħtiġijiet relatati mal-aktar setturi effettivi biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020.

Rakkomandazzjoni 5 dwar antiċipazzjoni ta' ħtiġijiet ta' impjieg u ħiliet

1.

Il-kumpaniji jiddisinjaw, f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, bl-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u l-obbligi reċiproċi tagħhom, u kif xieraq mal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet oħra interessati rilevanti, strateġiji ta' żvilupp tar-riżorsi umani mfassla skont iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom, kif ukoll mekkaniżmi ta' antiċipazzjoni u ppjanar li jħares ’il quddiem tal-ħtiġijiet tal-impjieg u tal-ħiliet.

2.

Għal dan l-għan, il-kumpaniji f'kooperazzjoni mar-rappreżenanti tal-ħaddiema u partijiet interessati rilevanti oħra, jistabbilixxu:

(a)

mekkaniżmi għal strateġiji fuq medda twila ta' żmien dwar il-ħtiġijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-impjiegi u tal-ħiliet, li jkunu marbuta ma' strateġiji ta' innovazzjoni u ta' żvilupp u li jqisu l-evoluzzjoni prevedibbli tal-ekonomija, l-impjieg u l-ħiliet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kemm pożittiva kif ukoll negattiva, kif ukoll mekkaniżmi biex jiġu determinati l-livelli attwali ta' ħiliet tal-impjegati individwali;

(b)

pjanijiet pluriennali tal-iżvilupp tal-impjieg, tal-ħiliet u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol li jkopru l-oqsma rilevanti, pereżempju:

l-identifikazzjoni u l-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet tal-kompetenza u l-kwalifiki;

appoġġ għall-ħolqien ta' kultura tat-tagħlim biex jgħinu lill-ħaddiema jagħżlu taħriġ adegwat;

valutazzjoni regolari tal-ħiliet individwali li twassal għal mapep ta' taħriġ individwali;

valutazzjonijiet regolari tal-kundizzjonijiet tax-xogħol speċjalment rigward l-organizzazzjoni tax-xogħol;

pjanijiet ta' taħriġ individwali b'objettivi kwantitattivi;

baġit ta' taħriġ annwali;

kontijiet ta' taħriġ individwali;

programmi ta' taħriġ, kemm interni kif ukoll esterni;

liv għal skopijiet ta' edukazzjoni;

miżuri ta' taħriġ speċifiċi biex jiġu indirizzati l-problemi identifikati.

3.

Kull ħaddiem jingħata għadd determinat ta' sigħat għat-taħriġ kull sena, li għandu jiġi stabbilit mil-liġi jew permezz ta' ftehim kollettiv. Madankollu, il-ħtiġijiet tat-taħriġ prinċipalment għandhom jiġu identifikati permezz ta’ valutazzjoni tal-ħiliet, sabiex jiġi kkontrollat li l-impjegabilità tagħhom tinżamm.

4.

Il-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-ħaddiema individwali għandhom jiġu riveduti fuq bażi regolari u għandhom jiġu identifikati soluzzjonijiet xierqa ta’ taħriġ, fejn ikun meħtieġ.

5.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 3 ma jirreferux għal kumpaniji u ħaddiema koperti minn ftehim konkluż fil-livell rilevanti u mal-partijiet rilevanti dwar il-proċeduri għall-antiċipazzjoni ta’ ħiliet jew valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-impjieg u l-ħiliet.

6.

Kull darba li jkun possibbli u xieraq, il-kumpaniji:

(a)

jiżviluppaw il-mekkaniżmi u l-pjanijiet previsti fil-paragrafu 2 b’kooperazzjoni mill-qrib mal-protagonisti esterni, inklużi l-awtoritajiet reġjonali, l-universitajiet u fornituri oħra ta’ edukazzjoni u taħriġ, istituti teknoloġiċi;

(b)

jipparteċipaw u jikkontribwixxu għall-osservatorji esterni tal-impjieg u l-ħiliet, is-sħubijiet, in-netwerks u inizjattivi rilevanti oħra meħuda fir-reġjun u/jew fis-settur ikkonċernat, ċentri ta' innovazzjoni u aġenziji ta' żvilupp;

7.

L-implimentazzjoni konkreta tiġi determinata fi ftehim bejn il-partijiet ikkonċernati.

8.

Il-kumpaniji dipendenti huma infurmati dwar it-tibdil u l-pjanijiet previsti fil-paragrafu 2. Il-ħaddiema tagħhom jistgħu jkunu koperti minn dawk il-mekkaniżmi u pjanijiet fuq talba ta' dawk il-kumpaniji dipendenti, għar-raġuni li dawk il-mekkaniżmi u pjanijiet huma meħtieġa jew utli għall-adattament u l-iżvilupp tagħhom stess. Dan ma jeskludix lill-kumpanji dipendenti milli jiżviluppaw il-mekkaniżmi tagħhom stess.

Rakkomandazzjoni 6 dwar it-tħejjija bikrija

1.

Minbarra f'ċirkustanzi fejn ir-ristrutturazzjoni tinbeda minħabba raġunijiet mhux mistennija jew li jiġru għall-għarrieda, kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturazzjoni, b'mod partikolari meta jista' jkollha impatt negattiv sinifikanti, għandha tiġi ppreċeduta minn tħejjija adegwata mal-partijiet interessati rilevanti, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom, bl-għan li jiġi evitat jew jittaffa l-impatt ekonomiku, soċjali u lokali tagħha.

2.

Ġeneralment ir-ristrutturazzjoni tiġi stimulata minn ċirkustanzi eċċezzjonali li jirriżultaw minn bidliet fis-swieq jew żviluppi fit-teknoloġija. Huwa fl-interess ta’ dawk kollha kkonċernati li meta jseħħu ċirkustanzi eċċezzjonali bħal dawn, il-maniġment u l-impjegati jinvolvu ruħhom f’diskussjonijiet f’waqthom b’konformità mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni.

3.

Kwalunkwe operazzjoni ta’ ristrutturazzjoni proposta għandha tiġi spjegata bis-sħiħ lir-rappreżentanti tal-impjegati li għandhom jingħataw informazzjoni bħal din dwar ir-ristrutturazzjoni proposta sabiex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni profonda u jħejju għal konsultazzjonijiet, fejn ikun xieraq.

4.

Din it-tħejjija għandha titwettaq mill-iktar fis u għandha tinbeda malli jibda jitqies il-bżonn ta' ristrutturazzjoni, skont il-metodi u l-proċeduri nnegozjati fil-livell tas-settur, tar-reġjun jew tal-kumpanija kkonċernata, jekk ikun hemm il-ħtieġa. Minbarra fiċ-ċirkustanzi eċċezzjonali msemmija fl-ewwel paragrafu, din għandha titwettaq fi żmien li jippermetti konsultazzjoni sinifikanti tal-partijiet kollha kkonċernati u l-adozzjoni ta' miżuri sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas għal minimu l-impatt negattiv ekonomiku, soċjali u lokali tagħha.

5.

L-atturi ekonomiċi lokali, b’mod partikolari l-kumpaniji u l-ħaddiema tagħhom f’sitwazzjoni ta’ dipendenza b’relazzjoni mal-kumpanija ta’ ristrutturazzjoni għandhom jiġu infurmati wkoll mill-bidu dwar ir-ristrutturazzjoni proposta.

6.

It-trasparenza u l-informazzjoni f’waqtha lill-impjegati dwar is-sitwazzjoni tal-kumpaniji huma kruċjali sabiex dawn jiġu involuti fir-ristrutturazzjoni u l- proċess ta’ antiċipazzjoni tal-bidla. L-impjegati għandhom jiġu involuti fid-diskussjonijiet fi stadju bikri biex jieħdu sehem fil-proċess ta’ ristrutturazzjoni tal-kumpanija, jew l-ippjanar ta’ rimbors possibbli f’każ li l-kumpanija tieqaf topera.

7.

Fil-kuntest ta' kwalunkwe ristruttarazzjoni, l-impatt ta’ kull tkeċċija għandu jiġi trattat bħala prijorita', b'impenn ċar u trasparenti mill-kumpaniji fir-rigward tal-impjieg.

Rakkomandazzjoni 7 dwar informazzjoni u konsultazzjoni dwar deċiżjonijiet b'rabta man-negozju

1.

Kwalunkwe operazzjoni ta' ristrutturazzjoni, b’mod speċjali dik li jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-impjiegi, għandha tkun akkumpanjata minn spjegazzjoni bikrija u ġustifikazzjoni lill-partijiet interessati rilevanti qabel ma jittieħdu xi miżuri prattiċi, indipendentement minn jekk l-operazzjoni ta' ristrutturazzjoni tkunx se titwettaq abbażi ta' objettivi u rekwiżiti strateġiċi fuq medda twila ta' żmien jew restrizzjonijiet fuq medda qasira ta' żmien, u jekk id-deċiżjoni dwar ir-ristrutturazzjoni hijiex tittieħed mill-kumpanija jew minn grupp li jikkontrolla l-kumpanija.

2.

Il-miżuri previsti fl-ewwel paragrafu jinkludu r-raġuni tal-għażla tal-miżuri maħsuba biex jinkisbu l-objettivi, wara li tkun saret evalwazzjoni tal-għażliet possibbli l-oħra fid-dawl tal-interessi kollha kkonċernati.

3.

Il-kumpaniji għandhom jinfurmaw sa mill-bidu lill-awtoritajiet pubbliċi u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-livell rilevanti fiż-żmien xieraq, b'mod partikolari fil-livell lokali, u jinvolvuhom kemm jista' jkun fl-implimentazzjoni tal-proċess ta' ristrutturazzjoni.

4.

L-atturi ekonomiċi lokali, b’mod partikolari l-kumpaniji u l-ħaddiema tagħhom f’sitwazzjoni ta’ dipendenza b’relazzjoni mal-kumpanija ta’ ristrutturazzjoni għandhom jiġu infurmati wkoll mill-iktar fis dwar il-proċess ta' ristrutturazzjoni.

5.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax jekk ir-regoli kumparabbli dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati huma fis-seħħ fuq livell nazzjonali.

Rakkomandazzjoni 8 dwar il-minimizzazzjoni tal-ispejjeż soċjali interni permezz ta' pjan soċjali

1.

Meta jkun hemm bżonn ta' ristrutturazzjoni, il-kumpaniji għandhom iqisu t-tkeċċijiet biss bħala l-aħħar soluzzjoni u biss wara li jkunu qiesu l-għażliet alternattivi l-oħra kollha u identifikaw u, meta jkun possibbli, implimentaw il-miżuri ta' appoġġ.

2.

B'mod partikolari, il-kumpaniji jqisu l-għażliet rilevanti kollha bħala alternattivi u jinvolvu ruħhom fi djalogu mal-partijiet interessati interni u esterni sabiex jippruvaw jassoċjawhom mas-soluzzjoni għat-tkeċċijiet, pereżempju:

(a)

programmi ta' miżuri progressivi tul iż-żmien;

(b)

tnaqqis fl-intensifikazzjoni tax-xogħol;

(c)

tnaqqis jew riorganizzazzjoni temporanji u/jew permanenti fil-ħin tax-xogħol;

(d)

rinegozzjazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(e)

sekondjar intern jew estern fil-grupp ta’ kumpaniji jew ukoll f’kumpaniji oħrajn li ma jagħmlux parti mill-istess grupp;

(f)

internalizzazzjoni ta' attivitajiet esterni;

(g)

tluq mix-xogħol negozjat għall-impjegati; u

(h)

tluq mix-xogħol naturali għall-impjegati.

3.

Meta t-tkeċċijiet ma jkunux jistgħu jiġu evitati jew ikunu parti minn pakkett li għandu jiġi implimentat fil-kuntest ta' għażliet alternattivi, il-kumpaniji, bl-għajnuna tal-awtoritajiet lokali u ta' servizzi tal-impjieg pubbliċi/privati, għandhom jipparteċipaw billi jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-ħaddiema kkonċernati dik l-għajnuna li tkun xierqa fiċ-ċirkostanzi, sabiex isaħħu l-impjegabilità tagħhom u sabiex jgħinuhom jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol kemm jista' jkun malajr u b'mod sostenibbli.

4.

Minkejja l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mil-liġi u l-prattiki tal-UE u dawk nazzjonali, il-kumpaniji jqisu l-miżuri ta' impjegabilità li ġejjin sakemm juru li jkunu meħtieġa jew utli sabiex ikun limitat l-impatt tal-operazzjoni:

il-provvista ta' informazzjoni lill-ħaddiema mhedda mis-sensja jew li jkunu ngħataw is-sensja dwar is-suq tax-xogħol, id-drittijiet tagħhom u l-kundizzjonijiet innegozjati waqt il-proċess ta’ ristrutturazzjoni;

il-ħolqien ta’ ċelluli ta’ riallokazzjoni u/jew mobilità;

taħriġ u taħriġ mill-ġdid;

gwida professjonali individwalizzata;

għajnuna fit-tfittxija ta' impjieg, inkluż time-off imħallas għat-tfittxija ta' impjiegi;

kumpens ġust;

il-faċilitazzjoni tal-ħolqien ta' negozju u kooperattivi proprji, kif ukoll diversi forom ta' parteċipazzjoni finanzjarja;

il-monitoraġġ, sorveljanza u konsulenza bl-għan li jiġi evitat jew imnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt negattiv tal-proċess ta’ ristrutturazzjoni kemm fuq l-aspett fiżiku kif ukoll fuq dak psikoloġiku kemm għall-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, jekk ikunu jeżistu, kif ukoll dawk li jkunu se jibqgħu impjegati;

l-għoti ta' drittijiet ta' impjieg mill-ġdid għal ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja;

il-faċilitazzjoni ta' trasferiment tal-impriża, inkluż lil impjegati f'forma ta' kooperattiva;

il-provvista ta' assistenza psikosoċjali, meta tkun xierqa.

Rakkomandazzjoni 9 dwar ftehimiet dwar il-ġestjoni ta' proċessi ta' ristrutturazzjoni

1.

Il-kumpaniji u r-rappreżentanti tal-ħaddiema tagħhom għandhom jinnegozjaw ftehimiet kollettivi sabiex ikopru kwistjonijiet li jirriżultaw mir-ristrutturazzjoni proposta, meta dan ikun xieraq.

2.

Id-dispożizzjonijiet tar-Rakkomandazzjonijiet 6 u 7 m'għandhomx japplikaw għal kumpaniji u ħaddiema koperti minn ftehim konkluż fil-livell rilevanti u mal-partijiet rilevanti dwar il-proċeduri u l-mekkaniżmi għat-tħejjija, il-ġestjoni b'mod soċjalment responsabbli u l-imminimizzar ta' spejjeż soċjali interni tal-operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni.

Rakkomandazzjoni 10 dwar l-imminimizzar tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali esterni

1.

Meta operazzjoni ta' ristrutturazzjoni jkollha effetti lokali kbar, il-kumpaniji għandhom ifittxu li jiżviluppaw kumplimentaritajiet u sinerġiji bejn l-azzjoni preparatorja u l-azzjonijiet tal-atturi l-oħra kollha biex jimmassimizzaw l-opportunitajiet tal-impjieg mill-ġdid tal-ħaddiema, biex titħeġġeġ ir-rikonverżjoni ekonomika, soċjali u ambjentali u jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi sostenibbli ġodda li joħolqu impjiegi ta’ kwalità permezz tal-konklużjoni ta' ftehimiet bejn kumpaniji tal-istess settur tal-attivitajiet jew ġeografiku għall-impjieg mill-ġdid ta' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja.

2.

Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kumpaniji għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet reġjonali jew lokali u lill-atturi rilevanti l-oħra dwar il-miżuri li jkunu qegħdin jitħejjew skont ir-rakkomandazzjoni 8. Huma jipparteċipaw fi u/jew jikkontribwixxu għal kwalunkwe task-force jew netwerk stabbiliti fuq livell reġjonali jew settorjali sabiex jiġi mnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tal-operazzjoni.

3.

Sakemm jintwera li dan ikun meħtieġ u konformi mar-rekwiżiti nazzjonali jew reġjonali, il-kumpaniji għandhom ifasslu u jimplimentaw strateġiji bl-għan li jiġu riabilitati u/jew riallokati siti industrijali li probabbilment ikunu se jiġu abbandunati, bħala miżura ambjentali, bħala mezz sabiex jiġu attirati attivitajiet ġodda u mod kif jiġi assorbit proporzjon mill-impjiegi li jkunu se jintilfu.

4.

Il-miżuri msemmija fir-Rakkomandazzjoni 8 għandhom ikopru kemm jista’ jkun l-ħaddiema tal-kumpaniji li huma dipendenti. Il-kumpaniji dipendenti u l-ħaddiema tagħhom jiġu infurmati dwar dawk il-miżuri jekk din l-informazzjoni tkun meħtieġa għall-adattament tagħhom stess u għall-ġestjoni tal-proċess ta' ristrutturazzjoni fi ħdan dawk il-kumpaniji.

Rakkomandazzjoni 11 dwar l-appoġġ pubbliku

1.

L-Istati Membri se jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet pubbliċi u l-korpi kollha li jiddependu fuq l-awtorità tagħhom, jipprovdu l-assistenza jew il-parir li huma meħtieġa mingħandhom sabiex jiġi ffaċilitat u simplifikat proċess ta’ ristrutturazzjoni mingħajr xkiel, sabiex l-impatt jitnaqqas kemm jista’ jkun.

2.

L-awtoritajiet pubbliċi u s-servizzi tal-impjiegi fil-livelli differenti jintervjenu fil-kapaċità tagħhom ta' antiċipazzjoni u ġestjoni billi:

(a)

Jippromwovu d-djalogu, il-koordinazzjoni u l-kollaborazzjoni tal-partijiet interessati esterni

(b)

Jappoġġaw l-antiċipazzjoni ta’ proċessi u l-operazzjonijiet partikolari ta’ ristrutturazzjoni bl-għan li jtaffu l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħhom.

3.

L-awtoritajiet pubbliċi u s-servizzi tal-impjieg, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali fil-livell rilevanti, jgħinu jew jagħtu parir lill-mekkaniżmi għall-ippjanar fuq żmien twil u l-pjanijiet multiannwali tal-impjieg u l-ħiliet meħtieġa żviluppati fi ħdan il-kumpaniji, b’mod speċjali fil-valutazzjoni tal-ħila organizzattiva għall-ħaddiema involuti kollha.

4.

F'reġjuni affettwati mill-bidla strutturali, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom, b’kooperazzjoni mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet ta’ sħab soċjali fil-livell relevanti, iqisu fejn xieraq:

(a)

il-ħolqien ta' korpi permanenti, netwerks jew osservatorji biex jantiċipaw il-proċessi ta’ bidla u jipprovdu valutazzjoni tal-ħila b’xejn, bi prijorità għal ħaddiema li jbatu min-nuqqas ta’ impjegabilità;

(b)

il-promozzjoni ta' patti ta' impjieg territorjali bl-għan li jiffavorixxu l-ħolqien u l-adattament tal-impjieg, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u attrazzjoni ta' investiment bil-mezzi kollha, b’kunsiderazzjoni għall-fibra tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, lokali;

(c)

il-promozzjoni jew il-ħolqien ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw tranżizzjonijiet ta’ impjieg, inkluż permezz ta’ netwerking tal-kumpaniji u skambju ta’ prattiki tajba;

(d)

l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ ta’ benefiċċju għall-kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema tagħhom u jappoġġaw djalogu u kooperazzjoni bejn dawn u kumpaniji kbar;

(e)

l-iffavorizzar ta' impjieg reġjonali u rikonverżjoni ekonomika, soċjali u ambjentali;

(f)

it-tħeġġiġ tal-possibilitajiet ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi b’mod partikolari fil-kuntest tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Rakkomandazzjoni 12 dwar l-appoġġ finanzjarju

1.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-kumpaniji li jirriżultaw mil-liġijiet tal-Unjoni, il-liġijiet jew prattiki nazzjonali, l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu, meta jkun possibbli, appoġġ finanzjarju u riżorsi ta’ għajnuna oħra għal miżuri ta’ impjegabilità li jiffavorixxu ħaddiema ta’ kumpaniji li jkunu qed iwettqu ristrutturazzjoni, sakemm dan it-tip ta’ appoġġ ikun meħtieġ jew adegwat biex dawn ikunu jistgħu jerġgħu jidħlu mill-ġdid, u malajr, fis-suq tax-xogħol.

2.

Bi qbil mar-regoli li jiggvernawhom, il-Fondi tal-Unjoni – b’mod partikolari l-FEŻR u l-FSE – jistgħu jintużaw għal appoġġ tal-azzjoni integrata biex ikun hemm antiċipazzjoni u tħejjija b’rabta mar-ristrutturazzjoni, kif ukoll biex min iħaddem jiġi megħjun jadatta għall-bidla għal skopijiet tal-paragrafi 1 u 2.

3.

Mingħajr ma jibdel l-ebda obbligi tal-Istati Membri jew l-impjegaturi li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni, liġijiet jew prattiki nazzjonali, bi qbil mar-regoli li jiggvernawha, il-FEG jista’ jkun utli biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-integrazzjoni mill-ġdid ta’ malajr fix-xogħol ta’ ħaddiema li ngħataw is-sensja.

Rakkomandazzjoni 13 dwar il-Ħatra tal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti

L-Istati Membri jaħtru lill-awtoritajiet pubbliċi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, li jkunu responsabbli għall-iskopijiet ta' dan l-att.

Rakkomandazzjoni 14

1.

Il-kumpaniji joħolqu għodod ta’ valutazzjoni u rappurtaġġ regolari dwar il-prattiki ta’ ristrutturazzjoni tagħhom, b’kooperazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema u meta jkun xieraq, mal-organizzazzjonijiet esterni involuti f’dak il-proċess.

2.

L-Istati Membri jikkooperaw mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol billi jipprovdu informazzjoni statistika dwar l-operazzjonijiet ta' ristrutturazzjoni.

3.

Dan il-qafas bl-ebda mod ma jippreġudika d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mil-liġi tal-UE fl-oqsma tal-involviment tal-ħaddiema. L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli għall-protezzjoni tal-prinċipju tat-trattament indaqs.

4.

Dan il-qafas bl-ebda mod ma jippreġudika xi obbligu ta' protezzjoni tal-impjieg b'rabta mal-ħlas ta' kumpens f'każ li jintemm impjieg. L-implimentazzjoni tiegħu fl-ebda ċirkostanza ma tikkostitwixxi raġuni għal tnaqqis fil-livell ta' protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni diġà mogħtija mill-Istati Membri.

5.

Kull Stat Membru jipprovdi, f'każijiet speċifiċi u soġġett għall-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li l-kumpaniji ma jkunux obbligati jittrażmettu informazzjoni meta n-natura tagħha hija tali li, skont kriterji oġġettivi, tagħmlilhom ħsara serja fit-tħaddim tagħhom jew tipperikolahom. Stat Membru jista' jiddisponi li din id-dispensa tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja minn qabel.

6.

L-Istati Membri jipprevedu li r-rappreżentanti tal-ħaddiema u kwalunkwe persuna oħra li jkollha aċċess għall-informazzjoni li tkun ingħatatilhom espliċitament bħala riżultat ta' dan l-att ma jkunux awtorizzati jiżvelawha jekk tkun ingħatat fuq bażi kunfidenzjali, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali.

7.

L-Istati Membri għandhom jeskludu kumpaniji li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni mill-benefiċċju tal-għajnuna pubblika mill-baġits nazzjonali.

8.

Minkejja l-paragrafu 7, xejn ma jipprekludi l-użu ta' fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u mill-baġits nazzjonali għall-benefiċċju dirett tal-ħaddiema tal-kumpaniji msemmija f'dk il-paragrafu.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/38


P7_TA(2013)0006

L-Istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika (2012/2026(INI))

(2015/C 440/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-piraterija marittima (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2009 dwar is-sitwazzjoni fil-Qarn tal-Afrika (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar ir-Rapport tal-2008 dwar il-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar ir-Rapport tal-2009 dwar il-Politika Barranija u ta’ Sigurtà Komuni (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2012 dwar ir-Rapport Annwali mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew dwar il-Politika Estera u ta’ Sigurtà (5),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Qarn tal-Afrika tal-14 ta' Novembru 2011, u, b’mod partikolari, il-Qafas Strateġiku fl-Anness tagħhom,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta’ Sigurtà u d-dokument tal-14 ta’ Marzu 2008 mir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni għall-Kunsill Ewropew bl-isem 'It-tibdil fil-klima u s-sigurtà internazzjonali',

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE dwar l-elezzjonijiet li saru fl-Etjopja fit-23 ta’ Mejju 2010,

wara li kkunsidra l-adozzjoni ta’ kostituzzjoni għas-Somalja minn 825 membri tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali fl-1 t’ Awwissu 2012, wara li kkunsidra l-elezzjoni demokratika ta’ president ġdid tas-Somalja fil-11 ta’ Settembru 2012 bħala parti mill-proċess ta’ tranżizzjoni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Komuni tal-1 ta’ Diċembru 2011 u tat-23 ta’ Lulju 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2067(2012),

wara li kkunsidra l-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), il-kunċett strateġiku tagħha tal-5 ta’ Jannar 2012 dwar l-istabbiliment ta’ preżenza fl-erba' setturi u r-Riżoluzzjoni 2036(2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li titlob lill-Unjoni Afrikana biex iżżid in-numri tal-forza tal-AMISOM minn 12 000 għal massimu ta’ 17 731 membru tal-persunal bl-uniformi, li jinkludu truppi u persunal minn unitajiet tal-pulizija mħarrġa,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 1820(2008) tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra r-rapport tan-NU tal-25 ta’ Jannar 2011 u l-25 proposta li fih magħmula minn Jack Lang, il-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar kwisjonijiet legali relatati mal-piraterija lil hinn mill-kosta tas-Somalja, wara li kkunsidra r-rapporti ta’ segwitu minn Jack Lang, inkluż ir-rapport dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment ta’ qrati Somali speċjalizzati kontra l-piraterija tal-15 ta’ Ġunju 2011, u r-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar qrati speċjalizzati kontra l-piraterija fis-Somalja u fi Stati oħra fir-reġjun tal-20 ta’ Jannar 2012,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Konġunta UE-Afrika,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0408/2012),

A.

billi l-Qarn tal-Afrika huwa wieħed mir-reġjuni l-inqas siguri fid-dinja f’dak li jirrigwarda l-ikel u miljuni ta’ persuni li jgħixu f’dik iż-żona jsofru l-ġuħ u jinsabu f’riskju ta’ karestija; billi dan ir-reġjun ġeografiku fih pajjiżi li huma fost dawk bl-istandards tas-saħħa l-aktar baxxi fid-dinja; billi dan hu wkoll wieħed mill-ifqar reġjuni tad-dinja u wieħed minn dawk li għandhom l-ikbar nuqqas ta’ governanza; billi n-nuqqas ta' sigurtà tal-bnedmin u n-nuqqas ta' sigurtà ta' ikel b'mod partikolari jaggravaw il-kriżijiet umanitarji fir-reġjun; billi l-komunità internazzjonali naqset milli tieħu passi preventivi biex tindirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-bnedmin, in-nixfa u l-karestiji f'dak ir-reġjun;

B.

billi r-reġjun għandu storja twila ta’ kun0flitti u billi teżisti relazzjoni bejn il-kunflitti, il-faqar u n-nuqqas ta’ żvilupp; billi ma jistax jinkiseb żvilupp sostenibbli f’ambjent karatterizzat minn tensjonijiet, kunflitti armati u istituzzjonijiet governattivi li mhumiex stabbli, waqt li fl-istess ħin il-faqar u n-nuqqas ta’ żvilupp joperaw bħala fatturi li joħolqu kunflitt; billi t-tibdil fil-klima x'aktarx li jkompli jiggrava s-sitwazzjoni f'dan ir-reġjun, fejn l-okkorrenzi ta’ nixfa diġà saru iżjed frekwenti;

C.

billi l-instabbiltà fit-tul fil-Qarn tal-Afrika tirriżulta f’konsegwenzi għas-sigurtà tal-pajjiżi tal-viċinat u l-kontinent kollu u, minħabba l-eżistenza ta' netwerks tat-terroriżmu fir-reġjun, tista' taffettwa s-sigurtà ta' reġjuni oħra, bħall-Ewropa, il-Peniżola Għarbija u l-Ażja t'Isfel;

D.

billi ċ-ċirklu vizzjuż ta’ nuqqas ta’ sigurtà, instabbiltà, faqar u governanza ħażina jista’ jiġi indirizzat b’suċċess u b’mod effettiv biss permezz ta’ approċċ komprensiv u ħolistiku impenjat li jikseb l-iżvilupp fil-pajjiżi tar-reġjun b’mod sostenibbli; billi l-Qarn tal-Afrika huwa eżempju tal-konnessjoni bejn l-iżvilupp u s-sigurtà, billi huwa reġjun fejn l-attivitajiet kriminali, speċjalment it-terroriżmu u l-piraterija, jikbru bħala konsegwenza ta' faqar estrem u governanza ħażina, jew nuqqas ta' governanza tal-istat;

E.

billi jeżisti interess Ewropew fi tliet livelli differenti u interess internazzjonali usa’ fis-sitwazzjoni ta’ sigurtà fil-Qarn tal-Afrika li jirrelata ma': l-ewwel nett, it-theddida maħluqa mit-terroriżmu internazzjonali u l-fondi mill-piraterija u l-ħtif ta’ persuni mgħoddija lil organizzazzjonijiet terroristiċi; it-tieni nett, it-theddida ekonomika lill-kummerċ internazzjonali u l-ħtieġa li jiġi faċilitat il-passaġġ b’mod sigur tat-trasport bil-baħar; u t-tielet nett, il-ħtieġa li n-NU jiġu assistiti fl-għanijiet tagħhom, pereżempju fil-protezzjoni tal-bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ikel fir-reġjun;

F.

billi l-impenn tal-UE għar-reġjun huwa infurmat kemm bl-importanza ġeostrateġika tiegħu kif ukoll bix-xewqa li n-nies li jgħixu fil-Qarn jingħataw appoġġ u jinħelsu mill-faqar; billi sabiex isir dan u tintlaħaq paċi dejjiema l-UE impenjat ruħha li tappoġġja l-isforzi kemm fil-livell reġjonali, eżempju permezz tal-IGAD (l-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp) u l-Unjoni Afrikana, kif ukoll fil-livell nazzjonali għall-konsolidazzjoni tal-paċi u l-ġustizzja fuq il-bażi tal-prinċipji tal-inklużjoni, l-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;

G.

billi l-IGAD tibqa' strument li mhux żviluppat biżżejjed għat-titjib tal-kooperazzjoni, l-integrazzjoni u s-sigurtà fil-livell reġjonali; billi hemm il-ħtieġa li l-IGAD ikollha rwol ċentrali fl-arkitettura politika u tas-sigurtà tal-Qarn tal-Afrika, kif ukoll fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fl-integrazzjoni politika u ekonomika fir-reġjun, bil-għan li l-pajjiżi tar-reġjun ikunu impenjati u ankrati ma' aġenda politika u ekonomika komuni;

H.

billi linja kontinwa ta’ nuqqas ta’ sigurtà u instabbiltà li tmur mill-Oċean Atlantiku sal-Oċean Indjan tista’ ssaħħaħ l-attivitajiet tat-traffikar tad-droga fl-Atlantiku tat-Tramuntana kollu u fl-Amerika Latina u l-Karibew, kif ukoll tħeġġeġ it-traffikar fl-armi u l-persuni filwaqt li tiftaħ rotot ġodda ta’ traffikar u l-possibbiltà tal-kuntrabandu ta’ drogi kemm lejn l-Ewropa kif ukoll lejn il-peniżola Għarbija;

I.

billi l-kompetizzjoni fost l-istati għar-riżorsi naturali fir-reġjun, b’mod partikolari l-karburanti fossili u l-ilma, u l-kompetizzjoni sabiex jiġi pprovdut aċċess infrastrutturali għall-portijiet għall-istati li jipproduċu ż-żejt u l-gass kif ukoll aċċess għall-baħar min-naħa tal-istati mdawra bl-art jistgħu joħolqu iżjed tensjoni fir-reġjun u jwasslu għal instabbiltà kronika;

J.

billi l-istabbiltà vijabbli fit-tul fil-Qarn tal-Afrika tista’ tinbena biss fuq istituzzjonijiet demokratiċi qawwija u responsabbli, fuq l-istat tad-dritt u fuq ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari, il-libertà tal-espressjoni, u fuq prospetti ekonomiċi aħjar għas-soċjetà b’mod ġenerali;

K.

billi huwa essenzjali li jitrawmu b’mod attiv żoni żgħar ta’ stabbiltà fir-reġjun, li jiġi indirizzat il-faqar u li jiġi promoss l-irkupru ekonomiku bħala mezz biex jiġu rrestawrati l-istati falluti; billi ma jista’ jkun hemm l-ebda sigurtà mingħajr żvilupp u l-ebda żvilupp mingħajr sigurtà;

L.

billi l-insorġenza vjolenti ta’ Al-Shabaab, in-nuqqas governanza statali fis-Somalja, it-theddid minħabba attivitajiet kontinwi ta' piraterija fil-kosta tas-Somalja, it-tensjonijiet u l-kunflitti potenzjali bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel, ir-reġjuni suxxettibbli għall-kunflitti ta' Abiyei u d-Darfur, it-tranżizzjoni politika fl-Etjopja wara l-mewt tal-Prim Ministru Meles Zenawi, it-tensjonijiet bejn l-Etjopja u l-Eritrea u s-Somalja, it-tensjoni bejn l-Eritrea u Ġibuti, u l-attivitajiet terroristiċi tal-Lord’s Resistance Army (LRA) kollha jikkontribwixxi biex il-Qarn tal-Afrika jkun wieħed mir-reġjuni l-aktar suxxettibbli għall-kunflitti fid-dinja, u b’hekk joħolqu tbatija enormi lill-persuni, l-ispustament intern tal-persuni, id-deterjorament tas-sitwazzjonijiet ta’ kriżijiet umanitarji, u l-ostakolar tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli kif ukoll tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt;

M.

billi, hekk kif il-ġlieda kontra Al-Shabaab fis-Somalja qiegħda tagħmel progress li dejjem qed jiżdied, jeżisti riskju dejjem ikbar li l-attivitajiet terroristiċi u d-destabilizzazzjoni jinfirxu lejn partijiet oħra tas-Somalja jew iżjed ’il ġewwa f’partijiet tal-Afrika li qabel ma kinux affettwati;

N.

billi l-instabilità politika u l-kunflitt dejjem preżenti fis-Somalja virtwalment qerdu kwalunkwe prospett ta' żvilupp ekonomiku sostenibbli fir-reġjun; billi n-nuqqas ta' prospetti stabbli demokratiċi u ekonomiċi għall-popolazzjoni, partikolarment iż-żgħażagħ, flimkien man-nuqqas tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-governanza u tas-sigurtà tal-bnedmin jipprovdi art fertili għall-inkoraġġiment tal-attività kriminali, inklużi l-piraterija u l-kuntrabandu tad-droga, filwaqt li jsostni gruppi terroristiċi bħal Al-Shabaab; billi hu essenzjali li tali kwistjonijiet jiġu indirizzati b'mod kompensiv filwaqt li wieħed jibni fuq l-istrumenti kollha tal-UE ta' azzjoni esterna, u li tali azzjoni tiġi kkumplimentata mill-istabbiliment ta' qrati Somali speċjalizzati kontra l-piraterija malli jkunu stabbiliti strutturi statali vijabbli fis-Somalja;

O.

billi l-Gvern Federali Tranżitorju tas-Somalja (TFG) ma rnexxilux joħloq amministrazzjoni stabbli u inklużiv li tkun kapaċi tippromwovi l-kunsens fost id-diversi komponenti etniċi u politiċi tagħha; billi l-gvern il-ġdid tas-Somalja jrid jirċievi appoġġ sħiħ mill-komunità internazzjonali sabiex b’hekk ikun jista’ jiffaċċja l-isfidi li għandha s-Somalja u jistabbilixxi mill-ġdid stabbiltà politika, demokratika, etnika u soċjali sostenibbli;

P.

billi l-bastimenti tas-sajd minn ħafna pajjiżi ħadu vantaġġ mill-kaos fis-Somalja biex jistadu fiż-żona ta’ 200 mil nawtiku tas-Somalja mill-1990, u b’hekk imminaw l-għajxien tas-sajjieda Somali;

Q.

billi skont l-UNHCR, hemm iżjed minn miljun refuġjat Somalu mxerrda mal-Qarn tal-Afrika, u prinċipalment fil-Kenja u l-Etjopja, u 1,3 miljun persuna spustata internament (IDPs) fis-Somalja; billi l-kunflitt intern, it-terroriżmu ta’ Al-Shaabab u l-kriżijiet konsekuttivi ta’ nixfa huma l-kawża ewlenija tal-fenomenu tal-eżodu minn u l-ispustament tal-persuni fis-Somalja, li jaffettwaw ir-reġjun kollu b’mod tanġibbli;

R.

billi fl-20 ta’ Awwissu 2012 li għadda kien hemm żewġ avvenimenti fil-Qarn tal-Afrika ta’ importanza kbira għar-reġjun: l-ewwel, il-mewt tal-Prim Ministru tal-Etjopja, Meles Zenawi, u t-tieni, l-istabbiliment tal-ewwel parlament formali tas-Somalja f’iktar minn għoxrin sena; billi l-ħatra ta’ Parlament ġdid u l-elezzjoni tal-President ġdid tas-Somalja Hassan Sheikh Mohamud, fl-10 ta’ Settembru 2012, irrappreżentaw mument storiku, u pass importanti lejn it-titjib tal-paċi u s-sigurtà u wrew li s-sitwazzjoni fis-Somalja mhijiex irriversibbli;

S.

billi l-Etjopja, Ġibuti, il-Kenja u l-Uganda taw appoġġ militari u politiku għall-isforzi biex tinkiseb stabbiltà fir-reġjun, speċjalment permezz tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM), u b'hekk ħadmu għal soluzzjoni vijabbli għas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun li tkun tappartjeni lil u mmexxija mill-Afrikani, bl-appoġġ attiv tal-komunità internazzjonali; billi l-Unjoni Afrikana hija sieħba prezzjuża għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun;

T.

billi s-sitwazzjoni ta’ sigurta u dik militari fis-Somalja għadha perikoluża u mhux prevedibbli; billi l-AMISOM kienet kapaċi titfa’ lura l-milizja Iżlamika Al Shabaab u skjerat 100 suldat f’Baidoa; billi dan l-aħħar il-Kenja interveniet b’mod militari fis-Somalja Ċentrali tan-Nofsinhar, iżda ma kinitx kapaċi tegħleb lill-Al Shabaab b’mod deċiżiv; billi l-Forzi tad-Difiża Nazzjonali tal-Etjopja intervenew fir-reġjun ta' Hiraan u fir-reġjun ta' Bay fi Frar 2012; billi l-aabużi tad-drittijiet tal-bniedem, it-tortura, id-detenzjonijiet arbitrarji u l-eżekuzzjonijiet sommarji, kif ukoll attakki illegali ta’ ritaljazzjoni kontra persuni ċivili mwettqa minn forzi Etjopjani leali għat-TFG ġew rrapurtati mill-Human Rights Watch; billi l-Eritrea, ġara tagħha, kienet akkużata mill-Grupp ta' Monitoraġġ u Sanzjonijiet tan-NU li qed tipprovdi armi, taħriġ u appoġġ finanzjarju lil Al Shabaab, b'hekk qed tikser l-embargo tal-armi tan-NU;

U.

billi tmiem għall-kriżi fis-Somalja, waqt li tiddependi fuq l-istabbiltà miksuba permezz tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Afrikana fil-pajjiż, tista’ tinkiseb biss bil-preservazzjoni u l-appoġġ tal-istabbiltà soċjali u politika, li jfisser li l-partijiet involuti fl-operazzjonijiet militari se jkollhom ukoll responsabbiltà kbira fl-appoġġ tal-awtoritajiet lokali, bil-mezzi kollha meħtieġa, għall-perjodu ta’ wara l-waqfien tal-operazzjonijiet militari;

V.

billi l-azzjonijiet militari internazzjonali waħedhom ma jistgħu qatt jistabbilixxu s-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi fit-tul, sakemm dawn ma jkunux akkumpanjati minn programmi ta’ żvilupp demokratiku;

W.

billi l-mewt tal-Prim Ministru Meles Zenawi x'aktarx li jkollha konsegwenzi nazzjonali u reġjonali profondi, li joħolqu opportunità għat-tmexxija l-ġdida biex din tiftaħ l-ispazju politiku, tirrevoka l-liġijiet repressivi u tinvolvi ruħha fi djalogu politiku li jinkludi lil kulħadd lejn tranżizzjoni demokratika; billi l-ħolqien ta' gvern inklużiv elett b’mod demokratiku fl-Etjopja huwa l-uniku mod sabiex tiġi evitata l-firxa tal-instabbiltà, tar-radikaliżmu u tal-inkwiet fil-pajjiż, li qed jheddu r-rwol tal-Etjopja fil-ġlieda kontra t-terroriżmu;

X.

billi fl-elezzjonijiet parlamentari ta’ Mejju tal-2010, il-FDRPE kiseb 545 mill-547 siġġu kkontestat, ħaġa li ħeġġet lill-Missjoni ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-UE sabiex tiddikjara li l-elezzjonijiet ma laħqux l-istandards internazzjonali;

Y.

billi l-Etjopja tirċievi iktar għajnuna esterna minn pajjiżi oħra Afrikani, mill-Istati Uniti u l-UE;

Z.

billi, wara 20 sena ta’ indipendenza taħt il-gvern tal-president Isaias Afewerki, l-Eritrea huwa wieħed mill-pajjiżi l-iżjed repressivi u magħluqa fid-dinja b’rekord tad-drittijiet tal-bniedem tremendament fqir li jinkludi t-tqegħid fil-ħabs, it-tortura u l-qtil taċ-ċittadini tiegħu; billi fil-5 ta’ Lulju 2012 il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU adotta riżoluzzjoni li tikkundanna bil-qawwi l-ksur kontinwu, mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-awtoritajiet tal-Eritrea, ir-restrizzjonijiet kbar fuq il-libertà tal-opinjoni u l-espressjoni, u l-lieva furzata taċ-ċittadini għal perjodi indefiniti, bil-ħatra wkoll ta’ Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eritrea, sabiex jinkiser l-iżolament tal-pajjiż, u jiġu investigati u rrapurtati l-abbużi; billi ċ-ċittadin Svediż-Eritrean Dawit Isaak għadu miżmum incommunicado fil-ħabs mingħajr ġuri fl-Eritrea wara 11-il sena;

Aa.

billi, fis-26 ta’ Settembru 2012, il-Presidenti tas-Sudan u tas-Sudan t’Isfel iffirmaw ftehim ta’ kooperazzjoni li kien ilu mistenni, li jipprevedi l-fluss mill-ġdid taż-żejt min-Nofsinhar għat-Tramuntana, id-demilitirizzazzjoni taż-żona ta’ protezzjoni ma’ tul il-fruntiera, il-ftuħ mill-ġdid tal-kummerċ transkonfinali u l-libertà ta’ moviment taċ-ċittadini miż-żewġ pajjiżi; billi ż-żewġ pajjiżi għad iridu jaqblu dwar l-istat ta’ Abyei u dwar żoni oħra li huma s-suġġett ta’ tilwim;

Ab.

billi s-Sudan t’Isfel qed jiffaċċja sfidi politiċi, ekonomiċi u ta’ sigurtà serji, speċjalment dwar il-vjolenza interkomunali u n-nuqqas ta’ strutturi solidi ta’ governanza; billi d-diżarm li għaddej tal-persuni ċivili, magħruf bħala 'Operazzjoni Restawr tal-Paċi', li beda f’Marzu 2012 bħala reazzjoni għall-vjolenza interkomunali fl-Istat ta’ Jonglei, wassal għal abbużi rrapurtati mwettqa mill-forzi tal-armata kontra persuni ċivili;

Ac.

billi għadu diffiċli li tintlaħaq il-paċi fir-reġjun tal-Punent tad-Darfur u fl-Istati tan-Nofsinhar ta’ Kordofan t’Isfel u l-Blue Nile; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem għadhom qed jirrappurtaw dwar bumbardamenti indiskriminati f’żoni ċivili min-naħa tal-forzi tal-gvern, qtil ekstraġudizzjarju, arresti arbitrarji, sakkeġġ fuq skala kbira u l-qerda tal-proprjetà; billi l-vjolenza li għadha għaddejja kkawżat kriżi umanitarja dejjiema u li tqajjem tħassib;

Ad.

billi l-aċċess għall-popolazzjonijiet jibqa’ wieħed mill-akbar problemi fil-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika sabiex jiġu indirizzati l-emerġenzi umanitarji;

Ae.

billi l-Kummissjoni Ewropea qed tipprepara ruħha biex iżżid għal EUR 158 miljun l-għajnuna umanitarja totali mogħtija lill-popolazzjonijiet vittmi tan-nixfa li tolqot lill-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika;

Af.

billi l-pajjiżi prinċipali membri prinċipali tal-Unjoni Afrikana impenjaw ruħhom, waqt il-konferenza internazzjonali tad-donaturi li saret f’Addis Abeba, biex jagħmlu disponibbli kważi USD 350 miljun għall-pajjiżi li ntlaqtu min-nixfa;

Ag.

billi l-Qarn tal-Afrika u b’mod speċjali s-Somalja ġew milquta minn kriżi kbira ta’ karestija minħabba nixfa li rriżultat fi kriżi umanitarja serja li affettwat aktar minn 12-il miljun persuna fir-reġjun, inklużi aktar minn 7,5 miljun persuna fis-Somalja; billi l-kriżi ta’ karestija mhux biss ikkawżat l-imwiet ta’ ħafna persuni, b’mod speċjali tfal, iżda wasslet ukoll għal fluss fuq skala kbira ta’ refuġjati lejn il-pajjiżi ġirien tal-Kenja u l-Etjopja; billi l-Kummissjoni Ewropea żiedet l-għajnuna umanitarja tagħha minn EUR 9 miljun fl-2008 għal EUR 46 miljun fl-2009, iżda mbagħad naqqset l-ammont għal EUR 35 fl-2010 u għal EUR 30 miljun fl-2011; billi sussegwentement irrevediet l-allokazzjoni u żidietha għal EUR 77 miljun, imma mhux qabel l-okkorrenza ta' nixfa kbira fis-sajf tal-2011;

Ah.

billi t-titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni umanitarja fil-Qarn tal-Afrika se jkun interrelatat mal-għanijiet l-oħra kollha li l-Unjoni qiegħda tipprova tilħaq fir-reġjun, u kwalunkwe riżoluzzjoni sostenibbli tal-kunflitti differenti li jaffettwaw ir-reġjun, għalhekk, għandha tqis il-ħtiġijiet tal-persuni spustati internament u l-kriżi li għaddejja tar-refuġjati u l-kawżi tagħha, inklużi nuqqas ta’ sigurtà strutturali tal-ikel, il-kunflitti u l-effetti tat-tibdil fil-klima, ukoll b’attenzjoni speċjali għall-gruppi ta’ popolazzjonijiet l-iżjed vulnerabbli bħan-nisa u t-tfal;

Ai.

billi d-donaturi u l-atturi politiċi sinifikanti fir-reġjun jinkludu mhux biss atturi politiċi u ta’ żvilupp tradizzjonali bħall-UE, l-Istati Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali bħan-NU u l-Bank Dinji, iżda wkoll it-Turkija, l-Eġittu, l-Istati tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf, b’mod partikolari l-Qatar, u l-Organizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Iżlamika; billi ċ-Ċina kellha u għad għandha rwol importanti fil-promozzjoni tal-iżvilupp infrastrutturali u l-kapaċitajiet ekonomiċi fil-Qarn tal-Afrika billi tipprovdi self ad hoc b’rati baxxi ta’ interessi li mhumiex kundizzjonali fuq pajjiżi li jkunu qegħdin iwettqu riformi effettivi u li ħafna drabi jaġixxu bħala tħeġġiġ għal aċċess privileġjat għal riżorsi naturali u għall-aċċess għas-suq għall-pajjiż;

Aj.

billi l-UE hija l-fornitur prinċipali tal-għajnuna internazzjonali u ta’ għajnuna umanitarja fil-Qarn tal-Afrika u billi tikkontribwixxi għall-iżvilupp u s-sigurtà ta’ dan ir-reġjun fuq l-art u fil-baħar;

Ak.

Billi t-twaqqif ta’ ambjent sigur għall-kummerċ u t-trasport huwa t-triq ewlenija lejn l-istabilizzazzjoni u l-iżvilupp fir-reġjun, kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar;

Al.

billi l-bejgħ tal-ivorju illegali sar wieħed mis-sorsi ta’ dħul l-iżjed importanti għall-milizji bħal Al Shabaab, kif ukoll għall-forzi militari uffiċjali, wara żieda enormi tad-domanda mill-pajjiżi Asjatiċi; billi skont is-CITES, il-livell ta’ qbid mingħajr permess tal-iljunfanti huwa l-agħar f’dan id-deċennju u l-ħtif irreġistrat tal-ivorju laħaq l-ogħla livell sa mill-1989;

Am.

billi, skond rapport mill-Programm Ambjentali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNEP), għadd kbir ta' vjaġġi illegali bi skart tossiku, li l-kontenut tagħhom qed inixxi, intrema matul il-kosta tas-Somalja, fejn is-saħħa tal-popolazzjoni lokali u l-konservazzjoni tal-ambjent ġew totalment injorati; billi, skont l-istess rapport, l-iskart mormi fil-baħar joriġina parzjalment mill-UE u huwa ta' dannu irriversibbli għas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent fir-reġjun, bi ksur flagranti tad-drittijiet tal-bniedem;

An.

billi t-tmien Għanijiet tal-Millennju kollha bħalissa mhumiex mexjin fid-direzzjoni t-tajba fir-reġjun, u wirja determinata ta’ rieda politika biss se tagħmilha possibbli li jsir xi progress fit-tliet snin li fadal qabel l-iskadenza tal-2015;

Ao.

billi l-irrazzjonalità u l-estremiżmi politiċi huma milqugħa f’sitwazzjonijiet ta’ miżerja jew ta’ karestija; billi erbatax-il xahar wara li n-NU ħabbret uffiċjalment l-eżistenza tal-ewwel karestija tas-seklu XXI fil-Qarn tal-Afrika, is-sitwazzjoni umanitarja wriet titjieb relattiv imma għadha kritika;

Ap.

billi l-progress fit-tnaqqis tal-faqar sofra kontrattempi fil-Qarn tal-Afrika minħabba l-kriżi tal-ikel u l-karburanti, kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-impatt tat-tibdil fil-klima,

Aq.

billi, f’Marzu tal-2012 l-FAO stmat li iktar minn tmien miljun persuna teħtieġ għajnuna fil-Qarn tal-Afrika (inklużi 3,2 miljuni fl-Etjopja, 2,5 miljuni fis-Somalja, 2,2 miljuni fil-Kenja u 180 000 f’Ġibuti); billi fl-2011, ir-reġjun għadda minn l-ikbar nixfa fl-aħħar 60 sena, li affettwat iktar minn 13-il miljun persuna, tant li mijiet ta’ eluf kellhom jitilqu minn djarhom u għexieren ta’ eluf tilfu ħajjithom;

Ar.

billi x-xogħol tal-Qorti Kriminali Internazzjonali fil-Qarn tal-Afrika li jressaq lill-awturi tar-reati quddiem il-ġustizzja u jiġġieled kontra l-impunità qed jiġi mfixkel minn ċerti pajjiżi individwali fir-reġjun;

As.

billi sabiex ikompli x-xogħol ta’ għajnuna umanitarja tiegħu u jinvesti fi skorzi ta' rkupru fis-Somalja, il-Kenja u l-Etjopja, il-UNICEF jeħtieġ USD 273 miljun għall-2012, li minnhom, sal-aħħar ta’ Lulju 2012 li għadda rċieva biss 33 % tal-kwantità msemmija;

Qafas ġenerali

1.

Jilqa' l-istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, u b'mod partikolari l-approċċ komprensiv tagħha bbażat fuq l-indirizzar tat-tħassib rigward is-sigurtà u l-istabbiltà, l-infurzar tal-istat tad-dritt u l-iżgurar ta’ proċess xieraq li għandu jinkludi l-funzjonament tal-mekkaniżmi u l-proċeduri tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll sistema ġuridika indipendenti, filwaqt li jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti tiegħu, b'mod partikolari permezz tal-istrateġiji ta' żvilupp u umanitarji bbażati fuq objettivi ċari; iħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tal-Qafas Strateġiku tal-UE għall-Qarn tal-Afrika u jappoġġja l-ħames elementi tiegħu bbażati fuq:

(i)

il-bini ta' strutturi politiċi demokratiċi, robusti u responsabbli fil-pajjiżi kollha tal-Qarn tal-Afrika;

(ii)

il-ħidma mal-pajjiżi tar-reġjun, u l-atturi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali għas-soluzzjoni tal-kunflitti, anke permezz tal-indirizzat tal-kawżi oriġinarji tagħhom;

(iii)

il-garanzija li l-insigurtà eżistenti fir-reġjun ma theddidx is-sigurtà ta' stati oħra tal-viċinat jew ta’ reġjuni jew pajjiżi oħra;

(iv)

l-appoġġ għall-isforzi biex jingħata spinta t-tkabbir ekonomiku u jitnaqqas il-faqar;

(v)

l-appoġġ għall-kooperazzjoni politika u ekonomika reġjonali;

jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli fir-reġjun u t-tnaqqis tal-faqar billi tingħata tweġiba għall-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni;

2.

Jenfasizza li kwalunkwe soluzzjoni sostenibbli għan-numru kbir ta’ kunflitti fir-reġjun tista’ tirnexxi biss jekk tistabbilixxi l-prinċipji tal-viċinanza tajba bis-superament tar-rivalità u t-tilwim fil-konfini, in-nuqqas ta’ interferenza u l-kooperazzjoni bejn l-Istati, l-iżvilupp sostenibbli ma’ u l-kondiviżjoni ekwa u ġustu tal-aċċess għar-riżorsi, b’opportunità ekonomika għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni; jinnota li dan jeħtieġ sforzi ta’ trasformazzjoni f'termini ta' bini tal-paċi, il-medjazzjoni u r-rikonċiljazzjoni kif ukoll it-tmiem tal-impunità fil-kooperazzjoni mal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u rispett sħiħ għal-liġi umanitarja internazzjonali inkluż l-aċċess mingħajr xkiel għall-għajnuna umanitarja lill-popolazzjoni, kif ukoll għad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-Unjoni, b’koordinazzjoni mill-qrib mal-korpi reġjonali, għandha rwol fl-assistenza ta’ dawn il-proċessi, fil-ġlieda kontra l-proliferazzjoni tal-armi żgħar u l-armi ħfief u fil-faċilitazzjoni tad-demobilizzazzjoni, id-diżarm u r-reintegrazzjoni ta’ dawk li kienu kumbattenti, iżda jenfasizza li fl-aħħar nett huma l-popli tal-Qarn tal-Afrika nfushom l-uniċi atturi li jistgħu jippermettu lir-reġjun li jikseb il-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità, flimkiken ma' gvern responsabbli u l-istat tad-dritt;

3.

Jilqa' l-ħatra tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Qarn tal-Afrika, kif mitlub mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu, imsemmija hawn fuq, tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-Qarn tal-Afrika; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi President u lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jappoġġjaw b’mod attiv ix-xogħol tar-RSUE billi jiżguraw riżorsi finanzjarji u umani adegwati u aċċess dirett għall-istrutturi u l-missjonijiet tas-PSDK kif ukoll għall-iżvilupp tal-Kummissjoni Ewropea u l-istrutturi u l-programmi umanitarji u ta’ politika; ifakkar li fir-riżoluzzjoni tiegħu l-Parlament Ewropew talab lir-RSUE għall-Qarn tal-Afrika biex jissottometti rapporti regolari lill-Parlament; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-rapporti regolari tar-RSUE lill-Parlament, u jistiednu jkompli d-djalogu u l-iskambji ta' fehmiet mal-Membri tiegħu fuq bażi regolari; jilqa' wkoll il-ħatra ta' RSUE għas-Sudan u għas-Sudan t'Isfel; jemmen li bil-ħsieb li tkun żgurata konsultazzjoni sħiħa u koordinazzjoni tal-azzjoni, iż-żewġ Rappreżentanti Speċjali għandhom jiġi kkonsultati fuq bażi regolari mis-servizzi kompetenti tal-programmazzjoni tal-istrumenti finanzjarji għall-azzjoni esterna tal-UE, u għandhom ikunu pprovduti b'pariri politiċi u strateġiċi regolari; jinnota l-valur tad-djalogu u l-koordinazzjoni regolari bejn iż-żewġ RSUEs u l-kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE fir-reġjun;

4.

Huwa tal-fehma li jistgħu jiġu investiti aktar riżorsi fl-IGAD sabiex tkun promossa sistema ta' governanza tajba, kif ukoll djalogu politiku effettiv u mekkaniżmi għall-bini ta' kunsens ġewwa u fost l-istati membri kollha tagħha; jistieden lill-UE sabiex tiffaċilita dan ir-rwol billi tinvolvi ruħha iżjed fil-proċess tagħhom tal-bini tal-kapaċità interna tagħhom; ifakkar li se tkun ta' importanza kbira l-promozzjoni ta' qafas istituzzjonali reġjonali għad-djalogu u l-koordinazzjoni fost il-pajjiżi tar-reġjun, b'referenza partikolari għall-Etjopja, il-Kenja u l-Uganda bħala atturi ewlenin fir-reġjun, li se jeħtiġilhom ikomplu jikkoordinaw l-isforzi u jsegwu objettivi kondiviżi; ifakkar ukoll li l-IGAD tista' tipprovdi qafas adegwat għad-djalogu u l-koordinazzjoni dwar l-isfruttar ta' riżorsi naturali vitali bħall-ilma;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tipprevedi għajnuna u appoġġ għall-pajjiżi Afrikani kollha li huma impenjati b’mod militari għaż-żamma tal-paċi fil-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika u b’mod partikolari fis-Somalja;

6.

Jilqa’ d-deċiżjoni tal-UE li tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-AMISOM, sabiex tippermettilha tosserva bis-sħiħ il-mandat tagħha u tilħaq qawwa totali ta’ 17 731 suldat, kif awtorizzat min-NU;

7.

Jemmen li r-riżultati tal-AMISOM fil-ġlieda kontra Al Shabaab, bħall-ksib mill-ġdid tal-kontroll ta’ Kismayo, jikkonfermaw l-importanza strateġika tal-appoġġ tal-Unjoni Afrikana; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jiġi promoss il-proċess tal-UA tal-bini tal-istituzzjonijiet, il-bini tal-kapaċitajiet u l-governanza tajba, kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tagħha, inkluż fil-livell ta’ ġestjoni ta’ kriżijiet u fil-livell militari; jilqa’ l-istabbiliment ta’ Delegazzjoni tal-UE għall-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa;

8.

Jitlob, b'urġenza, li tingħata assistenza għas-sistemi ġuridiċi u penitenzjarji ta' dawk il-pajjiżi li kkooperaw mal-UE fit-trasferiment ta' dawk sospettati b'piraterija (il-Kenja, is-Seychelles u l-Mawrizju), kif ukoll appoġġ għall-awtoritajiet tas-Somalja sabiex ikun żgurat li dawn ikollhom il-kapaċità ġudizzjarja u l-proċessi legali dovuti, skont id-dritt internazzjonali, prinċipalment il-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, biex dawn ikunu jistgħu jittrattaw il-pirati maqbudin u militanti ta' Al-Shabaab; jenfasizza l-importanza, fl-istess ħin, li l-pirati maqbudin jiġu offruti proċess ta' riabilitazzjoni u riintegrazzjoni soċjali;

9.

Jiddispjaċih mill-fatt li, minkejja l-għajnuna tal-UE għat-tisħiħ tal-Istat tad-dritt fir-reġjun, l-eżistenza ta' l-ftehimiet ta' trasferiment konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi (il-Kenja, is-Seychelles, il-Mawrizju), u l-ftehimiet bilaterali ta’ ripatrijazzjoni tal-pirati kkundannati bejn is-Seychelles, il-Puntland u s-Somaliland, kif ukoll d-diversi oqfsa legali internazzjonali rilevanti, bosta pirati u kriminali oħra għadhom ma ġewx arrestati jew ġew arrestati imma mbagħad ġew liberati minħabba nuqqas ta’ provi konkreti jew ta' rieda politika li dawn jiġu prosekutati;

10.

Jilqa’ bil-qawwi r-rapport tan-NU tal-25 ta' Jannar 2011 li jenfasizza 25 proposta magħmula minn Jack Lang, il-Konsulent Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-NU dwar kwistjonijiet legali relatati mal-piraterija lil hinn mill-kosta tas-Somalja; jilqa’ wkoll ir-rapporti rilevanti ta’ segwitu minn Jack Lang bħar-rapport dwar il-modalitajiet għat-twaqqif ta’ qrati speċjalizzat Somali ta’ kontra l-piraterija tal-15 ta’ Ġunju 2011 u r-rapport tas-Segretarju Ġenerali dwar qrati speċjalizzati kontra l-piraterija fis-Somalja u Stati oħra fir-reġjun tal-20 ta’ Jannar 2012; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi President, lir-RSUE, lit-tliet Kapjiet tal-Missjonijiet u l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet sabiex jittrattaw il-proposti magħmula minn Jack Lang bħala kwistjoni prijoritarja u sabiex jiżviluppaw strateġija dwar il-kontribut tal-UE lill-approċċ internazzjonali għall-ġustizzja kriminali fit-territorju tas-Somalja;

11.

Itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri, b’kooperazzjoni mal-Europol u l-INTERPOL, sabiex jinvestigaw u jirrintraċċaw il-flussi tal-flus u jikkonfiskaw is-somom imħallsa bħala flus ta’ estorsjoni lill-pirati, billi hemm indikazzjonijiet li dan il-flus jista’ jiġi trasferit f’kontijiet bankarji mad-dinja kollha, inklużi banek fl-Ewropa, kif ukoll li jiġu identifikati u jiġu żmantellati n-netwerks kriminali organizzati li jiksbu profitt minn atti bħal dawn; jistieden lill-Kunsill sabiex jiffaċilita iżjed min-naħa waħda l-kooperazzjoni bejn EU NAVFOR u min-naħa l-oħra dik bejn l-Europol u l-Interpol;

12.

Iħeġġeġ lill-pajjiżi kollha tar-reġjun sabiex jikkollaboraw mal-ICC, u jfakkar l-obbligu vinkolanti ta’ dawk li huma firmatarji u li rratifikaw l-Istatut ta’ Ruma; jilqa’ wkoll l-iżviluppi reċenti fl-ICC, li jippermettu li r-riċerka u l-investigazzjonijiet jitwettqu f'pajjiżi li mhumiex firmatarji jew li ma rratifikawx l-Istatut ta’ Ruma;

13.

Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex jibqgħu għassa u attivi qabel it-tranżizzjoni politika li se tibda fl-Etjopja u qabel l-iżviluppi demokratiċi li jibdew iseħħu fis-Somalja;

14.

Iqis li jkun xieraq li tittieħed l-opportunità ppreżentata mill-ftuħ għas-suċċessjoni tal-Prim Ministru tal-Etjopja Meles Zenawi, li miet fl-20 ta’ Awwissu 2012, bl-elezzjoni tal-President ġdid Somalu u l-elezzjonijiet leġiżlattivi Kenjani li resqin fl-2013, sabiex:

(i)

isir xogħol fuq il-promozzjoni tar-rispett tar-regoli kostituzzjonali, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza bejn is-sessi permezz ta’ kooperazzjoni u djalogu mal-imsieħba tal-Qarn;

(ii)

titkompla l-ħidma fuq l-iżvilupp kostituzzjonali, il-bini tad-demokrazija u d-demokratizzazzjoni;

(iii)

isir monitoraġġ tas-segwitu tar-rakkomandazzjoniiet tal-Missjoni tal-Osservanza tal-Elezzjonijiet (EOM) u jiġu pprovdut appoġġ għall-implimentazzjoni tagħhom fejn ikun rilevanti;

(iv)

jissaħħaħ id-djalogu politiku fil-livell tal-pajjiżi u dak reġjonali, u jkomplu jitqajmu kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż kull fejn ikun xieraq, il-qtil estraġudizzjarju, l-arrest u t-tfiħ fil-ħabs arbitrarji, u l-ġlieda kontr l-impunità;

(v)

tiġi appoġġjata soċjetà ċivili indipendenti li tkun kapaċi tesprimi aġendi soċjali;

15.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-pjan direzzjonali tal-KPS, hekk kif approvat mir-Riżoluzzjoni 2046(2012) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, isir ftehim bejn is-Sudan u s-Sudan t'Isfel dwar ir-riżorsi taż-żejt; jittama li dan il-ftehim jirregola wkoll b’mod definittiv malajr kemm jista’ jkun il-problema tat-trasportazzjoni taż-żejt tas-Sudan t’Isfel;

Qafas politiku ta' sigurtà

16.

Jilqa' l-kontribut tal-Operazzjoni EUNAVFOR, ATALANTA fl-isforz sabiex tiġi miġġielda l-piraterija u tittejjeb is-sigurtà marittima 'l barra mill-kosta tas-Somalja; jenfasizza r-rwol tagħha sabiex tipproteġi l-bastimenti mikrija lill-Programm Dinji tal-Ikel li jwasslu għajnuna lis-Somalja, u bastimenti vulnerabbli oħra, kif ukoll provvisti lill-AMISOM; jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu, 2012 li ttawwal l-EUNAVFOR ATALANTA sa Diċembru 2014 u testendi l-mandat tagħha biex tindirizza l-bażijiet operazzjonali tal-pirati fuq l-art; iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-ATALANTA EUNAVFOR tkun appoġġjata sew b'sorveljanza adegwata u bastimenti tal-għassa, peress li l-vantaġġi kurrenti fil-ġlieda kontra l-piraterija huma riversibbli, kif ukoll bil-mezzi biex il-komunità internazzjonali tkun tfittex il-pirati u min jiffinanzjahom u n-netwerks tagħhom, filwaqt li jirrikonoxxi li, fil-fatt, il-miżuri l-iżjed effettivi kontra l-piraterija kienu l-miżuri ta’ protezzjoni abbord il-bastimenti introdotti mill-kumpaniji tat-trasport marittimu; jilqa’ f’dan il-kuntest it-talbiet reċenti mill-industrija marittima għal regolazzjoni tal-kumpaniji privati tas-sigurtà marittima, u jistieden lill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, il-gvernijiet tal-Istati tal-bandiera u l-industrija marittima sabiex jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw iktar u jimplimentaw b'mod ċar, konsistenti u infurzabbli l-istandards internazzjonali maqbula dwar l-użu ta' persunal armat ta' sigurtà kkuntrattat privatament abbord il-bastimenti, u sabiex il-kumpaniji privati tas-sigurtà marittima jaġixxu b'aderenza stretta ma' dawk l-istandards;

17.

Jinnota l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-EU NAVFOR u l-missjoniiet l-oħra internazzjonali li joperaw fiż-żona, prinċipalment l-operazzjoni bbażata fuq l-art tal-AMISOM u jqis li r-relazzjonijiet tajba u kooperazzjoni mill-qrib, inkluża l-kondiviżjoni tal-informazzjoni, huma l-fattur ewlieni sabiex tiġi żgurata Somalja stabbli; ifakkar li l-EUNAVFOR ATALANTA u l-Operazzjoni Tarka tal-Atlantiku tan-NATO jistgħu biss ikollhom suċċess biex iwaqqfu u jrażżnu l-piraterija jekk tiġi implimentata strateġija komprensiva fil-Qarn tal-Afrika, u b’mod partikolari fis-Somalja, sabiex jiġu indirizzati r-raġunijiet li jħeġġu lis-Somali biex jinvolvu ruħhom fil-piraterija u fl-attivitajiet kriminali għal skopijiet ta’ dħul; jinnota li l-missjoni attwali tan-NATO kontra l-piraterija, l-Operazzjoni Tarka tal-Atlantiku, kellha suċċess b'żewġ operazzjonijiet iqsar kontra l-piraterija datati minn Ottubru 2008 għall-protezzjoni tat-trasport marittimu WFP;

18.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tat-12 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi inizjattiva ta' bini ta' kapaċitajiet reġjonali marittimi, magħrufa bħala EUCAP Nestor, sabiex issaħħaħ il-kapaċitajiet marittimi u ġudizzjarji u t-taħriġ tal-forza kostali tal-pulizija u tal-imħallfin b’konsultazzjoni ma’, u bil-kunsens ta’, il-komunitajiet lokali f'ħames pajjiżi fil-Qarn tal-Afrika u fil-Punent tal-Oċean Indjan; jistieden lill-Istati Membri kollha biex jaħtru persunal ċivili u militari kompetenti għall-missjoni l-ġdida mingħajr dewmien; jistieden koordinazzjoni mill-qrib ma' inizjattivi oħra, inklużi il-proġett MARSIC tal-UE, fil-qafas tal-Programm Rotot Marittimi Kritiċi sponsorjat mill-Istrument għall-Istabbiltà u l-Programm tas-Sigurtà Marittima (MASE) reġjonali, li nbeda mill-pajjiżi tar-reġjuni tal-Afrika tal-Lvant u ta’ Isfel u tal-Oċean Indjan u huwa appoġġjat mill-UE u li l-għan tiegħu huwa s-soluzzjoni tal-problema tal-piraterija fuq l-art u t-titjib tal-kapaċitajiet ġudizzjarji għall-arrest, it-trasferiment, id-detenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ persuni ssuspettati li wettqu azzjonijiet ta’ piraterija; jemmen li hu biss bit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' sigurtà tal-kosta tal-pajjiżi max-xatt, l-indirizzar tal-kawżi oriġinali tal-piraterija fuq l-art u billi tiġi mħeġġa l-osservanza tal-Aħjar Prattiki tal-Ġestjoni BMP4 għat-trasport bil-baħar u standards imtejba għall-industrija tas-sigurtà marittima, li l-komunità internazzjonali se tkun tista’ tilħaq il-mira usa' ta' stabilità u sigurtà għar-reġjun u, għalhekk, tnaqqas il-bżonn tar-rondi navali fiż-żona;

19.

Jilqa' d-deċiżjoni ta' Lulju 2011 li testendi u tagħti punt fokali ġdid lill-mandat tal-Missjoni ta' Taħriġ tal-UE (EUTM) ibbażata fl-Uganda; madankollu jitlob li jsiru skrining u monitoraġġ aħjar tal-kondotta u r-responsabilizzazzjoni tar-rekluti kollha mħarrġa mill-EUTM sabiex jiġi żgurat li persuni minuri jew individwi affiljati ma’ gruppi militanti ma jiġux aċċettati fil-programm, li dawn jiġu integrati fil-forzi armati tas-Somalja, u li kwalunkwe diżerzjoni tkun innotifikata u investigata immedjatament; jitlob ukoll lill-UE sabiex tadotta rwol fil-monitoraġġ mill-qrib tal-katina ta' pagament għal forzi ta' taħriġ, sabiex ikun żgurat li dawn jaslu għand il-benefiċjarji intenzjonati tagħhom u jiġġeneraw motivazzjoni, lealtà u impenn, u b'hekk ikun żgurat li l-kapaċità li jieħdu s-sjieda f'idejhom tibqa' tal-forzi tas-sigurtà futuri tas-Somalja;

20.

Jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni strateġika mill-qrib fost l-atturi kollha relatati mas-sigurtà, b'mod partikolari EUNAVFOR ATALANTA, EUTM Somalja u EUCAP Nestor, kif ukoll in-NATO (Operazzjoni Tarka tal-Oċeanu), it-taskforce immexxija mill-Istati Uniti CTF-151, in-NU u l-AMISOM; jinnota l-eżistenza ta' mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni internazzjonali, bħall-Grupp Ċentrali dwar il-Piraterija lil hinn mill-Kosta tas-Somalja (CGPCS) fi New York u l-mekkaniżmu Shared Awareness and Deconfliction (SHADE) fil-Bahrain; jilqa’, għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Marzu 2012 biex jattiva, għal perjodu inizzjali ta’ sentejn, iċ-Ċentru ta' Operazzjonijiet tal-UE sabiex jikkoordina u jżid is-sinerġiji bejn tliet missjonijiet tal-PSDK fil-Qarn tal-Afrika, kif ukoll l-istrutturi bbażati fi Brussell, fil-kuntest tal-Istrateġija għall-Qarn tal-Afrika u flimkien mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika;

21.

Jnnota li jeżistu sinjali li l-LRA tista’ tkun qiegħda tespandi l-firxa tagħha, billi tinvolvi aktar pajjiżi fil-ġlieda u tqiegħed aktar tfal f’riskju; ifakkar li l-ġlieda kontra l-LRA u t-tfittxija għall-mexxej tal-LRA, Joseph Kony, tiddependi ħafna fuq il-finanzjament, it-tagħmir u l-appoġġ loġistiku mill-Istati Uniti; jistieden lill-UE sabiex tikkoordina mal-Istati Uniti għal kwalunkwe assistenza addizzjonali meħtieġa fil-ġlieda kontral-LRA, taħt is-sorveljanza tal-UA;

22.

Jiddispjaċih min-nuqqas ta’ implimentazzjoni tar-regolamenti tas-CITES; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill sabiex jippromwovu l-ħolqien ta' sistema ta' ċertifikazzjoni u kontroll tal-importazzjonijiet tal-ivorju fl-UE, b'mod simili għall-proċess Kimberly li kien ta' suċċess;

Tisħiħ tal-approċċ komprensiv

23.

Jilqa’ l-istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, li tinkludi mhux biss is-sigurtà u politika umanitarja, iżda wkoll politika ta’ żvilupp għat-terminu itwal ta' żmien u l-objettivi tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jenfasizza l-importanza ta’ din il-viżjoni fuq perjodu itwal ta’ politika ta’ żvilupp u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jikkoordinaw il-politiki tagħhom f'dan ir-rigward u jimplimentaw programmazzjoni konġunta għad-diversi pajjiżi u għar-reġjun mill-iktar fis possibbli;

24.

Jemmen li Qarn tal-Afrika stabbli u sigur għandu jkollu impatti politiċi u ta’ sigurtà pożittivi lil hinn mir-reġjun, kif ukoll f’termini ta’ investimenti u rotot siguri ta’ tbaħħir fl-Oċean Indjan; huwa tal-opinjoni, għalhekk, li fil-livell tal-G-20 għandha tinbeda riflessjoni dwar l-istrateġiji għall-promozzjoni tas-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun u dwar il-koordinazzjoni sabiex jiġu pprovduti r-riżorsi finanzjarji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ approċċ komprensiv; jinnota f’dan ir-rigward l-esperjenza pożittiva tal-konferenza tas-Somalja miżmuma f’Londra fi Frar 2012 u jħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi President sabiex jesplora l-possibbiltà ta’ konferenza simili fl-2013;

25.

Huwa tal-fehma li l-Qarn tal-Afrika għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala li għandu potenzjal ekonomiku b'saħħtu, b'mod partikolari potenzjal ta’ riżorsi minerali u agrikoli; jistieden, għalhekk, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-BEI, b’koordinazzjoni ma’ donaturi multilaterali u istituzzjonijiet finanzjarji oħra sabiex jidentifikaw proġetti ta’ interess komuni għall-pajjiżi tar-reġjun, li jistgħu jippromwovu l-kooperazzjoni u l-interdipendenza pożittiva, pereżempju fl-oqsma tal-provvista tal-enerġija, inklużi l-enerġija rinnovabbli, u r-riżorsi naturali, inkluż l-ilma; jenfasizza l-importanza tal-kummerċ transkonfinali, l-aċċess għas-swieq internazzjonjali, l-infrastrutura portwali u l-provvista ta’ kurituri adegwati għall-aċċess għal portijiet tal-pajjiżi mdawra bl-art, bħala elementi vitali għall-iżvilupp ekonomiku fit-tul tal-Qarn tal-Afrika; jitlob lill-Kummissjoni sabiex twettaq analiżi bir-reqqa tad-dimensjoni u l-impatt f’termini ekonomiċi, ambjentali u soċjali, tal-prattiki tal-kiri tal-art lil pajjiżi terzi fil-Qarn tal-Afrika u sabiex tipproponi strateġiji u mekkaniżmi possibbli ta’ salvagwardja;

26.

Huwa tal-fehma li t-tisħiħ tas-sigurtà reġjonali u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-piraterija, huma kemm huma indispensabbli, ma jridux inessu l-ħtieġa assoluta li l-ewwel nett tiġi appoġġjata l-qerda tal-faqar fir-reġjun, speċjalment li l-UE, skont l-istess Trattat fundatur tagħha, għandha l-obbligu li tikkunsidra l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp – it-tnaqqis u l-qerda tal-faqar jinsabu fl-ewwel post ta' dawn l-objettivi – fl-implimentazzjoni tal-politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw (Artikolu 208(1) tat-TFUE); josserva li l-pajjiżi kollha tal-Qarn tal-Afrika huma pajjiżi li qed jiżviluppaw u li, bis-saħħa ta' dan, bl-eċċezzjoni tas-Sudan u s-Sudan t'Isfel li ma ffirmawx il-Ftehim ta' Cotonou, irċevew EUR 2 biljun f'għajnuna għall-iżvilupp (fosthom EUR 644 miljun marru għall-Etjopja waħidha) għall-programmi indikattivi nazzjonali u reġjonali fil-qafas tal-għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) (2008-2013); jindika li, matul l-istess perjodu, dejjem fil-qafas tal-għaxar FEŻ, ir-reġjun tal-Afrika tal-Lvant, l-Afrika tan-Nofsinhar u l-Oċean Indjan jibbenefika minn EUR 619 miljun (parzjalment għall-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD – Intergovernmental Authority on Development)), bil-għan li jinqered il-faqar fil-pajjiżi tar-reġjun u li dawn jingħataw l-għajnuna biex jiksbu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; ifakkar, fl-aħħar nett, li l-Fond għall-Paċi fl-Afrika, sottostrument tal-FEŻ, jappoġġja finanzjarjament lill-AMISOM;

27.

Huwa tal-fehma li, fil-livell dinji, id-distributur ewlieni ta' għajnuna għall-iżvilupp u ta' għajnuna umanitarja fir-reġjun, parzjalment bis-saħħa taċ-ċentralizzazzjoni tal-attività diplomatika tagħha fil-kuntest tas-SEAE u r-RSUE, is-suċċess tal-Operazzjoni Atalanta u l-preżenza diplomatika u militari fir-reġjun ta' ċerti Stati Membri, l-UE (l-Istati Membri u l-Kummissjoni) tista' tagħmel aktar biex teqred il-faqar endemiku fir-reġjun u ż-żoni anarkiċi u b'assenza tad-dritt li jinsabu fih;

28.

Iqis opportun li tittieħed l-opportunità li tippreżenta l-elezzjoni, fl-10 ta' Settembru 2012, tal-president il-ġdid tas-Somalja Hassan Sheikh Mohamud, biex, bl-għajnuna tal-Qafas Strateġiku għall-Qarn tal-Afrika u bl-appoġġ tar-RSUE fir-reġjun, kif ukoll dak tas-SEAE u l-korpi diplomatiċi nazzjonali u dak tal-Unjoni Afrikana, issir ħidma favur l-istabbiliment ta' relazzjonijiet diplomatiċi u ekonomiċi normali bejn l-Etjopja u l-Eritrea u favur is-soluzzjoni tal-kriżi tas-Somalja, peress li dan ikun ta' benefiċċju għall-iżvilupp tar-reġjun kollu kemm hu; josserva li r-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, li jinsab fil-fruntiera taż-żoni periferiċi tal-Punent tal-Qarn tal-Afrika, huwa wkoll reġjun mill-aktar instabbli fid-dinja, li jinkludi pajjiżi fi stat gravi ħafna ta' sottożvilupp li huma milqutin mill-vjolenza armata, pereżempju r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), jew saħansitra minn gwerer ma' wieħed jew aktar mill-pajjiżi ġirien tagħhom, pereżempju t-tensjonijiet bejn l-RDK u r-Rwanda, li f'sens wiesa' tagħmel parti mill-Qarn tal-Afrika; jenfasizza li aħna u nimplimentaw l-istrateġija Ewropea għall-Qarn tal-Afrika ma nistgħux ma nagħtux kas ir-riperkussjonijiet possibbli tagħha fuq l-iżvilupp tant meħtieġ tar-reġjuni ġirien (l-aktar, ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar, l-Afrika Ċentrali u l-Afrika tan-Nofsinhar).

29.

Jilqa', fl-interessi kemm tal-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali u wkoll tal-għajnuna umanitarja, il-pjan il-ġdid għall-Qarn tal-Afrika propost mill-Kummissjoni fl-2012, magħruf bl-isem SHARE (Supporting Horn of Africa Resilience – Appoġġ għar-Reżistenza tal-Qarn tal-Afrika), li jimmira li jkun strument li jgħaqqad l-għajnuna umanitarja fuq perjodu qasir mal-iżvilupp fuq perjodu twil, sabiex jikser iċ-ċirku vizzjuż tal-kriżijiet li jolqtu lir-reġjun; jappoġġja bis-sħiħ lill-Kummissjoni f'dan il-proġett ta' tisħiħ tal-Kollegament tal-Għajnuna ta' Emerġenza, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD: Link between Relief, Rehabilitation and Development); jitlob lill-UE biex, permezz ta' dan il-programm, taħdem lejn il-provvista ta' opportunitajiet diversi ta' għajxien u ta' aċċess aħjar għas-swieq u għall-informazzjoni, biex tagħti spinta lill-introjtu tal-unitajiet domestiċi għall-popolazzjonijiet pastoralisti, agropastoralisti, taż-żoni tax-xmajjar, kostali, urbani u periurbani, biex ittejjeb l-aċċess għas-servizzi soċjali bażiċi u biex ikollha l-għan li toffri livelli affidabbli u prevedibbli ta' appoġġ għall-popolazzjonijiet kronikament u staġjonalment fi stat ta' riskju;

30.

Jilqa' l-programm il-ġdid SHARE tal-UE, li għandu l-għan li jżid ir-reżiljenza tal-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika fir-rigward tad-diversi theddid li jiffaċċjaw; jenfasizza, madankollu, li dan il-programm ikun ikkoordinat mal-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sahel, li wkoll qed jikkonfronta l-istess theddid (it-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, it-tibdil fil-klima, l-influss tar-refuġjati u persuni spustati, eċċ.);

31.

Jemmen li fil-pajjiżi tal-Qarn tal-Afrika huwa importanti li jiġu appoġġjati l-agrikoltura, ix-xogħol tar-raħħala u t-trobbija tal-bhejjem u jilqa’ l-ħidma kbira li twettqet f’dawn l-oqsma mill-NGOs;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tappoġġja kull programm ta’ aċċess għall-ilma, bħala dritt fundamentali u assi komuni tal-umanità, u biex tappoġġja s-sħubijiet pubbliċi u privati għall-aċċess għall-ilma għax-xorb;

33.

Jinsisti li, kulmeta jkun possibbli, l-għajnuna tal-UE fil-Qarn tal-Afrika m’għandhiex tieħu l-forma ta’ appoġġ baġitarju dirett, iżda għandha tingħata sabiex jintlaħqu miri speċifiċi fuq il-bażi ta’ indikaturi ċari ta’ prestazzjoni; iqis li, meta l-għajnuna jkollha tieħu l-forma ta’ appoġġ baġitarju, dan għandu jsir bil-kundizzjoni tal-ksib ta’ għanijiet speċifiċi; jemmen li l-programmi indirizzati lejn l-appoġġ tal-Istrateġija tal-UE għall-Qarn tal-Afrika għandhom ikunu kapaċi li jibbenefikaw mit-taħlita tar-riżorsi, jiġifieri, li l-finanzjament għal programmi bħal dawn għandu jkun miftuħ għal donaturi internazzjonali oħra abbażi ta’ standards komuni ċari sabiex jiġi ffaċilitat approċċ ikkoordinat u uniformi min-naħa tad-donaturi kollha u jkun hemm riskju minimu ta’ approċċi konflittwali jew duplikazzjoni; iqis li, b’mod simili, l-UE għandha tkun kapaċi tipparteċipa fil-finanzjament tal-programmi tal-partijiet terzi fir-reġjun, bil-kundizzjoni li tkun tista’ tiġi żgurata l-osservanza sħiħa tar-regoli dwar l-għajnuna finanzjarja tal-UE lil pajjiżi terzi;

34.

Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha sabiex ikomplu jipprovdu għajnuna umanitarja newtrali, imparzjali u indipendenti lill-popolazzjonijiet vulnerabbli u sabiex jappoġġjaw lill-pajjiżi tar-reġjun fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali tagħhom permezz ta’ strateġiji għat-tnaqqis tar-riskji minn diżastri u programmi ta’ kooperazzjoni għal żvilupp fit-tul fl-oqsma tal-preparatezza kontra n-nixfa, tal-agrikoltura, tal-iżvilupp rurali u tas-sigurtà tal-ikel;

35.

Jenfasizza li, għalkemm huwa minnu li l-kawża tat-traġedja tal-ikel fil-Qarn tal-Afrika (kif ukoll fis-Saħel) bdiet kawża tan-nixfa rikorrenti, tal-ħsad ħażin u taż-żieda fil-prezzijiet, għandu jiġi kkunsidrat li, barra minn dawn ir-raġunijiet temporanji (filwaqt li n-nixfa llum tista’ titqies diġà strutturali), jeżistu oħrajn ta’ importanza kbira, bħal destrutturazzjoni tal-komunitajiet u l-promozzjoni kbira għall-esportazzjoni ta' prodotti agrikoli għad-detriment tas-sovranità tal-ikel u tal-produzzjoni agrikola għall-konsum u l-bejgħ domestiku;

36.

Jisħaq li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jikkostitwixxi element invarjabbli tal-pedamenti tal-impenn tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi sieħba; huwa, għalhekk, profondament imħasseb dwar rapporti ta’ arresti arbitrarji, maltrattament tal-priġunieri u vjolenza kontra dimostraturi kif ukoll miżuri repressivi kontra l-oppożizzjoni politika inkluża ċ-ċensura u d-detenzjoni arbitrarja ta’ ġurnalisti u attivisti li seħħew fir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet kollha fil-Qarn sabiex jirrispettaw dawn il-prinċipji fundamentali u jeħilsu lill-priġunieri politiċi kollha b’mod mhux kondizzjonali;

37.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar il-ħtif tal-art fl-Afrika, li qed jirriskja li jqiegħed is-sigurtà lokali tal-ikel f’periklu u li jżid il-karestiji; jistieden lill-gvernijiet tal-Qarn tal-Afrika u lill-UE sabiex jivvalutaw l-impatt kurrenti tal-akkwiżizzjoni tal-art tal-biedja fuq il-faqar rurali u l-kriżi kurrenti ta’ karestija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tintegra l-kwistjoni tal-ħtif tal-art fid-djalogu ta’ politika tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li timplimenta koerenza bejn il-politiki;

38.

Jinsab imħasseb dwar l-allegazzjonijeit tar-rimi illegali tal-iskart minn kumpaniji u netwerks kriminali tal-UE; ifakkar li r-rimi illegali tal-iskart huwa ta’ tħassib serju għas-Somali li jgħix mal-kosta; jistieden lir-Rappreżentant Għoli/lill-Viċi President u lill-Kummissjoni sabiex, bħala kwistjoni ta' urġenza, iwettqu investigazzjoni sħiħa minn korp indipendenti, li tinkludi l-ġbir ta’ evidenza u kampjuni u, skont ir-riżultati tar-riċerka, jikkunsidraw il-possibilità ta' azzjoni legali, inkluż klejms ta' kumpens mill-kumpaniji Ewropej, mill-Istati Membri tal-UE u mill-UE;

39.

Jirrikonoxxi li huwa ta’ importanza vitali li tinżamm assistenza umanitarja indipendenti u imparzjali għall-popolazzjonijiet kollha affettwati minn kunflitti fil-Qarn tal-Afrika u li jitkompla l-finanzjament adegwat, b’mod partikolari għas-Somalja; jenfasizza li kwalunkwe tnaqqis fl-assistenza jista’ jirriżulta fil-fatt li l-poplu tas-Somalja jerġa’ jsofri kriżi umanitarja; jenfasizza l-bżonn, barra mill-assistenza umanitarja, li wieħedf jibni fuq l-isforzi bħall-inizjattiva Supporting the Horn of Africa’s Resilience (SHARE) tal-Unjoni Ewropea, sabiex tiġi żgurata r-reżistenza u jitjieb l-għajxien tal-popli lokali;

40.

Jenfasizza li d-drittijiet tal-bniedem, b’mod speċjali d-drittijiet tan-nisa, tat-tfal, tal-leżbjani, gay, bisesswali u transġeneru u tal-minoritajiet reliġjużi, ilhom jiġu traskurati fir-reġjun u jinnota li l-Iżlamiżmu tas-settet infirex f’partijiet tal-Qarn tal-Afrika u qed jhedded il-libertajiet tal-minoritajiet;

41.

Jenfasizza l-importanza tal-appoġġ Ewropew lis-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw appoġġ koordinat għas-soċjetà ċivili kemm f'pajjiżi individwali kif ukoll fil-livell transkonfinali u dak reġjonali;

42.

Jenfasizza l-importanza ku tiġi provduta assistenza kontinwa lis-Sudan t’Isfel bl-għan li tinħoloq u tiġi sostnuta soċjetà ċivili effettiva; jemmen bis-sħiħ li l-istrument ġdid għall-promozzjoni tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem għandu jinkludi linji ta' finanzjament ad hoc għall-Qarn tal-Afrika; jemmen li għandha tiġi kkunsidrata l-estensjoni tad-Dotazzjoni għad-Demokrazija lill-pajjiżi fil-Qarn tal-Afrika;

Is-Sudan u s-Sudan t'Isfel

43.

Jilqa’ l-ftehimiet milħuqa bejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel dwar il-bidu mill-ġdid tal-esportazzjonijiet taż-żejt u d-demilitirizzazzjoni u jistieden liż-żewġ pajjiżi sabiex jirrispettawhom; jistieden lil kull wieħed miż-żewġ Stati biex jieqfu milli jagħtu kenn jew jappoġġjaw lil gruppi ribelli mill-Istat l-ieħor; iħeġġeġ li jitkomplew in-negozjati dwar id-delimitazzjoni tal-konfini bejn iż-żewġ pajjiżi sabiex jiġi evitat li jerġa’ jibda l-kunflitt li jista’ jikkomprometti l-ftehim reċenti, u jirrakkomanda li ż-żewġ mexxejja jkomplu t-taħdidiet sabiex jilħqu ftehim dwar l-istat ta’ Abyei u jordnaw iż-żoni ta’ tilwim skont il-Pjan Direzzjonali tal-UA u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2046 mill-iktar fis possibbli; Jifraħ lill-bord ta’ livell għoli tal-President Mbeki, iffinanzjat parzjalment mill-Unjoni Ewropea, għas-suċċessi li kiseb, bl-appoġġ tal-UA, fin-negozjati u tal-medjazzjoni bejn is-Sudan u s-Sudan t’Isfel; jistieden lir-RSUE għas-Sudan u s-Sudan t'Isfel biex jikkoordinaw mal-kapijiet tad-delegazzjonijiet fis-Sudan u s-Sudan t'Isfel biex ikun żgurat li l-impenn, l-isforzi politiċi u l-għajnuna tal-UE jibqgħu f'livell għoli ħafna ta' viżibilità;

44.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-memoranda ta’ qbil konklużi b’mod separat bejn il-gvern tas-Sudan u l-Moviment ta' Liberazzjoni tal-Poplu tas-Sudan tat-Tramuntana (SPLM-N), flimkien man-NU, l-Unjoni Afrikana u l-Lega tal-Istati Għarab sabiex ikun permess it-twassil tal-għajnuna umanitarja lill-popolazzjonijiet ċivili tal-Istati tan-Nil blu u tal-Kordofan t’Isfel.

45.

Hu mħasseb dwar it-tqajjim mill-ġdid tal-vjolenza fl-Istat ta' Jonglei fis-Sudan t'Isfel, li qed tipperikola l-prograess li sar fl-istabbiliment mill-ġdid tal-paċi u s-sigurta fir-reġjun; jappoġġja l-investigazzjoni mitluba mill-UNMISS u jitlob għal sanzjonijiet kontra dawk ħatja; jistieden lill-Gvern tas-Sudan t'Isfel biex:

(i)

jieħu l-passi meħtieġa sabiex isaħħaħ il-qafas internazzjonali u nazzjonali tiegħu tad-drittijeit tal-bniedem, inkluż bil-konferma mill-ġdid tal-obbligi tiegħu taħt it-trattati dwar id-drittijiet tal-bniedem li għalihom is-Sudan kien parti fiż-żmien tal-indipendenza tas-Sudan t’Isfel, waqt li jirtira r-riżervi għalihom, u jsir parti, mingħajr riżervi, għal trattati internazzjonali ewlenin oħra dwar id-drittijiet tal-bniedem;

(ii)

jaħtar immedjatament membri tal-Kumitat tal-Investigazzjoni fil-Kriżi tal-Istat ta’ Jonglei u jipprovdihom bir-riżorsi meħtieġa sabiex iwettqu investigazzjoni indipendenti, sħiħa u imparzjali;

(iii)

jimponi minnufih moratorja uffiċjali fuq l-eżekuzzjonijiet bl-għan li jabolixxi l-piena tal-mewt u jibdel is-sentenzi kollha ta' mewt għal priġunerija;

jenfasizza l-importanza tal-għajnuna kontinwa min-naħa tal-UE lis-Sudan t’Isfel bl-għan li tipprovdi l-bini ta’ kapaċitajiet għall-amministrazzjoni pubblika u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-pajjiż, il-ħolqien u ż-żamma ta’ soċjetà ċivili effettiva u l-promozzjoni tal-governanza tajba; iħeġġeġ lill-UE sabiex tinsisti għar-ratifika ta’ trattati internazzjonali ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem u tassisti lill-awtoritajiet tal-pajjiż fl-implimentazzjoni tagħhom; jikkundanna l-abbużi rrapurtati kontra persuni ċivili min-naħa tal-forzi militari fil-proċess ta’ demilitirizzazzjoni u jistieden lill-Gvern tas-Sudan t’Isfel sabiex iwettaq investigazzjoni indipendenti dwar l-avvenimenti sabiex jirresponsabilizza lis-suldati involuti u jiżgura l-kumpens għall-vittmi;

46.

Jikkundanna bil-qawwi l-atti kollha ta’ vjolenza mwettqa kontra l-persuni ċivili bi ksur tal-liġi umanitarja internazzjonali u l-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-Sudan; iħeġġeġ lill-UE u lill-komunità internazzjonali sabiex jaqblu dwar approċċ unifikat biex jindirizzaw il-protezzjoni tal-persuni ċivili u jtemmu l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari f’Darfur, fil-Kordofan t’Isfel u fil-Blue Nile; jistieden lill-Gvern tas-Sudan u lill-SPLM/Tramuntana biex jibdew minnufih taħdidiet diretti bil-għan li jaqblu dwar twaqqif totali tal-ostilitajiet u jilħqu ftehim politiku abbażi tal-Ftehim Qafas tat-28 ta’ Ġunju 2011 kif stipulat fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 2046; jenfasizza l-importanza tal-fatt li l-atturi internazzjonali jinżammu fiż-żoni tal-kunflitt u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Sudaniżi sabiex jiżguraw is-sigurtà tagħhom, flimkien ma’ dik tal-persuni ċivili; Ifakkar fir-responsabbiltajiet tal-UE u tal-Istati Membri fir-rigward ta' appoġġ imtejjeb u kooperazzjoni mal-Qorti Kriminali Internazzjonali fl-implimentazzjoni tal-mandati ta’ arrest ta’ Ahmad Muhammad Harun, Ali Muhammad Ali Abd-Al-Rahman, Abdel Rahim Mohammed Hussein u tal-President Omar Hassan Ahmad Al Bashir;

47.

Jinsab imħasseb dwar id-deterjorazzjoni tal-kundizzjonijiet tas-saħħa tar-refuġjati tas-Sudan stmati għal 170 000 elf, li nofshom huma tfal, fl-erba’ kampijiet tan-Nil ta’ Fuq u f’dak tal-Istat tal-Unità fejn ir-riskji ta’ infezzjoni, ta’ dijarea u tal-malarja żdiedu sew u jaggravaw bin-nuqqas ta’ nutrizzjoni,

48.

Jikkundanna kull appoġġ li se jsir kemm mis-Sudan kif ukoll mis-Sudan t’Isfel għal kull grupp armat li mhuwiex parti mill-armata regolari tagħhom;

Is-Somalja

49.

Jinnota r-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-20 ta’ Awwissu 2012 fis-Somalja; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha fis-Somalja sabiex jimpenjaw ruħhom għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, bħala l-mezzi uniċi ta' ħelsien miċ-ċirkolu vizzjuż tal-faqar, tan-nuqqas ta’ żvilupp u tan-nuqqas ta' sigurtà; jenfasizza li t-tmiem tal-mandat tal-Gvern Federali ta’ Tranżizzjoni huwa test ewlieni tal-potenzjal tas-Somalja li tipproċedi lejn stat li jiffunzjona u l-kapaċità tagħha li terġa' tibni istituzzjonijiet b'saħħithom, demokratiċi u verament rappreżentattivi; jemmen li se jkun kruċjali li jiġi ffaċilitat djalogu politiku inklużiv fis-Somalja u li jkunu promossi proċessi ta' bini ta' kunsens b'appoġġ għall-gvern il-ġdid; jistieden lill-Gvern Federali l-ġdid u lill-President il-ġdid Hassan Sheikh Mohamud, sabiex jaħdmu biex jilħqu rikonċiljazzjoni fost il-poplu Somalu billi jkomplu jaħdmu fuq il-Ftehim Garowe, sabiex jistabbilixxu l-Istat federali l-ġdid u jibdew il-proċess twil iżda importanti għall-ksib tal-paċi, is-sigurtà u d-demokrazija għall-popolu kollu tas-Somalja;

50.

Jilqa' t-teħid ta’ ġurament reċenti tal-ewwel parlament formali tas-Somalja f’iżjed minn 20 sena u jittama li dan jimmarka l-ewwel pass fi tranżizzjoni lejn demokrazija parlamentari rappreżentattiva; jinnota l-fatt li 30 % tal-kwota ta' membri nisa fil-parlament diġà ntlaħaq, filwaqt li jfakkar li l-parteċipazzjoni sinifikanti tan-nisa fis-setturi kollha tal-ħajja pubblika hija importanti sabiex l-isforzi ta’ soluzzjoni ta’ konflitt u bini ta’ paċi jirnexxu;

51.

Jilqa’ t-tmiem tat-tranżizzjoni fis-Somalja bħala opportunità għal tiġdid; jilqa' l-ħidma tal-firmatarji tal-pjan direzzjonali, tal-anzjani tradizzjonali, tal-Assemblea Kostitwenti Nazzjonali, tal-Parlament Federali l-ġdid u tal-Kumitat tal-Għażla Teknika għar-rwoli tagħhom sabiex iġibu l-perjodu ta’ tranżizzjoni fis-Somalja fi tmiemu; jilqa’ l-impenn tal-President uxxenti Hassan Sheikh Mohamud; iħeġġeġ lill-atturi politiċi kollha fis-Somalja sabiex jikkooperaw mal-awtoritajiet il-ġodda; jilqa’ l-viżjoni tal-President Hassa Sheikh għas-Somalja u l-intenzjoni tiegħu li jiżgura t-twaqqif ta’ istituzzjonijiet governattivi inklużivi u b-bażi wiesgħa, l-istabilizzazzjoni, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba, l-irkupru ekonomiku, il-bini tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-provvista tas-servizz pubbliku u t-titjib fir-relazzjonijiet bejn is-Somalja u l-bqija tad-dinja; iħeġġu sabiex jirrispetta l-impenn tiegħu għal governanza trasparenti u responsabbli, li jiġġieled kontra l-korruzzjoni fil-livelli kollha, u li jiżgura djalogu inklużiv u t-twaqqif ta’ istituzzjonijiet rappreżentattivi u responsabbli fil-livelli nazzjonali, reġjonali, distrettwali u lokali, skont il-Kostituzzjoni provviżorja tas-Somalja;

52.

Jistieden lir-RGħ/VP u lill-EUSR għall-Qarn tal-Afrika biex jirrevedu b'mod kritiku l-Proċess ta' Paċi ta' Ġibuti u biex jikkunsidraw li jibagħtu tim ta' medjaturi li jkollhom il-fiduċja ta' għadd wiesa' ta' atturi Somali, inklużi assoċjazzjonijiet tan-nisa, u li jkunu kapaċi jressqu sensiela wiesgħa ta' atturi Somali madwar il-mejda tan-negozjati; jistieden lir-RGħ/VP tibda proċess għall-atturi tas-soċjetà ċivili Somala ġewwa u barra mill-pajjiż li jkun jista’ jippermetti diskussjoni regolari u kontinwa dwar soluzzjonijiet possibbli għall-problemi politiċi fil-pajjiż; jistieden lir-RGħ/VP iġġib dawn iż-żewġ proċessi flimkien filwaqt li tieħu bħala eżempju l-proċess ta’ paċi li kien suċċess bejn is-sena 2000 u s-sena 2005 fis-Sudan;

53.

Jilqa’ l-inizjattiva reċenti dwar il-paċi takl-gvern Somalu, li toffri impjiegi ċivili u taħriġ għar-ribelli diżerturi ta’ Al Shabaab; jilqa’ l-iżvilupp istituzzjonali reċenti bħall-approvazzjoni ta’ kostituzzjoni ambizzjuża li twiegħed drittijiet indaqs għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament mill-ġeneru, reliġjon, stat soċjali jew ekonomiku, opinjoni politika, klann, diżabbiltà, okkupazzjoni, twelid jew djalett, tagħmel illegali il-mutilazzjoni ġenitali femminili u tistabbilixxi Kummissjoni dwar il-Verità u r-Rikonċiljazzjoni; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-fatt li f’pajjiż li ilu mxekkel minn għexieren ta’ snin ta’ ġlied intern, il-kostituzzjoni l-ġdida ma tindirizzax il-kwistjoni tad-diviżjoni tas-setgħa u r-riżorsi bejn iċ-ċentru u r-reġjuni, u jitlob li jkun hemm iżjed kooperazzjoni mal-awtoritajiet il-ġodda sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati;

54.

Jistieden lill-awtoritajiet Somali sabiex jipprijoritizzaw il-bini tal-istituzzjonijiet u, bħala kwistjoni urġenti, l-istabbiliment ta’ forza tal-pulizija li tista' tiġi responsabilizzata, u li tkun trasparenti u integrativa, peress li dan jikkonsolida l-fiduċja tal-popolazzjoni fil-gvern il-ġdid; ifaħħar, f’dan ir-rigward, il-kontribut prezzjuż li EUTM Somalja qiegħda tagħti lill-forzi tas-sigurtà tal-pajjiż; juri l-fiduċja tiegħu fl-appoġġ kontinwu tal-Istati Membri fil-ħidma tal-missjoni tal-PSDK, li qed tipprova trawwem ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, id-dinamiki ttal-ġeneri u l-istat tad-dritt fil-forzi militari Somali; jinnota li l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet Somali stabbli, responsabbli u inklużivi għandu jmur lil hinn mill-forzi tas-sigurtà u għandu jitmexxa minn u jkun il-proprjetà tal-poplu tas-Somalja jekk is-Somalja għandha ssir Stat vijabbli;

55.

Jenfasizza li strutturi vijabbli u inklużivi ekonomiċi u sistema ta' qsim tad-dħul mill-isfruttament taż-żejt u l-gass fil-ġejjieni bejn ir-reġjuni u l-livell federali, għall-benefiċċju tal-popolazzjoni kollha, se jkunu essenzjali għas-sostenibbiltà fit-tul tas-Somalja bħala stat li jiffunzjona tajjeb; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali sabiex ma tirripetix l-iżbalji li saru fl-imgħoddi billi tikkonċentra l-għajnuna fl-istituzzjonijiet federali f’Mogadishu b’detriment għar-reġjuni tas-Somalja, peress li din tal-aħħar jista’ jkollha rwol kruċjali fil-provvista deċentralizzata tas-servizzi bażiċi u l-istabbiltà għall-popolazzjoni; jistieden lill-UE biex timmobilizza r-riżorsi kollha waqt il-perjodu preżenti ta’ opportunità sabiex tgħin lill-entitatjiet reġjonali fis-Somalja f’dan il-proċess vitali ta' tranżizzjoni demokratika; fid-dawl tal-iżviluppi politiċi u ta’ sigurtà reċenti fis-Somalja, iħeġġeġ lill-Istati Membri u lir-RGħ/VP, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet leġittimi Somali, l-Unjoni Afrikana u l-IGAD, kif ukoll il-gvern tal-Istati Uniti, sabiex jikkunsidraw missjoni dwar ir-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (SSR);

56.

Jirrikonxxi li l-paċi fis-Somalja għandha tkun proċess minn isfel għal fuq; ifakkar li l-UE trid tiżgura li l-istrateġija tagħha tippermetti li l-isforzi lokali għall-bini tal-paċi u s-soluzzjoni tat-tilwim ikunu appoġġjati biżżejjed u jsiru prijorità nazzjonali u reġjonali; ifakkar ukoll li l-leġittimità lokali se tgħin fil-ħolqien ta’ istituzzjonijiet tal-gvern fis-Somalja li joffru prospettivi fit-tul għall-istabbiltà;

57.

Ifakkar li l-Unjoni Afrikana skjerat l-AMISOM, missjoni militari fis-Somalja, bil-mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u li għandha bżonn kbir ta' pajjiżi li lesti jikkontribwixxu aktar suldati;

58.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Uniti u l-Unjoni Afrikana, ikollha rwol rilevanti għall-futur tas-Somalja;

59.

Jinkoraġġixxi lill-komunità internazzjonali, b’kollaborazzjoni mal-KISA u n-Nofs Qamar l-Aħmar, biex tistabbilixxi ruħha malajr kemm jista’ jkun fis-Somalja u biex tiżviluppa hemmhekk faċilitajiet tas-saħħa u ċentri għal trattament li jitwettaq f’ġurnata għall-kura u n-nutrizzjoni terapewtika;

60.

Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien tal-Faċilità ta’ Stabbiltà lokali li għandha bħala għan partikolarment li tikkoordina l-għajnuna internazzjonali fiż-żoni li għadhom kif ġew illiberati u huma aċċessibbli fis-Somalja t’Isfel;

61.

Jiddispjaċih ħafna li, sa minn Diċembru 2013 biss, 13-il ġurnalist u ħaddiem tal-midja nqatlu f’żoni kkontrollati mill-gvern tas-Somalja u li ma sar ebda progress fil-prosekuzzjoni rigward dawn il-każijiet; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata l-libertà tal-espressjoni u jħeġġeġ lill-Gvern il-ġdid u lill-President il-ġdid sabiex jadottaw miżuri biex jipprovdu protezzjoni aħjar lill-ġurnalisti u sabiex iwettqu investigazzjonijiet kredibbli dwar dawn il-każijiet ta’ qtil;

62.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-imsieħba reġjonali u internazzjonali kollha sabiex jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunità maħluqa mill-itfaċċar ta' gvern ġdid fis-Somalja li, flimkien mal-waqgħa apparenti tal-forza ta’ Al Shabaab fil-pajjiż, tipprovdi potenzjal biex tinfetaħ era politika ġdida fis-Somalja; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li l-komunità internazzjonali, speċjalment l-UE, tlesti ruħha sabiex tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet leġittimi u demokratiċi fil-qasam tal-bini tal-kapaċitajiet istituzzjonali, l-SSR, id-DDR, u li tappoġġja s-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lir-RGħ/VP sabiex tiżgura li l-azzjoni tal-UE fis-Somalja tħeġġeġ soċjetà ħielsa u miftuħa li tirrispetta u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, speċjalment id-drittijiet tan-nisa u d-drittijiet tal-minoritajiet, tippermetti l-għoti tas-setgħa lin-nisa u tiżgura l-bilanċ bejn is-sessi fis-setturi kollha tas-soċjeta;

63.

Jenfasizza l-eżempju pożittiv ħafna ta' Somaliland, li wriet il-kapaċità li tiżviluppa u tikkonsolida l-istrutturi demokratiċi, ekonomiċi u amministrattivi tagħha fuq perjodu ta' aktar minn għoxrin sena u li toħloq proċess demokratiku sostenibbli; jinnota li Somaliland s'issa kellha suċċess kbir fil-konsolidazzjoni tas-sigurtà u l-istabbiltà fit-territorju tiegħu u fil-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-piraterija u t-terroriżmu; jesprimi tħassib, madankollu, li jekk il-grupp Al-Shabaab jinġabar mill-ġdid fir-reġjuni muntanjużi tal-fruntiera tagħha, Somaliland tista' ssir vulnerabbli; jenfasizza, għalhekk, li huwa essenzjali li Somaliland tingħata appoġġ fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż tali miżuri bħall-promozzjoni tad-diversifikazzjoni ekonomika u l-bini tal-kapaċità għall-impjieg taż-żgħażagħ sabiex jitnaqqas ir-reklutaġġ fost iż-żgħażagħ; jinnota l-importanza li Somaliland tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun bħala mod biex tegħleb ir-radikaliżmu taż-żoni ta’ instabbiltà fit-territorju tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE sabiex jappoġġjaw lil Somaliland fit-titjib tal-prospetti tagħha ta’ żvilupp u fil-promozzjoni tal-istabbiltà ekonomika u soċjali tagħha; jenfasizza li fit-tfittxija għal soluzzjoni għall-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul tas-Somalja huwa importanti li jiġi evalwat l-eżempju pożittiv tal-istabilità ta' Somaliland;

64.

Jilqa’ d-dikjarazzjonhji qawwija ta’ appoġġ għall-istituzzjonijiet Federali ġodda tas-Somalja min-naħa tar-RGħ/VP waqt il-Mini Summit tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar is-Somalja li sar New York u, b’mod partikolari, l-impenn tagħha għal proċess ta’ erba’ snin ta’ konsolidament tal-istituzzjonijiet federali ġodda u l-amministrazzjoni reġjonali, kif ukoll konferenza internazzjonali dwar is-Somalja fl-2013; jistieden lis-Somaliland u lill-entitajiet federali l-oħra sabiex jadottaw rwol sħiħ u ta’ appoġġ fin-negozjar tar-relazzjoni legali u politika tagħhom mal-istituzzjonijiet federali l-ġodda fis-Somalja bl-għan li jintlaħaq stat federali tas-Somalja sostenibbli, stabbli u għani;

L-Etjopja u l-Eritrea

65.

Jinnota r-rwol ewlieni tal-Etjopja għall-istabbiltà politika u ekonomika tar-reġjun kollu; jinnota li fid-diskors inawgurali tiegħu, Hailemariam Desalegn, il-Prim Ministru l-ġdid tal-Etjopja, saħaq dwar l-importanza tat-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istituzzjonijiet demokratiċi fil-pajjiż, sabiex jgħin fl-iżvilupp ta’ kultura demokratika u ta’ rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż; jemmen li l-ħolqien ta' Gvern Etjopjan ġdid jipprovdi l-opportunità li l-Etjopja tiġi involuta fl-kwistjonijiet kollha ta’ interess jew tħassib komuni, inkluż dawk fejn seta' kien hemm diverġenza ta' opinjonijiet fl-imgħoddi, u jenfasizza l-importanza li l-Etjopja tiġi appoġġjata fi triqitha lejn sistema demokratika ġdida permezz ta’ djalogu pożittiv u sħubija; jappoġġja lill-Etjopja fil-ġlieda tagħha kontra t-terroriżmu, iżda jenfasizza li din il-ġlieda għandha titwettaq fil-kuntest tar-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali;

66.

Jittama li taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Hoilemariam Desalegn, li nħatar fil-21 ta’ Settembru 2012, l-Etjopja se tinvolvi ruħha fi proċess ta’ tranżizzjoni demokratika ġenwina sabiex twettaq il-potenzjal qawwi demokratiku tagħha, filwaqt li ttemm l-interferenza mal-libertà reliġjuża u l-libertajiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-RSUE għall-Qarn tal-Afrika u lir-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem biex jimpenjaw ruħhom mal-Etjopja dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala kwistjoni ta' prijorità sabiex tkun tista' taħtaf l-opportunità tat-tranżizzjoni politika li qed isseħħ bħalissa biex tistituzzjonalizza tranżizzjoni verament demokratika, mibnija fuq iċ-ċentralità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, il-libertà tal-midja u r-rikonoxximent sħiħ tal-libertà tal-espressjoni; Iħeġġeġ lill-UE u lill-komunità internazzjonali sabiex jibqgħu attenti u attivi fir-reazzjoni għat-tranżizzjoni politika li qed issir fl-Etjopja, sabiex jippromwovu t-tisħiħ ta' istituzzjonijiet demokratiċi u jorbtu l-assistenza politika, militari u ta’ żvilupp ma’ riformi demokratiċi konkreti, li għandhom jinkludu r-rilaxx tal-priġunieri kollha tal-kuxjenza, bħal Eskinder Nega u ġurnalisti, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-iżvilupp u membri tal-oppożizzjoni oħra, l-ammissjoni tar-rapporteurs speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fuq il-bażi ta' aċċess mingħajr xkiel għar-reġjuni u l-faċilitajiet ta’ detenzjoni kollha, ir-revoka jew l-emendar tal-Proklamazzjoni dwar il-Karitajiet u s-Soċjetajiet u l-Proklamazzjoni Kontra t-Terroriżmu, u r-ritorn tal-politikanti tal-oppożizzjoni li qegħdin fl-eżilju; jistieden lill-UE sabiex issib modi innovattivi u siguri biex tassisti, finanzjarjament u politikament, lis-soċjetà ċivili li qiegħda tiġġieled fl-Etjopja u sabiex tinvolvi ruħha fi djalogu mill-qrib mal-oppożizzjoni, kemm dik li tinsab fl-Etjopja kif ukoll dik li tinsab eżiljata;

67.

Jinnota li attwalment fl-Etjopja m’hemm la ġudikatura u lanqas midja indipendenti, bħala riżultat ta' kampanja intenzjonata mfassla sabiex tillimita u tibblokka l-ġudikatura, tikkontrolla l-midja, tintimida l-oppożizzjoni u żżomm siekta lill-organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem;

68.

Jinnota li numru kbir ta' ġurnalisti ġew ipproċessati skont il-liġi kontra t-terroriżmu tal-2009; jikkundanna l-kampanja ta’ litigazzjoni reċenti li wasslet għall-kundanna in absentia mill-Qorti Federali tal-Finanzi tal-blogger Elias Kifle ta' ħabs għal għomru, u għall-kundanna ta' Wubishet Taye, deputat editur ta’ gazzetta lokali, u ta' Reeyot Alemn, kittieb ta' gazzetta, ta' 12-il sena ħabs; jilqa’, madankollu, il-maħfra reċenti li ngħatat lill-ġurnalisti Svediżi, Martin Schibbye u Johan Persson, wara l-mewt tal-Prim Ministru, Meles Zenawi; jinkoraġġixxi lill-gvern il-ġdid sabiex jestendi l-istess klemenza għall-vittmi kollha ta' ġustizzja arbitrarja;

69.

Jenfasizza l-potenzjal kbir tal-proġett Grand Renaissance Blue Nile Dam fir-reġjun ta’ Benishangul-Gumuz fl-Etjopja għall-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun kollu; jappoġġja l-bord internazzjonali ta’ esperti stabbilit bejn l-Etjopja, is-Sudan u l-Eġittu għal dan il-proġett, u jitlob għal ftehim aħjar dwar il-kondiviżjoni tar-riżorsi tal-ilma min-Nil u tal-enerġija prodotta mill-impjant tal-enerġija idroelettrika konness mad-diga;

70.

Jistieden lill-Gvern tal-Etjopja biex japprova formalment id-deċiżjonijiet dwar id-delimitazzjoni tal-Kummissjoni tal-Fruntiera bejn l-Eritrea u l-Etjopja bħala finali u vinkolanti, bi qbil mar-Riżoluzzjonijiet tal-UNSC 1907(2009) u 2023(2011) kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-UA u l-IGAD; jistieden, għalhekk, lill-Gvern Eritrean biex jaqbel li jimpenja ruħu fi djalogu mal-Etjopja sabiex ikun indirizzat il-proċess tal-irtirar tat-truppi mill-fruntiera u għad-demarkazzjoni fiżika b'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tad-Demarkazzjoni, waqt li jikkunsidra l-importanza tal-fatt li l-komunitajiet jinżammu flimkien, kif ukoll in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mal-Etjopja, inkluż il-ftuħ mill-ġdid tal-fruntiera; jistieden lill-komunità internazzjonali tinvolvi ruħha mal-Eritrea u tiddefendi l-interessi u l-ħtiġijiet tal-poplu tal-Eritrea, filwaqt li tagħmel pressjoni fuq ir-reġim u l-forzi militari sabiex jippermettu l-aċċess għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, iħejju l-elezzjonijiet li ilhom imwiegħda u jiftħu spazju politiku fil-pajjiż; jenfasizza li l-għajnuna kollha tal-UE li mhix marbuta ma' għanijiet umanitarji għandha tingħata fuq kundizzjoni stretta ta' impenn mill-awtoritajiet tal-Eritrea li jiffaċilitataw it-tranżizzjoni demokratika u t-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, b'punti ta' referenza trasparenti u tanġibbli, kif ukoll tal-bżonnijiet bażiċi tal-poplu Eritrean; jistieden lill-Eritrea sabiex ma tipprovdi l-ebda appoġġ lil gruppi armati li jqiegħdu l-paċi u r-rikonċiljazzjoni fis-Somalja u, b’mod iżjed ġenerali, l-istabbiltà reġjonali, f’periklu; jitlob għal-libertà tal-espressjoni, tal-istampa u tar-reliġjon, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ elezzjonijiet ħielsa u ġusti u tad-demokrazija fil-pajjiż; jitlob il-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi, inkluż il-ħelsien tal-ġurnalista Dawit Isaac li netfa’ l-ħabs mingħajr proċess għal aktar minn 4 000 jum.

o

o o

71.

Jagħti istruzzjonijiet lill-lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għas-Sudan, ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Qarn tal-Afrika, l-Istati Membri tal-UE, il-Gvern tat-Turkija, il-Kungress tal-Istati Uniti, id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti, il-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana, il-Parlament Pan-Afrikan, il-Gvernijiet u l-Parlamenti tal-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp (IGAD), kif ukoll lill-awtoritajiet ta' Somaliland.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0203.

(2)  ĠU C 46 E, 24.2.2010, p. 102.

(3)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 51..

(4)  ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 35.

(5)  P7_TA(2012)0334.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/55


P7_TA(2013)0007

Aspetti rigward l-iżvilupp tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali fuq ir-riżorsi ġenetiċi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2013 dwar aspetti rigward l-iżvilupp tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fuq ir-riżorsi ġenetiċi: l-impatt fuq it-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2012/2135(INI))

(2015/C 440/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-1992 dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD),

wara li kkunsidra l-Protokoll ta' Nagoya tal-2010 tas-CBD dwar Aċċess għar-Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu tal-Benefiċċji li jirriżultaw mill-Użu tagħhom,

wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali tal-2011 dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u Agrikoltura,

wara li kkunsidra t-Trattat ta' Kooperazzjoni dwar il-Privattivi tal-2002,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni adottata mill-Assemblea Ġenerali fit-13 ta' Settembru 2007,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-ILO tal-1989 dwar il-Popli Indiġeni u Tribali (Nru 169),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti, kif riveduta f'Ġinevra fid-19 ta' Marzu 1991,

wara li kkunsidra l-Ftehim tad-WTO tal-1995 dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ,

wara li kkunsidra t-Trattat Internazzjonali tal-2002 dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u Agrikoltura (ITPGR) u l-qafas tad-WHO tal-2011 rigward il-vajrus tal-influwenza,

wara li kkunsidra d-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 1998 dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar l-objettivi strateġiċi tal-UE għall-għaxar Laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD), li se ssir f'Nagoya (il-Ġappun) mit-18 sad-29 ta' Ottubru 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu 'L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020' (COM(2011)0244),

wara li kkunsidra l-attivitajiet u r-rapporti tal-Kumitat Intergovernattiv WIPO dwar il-Proprjetà Intellettwali u r-Riżorsi Ġenetiċi, l-Għarfien Tradizzjonali u l-Folklor,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Laqgħa tal-Grupp ta' Esperti Tekniċi u Legali dwar Għarfien Tradizzjonali Marbut ma' Riżorsi Ġenetiċi fil-Kuntest tas-Sistema Internazzjonali dwar l-Aċċess u l-Qsim tal-Benefiċċji (UNEP/CBD/WG-ABS/8/2, 2009),

wara li kkunsidra l-istudju mitlub mill-Kumitat għall-Iżvilupp tal-Parlament intitolat 'Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali fuq riżorsi ġenetiċi u l-ġlieda kontra l-faqar', (2011),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ramsar tal-1971 dwar l-Artijiet Mistagħdra,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0423/2012),

A.

billi 70 % tal-foqra tad-dinja jgħixu f'żoni rurali u urbani u jiddependu direttament fuq il-bijodiversità għall-għajxien u l-benessri tagħhom;

B.

billi l-għanijiet ewlenin tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD) huma li jrawmu l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità u li jiġu indirizzati l-ostakoli li jimpedixxu l-użu tagħha;

C.

billi fornituri tar-riżorsi ġenetiċi u l-persuni li jkollhom għarfien tradizzjonali relatat ta' spiss jappartjenu lil pajjiżi li qed jiżviluppaw li għandhom bijodiversità kbira;

D.

billi l-leġiżlazzjoni dwar l-aċċess nazzjonali u l-qsim tal-benefiċċji (ABS), adottata bħala parti mill-proċess tas-CBD, ħarġet bħala tweġiba għall-prattiki tal-bijoprospettar u l-bijopiraterija;

E.

billi definizzjoni komuni tal-bijopiraterija hija l-prattika industrijali tal-privatizzazzjoni u tal-privattivi fuq il-bażi tal-għarfien tradizzjonali jew ir-riżorsi ġenetiċi ta' popli indiġeni, mingħajr awtorizzazzjoni jew l-għoti ta' kumpens lill-pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin;

F.

billi s-CBD u l-Protokoll ta' Nagoya tagħha jeħtieġu li l-bijoprospetturi jiksbu “kunsens infurmat minn qabel” (PIC) minn u jilħqu “pattijiet li fuqhom ikun hemm qbil reċiproku” (MAT) ma' pajjiżi tal-oriġini jew komunitajiet lokali u indiġeni b'rabta mal-għarfien tradizzjonali assoċjat mal-riżorsi ġenetiċi, u li jaqsmu l-benefiċċji mill-bijoprospettar ma' pajjiżi u komunitajiet tal-oriġini;

G.

billi l-iskema ABS li qed tevolvi fl-ambitu tas-CDB topera b'mod kumplimentari mal-WTO u mal-Aspetti Kummerċjali tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali (WTO-TRIPS),l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO), l-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO), l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV), u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO);

H.

billi l-governanza tal-ABS hija riflessa wkoll f'għadd ta' strumenti tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali tal-1966;

I.

billi l-Artikolu 27(3)(b) tal-ftehim TRIPS tad-WTO jagħti d-dritt lill-gvernijiet sabiex jeskludu mill-privattivabbiltà l-pjanti, l-annimali u l-proċessi 'essenzjalment' bijoloġiċi, filwaqt li l-mikrorganiżmi u l-proċessi mhux bijoloġiċi u mikrobijoloġiċi huma eliġibbli għall-privattivi;

J.

billi l-bijodiversità tipprovdi firxa kbira ta' servizzi tal-ekosistema, bħall-ilma lokali, il-provvista tal-ikel, il-materjali li jsostnu l-għajxien u r-regolamentazzjoni tal-ilma; u billi d-degrad ambjentali joħloq sfidi ġodda għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli ta' firxa wiesgħa ta' speċijiet u riżorsi ġenetiċi bħala bażi għas-sigurtà tal-ikel u l-iżvilupp agrikolu sostenibbli;

K.

billi t-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-pjanti għall-Ikel u Agrikoltura (ITPGR), li kien ġie nnegozjat fi ħdan l-ambitu tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti (FAO), jimmira lejn il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura u l-qsim ġust u ugwali tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom, f'armonija mas-CBD;

L.

billi l-membri tal-OECD jiddependu ħafna mir-riżorsi ġenetiċi li ġejjin minn barra speċjalment għall-għelejjel, b'hekk il-kooperazzjoni internazzjonali fuq il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tkun essenzjali;

M.

billi l-istimi jindikaw li tliet kwarti tal-popolazzjoni tad-dinja tiddependi minn mediċini tradizzjonali naturali u li madwar nofs id-drogi sintetiċi għandhom oriġini naturali;

N.

billi diversi konvenzjonijiet u ftehimiet internazzjonali, inkluż il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (CBD), it-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-pjanti għall-Ikel u Agrikoltura (ITPGR), id-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (DRIPS), il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Kulturali Intanġibbli, jindirizzaw is-suġġett ta' għarfien tradizzjonali;

O.

billi l-Artikolu 8(j) tas-CBD jimpenja lill-partijiet biex jirrispettaw, jippreservaw u jżommu l-għarfien tradizzjonali u li “jinkoraġġixxu l-qsim ġust tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-użu” ta' tali għarfien;

P.

billi d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2007 dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni tikkonferma d-dritt li jinżamm, jiġi kkontrollat, imħares u żviluppat l-għarfien tradizzjonali tagħhom;

Q.

billi fl-2009, l-Assemblea Ġenerali tal-WIPO tat istruzzjonijiet lill-Kumitat Intergovernattiv tagħha (KIG) sabiex jiġi żviluppat strument internazzjonali għall-protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi, tal-għarfien tradizzjonali u tal-espressjonijiet kulturali tradizzjonali;

I.    Diversità ġenetika u MDGs

1.

Ifakkar ir-rabta diretta bejn il-protezzjoni tal-bijodiversità u l-kisba tal-MDGs, b'mod partikolari MDG 1 li tiffoka fuq l-eradikazzjoni tal-faqar u l-ġuħ estrem; jenfasizza l-importanza ta' bijodiversità u ekosistemi b'saħħithom għall-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd f'perspettiva ta' żvilupp sostenibbli;

2.

Jenfasizza li s-CBD hija tassew differenti minn trattati ambjentali internazzjonali oħra fis-sens li tagħti rwol espliċitu u prominenti lill-kwistjonijiet tal-ġustizzja u l-ekwità fil-konservazzjoni u l-użu tal-bijodiversità.

3.

Jenfasizza l-fatt li, għalkemm m'hemmx definizzjoni aċċettata b'mod ġenerali tat-terminu 'bijopiraterija', dan jista' jirreferi għall-misappropprjazzjoni u/jew l-ibbenefikar kummerċjali illeċitu mill-użu ta' għarfien tradizzjonali u ta' riżorsi ġenetiċi, u jenfasizza li għandu jsir aktar xogħol sabiex tiġi ċċarata u kkonsolidata t-terminoliġija ġuridika, b'mod partikolari bil-ħsieb ta' definizzjoni tat-terminu “bijopiraterija”, abbażi ta' figuri awtorevoli;

4.

Jenfasizza l-isfidi li jirriżultaw mid-drittijiet ta' proprjetà intellettwali (DPI) fuq ir-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali f'pajjiżi li qed jiżviluppaw f'termini ta' aċċess għall-mediċina, il-produzzjoni ta' drogi ġenetiċi u l-aċċess tal-bdiewa għaż-żerriegħa; jenfasizza, kif mistħoqq, li l-politika kummerċjali tal-UE relatata mad-DPI trid tkun konsistenti mal-objettiv tal-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp kif imħaddan fit-Trattat tal-UE;

5.

Ifakkar li s-CBD u l-Protokoll ta' Nagoya jikkostitwixxu l-qafas prinċipali għall-governanza tal-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji (ABS); jinnota li l-governanza relatata mad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali, ir-riżorsi ġenetiċi u t-tnaqqis tal-faqar jikkonċernaw ukoll lid-WTO, il-FAO, id-WHO u d-WIPO, u b'hekk jinħolqu sfidi biex jiġi żgurat approċċ koerenti fl-appoġġ tagħhom għas-sistema tas-CBD; jinsisti li dawn l-istituzzjonijiet internazzjonali għandhom jappoġġaw u mhux imorru kontra r-reġim CDB;

6.

Itenni r-rispett tiegħu lejn ir-riżultati miksuba fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali tad-drittijiet tal-popolazzjonijiet indiġeni għar-riżorsi ġenetiċi u ta' tip ieħor tagħhom u għall-għarfien tradizzjonali assoċjat, stabbiliti fid-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, fil-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO, fl-Artikolu 8(j) tas-CBD u fil-Protokoll ta' Nagoya. jesprimi it-tħassib tiegħu għall-erożjoni ġenetika li qed isseħħ bħala konsegwenza tal-predominanza kważi esklużiva, fuq is-suq, taż-żrieragħ tal-produzzjoni industrijali, jiġifieri ż-żrieragħ protetti minn drittijiet tal-proprjetà intellettwali, askapitu tal-varjetajiet tradizzjonali taż-żrieragħ;

Agrikoltura u saħħa

7.

Ifakkar fil-ħtieġa għal firxa wiesgħa ta' Riżorsi Ġenetiċi għall-Ikel u l-Agrikoltura (GRFA) biex tiġi żgurata provvista aħjar tas-servizz tal-ekosistema; jenfasizza li l-użu tal-GRFA huwa kruċjali għas-sigurtà alimentari, is-sostenibbiltà agrikola u ambjentali u biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima;

8.

Jenfasizza l-fatt li l-kisba tal-MDG 1 tiddependi fost l-oħrajn minn kif niġġestixxu l-ekosistemi agrikoli; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li filwaqt li t-tnaqqis tal-impatt negattiv li l-agrikoltura jista' jkollha fuq l-ambjent jirrikjedi firxa wiesgħa ta' diversità ġenetika tal-għelejjel biex ikun żgurat provvista aħjar tas-servizz tal-ekosistema, id-diversità tal-għelejjel tippermetti bdiewa speċifikament foqra u żgħar li jiddiversifikaw id-dieti u l-introjti tagħhom; jenfasizza b'mod ugwali li d-diversità ġenetika tal-għelejjel tikkonferixxi reżistenza fit-tibdil tal-klima;

9.

Ifakkar li l-varjetajiet selvaġġi ta' pjanti kkultivati li huma importanti għas-sigurtà alimentari tal-Istati Membri tal-UE jinstabu l-aktar f'pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lill-UE, fi ħdan il-kompetenza tal-Konvenzjoni tal-UPOV, tastjeni milli tappoġġa l-introduzzjoni ta' leġiżlazzjoni li tista' toħloq ostakoli għad-dipendenza tal-bdiewa minn żerriegħa maħsuda, minħabba li din tikser id-dritt għall-ikel f'pajjiżi li qed jiżviluppaw.

10.

Ifakkar li l-“eċċezzjoni tal-bdiewa”, skont il-Konvenzjoni tal-UPOV, hija partikolarment importanti għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw peress li tippermetti lill-bdiewa li jżommu żrieragħ minn varjetajiet ġodda u jerġgħu jiżirgħuhom għall-iskopijiet tal-ikel tas-soltu (u għalhekk tiżdied is-sikurezza tal-ikel); jiddispjaċih madankollu li, filwaqt li huwa fl-interess tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jżommu u jestendu l-eżenzjonijiet mid-drittijiet ta' min ikabbar il-pjanti, id-drittijiet tal-bdiewa ddgħajfu f'riformi konsekuttivi tal-Konvenzjoni tal-UPOV;

11.

Jinnota li l-FAO qed tieħu rwol minn ta' quddiem fl-iżvilupp ta' skemi speċjalizzati tal-ABS rilevanti għall-ikel u l-agrikoltura; jistieden lill-UE tappoġġa t-talbiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tiżgura appoġġ tal-baġit (BS) xieraq fi kwalunkwe mekkaniżmu/strument settorjali ġdid skont il-FAO, kif ukoll biex tiżgura konsistenza u titjib fis-sinerġija mas-CDB u l-Protokoll ta' Nagoya tagħha;

12.

Ifakkar li r-riżorsi ġenetiċi, fost l-oħrajn fil-forma ta' mediċina tal-ħxejjex, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għar-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi u l-aċċess għall-mediċina; itenni li d-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ma għandhomx ifixklu l-aċċess għal mediċini bi prezzijiet aċċessibbli, speċjalment meta dawn id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jkunu jiddependu fuq riżorsi ġenetiċi li joriġinaw minn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

13.

Jistieden lill-UE tastjeni milli tisforza pajjiżi li qed jiżviluppaw, b'mod speċjali LDCs, permezz ta' ftehimiet bilaterali biex jaċċettaw standards ta' proprjetà intellettwali estensivi rigward, pereżempju żrieragħ u mediċini, bi qbil mal-Politika tal-UE għall-Koerenza u l-Iżvilupp (PCD);

14.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-bijopiraterija tinvolvi li l-implimentazzzjoni u l-aġġornament tal-arranġamenti eżistenti għall-aċċess multilaterali u l-qsim tal-benefiċċji fl-oqsma tal-agrikoltura u s-saħħa, bħat-Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-pjanti għall-Ikel u Agrikoltura (ITPGR), pereżempju billi jiġu kkunsidrati modi ġodda biex jiżdiedu r-riżorsi għall-Fond għall-Qsim tal-Benefiċċji, jew il-Laqgħa Intergovernattiva tal-WHO dwar it-Tħejjija għall-Influwenza Pandemika;

15.

Huwa tal-fehma li l-ftehimiet futuri bilaterali u multilaterali għall-armonizzazzjoni, u b'mod partikolari dawk li jikkonċernaw l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-privattivi, se jeħtieġu skrutinju bir-reqqa minn perspettiva ta' żvilupp, bl-għan li tinkiseb ekwità globali għas-saħħa pubblika fl-ispirtu tal-implimentazzjoni tal-Paragrafu 6 tad-Dikjarazzjoni ta' Doha dwar il-Ftehim TRIPS, billi jiġi salvagwardjat l-għarfien u, b'rabta mad-drittijiet ta' min irabbi l-pjanti, billi jiġi żgurat aċċess għaż-żerriegħa;

II.    Drittijiet tal-komunitajiet indiġeni u lokali għall-għarfien tradizzjonali

16.

Jinnota li l-għarfien tradizzjonali jindika l-għarfien li jkollhom komunitajiet speċifiċi indiġeni u lokali u li huwa maqsum fost ħafna segmenti tas-soċjetà ta' reġjun jew pajjiż partikolari; jirrimarka li l-għarfien tradizzjonali jinkludi “valuri intanġibbli” u li ż-żamma tal-patrimonju kulturali fil-fatt hija ta' importanza primarja fl-espressjonijiet kollha tiegħu, inklużi l-valuri soċjali, reliġjużi, kulturali u ta' pajsaġġ;

17.

Jindika li tliet kwarti tal-popolazzjoni dinjija tiddependi minn mediċina tradizzjonali naturali derivata mill-pjanti; jemmen għalhekk li l-bijopiraterija tfisser li hemm każ qawwi għall-protezzjoni ta' għarfien tradizzjonali, b'mod partikolari meta tiġi assoċjata ma' riżorsi ġenetiċi ta' valur ekonomiku għall-industrija;

18.

Jenfasizza l-periklu li l-għarfien tradizzjonali jiġi vvalutat mil-lat merkantili biss; jindika li qafas eżistenti tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali ma jidħolx fi grupp eteroġenju bħal tal-persuni li jkunu jippossjedu għarfien tradizzjonali; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema internazzjonali tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali sui generis li tippreserva d-diversità tal-interess ta' komunitajiet lokali u tirrifletti d-dritt konswetudinarju eċċ.;

19.

Jinnota bi tħassib li d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw id-detenturi tal-għarfien tradizzjonali jinkludu l-monitoraġġ u l-infurzar, jiġifieri jitgħallmu li seħħ xi ksur u jiksbu rimedji fil-ħin; jiddispjaċih f'dan il-kuntest li l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi mhu kopert mill-ebda miżura ta' monitoraġġ tal-Protokoll ta' Nagoya, peress li ma hemm l-ebda obbligu li tiġi żvelata l-informazzjoni tal-“punt ta' kontroll” dwar l-għarfien tradizzjonali użat, filwaqt li ċ-ċertifikat ta' konformità rikonoxxut internazzjonalment ma jkoprix l-għarfien tradizzjonali assoċjat mar-riżorsi ġenetiċi, u dan jillimita l-possibbiltajiet tat-traċċar tal-bijopiraterija b'rabta ma' dan l-għarfien tradizzjonali; huwa tal-fehma li l-UE għandha tagħti lill-għarfien tradizzjonali mill-inqas l-istess livell ta' protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi meta timplimenta l-Protokoll ta' Nagoya;

20.

Jenfasizza li r-regolamenti mfassla għall-protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat tagħhom għandhom ikunu konformi mal-impenji internazzjonali dwar il-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-popli indiġeni kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU tal-2007 dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni (UNDRIP) u l-Konvenzjoni tal-ILO tal-1989 dwar Popli Indiġeni u Tribali (Nru 169);

21.

Jirrikonoxxi r-rwol potenzjali tas-sistema tal-proprjetà intellettwali u tal-privattivi fil-promozzjoni tal-innovazzjoni, tat-trasferiment u tat-tixrid tat-teknoloġiji għall-vantaġġ reċiproku tal-partijiet interessati, tal-fornituri, tad-detenturi u tal-utenti tar-riżorsi ġenetiċi, tad-derivati tagħhom u tal-għarfien tradizzjonali assoċjat b'mod li jiffavorixxi l-benesseri soċjali u l-iżvilupp, filwaqt li jiġi enfasizzat il-bżonn ta' prevenzjoni tal-effetti negattivi tas-sistema tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u tal-privattivi fuq l-applikazzjoni min-naħa tal-popolazzjonijiet indiġeni u tal-komunitajiet lokali tal-għarfien tradizzjonali, tal-liġijiet, il-prassi u s-sistemi ta' għarfien tagħhom u fuq il-kapaċità tagħhom li jużaw, jiżviluppaw, joħolqu u jipproteġu l-għarfien tagħhom fil-qasam tar-riżorsi ġenetiċi; jindika li, f'ċerti ċirkostanzi, il-popolazzjonijiet indiġeni jew il-komunitajiet lokali jistgħu jqisu l-kuntratti bejn il-partijiet bħala soluzzjoni fattibbli għall-finijiet tal-kondiviżjoni tal-benefiċċji u tal-ħarsien tal-interessi tagħhom filwaqt li jitħares l-ambjent u tiġi evitata ħsara soċjali u ekonomika, eż. permezz ta' klawsoli ta' salvagwardja;

III.    L-indirizzar tal-bijopiraterija – it-triq lejn il-progress

22.

Jindika li l-bijopiraterija tista' tiġi attribwita għan-nuqqas ta' regolamenti nazzjonali u mekkaniżmi ta' infurzar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u n-nuqqas ta' mekkaniżmu ta' konformità f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, filwaqt li jiżgura li r-riżorsi ġenetiċi ġew akkwistati skont il-PIC u l-MAT f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ABS tal-pajjiżi fornituri; jilqa', f'dan il-kuntest, l-abbozz ta' regolament sottomess mill-Kummissjoni li l-għan tiegħu huwa li jkun implimentat il-Protokoll ta' Nagoya dwar Aċċess għar-Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim tal-Benefiċċji; jinsisti b'mod ugwali fuq l-importanza li jkunu pprovduti mekkaniżmi ta' rikors effettivi f'każ ta' tilwim u aċċess għall-ġustizzja;

23.

Ifakkar li implimentazzjoni effikaċi tal-Protokoll tiddependi minn azzjonijiet li jridu jittieħdu kemm f'pajjiżi żviluppati u kif ukoll f'dawk li qed jiżviluppaw; jinnota li l-elaborazzjoni tal-leġiżlazzjoni ABS fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw hija kundizzjoni minn qabel għall-obbligu tal-pajjiżi utenti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-PIC; jinnota madankollu li din it-talba toħloq sfida reali għalihom peress li teħtieġ bini tal-kapaċità ġuridika u istituzzjonali sostanzjali;

24.

Jenfasizza li l-obbjettivi tas-CBD se jinkisbu biss jekk ikun hemm qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappellaw għal ratifika mgħaġġla tal-Protokoll ta' Nagoya sabiex tkun tista' tiġi miġġielda l-bijopiraterija u titjieb il-ġustizzja u l-ekwità fl-iskambju ta' riżorsi ġenetiċi; jenfasizza r-rwol tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE fl-għoti ta' għajnuna lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-bini tal-kapaċità legali u istituzzjonali fuq kwistjonijiet tal-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji; jemmen li għandu jingħata appoġġ lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-bini ta' bażijiet tad-data tal-għarfien tradizzjonali u fil-fehim tas-sistemi ta' applikazzjoni tal-privattivi;

25.

Itenni li, fuq l-isfond tar-riżoluzzjoni tal-10 ta' Mejju 2012 tiegħu dwar il-privattivi tal-proċessi bijoloġiċi essenzjali (3), il-protezzjoni eċċessivament wiesgħa bil-privattivi fil-qasam tat-trobbija tista' tostakola l-innovazzjoni u l-progress, għad-detriment tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju li jrabbu, billi tibblokka l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi;

Titjib tar-rekwiżiti tal-bażi tad-data u tal-iżvelar relatati mar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali

26.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-proposta magħmula minn pajjiżi li qed jiżviluppaw għal regolament li jorbot li jkun jirrikjedi li l-applikanti għal privattivi biex (a) jiżvelaw is-sors u l-oriġini tar-riżorsi ġenetiċi u l-għarfien tradizzjonali assoċjat (ATK) użati f'invenzjonijiet, (b) jipprovdu provi ta' PIC minn awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż fornitur u (c) jipprovdu provi ta' qsim ġust u ekwu tal-benefiċċji, li għandu jiġi ċċertifikat f'ċertifikat internazzjonali tal-oriġini;

27.

Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' statistiki ċari dwar il-bijopiraterija u l-miżapproprjazzjoni, u jistieden li jkun hemm aktar riċerka mill-UE u l-iżvelar ta' informazzjoni f'dan il-qasam sabiex tiġi rimedjata din is-sitwazzjoni; jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' data aħjar dwar in-numru u l-kontenut ta' kuntratti ABS; jikkunsidra li din tista' tiġi miġbura bit-twaqqif ta' sistema ta' notifika u bażi tad-data permezz taċ-Ċentru ta' Skambju ta' Tagħrif CBD;

28.

Jemmen li strument li jorbot huwa l-iktar mod sikur kif il-miżuri relatati mal-bijodiversità fis-sistema tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali jiġu implimentati minn pajjiżi utenti; iħeġġeġ biex jittieħdu passi sabiex l-għoti ta' privattivi jkun dipendenti fuq konformità ma' rekwiżit obbligatorju li jiġi żvelat l-oriġini ta' kwalunkwe riżorsa ġenetika/għarfien tradizzjonali f'applikazzjonijiet għal privattivi; jenfasizza li dan l-iżvelar għandu jinkludi prova li r-riżorsa ġenetika/għarfien tradizzjonali inkwistjoni jkunu ġew akkwistati skont ir-regoli applikabbli (jiġifieri kunsens infurmat minn qabel u pattijiet li fuqhom ikun hemm qbil reċiproku);

29.

Jenfasizza li strument internazzjonali li jinkludi rekwiżiti ta' żvelar u bażijiet tad-data għall-protezzjoni tar-riżorsi ġenetiċi mhux sostitut għall-aċċess effiakċi u l-mekkaniżmu tal-qsim tal-benefiċċji fil-livell nazzjonali;

30.

Huwa tal-fehma li n-notifika diretta minn utenti tal-kumpaniji li jużaw riżorsi ġenetiċi jew għarfien tradizzjonali assoċjat, l-utilizzazzjoni ta' ċertifikati ta' konformità u l-istudju ta' għażliet ta' litigazzjoni fi ħdan u barra l-ġurisdizzjoni nazzjonali, jistgħu wkoll jikkontribwixxu wkoll b'mod effikaċi biex jitrażżnu l-każijiet potenzjali ta' bijopiraterija;

31.

Iqis li sistema ċara u koerenti tad-drittijiet għall-proprjetà intellettwali tista' tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' għarfien u t-tixrid tiegħu fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, għall-benefiċċju tal-imprenditorija lokali, ir-riċerka, l-edukazzjoni u t-taffija tal-faqar;

Ħidma għal sistema ta' governanza globali koerenti

32.

Jinsisti li l-ftehim TRIPS tad-WTO għandu jkun kompatibbli mas-CBD-il-Protokoll ta' Nagoya, u għalhekk iqis bħala kruċjali li jiġu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji fuq l-iżvelar tal-oriġini ta' riżorsi ġenetiċi matul proċeduri ta' privattivi, u b'hekk ikun possibbli li jiġi kkontrollat jekk dawn kinux akkwistati legalment skont il-PIC u l-MAT;

33.

Jenfasizza li dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu introdotti permezz ta' emenda tal-Ftehim WTO-TRIPS jew fl-ambitu tad-WIPO, fil-kuntest tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar it-twaqqif ta' strument(i) ġuridiku/ċi internazzjonali ġdid/ġodda għall-protezzjoni effikaċi ta' riżorsi ġenetiċi, għarfien tradizzjonali u espressjonijiet kulturali tradizzjonali; jitlob li l-UE b'mod partikolari biex tappoġġa, f'konformità mal-PCD, it-talba tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jkun emendat il-Ftehim WTO-TRIPS billi jiddaħħal Artikolu 29a (ġdid) dwar l-Iżvelar tal-Oriġini ta' Riżorsi Ġenetiċi u/jew ta' Għarfien Tradizzjonali Assoċjat skont il-Protokoll ta' Nagoya; jilqa', bħala l-ewwel pass, il-fatt li l-proposta tal-UE għal regolament dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u l-qsim tal-benefiċċji tipprevedi rekwiżit obbligatorju ta' żvelar tal-oriġini ta' kwalunkwe riżorsa ġenetika u ta' għarfien tradizzjonali assoċjat;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lin-negozjaturi tagħha fi ħdan il-KIG tad-WIPO u fir-rieżami tat-TRIPS biex jikkunsidraw bħala l-punt ta' tluq tagħhom il-Protokoll ta' Nagoya u biex, waqt in-negozjati, jikkonċentraw fuq l-armonizzazzjoni tal-qafas ġuridiku tas-CBD (4) u l-Protokoll ta' Nagoya tagħha, u d-WIPO, it-TRIPS, l-ITPGRFA (5) u l-Konvenzjoni UPOV (6), kif ukoll il-UNCLOS (7) fir-rigward tar-riżorsi ġenetiċi marittimi; jinnota li l-Ftehim TRIPS jeskludi b'mod tranżitorju lill-pajjiżi l-anqas żviluppati (8); jisħaq fuq il-fatt li dan l-approċċ irid jiġi ppreservat fir-rigward ta' kwalunkwe reviżjoni li tista' tirriżulta mill-proċess tas-CBD-Nagoya;

35.

Jilqa' pożittivament l-inizjattivi biex tingħata għażla alternattiva lill-korpi strettament kummerċjali, pereżempju l-Faċilità Dinjija għall-Informazzjoni dwar il-Bijodiversità (GBIF) li tippromwovi l-aċċess liberu u miftuħ għad-data dwar il-bijodiversità permezz tal-kooperazzjoni globali bejn id-diversi gvernijiet, organizzazzjonijiet u partijiet interessati internazzjonali oħra;

36.

Jinnota l-ħidma tal-Kumitat Intergovernattiv dwar il-Proprjetà Intellettwali u r-Riżorsi Ġenetiċi tal-WIPO (Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali), u jħeġġeġ it-teħid ta' miżuri simili u l-użu ta' definizzjonijiet konsistenti fil-livell tal-UE;

o

o o

37.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 213, 30.7.1998, p. 13.

(2)  ĠU C 371 E, 20.12.2011, p. 14.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0202.

(4)  Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika.

(5)  Trattat Internazzjonali dwar ir-Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura.

(6)  Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti.

(7)  Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar.

(8)  

Artikolu 66(1), TRIPS; Deċiżjoni tal-Kunsill għall-Ftehim TRIPS tad-29 ta' Novembru 2005.


L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2013

30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/62


P7_TA(2013)0011

Finanzi Pubbliċi fl-UEM – 2011 u 2012

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM – 2011 u 2012 (2011/2274(INI))

(2015/C 440/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rapport 2011 tal-Kummissjoni dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM (1),

wara li kkunsidra r-rapport 2012 tal-Kummissjoni dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM (2),

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 136 flimkien mal-Artikolu 121(2) tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta’ infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (8),

wara li kkunsidra l-Anness I tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta' Marzu 2011 bit-titolu “Il-Patt Euro Plus: Koordinazzjoni aktar b'saħħitha tal-politika ekonomika għall-kompetittività u l-konverġenza” (9),

wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012, u b'mod partikolari l-anness tiegħu “Patt għal Tkabbir u Impjiegi”,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 dwar l-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir għall-2012 (COM(2011)0815),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar it-Tabella għas-sorveljanza tal-iżbilanċi makroekonomiċi: id-disinn inizjali previst (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2012 dwar il-kontribut għall-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għall-2012 (11),

wara li kkunsidra l-“Perspettiva Ekonomika Dinjija” tal-FMI ta' Ottubru 2012,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0425/2012),

A.

billi l-kriżi ekonomika, finanzjarja u bankarja ma battietx u wriet li problemi ta' finanzi pubbliċi jaffettwaw negattivament l-iżvilupp soċjoekonomiku u l-istabbiltà politika;

B.

billi l-proporzjon ta' dejn tal-gvern meta mqabbel mal-PDG fiż-żona tal-euro żdied minn 86,2 % fl-ewwel tliet xhur tal-2011 għal 88,2 % fl-ewwel tliet xhur tal-2012;

C.

billi r-riformi reċenti tal-qafas ta' governanza ekonomika u baġitarja tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux isolvu l-kriżi waħedhom; billi tinħtieġ azzjoni komprensiva biex jiġu indirizzati b'mod simetriku żbilanċi makrofinanzjarji eċċessivi u biex jiżdied il-livell ta' konverġenza u solidarjetà soċjoekonomika globali fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM);

D.

billi impenji kredibbli għal miżuri ta' konsolidament favur it-tkabbir huma prerekwiżit għal kwalunkwe soluzzjoni sostenibbli fir-rigward tad-dejn eċċessiv u s-sitwazzjoni ta' defiċit tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li jinsabu fiż-żona tal-euro;

E.

billi ttieħdu passi sinifikanti fil-pajjiżi tal-UE biex il-finanzi pubbliċi jiġu kkonsolidati, imma għad baqa' ħafna sfidi fir-rigward tat-titjib tas-sitwazzjoni; billi t-tnaqqis ekonomiku qawwi attwali huwa fatt ta' tħassib għax jhedded l-isforzi sostanzjali magħmula mill-Istati Membri rigward l-istrateġiji ta' konsolidament baġitarju tagħhom;

F.

billi l-Istati Membri mhumiex kollha fl-istess sitwazzjoni, u għalhekk jeħtieġ li jiġu implimentati strateġiji favur it-tkabbir sostenibbli li jkunu differenzjati skont ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi adottati mill-Kunsill u li jirriflettu r-riskji fiskali u makrofinanzjarji speċifiċi għall-pajjiżi kif ukoll il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali;

G.

billi l-aħħar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi ffukaw b'mod sproporzjonat fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-pagi u n-nefqa fil-qasam tas-sigurtà soċjali u li jiġu riformati l-oqfsa tal-pensjonijiet pubbliċi; billi r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi tagħhom rigward oqsma oħra bħat-taxxi fuq il-qligħ kapitali, il-konsum, il-proprjetà immobbli u l-attivitajiet niġġiesa, fil-biċċa l-kbira tagħhom, jingħataw ftit wisq importanza;

H.

billi, b'mod partikolari, l-Istati Membri li jibbenefikaw mill-programmi ta' għajnuna finanzjarja u dawk taħt skrutinju strett tas-suq għandhom jimplimentaw strateġiji ta' konsolidament baġitarju kredibbli fuq perjodu twil ta' żmien; billi l-effetti konsegwenzjali negattivi fl-UEM għandhom jiġu indirizzati b'mod urġenti sabiex jerġgħu jiġu bbilanċjati u jiġu kkalibrati l-isforzi meħtieġa mill-Istati Membri kollha biex jegħlbu l-kriżi;

I.

billi d-demokraziji jesiġu skrutinju pubbliku intensiv tal-livelli kollha tal-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet inkarigati mill-ekonomija u mill-politiki relevanti, kif ukoll mekkaniżmi ta' responsabbiltà u ta' leġittimità;

1.

Jilqa' t-titjib imbassar tal-pożizzjonijiet fiskali tal-Istati Membri tal-UE u l-isforzi li għamlu biex jilħqu l-miri fiskali tagħhom; jiddeplora t-titwil previst tat-tnaqqis fir-ritmu ċikliku li qed iseħħ bħalissa; jinnota li t-tnaqqis ekonomiku qawwi attwali huwa fatt ta' tħassib għax jhedded l-isforzi sostanzjali magħmula mill-Istati Membri biex jikkonsolidaw il-baġits tagħhom;

2.

Jikkunsidra li strateġiji kredibbli fuq perjodu twil ta' żmien għall-konsolidament baġitarju jibqgħu neċessità, minħabba l-livell għoli ta' dejn pubbliku u privat, u defiċits baġitarji, f'xi Stati Membri, u d-diffikultà li jaffaċċjaw biex jerġgħu ipoġġu l-finanzi pubbliċi tagħhom fi triq sostenibbli, li jikkaġunaw pressjonijiet qawwija mis-swieq finanzjarji; ifakkar li d-defiċits pubbliċi ġenerali sal-lum tnaqqsu bis-saħħa ta' sforzi qawwija ta' konsolidament; jinnota li issa l-Kummissjoni tbassar tkabbir negattiv tal-PDG għall-UEM b'mod ġenerali fl-2012 u bilanċi fiskali li jiddeterjoraw f'seba' Stati Membri tal-UEM fl-2013 jew l-2014; għalhekk, jemmen li l-ħtieġa kontinwa għal aġġustament fiskali intens trid tkun bilanċjata bejn it-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli, l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll il-protezzjoni soċjali;

3.

Jinsab imħasseb ħafna li, minkejja l-isforzi ta’ riforma u konsolidament tal-Istati Membri, is-swieq tal-bonds sovrani taż-żona tal-euro għadhom f’sitwazzjoni problematika, kif inhu rifless f’firxiet kbar u f'volatilità tar-rati ta' interess; jinnota li l-ixkattatur immedjat u l-kawża ewlenija kienu t-tħassib min-naħa tas-swieq finanzjarji dwar is-solidità tal-finanzi pubbliċi u privati f'xi pajjiżi taż-żona tal-euro;

4.

Jemmen li l-isforzi favur koordinament imtejjeb u konsolidament fiskali mhux se jġibu r-riżultati mistennija jekk l-iżbilanċi makroekonomiċi bejn l-Istati Membri, u l-konsegwenzi tagħhom għall-proċess tal-irkupru, ma jiġux indirizzati;

5.

Jissottolinja li s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi u privati hija kundizzjoni essenzjali għat-tkabbir u biex jinżammu livelli xierqa ta' nefqa pubblika, inklużi l-investimenti; jenfasizza li livell għoli ta' dejn joħloq effetti negattivi – fuq il-kura tas-saħħa, il-pensjonijiet, l-impjiegi u l-ekwità bejn il-ġenerazzjonijiet – kif ukoll tkabbir batut;

6.

Jenfasizza li l-livell għoli ta' qgħad fost iż-żgħażagħ se jagħmel ħsara lit-tkabbir ekonomiku fil-futur ukoll, u li l-Istati Membri għandhom għalhekk jadottaw minn issa miżuri konkreti biex dan jitnaqqas;

7.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsegwu r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kunsill fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, kif modifikat mis-“six-pack” dwar il-governanza ekonomika, sabiex jimplimentaw il-konsolidament fiskali b'mod iktar b'saħħtu, kredibbli, f'waqtu u differenzjat, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkustanzi speċifiċi għall-pajjiżi; iħeġġeġ lill-Kunsill jirrevedi dawn ir-rakkomandazzjonijiet kif meħtieġ sabiex jitqies kif xieraq l-ambjent makroekonomiku;

8.

Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw ftehim mal-Parlament bil-għan li jadottaw it-“two-pack” mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti feedback kemm negattiv kif ukoll pożittiv lill-Istati Membri permezz ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi espliċiti u dettaljati, u tirrikonoxxi l-isforzi u l-aħjar prattiki li ħaqqhom ikunu magħrufa;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissokta bl-isforzi tagħha biex tissupplementa l-analiżi tradizzjonali tagħha dwar is-sostenibbiltà b'metodoloġiji alternattivi; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika regolarment indikaturi li jirriflettu din l-analiżi dwar is-sostenibbiltà f'ħarġiet futuri tar-rapporti dwar “Il-Finanzi Pubbliċi fl-UEM” u biex tirrilaxxa s-suppożizzjonijiet li l-mudelli tagħhom huma bbażati fuqhom meta jiġi vvalutat l-effett multiplikatur tal-livelli tan-nefqa pubblika fuq it-tkabbir tal-PDG;

11.

Jenfasizza r-rwol importanti li l-baġit tal-Unjoni għandu jkollu sabiex jitnaqqsu b’suċċess l-iżbilanċi makroekonomiċi u soċjali fl-Unjoni kollha, u b’hekk jiġu rrestawrati l-kundizzjonijiet għal unjoni monertarja sostenibbli;

12.

Jilqa’ l-enfasi l-ġdida fuq id-deċentralizzazzjoni fiskali fir-rapport tal-2012 tal-Kummissjoni dwar il-finanzi pubbliċi fl-UEM, u jissuġġerixxi li l-ħarġiet futuri dejjem jinkludu kapitolu fuq il-finanzi pubbliċi fil-livell lokali u reġjonali;

13.

Jikkunsidra li l-konsolidament baġitarju jista' jiġi implimentat b'mod effikaċi, u jista' jkollu effetti pożittivi dejjiema, sakemm il-miżuri li jappoġġawh jiffavorixxu t-tkabbir, sabiex jippromwovu t-tkabbir u l-prospettivi ta’ impjiegi, u jirrispettaw l-ekwità bejn iċ-ċittadini;

14.

Jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ politiki u riformi orjentati lejn it-tkabbir skont l-Istrateġija UE 2020, b'kunsiderazzjoni tal-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-investiment pubbliku; ifakkar fit-talbiet tiegħu dwar il-ħtieġa li s-suq tax-xogħol isir aktar flessibbli, b'mod partikolari billi: titnaqqas it-tassazzjoni tax-xogħol; jiġu ottimizzati skemi ta' taħriġ biex ħaddiema aktar anzjani jiġu mħeġġa jibqgħu f'impjieg aktar fit-tul; jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ billi l-kwalifiki taż-żgħażagħ jitqabblu aħjar mad-domanda tax-xogħol; jiġi żgurat li l-pagi jibqgħu konformi mal-produttività; u li t-tassazzjoni titneħħa minn fuq ix-xogħol, b'mod partikolari fir-rigward ta' kategoriji ta' ħaddiema bi dħul baxx, u minflok titqiegħed fuq attivitajiet ta' ħsara għall-ambjent; jistieden lill-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ politiki ta’ innovazzjoni permezz ta' investimenti bl-għan li tittejjeb il-produttività u tiġi allinjata ma' żviluppi tal-pagi, u joħolqu ambjent kummerċjali aktar kompetittiv permezz: tal-liberalizzazzjoni ta’ ċerti industriji; tat-tneħħija ta’ restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq xogħlijiet u professjonijiet regolati; tal-faċilitazzjoni tal-aċċess għall-kreditu; u tal-faċilitazzjoni tal-istabbiliment ta' negozji ġodda; iħeġġeġ, fl-aħħar nett, ir-riforma tas-settur tal-amministrazzjoni pubblika permezz tal-eliminazzjoni tal-burokrazija, it-tnaqqis tal-ispejjeż u t-tneħħija ta’ livelli ta’ gvern superfluwi;

15.

Ifakkar li l-element fundamentali fir-relazzjoni bejn it-tkabbir u l-konsolidament huwa l-kompożizzjoni tal-konsolidament; jenfasizza li t-taħlita adatta ta' miżuri dwar in-nefqa u d-dħul tiddependi mill-kuntest u għalhekk għandha tiġi vvalutata bir-reqqa; jirrimarka f'dan ir-rigward, madankollu, li l-konsolidamenti bbażati fuq it-tnaqqis tan-nefqa mhux produttiva pjuttost milli fuq iż-żieda tad-dħul x'aktarx ikunu aktar dejjiema u aktar jappoġġaw it-tkabbir fuq perjodu medju ta' żmien, iżda jiffavorixxu aktar ir-reċessjoni fuq perjodu qasir ta’ żmien; huwa tal-fehma li l-istrateġiji ta' konsolidament għandhom jimmitigaw l-impatt ta' reċessjoni fuq perjodu qasir ta' żmien filwaqt li jkollhom l-għan li jsaħħu t-tkabbir fuq perjodu medju ta' żmien; jemmen li l-impatt negattiv possibbli tal-konsolidamenti fuq perjodu qasir ta' żmien qasir jista' jittaffa, b'mod partikolari jekk il-miżuri meħuda jkunu kredibbli, dejjiema u jevitaw tnaqqis fl-investiment pubbliku f'setturi produttivi tal-ekonomija;

16.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffukaw l-isforzi favur il-konsolidament fuq taħlita adatta u li tiddependi mill-kuntest ta’ miżuri dwar in-nefqa u d-dħul u, fl-istess ħin, jissalvagwardjaw punti sostenibbli u marbuta mal-istrateġija UE 2020 li jsaħħu t-tkabbir bħall-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-effiċjenza enerġetika; jikkunsidra li għandha tingħata attenzjoni partikolari wkoll liż-żamma jew lit-tisħiħ tal-kopertura u l-effikaċja tas-servizzi ta' impjieg u tal-politiki attivi tas-suq tax-xogħol bħal skemi ta' taħriġ u skemi oħra għal min ikun qed ifittex impjieg, inkluża Garanzija Ewropea ta’ Impjieg għaż-Żgħażagħ għal persuni qiegħda u imprendituri ġodda;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tivvaluta l-pożizzjoni fiskali konsolidata fiż-żona tal-euro fit-totalità tagħha, billi tikkombina l-miżuri baġitarji deċiżi fil-livell nazzjonali u l-impatt previst tagħhom permezz tal-effetti konsegwenzjali f’kull Stat Membri fiż-żona tal-euro;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-metodoloġija tagħha li ssejjes il-valutazzjoni tal-bilanċi strutturali tal-Istati Membri, kif ukoll il-bidliet introdotti f’din il-metodoloġija mill-2008 u l-impatt ta’ dawk il-bidliet fil-valutazzjoni tal-bilanċi strutturali tal-Istati Membri;

19.

Jenfasizza li l-istrateġija ta’ konsolidament għandha tirrigwarda wkoll id-dħul tal-baġits tal-Istati Membri; jenfasizza, b’mod partikolari, li l-miżuri ta’ konsolidament relatati mad-dħul għandhom jiffokaw fuq it-tnaqqis tan-nefqiet fiskali li joħolqu niċeċ mhux produttivi jew jinkoraġġixxu r-rent-seeking ineffiċjenti, fuq it-tnaqqis ta’ sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent, kif ukoll fuq il-ħolqien ta’ taxxi ambjentali mmirati lejn is-sors tal-esternalitajiet negattivi u li jistgħu jġibu magħhom vantaġġ doppju inkwantu huma jippermettu li titjieb is-sitwazzjoni baġitarja u jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi stabbiliti fl-istrateġija UE 2020;

20.

Jappoġġa s-segwitu tar-riforma u l-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-pensjonijiet, filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ ir-rwol tas-sħab soċjali u l-ispeċifiċità tal-kuntesti nazzjonali, u filwaqt li jiġu żgurati s-sostenibbiltà finanzjarja u l-adegwatezza fit-tul tal-pensjonijiet; jirrimarka li tali riformi jservu wkoll biex tinżamm il-kontribuzzjoni bħala stabbilizzaturi awtomatiċi u bħala termini ta' strumenti ta' koeżjoni soċjali u solidarjetà; iħeġġeġ, b'mod partikolari, miżuri biex tiżdied l-età effettiva ta' meta wieħed jirtira; jappoġġa politiki intiżi sabiex jiżdied in-numru ta’ persuni li jiddeċiedu li jibqgħu fis-suq tax-xogħol fl-ewwel snin wara li jilħqu l-età li fiha jirtiraw;

21.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw proċeduri ta' konsolidament relatati mad-dħul billi jiffokaw fuq it-titjib tal-konformità u l-ekwità fiskali fost iċ-ċittadini, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra il-frodi tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa; jikkunsidra li, jekk dan ma jkunx biżżejjed, għandu jiġi kkunsidrat ukoll twessigħ tal-bażi fiskali, anke fid-dawl tat-tnaqqis tad-distorsjonijiet ekonomiċi u soċjali; jemmen li jridu jsiru sforzi akbar biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa;

22.

Iqis li sabiex jinkisbu finanzi pubbliċi ekwilibrati għal perjodu medju u twil ta' żmien, huwa importanti li tiġi applikata analiżi tal-ispejjież imqabbla mal-benefiċċji għall-proġetti infrastrutturali kollha li għandhom piż baġitarju sinifikanti;

23.

Ifakkar li l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jwettqu riforma tal-politika fiskali fi ħdan il-Patt Euro Plus, u li jorganizzaw diskussjonijiet fuq bażi regolari dwar l-adozzjoni tal-aħjar prattiki;

24.

Jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali fl-appoġġ tal-investimenti pubbliċi u privati; jenfasizza l-importanza ta’ investimenti orjentati lejn it-tkabbir għal irkupru ekonomiku rapidu;

25.

Jistieden lill-Istati Membri jiċċaraw ir-responsabbiltà, ir-rwol, it-trasferimenti fiskali u s-sors ta' dħul tal-livelli differenti ta' gvern (nazzjonali, reġjonali u lokali) fl-iżgurar ta' qafas sod u sostenibbli tal-finanzi pubbliċi, b’mod partikolari billi jitqies l-impatt fuq l-awtonomija fiskali lokali u reġjonali tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja;

26.

Huwa mħasseb dwar ir-riskju li l-modalitajiet tar-relazzjoni bejn il-gvernijiet ċentrali u subnazzjonali jistgħu jippreġudikaw l-implimentazzjoni tal-konsolidament fiskali b'mod partikolari meta d-deċentralizzazzjoni tkun iffinanzjata fil-biċċa l-kbira minn trasferimenti mill-gvern ċentrali mingħajr ma tkun ekwilibrata mir-responsabbiltajiet fil-qasam tad-dħul fil-livell subnazzjonali;

27.

Huwa preokkupat li f’ċerti Stati Membri, jistgħu jeżistu subsetturi ta’ gvern u ministeri mingħajr setgħat u kompiti konkreti; dawn is-subsetturi ta' gvern isaħħu l-ineffiċjenza u d-dissolutezza tal-amministrazzjoni ġenerali u għalhekk għandhom jiġu eliminati bħala parti mill-isforzi ta’ konsolidament fiskali;

28.

Jinnota li l-isforzi ta’ konsolidament fiskali għandhom ikunu kondiviżi bejn l-amministrazzjonijiet differenti b’mod ekwu, filwaqt li jitqiesu s-servizzi li jipprovdu;

29.

Jirrikonoxxi li ċerti Stati Membri b’livelli għolja ta’ dejn għadhom iżidu l-kwantità netta tal-ħaddiema pubbliċi minkejja l-impenn pubbliku tagħhom li jiffriżaw jew inaqqsu s-sehem ta' ħaddiema pubbliċi fis-suq tax-xogħol;

30.

Jistieden lill-Istati Membri bi problemi baġitarji jagħtu prijorità lill-miżuri ta’ konsolidament fiskali bl-għan li jitnaqssu nefqiet mhux neċessarju fil-qasam tad-difiża bħax-xiri ta’ tagħmir militari ġdid u għali;

31.

Jilqa' d-diversi sforzi favur ir-riżoluzzjoni tal-kriżi, inklużi r-riformi strutturali sostenibbli u li jsaħħu t-tkabbir; jissottolinja l-qafas il-ġdid ta' governanza msaħħa tal-UE li ġie adottat reċentement; jikkunsidra li, filwaqt li dawk ir-riformi ma jistgħux isolvu l-kriżi mil-lum għal għada, għandu jkollhom l-għan li jsaħħu l-kredibbiltà tal-aġġustament fiskali, inaqqsu l-impatt negattiv tiegħu fuq perjodu qasir ta' żmien fuq it-tkabbir u jistabbilixxu l-qafas għal tfassil ta’ politika aħjar fis-snin li fihom jirritorna t-tkabbir;

32.

Iħeġġeġ id-djalogu ekonomiku u l-kooperazzjoni ekonomika bejn il-parlamenti reġjonali b’setgħat leġiżlattivi, il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew, partikolarment fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, biex jiġu diskussi l-orjentamenti ekonomiċi preżentati fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2011/pdf/ee-2011-3_en.pdf

(2)  http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/european_economy/2012/pdf/ee-2012-4.pdf

(3)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(4)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(5)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(6)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(7)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(8)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(9)  http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/11/st00/st00010-re01.mt11.pdf

(10)  Testi adottati, P7_TA(2011)0583.

(11)  Testi adottati, P7_TA(2012)0048.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/67


P7_TA(2013)0016

Garanzija għaż-Żgħażagħ

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Garanzija għaż-Żgħażagħ (2012/2901(RSP))

(2015/C 440/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill l-istabbiliment ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ (COM(2012)0729),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ (COM(2012)0727),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Inizjattiva għall-Opportunitajiet taż-Żgħażagħ” (COM(2011)0933), u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Mejju 2012 dwar l-Inizjattiva għall-Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ (1) u l-mistoqsija għal tweġiba orali lill-Kummissjoni dwar l-Inizjattiva Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ (O-000106/2012 – B7-0113/2012),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Membri tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta’ Jannar 2012 bit-titolu “Lejn Konsolidazzjoni Favur it-Tkabbir u Tkabbir Favur l-Impjiegi”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għas-suq tax-xogħol, it-tisħiħ tal-istatus ta' min jitħarreġ, tal-internship u l-apprendistat (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tat-13 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “Youth Guarantee: Experiences from Finland and Sweden” (3)

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Żgħażagħ Mobbli” (COM(2010)0477),

wara li kkunsidra d-dokument tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol ta’ Settembru 2012 bit-titolu “Global employment outlook: Bleak labour market prospects for youth (4)” u r-riżoluzzjoni u l-konklużjonijiet tas-Sessjoni 101 tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol, Ġinevra 2012, bit-titolu “The youth unemployment crisis: A call for action” (5)

wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) u l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, minħabba l-kriżi ekonomika, ir-rata ta’ impjieg globali sa Ottubru 2012 kienet għoliet għal livell mingħajr preċedent ta’ 10,7 %, b’25,91 miljun persuna jfittxu x-xogħol (6);

B.

billi r-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ sparat għal 23,4 %, u ħalliet 5,68 miljun żgħażugħ u żgħażuha qiegħda, ċifra li parzjalment tirrifletti l-iżbilanċi bejn il-provvista ta' ħiliet u d-domandi tas-suq tax-xogħol għalkemm spiss irrispettivament mil-livelli ta' edukazzjoni ta' dawk li jkunu qed ifittxu xogħol; billi r-riċerka turi li l-qgħad fost iż-żgħażagħ spiss iħalli effetti permanenti, bħar-riskju miżjud ta’ qgħad fil-ġejjieni u ta’ esklużjoni soċjali permanenti;

C.

billi l-Membri tal-Kunsill Ewropew, fid-dikjarazzjoni tagħhom tad-29 ta’ Ġunju 2012, ħeġġew lill-Istati Membri biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom sabiex iżidu l-impjiegi għaż-żgħażagħ bl-“objettiv li wara ftit xhur li jitilqu mill-iskola, iż-żgħażagħ jingħataw offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa, apprendistat, jew taħriġ”;

D.

billi Garanzija għaż-Żgħażagħ tikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ tliet objettivi strateġiċi tal-istrateġija Ewropa 2020, jiġifieri li l-impjieg jilħaq 75 % għall-popolazzjoni ta’ bejn l-20 u l-64 sena, li r-rati ta’ persuni li jitilqu mill-iskola kmieni għandhom ikunu inqas minn 10 %, u li mill-inqas 20 miljun persuna għandhom jinħarġu mill-faqar u mill-esklużjoni soċjali;

E.

billi l-kriżi wasslet għal żieda ta’ forom prekarji ta’ impjieg għaż-żgħażagħ, b’kuntratti għal żmien qasir u part-time u skemi ta’ esperjenza ta’ xogħol mingħajr ħlas li ta’ spiss jissostitwixxu impjiegi eżistenti;

F.

billi l-ispiża għall-UE tan-nuqqas ta’ azzjoni dwar il-problema taż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) hija stmata għal madwar EUR 153 biljun, li tikkorrispondi għal 1,2 % tal-PDG tal-UE, u billi attwalment hemm 7,5 miljun NEETs taħt il-25 sena fl-UE;

G.

billi l-Kummissjoni titlob, fil-Pakkett dwar l-Impjiegi taż-Żgħażagħ, Garanzija għaż-Żgħażagħ;

1.

Jappoġġa bil-qawwa l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tipproponi Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar skemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ;

2.

Jistieden lill-ministri għall-impjieg u l-affarijiet soċjali tal-Istati Membri biex jilħqu ftehim dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill matul il-Kunsill EPSCO fi Frar 2012, bl-għan li jiġu implimentati skemi ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ fl-Istati Membri kollha. jenfasizza li l-Garanzija għaż-Żgħażagħ mhijiex garanzija ta’ xogħol iżda strument li jiżgura li ċ-ċittadini tal-UE u r-residenti legali kollha sal-età ta' 25 sena, u dawk li jkunu għadhom kemm gradwaw li jkollhom taħt it-30 sena, jirċievu offerta ta' impjieg ta' kwalità tajba, edukazzjoni kontinwa jew apprendistat fi żmien erba’ xhur minn meta jsibu ruħhom bla xogħol jew minn meta jitilqu l-edukazzjoni formali; jenfasizza li l-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom itejbu s-sitwazzjoni tan-NEETs b’mod effikaċi; jenfasizza li l-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom ikunu eliġibbli għal forom speċifiċi ta’ finanzjament Ewropew, speċjalment fl-Istati Membri bl-ogħla rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ;

3.

Huwa tal-fehma li l-finanzjament tal-Unjoni tal-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ għandu jkollu rwol ewlieni, li l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) b’mod partikolari għandu jkun strutturat biex jippermetti li tiġi ffinanzjata l-Garanzija għaż-Żgħażagħ, u li l-FSE għalhekk għandu jiġi allokat f'mill-inqas 25 % ta' Fondi Strutturali u ta' Koeżjoni; jemmen, madankollu, li għandu jkun hemm bilanċ adegwat bejn il-finanzjament tal-UE u tal-Istati Membri;

4.

Jirrikonoxxi li ż-żgħażagħ mhumiex grupp omoġenju, li huma jiffaċċaw ambjenti soċjali differenti, u li għalhekk, l-Istati Membri għandhom livelli ta’ tħejjija differenti għall-adozzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ; f’dan il-kuntest, iż-żgħażagħ kollha l-ewwel għandhom jirċievu valutazzjoni personalizzata tal-bżonnijiet tagħhom, li għandha tkun segwita minn servizzi mfassla speċifikament għalihom;

5.

Jenfasizza li l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u, fil-livell nazzjonali, fost l-imsieħba soċjali (settorjali), l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-servizzi ta’ impjieg pubbliċi u privati u l-istituti lokali u reġjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ hija essenzjali għall-implimentazzjoni effikaċi tal-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ;

6.

Jinnota li l-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ għandhom ikunu akkumpanjati minn qafas ta’ kwalità sabiex jiżgura li l-edukazzjoni, it-taħriġ u x-xogħlijiet offerti jkunu jinkludu kundizzjonijiet ta' paga, xogħol u saħħa u standards tas-sigurtà xierqa;

7.

Jilqa’ s-suġġeriment tal-Kummissjoni li tiġi provduta, permezz ta’ “Kumitat għall-Impjiegi”, sorveljanza multilaterali tal-implimentazzjoni tal-iskemi ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ, u jitlob li jkun assoċjat ma’ dan il-Kumitat;

8.

Jistieden lill-Istati Membri biex iwettqu riformi, b’mod partikolari standards tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għaż-żgħażagħ, sabiex iżidu b’mod sinifikanti l-opportunitajiet tagħhom ta’ impjieg u tal-ħajja;

9.

Jirrikonoxxi li l-Istati Membri għandom livelli ta’ tħejjija differenti għall-adozzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, biex tappoġġa lil dawk l-Istati Membri li jinsabu għaddejjin minn restrizzjonijiet finanzjarji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-qafas tas-Semestru Ewropew, biex tissorvelja mill-qrib u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Garanziji għaż-Żgħażagħ u, fejn meħtieġ, biex tindika lil dawk l-Istati Membri li jonqsu milli jistabbilixxu l-Garanziji għaż-Żgħażagħ;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.


(1)  Testi adottati P7_TA(2012)0224.

(2)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 29.

(3)  http://www.eurofound.europa.eu/pubdocs/2012/42/en/1/EF1242EN.pdf

(4)  http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---dcomm/documents/publication/wcms_188810.pdf

(5)  http://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/@ednorm/@relconf/documents/meetingdocument/wcms_185950.pdf

(6)  Eurostat, Novembru 2012: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_PUBLIC/3-30112012-BP/EN/3-30112012-BP-EN.PDF


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/69


P7_TA(2013)0017

Ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni tal-UE u fl-implimentazzjoni tal-politika Ewropea l-ġdida dwar l-enerġija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE u tal-atturi tagħha fl-implimentazzjoni tal-politika Ewropea l-ġdida dwar l-enerġija (2012/2099(INI))

(2015/C 440/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 2010 bit-titolu “Enerġija 2020 – Strateġija għal enerġija kompetittiva, sostenibbli u b’sigurtà” (COM(2010)0639),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2011 bit-titolu “Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050” (COM(2011)0885),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika u li tirrevoka d-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (COM(2011)0370),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0437/2012),

A.

billi l-objettivi komuni tal-politika Ewropea dwar l-enerġija huma s-sigurtà tal-provvista, is-sostenibilità u l-kompetittività;

B.

billi l-politika Ewropea dwar l-enerġija għandha tiżgura wkoll is-sikurezza tar-riżorsi tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-provvisti u prezzijiet raġonevoli għall-utent aħħari;

C.

billi l-objettivi primarji tal-politika ta’ koeżjoni tal-UE huma l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tar-reġjuni tal-Ewropa permezz tal-investiment fit-tkabbir u fl-impjiegi;

D.

billi l-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni fil-qasam tal-enerġija għandhom jikkontribwixxu għat-twettiq tal-objettivi taż-żewġ politiki;

E.

billi dawn il-politiki għandhom jippromwovu t-tkabbir u l-ħolqien ta’ impjiegi lokali fir-reġjuni kollha, filwaqt li jiżguraw sorsi sostenibbli tal-enerġija u jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-UE kollha kemm hi;

F.

billi s-swieq tal-enerġija tal-Unjoni Ewropea qegħdin jestendu dejjem aktar lil hinn mill-fruntieri nazzjonali u billi din it-tendenza x’aktarx li tara żieda konsiderevoli fil-futur;

G.

billi skont il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, tal-anqas 80 % tar-riżorsi tal-FEŻR f’reġjuni aktar żviluppati u 50 % f’reġjuni anqas żviluppati għandhom jiġu allokati għal “ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju”;

H.

billi, f’dan il-qasam tematiku, hemm bżonn ta’ allokazzjoni minima ta’ 20 % u ta’ 6 % rispettivament għall-effiċjenza enerġetika u s-sorsi rinnovabbli, u billi dan hu ammont ta' finanzjament sostanzjali;

I.

billi, f’dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda sinifikanti fil-prezz tal-enerġija u billi dan issa laħaq livelli storiċi, bil-ħolqien ta’ problemi ewlenin għall-industriji Ewropej;

J.

billi l-ammont minimu għal proġett eliġibbli għal ELENA hu ta’ EUR 50 miljun u l-ammont minimu għall-Programm Enerġija Intelliġenti jaqbeż is-EUR 6 miljun, ċifra li hi akbar mill-ispiża ta’ bosta proġetti f’komunitajiet żgħar u rurali;

K.

billi l-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 jidentifika l-enerġija rinnovabbli bħala element li jaqdi rwol ewlieni fil-futur tal-politika dwar l-enerġija;

Approċċ ġenerali

1.

Jilqa’ l-approċċ ġenerali tar-rabta tal-politika ta’ koeżjoni mal-objettivi u l-inizjattivi ewlenin tal-Istrateġija Ewropa 2020 biex jinkiseb progress fil-mixja lejn tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u biex tiġi appoġġata l-bidla lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u effiċjenti fl-użu tal-enerġija fis-setturi kollha; barra minn hekk, ifakkar fl-importanza tal-Fondi Strutturali u tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-ilħiq ta’ dawn l-objettivi fuq perjodu qasir jew fit-tul skont l-ispirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri kif minqux fit-Trattat ta’ Lisbona, u għall-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku fir-reġjuni anqas żviluppati tal-UE u fil-familji l-aktar vulnerabbli;

2.

Jenfasizza, b’konsegwenza tal-effett negattiv tal-kriżi attwali fejn żdiedu d-disparitajiet lokali u reġjonali fl-Ewropa, il-ħtieġa li jingħata appoġġ qawwi mill-UE għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

3.

Jemmen li l-proġetti tal-enerġija Ewropej jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali u kooperazzjoni transkonfinali aktar b’saħħitha billi jgħinu lir-reġjuni jkabbru l-kapaċità tagħhom għall-ġestjoni tar-riżorsi tal-enerġija; jemmen li l-investiment f'sorsi ta’ enerġija b’livell baxx ta’ emissjonijiet, rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika jistgħu jirriżultaw fl-appoġġ għat-tkabbir u l-impjiegi;

4.

Jenfasizza l-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn l-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni li jikkontribwixxu għall-Istrateġija Ewropa 2020, minn naħa, u l-għanijiet usa’ tal-politika tal-UE dwar l-enerġija, min-naħa l-oħra, li jaffettwaw ukoll lill-pajjiżi eliġibbli għall-finanzjament ta’ koeżjoni; jenfasizza li l-fondi ta’ koeżjoni jistgħu jintużaw bħala sors addizzjonali ta’ finanzjament għal proġetti tal-enerġija biss jekk proġett jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni;

5.

Jemmen li r-reġjuni tal-Ewropa għandhom jippromwovu takbbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv li jikkunsidra l-ispeċifiċitajiet u l-kundizzjonijiet lokali, filwaqt li jħallu biżżejjed flessibilità lir-reġjuni biex jiffukaw fuq dawk is-sorsi tal-enerġija sostenibbli li huma l-aktar adatti għall-kundizzjonijiet u r-riżorsi lokali u reġjonali, sabiex jinkisbu l-miri tal-UE 2020, u li l-UE għandha tibda tkejjel u timplimenta l-objettivi tal-enerġija Ewropej fuq skala mifruxa fl-UE kollha;

6.

Jirrakkomanda li jitqies il-fatt li s-swieq tal-enerġija Ewropej huma organizzati fi gruppi reġjonali u huwa tal-fehma li għandha titkompla tingħata attenzjoni akbar lill-fatturi speċifiċi tas-swieq nazzjonali u reġjonali sabiex ikun iggarantit l-infurzar xieraq tar-regolamenti leġiżlattivi;

7.

Huwa tal-fehma li l-Unjoni Ewropea għandha taġixxi malajr kemm jista’ jkun biex tiżgura l-futur enerġetiku tagħha u tipproteġi l-interessi tagħha f’dan il-qasam, u dan se jinvolvi li ssir pressjoni addizzjonali fuq ir-rappreżentanti lokali u reġjonali biex jikkonformaw mal-linji gwida tal-UE; huwa tal-fehma li fl-istess ħin għandhom jingħataw għajnuna finanzjarja sostanzjali għat-tfassil ta’ proġetti;

8.

Jenfasizza li ż-żidiet ippjanati fl-ipprezzar tal-enerġija jistgħu jqiegħdu fi żvantaġġ partikolari lil dawk iċ-ċittadini li jinsabu fir-reġjuni anqas żviluppati tal-UE; jitlob, għalhekk, li dan jiġi kkunsidrat fl-ippjanar tal-politika ta’ koeżjoni u jitlob li l-Istati Membri jieħdu miżuri addizzjonali biex jitnaqqsu l-effetti, speċjalment għall-konsumaturi protetti;

Bini tal-kapaċità

9.

Jenfasizza li l-miri attwali fil-qasam tal-klima u l-enerġija, u kwalunkwe għan futur fil-qasam tal-enerġija lil hinn mill-2020, għandhom jiġu bbażati fuq il-kondiviżjoni ġusta tal-piż bejn ir-reġjuni Ewropej u għandhom jippermettulhom il-possibilità ta’ żvilupp futur li jkun meħtieġ;

10.

Jenfasizza li l-burokrazija u n-nuqqas ta’ ċarezza proċedurali għamlu l-aċċess għall-Fondi Strutturali u għall-Fond ta’ Koeżjoni diffiċli u qatgħu qalb dawk l-atturi li għandhom l-aktar bżonn tali finanzjament milli japplikaw; jappoġġa, għalhekk, is-simplifikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri, it-tneħħija tal-burokrazija u ż-żieda tal-flessibilità fl-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali; jemmen li s-simplifikazzjoni se tikkontribwixxi għall-allokazzjoni effiċjenti tal-fondi, rati ogħla ta’ assorbiment, anqas żbalji u perjodi aktar qosra ta’ ħlas u se tippermetti lill-ifqar Stati Membri u reġjuni jieħdu vantaġġ sħiħ mill-istrumenti finanzjarji maħsuba biex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u interstatali; iqis li jrid jinstab bilanċ bejn is-simplifikazzjoni u l-istabilità tar-regoli u l-proċeduri;

11.

Jenfasizza l-importanza li tiżdied il-kapaċità amministrattiva – iżda bla ma jiżdied il-piż amministrattiv – fl-Istati Membri, fil-livell reġjonali u lokali u fost il-partijiet interessati sabiex isir użu sħiħ u effikaċi tal-finanzjament li jiġi allokat għall-proġetti tal-enerġija (fosthom fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli) fil-politika ta’ koeżjoni, biex jingħelbu l-ostakli għal sinerġiji effikaċi bejn il-Fondi Strutturali u fondi oħrajn u biex jiġu appoġġati t-tfassil u l-implimentazzjoni effikaċi tal-politiki; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu aktar sforzi biex jattiraw u jżommu persunal ikkwalifikat għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE;

12.

Jirrimarka, fir-rigward tal-proġetti tal-enerġija fuq skala kbira, li hemm il-possibilità ta’ defiċjenzi fil-kapaċità ta’ diversi awtoritajiet reġjonali u lokali, li jistgħu jxekklu serjament l-implimentazzjoni; jemmen, għalhekk, mhux biss li JESSICA, ELENA u IEE-MLEI għandhom jissaħħu, imma li kwalunkwe allokazzjoni ta’ finanzjament għal konċentrazzjonijiet tematiċi tal-ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni għandha tiġi rieżaminata sal-2018 minħabba r-rata ta’ assorbiment tagħha u għandha tiġi aġġustata skont il-bżonn, u sa mhux aktar tard minn hekk fi ħdan il-qafas tar-rieżami ġenerali prospettiv tal-QFP;

13.

Jilqa’ t-tnedija tas-Sħubija Ewropea għall-Innnovazzjoni ta’ Bliet u Komunitajiet Intelliġenti u jistieden lill-imsieħba rilevanti involuti fil-proċessi tal-ippjanar għal żvilupp urban sostenibbli sabiex jagħmlu aktar biex jippromwovu u jieħdu vantaġġ sħiħ mill-benefiċċji disponibbli fl-inizjattivi JESSICA u ELENA għall-investiment f’enerġija sostenibbli fil-livell lokali, bl-għan li l-bliet u r-reġjuni jingħataw l-għajnuna jibdew proġetti ta’ investiment vijabbli fl-oqsma tal-effiċjenza enerġetika, tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija u tat-trasport urban sostenibbli;

14.

Jenfasizza l-importanza tar-rieżami regolari tal-allokazzjoni tal-fondi ta’ koeżjoni għall-proġetti tal-enerġija, sabiex tiżdied ir-rata ta’ assorbiment u sabiex il-fondi jitwasslu fi programmi li għandhom rekord ippruvat ta’ assorbiment, valur miżjud u effikaċja;

15.

Jenfasizza, filwaqt li jappoġġa strumenti finanzjarji ġodda (self, garanziji ta’ self u ekwità), li dan għandu jkun addizzjonali għall-għotjiet diretti u għall-kofinanzjament tal-proġetti tal-enerġija u mhux joħdilhom posthom;

16.

Jiġbed l-attenzjoni tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni għall-fatt li l-bliet, speċjalment il-bliet żgħar u ta’ daqs medju, u l-komunitajiet rurali għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna ta’ finanzjament dirett għall-effiċjenza enerġetika u għall-proġetti tar-rinnovament tal-bini, kif ukoll proġetti transreġjonali u transkonfinali, peress li x'aktarx li dawn ikollhom nuqqas ta’ kapaċità amministrattiva biex jużaw strumenti finanzjarji oħra b’mod komplet; jissuġġerixxi lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, li hemm bżonn titfassal strateġija għall-effiċjenza enerġetika għall-komunitajiet iż-żgħar;

17.

Jemmen li l-inizjattivi ta’ appoġġ għall-kapaċitajiet lokali u reġjonali li jittrattaw l-iffrankar tal-enerġija għandhom jiġu sostnuti mill-investimenti tal-FEŻR u l-FSE, fost l-oħrajn;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni fl-UE kollha, ibbażat fuq l-esperjenza tal-programmi ta’ ġemellaġġ, sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni b’rati għolja ta’ assorbiment tal-fondi tal-UE u dawk b’rati baxxi ta’ assorbiment u sabiex jiġi ffaċilitat it-tixrid tal-aħjar prattiki;

Ftehimiet ta' sħubija

19.

Jinnota li, biex il-proġetti jiġu implimentati kif suppost, l-awtoritajiet reġjonali u lokali għandhom jiġu kkonsultati dwar il-ftehimiet ta’ sħubija b’tali mod li tingħatalhom opportunità reali li jinfluwenzaw l-għanijiet tagħhom, il-kontenut tan-nefqa u l-implimentazzjoni tagħhom; jitlob, għalhekk, li l-prinċipju ta’ sħubija jissaħħaħ;

20.

Jappoġġa, għaldaqstant, governanza f’diversi livelli u approċċ deċentralizzat għall-politika dwar l-enerġija u għall-effiċjenza enerġetika, inklużi, fost l-oħrajn, il-Patt tas-Sindki u żviluppi ulterjuri fl-inizjattiva Bliet Intelliġenti, kif ukoll il-promozzjoni tal-aħjar soluzzjonijiet fil-livell reġjonali u lokali permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni;

21.

Jirrimarka li l-arranġamenti tal-finanzjament mill-politika ta’ koeżjoni għandhom jiżguraw li l-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u territorjali differenti tar-reġjuni jiġu kkunsidrati għalkollox; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol tar-reġjuni li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea;

22.

Jemmen li, filwaqt li r-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni jipprevedi assenjament ġenerali u miri tematiċi oħra, dawn il-miżuri għandhom jiġu applikati b’mod flessibbli fi ħdan il-ftehimiet ta’ sħubija biex ir-reġjuni jkunu jistgħu jsegwu l-aktar mogħdija effikaċi lejn il-kisba tal-għanijiet tal-UE 2020 u l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni;

23.

Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu applikati l-kriterji wesgħin fil-valutazzjoni tal-proġetti tal-enerġija mressqa għall-finanzjament mill-politika ta’ koeżjoni; jinnota, b’mod partikolari, li l-kundizzjonijiet ġeografiċi differenti jfissru li ma jistax ikun hemm politika dwar l-enerġija waħda għar-reġjuni kollha;

Implimentazzjoni u suġġerimenti ta’ politika

24.

Jinnota li, filwaqt li l-Istati Membri qed ibiddlu t-taħlitiet enerġetiċi tagħhom skont l-għanijiet klimatiċi tal-UE, ħafna reġjuni għadhom dipendenti mill-fjuwils fossili; jemmen, għalhekk, li dawn ir-reġjuni kollha għandhom jitħeġġu jużaw sorsi tal-enerġija kompatibbli mal-għanijiet tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;

25.

Jenfasizza l-bżonn li jintgħażlu b’mod għaqli sorsi lokali ta’ ħolqien tal-enerġija, b’tali mod li jkun żgurat li dawn jintegraw bl-aħjar mod possibbli max-xenarju reġjonali;

26.

Huwa tal-fehma li hemm bżonn regoli konsistenti fil-livell Ewropew flimkien ma’ mekkaniżmu biex l-awtoritajiet jaċċessaw l-informazzjoni minn madwar l-Unjoni sabiex jifhmu bis-sħiħ l-iżviluppi tas-suq tal-enerġija;

27.

Huwa tal-fehma li l-politika ta’ koeżjoni tista’ taqdi rwol ewlieni fl-isfruttament tal-potenzjal li joffru l-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, sabiex l-isfidi futuri fil-qasam tal-enerġija jkunu jistgħu jinbidlu f’opportunità biex tingħata spinta ġdida lis-saħħa ekonomika tal-Unjoni;

28.

Jappoġġa l-użu tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni u tal-politika dwar l-enerġija għall-proġetti transkonfinali ma’ pajjiżi terzi sħab u l-konnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali; jenfasizza li r-reġjuni ta’ mal-konfini għandhom jiġu inkorporati fis-sistema tal-UE kemm jista’ jkun biex jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli fuq iż-żewġ naħat tal-konfini; jenfasizza li tali finanzjament għandu jkun soġġett għall-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar is-suq tal-enerġija, inkluż it-tielet pakkett tal-enerġija;

29.

Jilqa’ l-proposta l-ġdida dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa bħala strument addizzjonali u komplementari għall-politika ta’ koeżjoni, bl-għan li tiġi indirizzata l-ħtieġa estensiva għall-investiment fil-modernizzazzjoni u l-espansjoni tal-infrastrutturi tal-enerġija tal-Ewropa, u b’hekk jingħata kontribut biex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020; iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmassimizza l-livell ta’ koordinament bejn il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni, minn naħa, u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, min-naħa l-oħra;

30.

Iħeġġeġ l-użu tal-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa biex jiġu implimentati strateġiji transkonfinali dwar il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu effiċjenti tal-enerġija; jenfasizza l-importanza li r-regoli tal-UE dwar dawk responsabbli għall-ġestjoni tal-infrastruttura tal-enerġija jiġu adattati għall-kuntest transkonfinali;

31.

Jemmen li l-fondi tal-politika ta’ koeżjoni għandhom ikunu disponibbli biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-SMEs u l-individwi jingħataw informazzjoni b’mod strutturat dwar l-iskemi nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli; jinnota li dan huwa meħtieġ, b’mod partikolari, f’dawk l-Istati Membri fejn tkun ġiet adottata sistema ta’ “ċertifikat ta’ oriġini”, li għandha mnejn tiffavorizza biss il-proġetti tal-enerġija fuq skala kbira;

32.

Jitlob li jsir użu sħiħ tas-sinerġiji bejn il-fondi pubbliċi u privati fil-finanzjament tal-proġetti tal-enerġija;

33.

Jappoġġa r-reviżjoni tad-Direttiva 2006/112/KE tal-UE dwar il-VAT biex ikun jista’ jsir tnaqqis tar-rata tal-VAT applikata għall-proġetti reġjonali, lokali u transkonfinali li jfittxu li jżidu l-effiċjenza enerġetika u għax-xiri ta’ prodotti li jinsabu fl-ogħla klassi tal-effiċjenza enerġetika skont id-Direttiva 2010/30/UE;

34.

Jemmen li għandhom jiġu esklużi mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni dawk il-proġetti biss immirati lejn it-tnaqqis tal-gassijiet b’effett ta’ serra li jiffukaw fuq impjanti elenkati fl-Anness 1 għad-Direttiva 2003/87/KE, sabiex ma jinħoloqx effett sproporzjonat fuq ir-reġjuni anqas żviluppati u sabiex ma tiddewwimx it-tranżizzjoni tagħhom lejn reġjuni b’livell baxx ta’ emissjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiċċara u tiddefinixxi liema setturi enerġetiċi ma jkunux eliġibbli għall-finanzjament mill-politika ta’ koeżjoni u tirtira din l-esklużjoni mill-proġetti li jinsabu fir-reġjuni ta’ konverġenza;

35.

Jinnota li l-impjanti ta’ tisħin distrettwali u ta’ koġenerazzjoni huma mifruxa ħafna speċjalment fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant; jemmen li t-tiġdid ta’ tali impjanti u tan-netwerk ta’ distribuzzjoni tagħhom u, fejn meħtieġ, il-ħolqien ta’ impjanti ġodda ta’ effiċjenza għolja għandu jkollhom impatt ambjentali pożittiv u għalhekk għandhom jiġu inkoraġġiti u appoġġati mill-politika ta’ koeżjoni;

Effiċjenza enerġetika, sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u infrastruttura

36.

Jaqbel li l-effiċjenza enerġetika hija vitali għall-għanijiet enerġetiċi tal-UE u għandha tiġi promossa fuq kollox fi ħdan l-istruttura tal-konċentrazzjoni tematika u l-programmi operazzjonali; jemmen li l-miżuri tal-UE għandhom jappoġġaw l-effiċjenza enerġetika fil-fażijiet ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u konsum tal-enerġija;

37.

Jikkunsidra ta’ importanza ewlenija li jsiru investimenti fl-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, b’mod partikolari fis-settur tad-djar;

38.

Huwa tal-fehma li l-użu intelliġenti tal-fondi Komunitarji għall-perjodu ta’ pprogrammar li jmiss 2014-2020 jippermetti li tintlaħaq il-mira ta’ 20 % għall-effiċjenza enerġetika u b’hekk li jintlaħqu l-objettivi tas-sostenibilità u tal-kompetittività fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza li t-tnaqqis fil-konsum permezz tal-effiċjenza enerġetika huwa l-aktar mod sostenibbli kif titnaqqas id-dipendenza mill-fjuwils fossili, billi jwassal għal tnaqqis ta’ madwar 25 % fl-importazzjonijiet;

39.

Jenfasizza l-importanza tal-politika ta’ koeżjoni, u tar-riżorsi finanzjarji allokati għaliha, għall-iżvilupp sħiħ ta’ infrastruttura u netwerks għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-enerġija (b’referenza partikolari għan-netwerks u d-distribuzzjoni intelliġenti) bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kollha tal-UE, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, għall-ikkompletar u l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, għall-forniment ta’ provvista tal-enerġija bi prezz raġonevoli, sikura u sostenibbli u biex jintlaħaq l-għan tal-konverġenza fost ir-reġjuni tal-UE, filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet taċ-ċittadini tal-UE f’kull Stat Membru; jenfasizza li l-ebda reġjun tal-Istati Membri m’għandu jibqa’ iżolat min-netwerks Ewropej tal-gass u tal-elettriku wara l-2015 jew ikollu konnessjoni mhux adegwata għan-netwerks tal-enerġija;

40.

Jenfasizza l-bżonn ta’ żvilupp ta’ sistema enerġetika integrata u interkonnessa, u netwerks lokali u reġjonali intelliġenti ta’ distribuzzjoni u trażmissjoni għall-elettriku u l-gass, flimkien ma’ faċilitajiet għall-ħżin; jemmen li l-konċentrazzjoni tematika tal-enerġija għandha tappoġġa l-ħolqien u r-rinnovament tan-netwerks għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli, jiġifieri l-produzzjoni sostenibbli ta’ bijogass;

41.

Jinnota li l-politika ta’ koeżjoni għandha tikkontribwixxi għall-bilanċ tal-flussi tal-enerġija bejn il-fruntieri tal-Istati Membri sabiex ikun evitat kemm jista’ jkun it-theddid ta’ qtugħ tad-dawl (pereżempju permezz ta’ transformers);

42.

Jinnota l-ħtieġa tal-effiċjenza enerġetika u l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali; jenfasizza l-potenzjal dejjem akbar ta’ ffrankar ta’ enerġija fl-unitajiet domestiċi rurali, li jafu jeħtieġu skemi ta’ finanzjament innovattivi peress li dawn il-komunitajiet ma għandhomx l-istituzzjonijiet finanzjarji meħtieġa bil-kapaċità li jappoġġaw tali proġetti; jappoġġa passi biex jiġi aġevolat l-aċċess għal teknoloġiji ġodda għaż-żoni rurali, speċjalment fil-qasam tal-mikroġenerazzjoni;

43.

Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-politika dwar l-enerġija tkun “tajba għaż-żoni rurali” billi tindirizza l-isfidi ffaċċjati miż-żoni rurali fl-użu tal-enerġija u fil-produzzjoni b’mod aktar komprensiv u kkoordinat;

44.

Jindika li l-potenzjal ta’ effiċjenza enerġetika fis-setturi tal-kostruzzjoni u tat-trasport għadu mhux sfruttat, fejn l-investimenti fit-tisħin tal-bini u t-trasport pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija jirrappreżentaw opportunità ta’ żieda ta’ impjieg fis-setturi kkonċernati; jemmen li, f’dan ir-rigward, għandhom jiġu stabbiliti objettivi multiannwali;

45.

Jinnota l-iżbilanċ li hemm fl-użu tar-riżorsi sostenibbli bejn l-Istati Membri differenti; jinsisti dwar l-ekonomiji ta’ skala li huma possibbli permezz tal-kooperazzjoni transkonfinali fir-rigward tal-użu sostenibbli tar-riżorsi u tal-effiċjenza enerġetika; huwa tal-fehma li għandhom jiżdiedu l-miżuri għall-għoti ta’ appoġġ lill-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u r-riċiklaġġ tal-materjali; jenfasizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju u l-effett tiegħu fuq l-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni soċjali u, għalhekk, jemmen li għandu jinħoloq bilanċ bejn l-implimentazzjoni tal-objettivi klimatiċi tagħna u s-sigurtà enerġetika tar-reġjuni Ewropej, billi dan huwa meħtieġ għat-tkabbir sostenibbli u kompetittiv;

46.

Jenfasizza l-vantaġġ sinifikanti li l-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni jintużaw għall-implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ informazzjoni u komunikazzjoni meħtieġa sabiex jiġi żviluppat netwerk tal-enerġija intelliġenti tal-UE li jkun sikur u robust;

Il-kompetittività, l-impjiegi u l-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku

47.

Jenfasizza li l-investimenti fl-infrastruttura tal-enerġija u fil-kostruzzjoni u t-trasport effiċjenti fl-użu tal-enerġija se jwasslu direttament għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda;

48.

Jitlob skambju tal-aħjar prattiki madwar l-UE sabiex ikun jista’ jsir monitoraġġ tal-impatt fuq il-faqar enerġetiku tal-politiki adottati fil-qasam tal-enerġija;

49.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-UE billi jitneħħew l-ostakli u l-konġestjonijiet fl-oqfsa leġiżlattivi rilevanti u fis-sistema ta’ aċċess għall-fondi pubbliċi u privati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġetti;

o

o o

50.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/74


P7_TA(2013)0018

Il-fattibilità tal-introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-fattibiltà tal-introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà (2012/2028(INI))

(2015/C 440/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-qafas ta’ governanza ekonomika mtejba tal-Unjoni, inkluż is-six-pack, il-proposti miftiehma tal-Parlament għat-two-pack u l-patt fiskali Komunitarizzat skont l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar Stabbiltà, Koordinazzjoni u Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (TSKG);

wara li kkunsidra ż-żewġ rapporti tal-President tal-Kunsill Ewropew bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” maħruġa fis-26 ta' Ġunju 2012 (1) u fit-12 ta' Ottubru 2012 (2) rispettivament;

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta' Ġunju 2012 li jesploraw modi biex tittejjeb l-arkitettura ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro (3);

wara li kkunsidra l-Artikolu 125 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Novembru 2008 dwar it-tema “EMU@10: L-ewwel għaxar snin ta' Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-isfidi għall-ġejjieni” (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2011 dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali: rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu (5),

wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-23 ta' Novembru 2011 dwar il-fattibiltà tal-introduzzjoni ta’ Bonds ta’ Stabbiltà (COM(2011)0818),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2012 dwar il-fattibiltà li jiġu introdotti bonds ta’ stabilità (6),

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali anness ma' din ir-riżoluzzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0402/2012),

A.

billi l-Parlament talab lill-Kummissjoni tippreżenta rapport dwar il-possibbiltà li jiġu introdotti eurobonds, ħaġa li hija parti integrali mill-ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill dwar il-pakkett dwar il-governanza ekonomika (six-pack);

B.

billi l-Green Paper nediet eżerċizzju ta' konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar il-kunċett ta' bonds ta' stabbiltà; billi l-Green Paper tevalwa l-fattibiltà tal-ħruġ komuni ta' bonds sovrani mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-kundizzjonijiet rekwiżiti;

C.

billi, mingħajr ma tintesa l-perspettiva usa’, iż-żona tal-euro tinsab f’sitwazzjoni unika, fejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro jikkondividu munita komuni mingħajr politika fiskali komuni u suq komuni tal-bonds; billi, għalhekk, hemm raġunijiet biex jintlaqa' l-abbozz ta' proposti fiż-żewġ rapporti bit-titolu “Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina” ippreżentati mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, li jirrapreżentaw punt ta' tluq tajjeb għal ħidma lejn UEM soda u ġenwina;

D.

billi l-Artikolu 125 tat-TFUE jipprojbixxi li l-Istati Membri jassumu obbligazzjonijiet ta' Stati Membri oħra;

E.

billi l-politika monetarja mħaddma mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) mhijiex soluzzjoni għall-problemi fiskali u strutturali tal-Istati Membri u l-miżuri mhux standardizzati tagħha għandhom limiti għall-effikaċja tagħhom;

F.

billi l-ebda stat federali (inklużi l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Ġermanja) ma joħroġ l-ekwivalenti f'eurobonds bħal mhu previst fl-alternattivi 1 u 2 tal-Green Book, xi ħaġa li tgħolli l-eurobonds għal-livell ta' kunċett totalment ġdid, li ma jistax jitqabbel mal-bonds tat-teżor tal-Istati Uniti u mal-Bundesanleihen Ġermaniżi, it-tnejn strumenti sodi u fdati;

G.

billi l-Istati Membri qegħdin jaffrontaw diffikultajiet biex ikollhom aċċess għall-finanzjament b'rati raġjonevoli b'riżultat tan-nuqqas ta' fiduċja min-naħa tas-suq lejn id-dejn pubbliku, is-sitwazzjoni tal-banek Ewropej u l-kapaċità tal-mexxeja Ewropej li jieħdu passi definittivi biex jiddefendu u jikkompletaw il-munita unika;

H.

billi l-kriżi wriet mhux biss l-interdipendenza bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro iżda għamlitha ċara wkoll li hemm bżonn ta' unjoni aktar soda b'mekkaniżmi effettivi li jikkoreġu trajjettorji fiskali mhux sostenibbli, żbilanċji makroekonomiċi, livelli tad-dejn u limiti massimi ta' bilanċ tal-baġit tal-Istati Membri;

I.

billi impenji kredibbli għal miżuri ta' konsolidazzjoni favur it-tkabbir huma prerekwiżit għal kwalunkwe soluzzjoni sostenibbli fir-rigward tad-dejn eċessiv u s-sitwazzjoni ta' defiċit tal-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro;

J.

billi l-mutwalizzazzjoni tad-dejn sovran taż-żona tal-euro ma tistax per se tikkumpensa għat-telf tal-kompetittività taż-żona tal-euro;

K.

billi l-ħruġ komuni tad-dejn, b'obbligazzjonijiet in solidum, u t-tisħiħ tal-integrazzjoni fiskali karatterizzat mid-dixxiplina u l-kontroll baġitarju, jirrappreżentaw żewġ uċuħ tal-istess munita;

1.

Jieħu nota tal-isforzi konsiderevoli għall-mitigazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kriżi, u jenfasizza l-qafas il-ġdid ta' governanza msaħħa tal-UEM, l-aħħar ftehimiet milħuqa dwar il-fondi ta' salvataġġ u d-deċiżjonijiet meħuda mill-BĊE; jemmen, madankollu, li ftehim dwar soluzzjoni dejjiema għadu meħtieġ sabiex jinbena approċċ ibbilanċjat li jgħaqqad is-solidarjetà u r-responsabbiltà fiż-żona tal-euro; ifakkar li tliet Stati Membri barra miż-żona tal-euro rċevew ukoll l-għajnuna biex jegħlbu l-kriżi tad-dejn sovran tagħhom;

2.

Jibqa' mħasseb ħafna dwar il-kriżi li għaddejja fiż-żona tal-euro u t-theddida li tirrappreżenta għall-benessri ta' miljuni ta' nies li qed jesperjenzaw il-faqar u l-qgħad madwar l-UE; jinnota li, sabiex tinżamm l-integrità tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja, filwaqt li ssir ħidma favur riformi strutturali u l-iżvilupp ta' kapaċità fiskali għaż-żona tal-euro li jistgħu jgħinu biex jiġu assorbiti x-xokkijiet ekonomiċi speċifiċi għal kull pajjiż jew jiffaċilitaw riformi strutturali bħal dawn, jeħtieġ li jinsabu metodi alternattivi biex jibqa' jkun hemm aċċess għas-swieq, jew biex titnaqqas l-ispiża tas-self għall-Istati Membri, metodi li ma jiddependux biss fuq mekkaniżmi tas-salvataġġ bħalma huma l-MES u EFSF;

3.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tat-30 ta' Ġunju 2012 li jiġu esplorati mezzi biex tittejjeb l-arkitettura ekonomika u finanzjarja taż-żona tal-euro filwaqt li jiġi evitat il-periklu morali u jinkisbu finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli; iqis li viżjoni fit-tul għal Unjoni aktar b'saħħitha għandha tinbena fuq leġittimità demokratika msaħħa, tkun ibbażata fuq il-metodu Komunitarju u akkumpanjata minn pjan direzzjonali għal żmien definit;

4.

Jinnota li l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM), il-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) huma l-firewalls l-aktar importanti li tfasslu s'issa mill-UE; huwa konxju li r-rwol tal-MES dwar is-solvibbiltà u kwistjonijiet ta' ċirkoskrizzjoni ma għandhomx jiġu injorati fil-futur; jilqa' l-impenn tal-Kunsill tal-UE meħud fit-18-19 ta' Ottubru 2012 li, meta mekkaniżmu uniku effettiv ta' sorveljanza jiġi stabbilit, li jkun jinvolvi l-BĊE, il-MES jista', wara deċiżjoni regolari, ikollu l-possibbiltà li jirrikapitalizza l-banek taż-żona tal-euro b'mod dirett;

5.

Jenfasizza li strateġija kredibbli għal konsolidazzjoni fiskali u riformi strutturali fl-Istati Membri kollha huma neċessarji biex tiġi rrestawrata l-kredibbiltà fiskali, kif ukoll huma essenzjali għall-ilħiq ta' bilanċ sostenibbli tal-pagamenti u finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli; filwaqt li l-finanzi statali sodi huma meħtieġa għall-introduzzjoni u t-tħaddim ta' sistema komuni ta' ħruġ tad-dejn;

6.

Jilqa' l-preżentazzjoni tal-Green Book, li jissodisfa talba li l-Parlament Ewropew kien ilu jagħmel; iqis li l-introduzzjoni tal-bonds ta' stabbiltà tirrappreżenta operazzjoni importanti daqs l-introduzzjoni tal-munità unika;

7.

Jilqa' l-isforzi ta' konsolidazzjoni fiskali u riforma strutturali mwettqa mill-Istati Membri, u jirrikonoxxi l-isforzi diffiċli u impenjattivi li ċ-ċittadini Ewropej qed jintalbu jagħmlu; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jikkonformaw mal-impenji u l-ftehimiet konklużi f'termini ta' konsolidazzjoni fiskali, waqt li jittieħed kont tal-kuntest makroekonomiku, u biex itejbu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi eċċessivi;

8.

Huwa mħasseb ħafna, madankollu, li minkejja l-isforzi tal-Istati Membri għar-riforma u l-konsolidazzjoni, l-investituri u l-atturi fis-swieq finanzjarji qed jonqsu milli japprezzaw b'mod suffiċjenti l-isforzi li saru s'issa u qed ikomplu jagħmlu pressjoni spekulattiva fuq il-politiki, li qed tiġi riflessa fi spreads dejjem usa' u f'volatilità għolja;

9.

Jemmen li hemm ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni bl-għan li tiġi approvata viżjoni fuq żmien itwal għaż-żona tal-euro li tkun tiżgura finanzi pubbliċi sodi, tkabbir sostenibbli, koeżjoni soċjali u livelli għolja ta' impjiegi, filwaqt li jiġi evitat il-periklu morali u jingħata appoġġ għall-konverġenza permezz ta' tqarrib lejn l-unjoni fiskali; bi pjaċir jinnota li r-rapport ippreżentat mill-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, mill-Kummissjoni, mill-Grupp tal-Euro u mill-BĊE nieda dibattitu dwar strateġija komprensiva, ambizzjuża u kredibbli;

10.

Jirrikonoxxi s-sinjali ta' tbatija fis-swieq tad-dejn subsovran u kif dawn huma marbuta mal-istress fl-Istati Membri rispettivi;

11.

Jistieden lill-Istati Membri li għandhom ammonti kbar ta' dejn subsovran jistabbilixxu mekkaniżmi għall-ħruġ ta' bonds ta' stabilità komuni li, meta jkunu marbutin mal-kondizzjonalità tad-dixxiplina fiskali, itaffu l-istress tad-dejn subsovran għal livelli ekwivalenti għal dawk tal-Istati Membri tagħhom;

12.

Jilqa' l-fatt li l-euro tela' fit-tieni post fid-dinja bħala l-munita ta' riżerva globali. jindika li huwa fl-interess strateġiku taż-żona tal-euro fuq żmien twil li jittieħdu l-benefiċċji possibbli kollha mill-munita unika, bħall-possibbiltà li jitwaqqaf suq ta’ bonds komuni likwidu u diversifikat u t-tisħiħ tal-euro bħala munita ta' riżerva globali; iqis li dan jeħtieġ qafas Ewropew baġitarju, finanzjarju, u ekonomiku integrat;

13.

Jinnota li qafas baġitarju integrat huwa essenzjali biex tiġi żgurata politika fiskali soda, li tkun tħaddan koordinazzjoni, teħid konġunt tad-deċiżjonijiet, infurzar akbar u passi proporzjonati lejn il-ħruġ ta' dejn komuni, u li, bħalissa, xi wħud mill-iskemi proposti għall-mutwalizzazzjoni tad-dejn pubbliku jistgħu ma jkunux kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt kostituzzjonali f'ċerti Stati Membri;

14.

Jenfasizza li s-sitwazzjoni attwali qanqlet, fuq perjodu ta' żmien qasir, “ġirja lejn il-kwalità” (tfittxija għall-assi l-aktar sikuri, anke bi prospetti ta' rendiment baxxi ħafna) li wasslet għal diffikultajiet ta' finanzjament għall-banek u għal istituzzjonijiet finanzjarji oħra;

15.

Huwa mħasseb dwar il-banek detenturi ta' ammonti kbar ta' bonds tal-gvernijiet rispettivi, li qed joħloq effett ta' feedback pervers meta l-pressjoni fuq id-dejn sovran tissarraf fi pressjoni fuq il-banek; ifakkar li d-diversifikazzjoni tal-assi u l-obligazzjonijiet hija strument li jiżgura l-istabbilità u wieħed mill-vantaġġi ttraskurati li jirriżultaw mis-suq intern;

16.

Jenfasizza li l-istrumenti jew istituzzjonijiet kollha eżistenti u futuri li jkunu sensu stricto jew senu lato parti mill-qafas ta' governanza ekonomika tal-Unjoni jeħtieġ li jiġu leġittimizzati b'mod demokratiku;

17.

Jemmen li l-prospett ta' bonds komuni jista' jkun sinjal qawwi għas-swieq finanzjarji, jista' jgħin jippreserva l-integrità tal-UEM, jappoġġja r-ritorn għall-istabbiltà ekonomika u jnaqqas l-inċertezza, sakemm il-progress isir permezz ta' integrazzjoni u sorveljanza finanzjarja u baġitarja tal-UE; itenni l-pożizzjoni tiegħu li s-sekwenzjar huwa kwistjoni ewlenija li tinvolvi pjan direzzjonali vinkolanti simili għall-kriterji ta’ Maastricht għall-introduzzjoni tal-munita komuni; jitlob kjarifika ulterjuri tal-proposta tal-Kummissjoni biex il-ħruġ ta' dejn komuni isir kondizzjonali, eż fir-rigward tal-Patt tal-Istabbiltà u t-Tkabbir;

18.

Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiddefinixxi kriterji ta' ħruġ u dawk ta' dħul ibbażati fuq konsolidament fiskali u dixxiplina finanzjarja sodi, filwaqt li titqies ukoll il-kriżi attwali u l-aġġustamenti fiskali li qed ikunu segwiti f'għadd ta' pajjiżi taż-żona tal-euro;

19.

Jinnota l-iżviluppi pożittivi u negattivi fiż-żona tal-euro mill-1999 ‘l hawn u jenfasizza li l-konverġenza tar-rata tal-imgħax għad-dejn sovran ħolqot inċentivi biex jiġu akkumulati livelli tad-dejn mhux sostenibbli; josserva li, fid-dibattitu pubbliku u politiku, ġew proposti diversi modi possibbli kif wieħed jista' joħroġ parzjalment titoli ta' dejn komuni, bħall-ippuljar ta' ċerti strumenti ta' finanzjament għal żmien qasir fuq bażi limitata u kondizzjonali (eurobills) jew qlib gradwali għal fond Ewropew ta' fidwa;

20.

Jenfasizza li kull pass lejn l-ħruġ komuni ta' bonds għandu jżomm preżenti bis-sħiħ il-perspettiva tas-suq uniku, fejn jiġi żgurat li ma jinħoloq l-ebda ostaklu jew żbilanċ bla bżonn bejn l-Istati Membri parteċipanti u nonparteċipanti;

21.

Ifakkar li anki taħt skema għall-ħruġ ta' bonds komuni, kull Stat Membru huwa obbligat li jħallas lura l-ammont totali tad-dejn tiegħu; ifakkar li l-ħruġ ta' bonds komuni ma jagħti l-ebda garanzija kontra l-inadempjenza ta' Stat Membru fil-ħlas lura tad-dejn tiegħu;

22.

Jemmen li għandhom jitqiesu biss bonds maħruġa komunement u li jassiguraw status strett ta' superjorità għad-detenturi ta' dawn il-bonds sabiex jitħarsu ċ-ċittadini tal-UE li jħallsu t-taxxa;

23.

Jirrikonoxxi li kompetittività inadegwata u n-nuqqas li jitwettqu riformi strutturali huma fattur kruċjali, f'termini ekonomiċi reali, fid-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni ekonomika ta' pajjiż;

24.

Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-proposti għal eurobonds jinkludu modi biex jitnaqqas l-aċċess għall-bonds għal Stati Membri li l-pożizzjonijiet baġitarji tagħhom huma mingħajr kontroll; jappella, għalhekk, li jinżammu mekkaniżmi li huma kapaċi jgħinu lill-Istati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet fil-forma ta' kriżi tal-likwidità (minflok kriżi ta' solvenza) u li huma esklużi mill-ħruġ komuni ta' bonds; jemmen li l-MES għandu jinżamm għal dak il-għan; jemmen li l-MES għandu jkun soġġett għall-metodu Komunitarju;

25.

Jitlob lill-Kummissjoni telabora aktar dwar il-kriterji ta' allokazzjoni tas-self lill-Istati Membri, peress li l-Green Book jgħid biss li dan se jsir “skont il-ħtiġijiet tagħhom”; jinsisti li l-kapaċità biex jitħallas l-imgħax tad-dejn għandha tkun waħda mill-kriterji ta' allokazzjoni ċentrali;

26.

Jenfasizza li l-Green Book tal-Kummissjoni jgħid li l-limitu massimu ta' 60 % tal-PDG fir-rigward tal-proposti tal-bonds blu jista' jkun għoli wisq biex jassigura l-istabbiltà tas-sistema, u jitlob għal aktar kjarifika dwar dan il-limitu;

27.

Jemmen li huwa essenzjali li jiġi stabbilit pjan direzzjonali biex jinstab, fi żmien qasir, punt ta' ħruġ mill-kriżi attwali, u biex, fuq medda ta' żmien twil, isir ċaqliq lejn unjoni fiskali billi titlesta, tissaħħaħ, u tiġi approfondita l-unjoni ekonomika u monetarja;

28.

Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-fattibbiltà tal-għażliet u – jekk ikun il-każ – jagħmlu proposti għal pjan direzzjonali lejn ħruġ komuni ta' strumenti ta' dejn pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-aspetti finanzjarji baġitarji u legali; iqis li, f'dan il-kuntest u b'mod parallel mar-rapport interim ta' Van Rompuy tat-12 ta' Ottubru 2012, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-fattibiltà tal-introduzzjoni ta' fond ta' ammortament li jikkombina l-ħruġ komuni temporanju ta' strumenti ta' dejn, u regoli stretti dwar l-aġġustament fiskali fost dawk il-pajjiżi li d-dejn tagħhom jaqbeż is-60 % tal-PDG, fejn il-pajjiżi parteċipanti jimpenjaw ruħhom li jwettqu l-ħlasijiet tagħhom, sabiex il-pajjiżi parteċipanti kollha jkunu jistgħu jnaqqsu d-dejn eċċessiv tagħhom matul perjodu ta' referenza ta' 25 sena, li huwa perjodu itwal milli previst fil-Patta għall-Istabbiltà u t-Tkabbir, iżda li xorta waħda, fil-prattika, jeħtieġ tkabbir ekonomiku suffiċjenti u dixxiplina finanzjarja stretta ħafna;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw il-ħruġ ta' dejn komuni fuq żmien qasir fil-forma ta' eurobills, kif saret referenza għalih fir-rapport ta' Van Rompuy tat-12 ta' Ottubru 2012, biex dawk l-Istati Membri b'politiki fiskali fundamentalment sostenibbli jitħarsu minn perjodi ta' illikwidità kif ukoll miċ-ċirku vizzjuż bejn kriżi sovrana u kriżi bankarja kif ukoll minn esternalitajiet negattivi mqanqla mill-paniku li joħolqu distorsjonijiet tas-suq enormi u jiġġeneraw sussidji impliċiti lill-Istati Membri li jesperjenzaw rati ta' imgħax abnormalment baxxi fuq il-bonds sovrani tagħhom;

30.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistudjaw il-fattibbiltà ta' ċaqliq lejn sistema ta' Bonds Sikuri Ewropej jew għal proposti oħra bbażati fuq il-kunċett ta' basket ta' bonds;

31.

Iqis li l-Eurobills, li jistgħu jkunu ta’ żmien u kwantità limitati, jipprovdu ż-żmien u l-istabbiltà biex miżuri oħra bħall-Pakkett ta' Stabbiltà u Tkabbir u t-“Two Pack” jagħtu prova tal-prestazzjoni tagħhom u jistabilixxu iżjed miżuri aktar fit-tul għall-integrazzjoni futura taż-żona tal-euro;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha li tikkjarifika r-restrizzjonijiet legali għall-ħruġ komuni ta' bonds, speċjalment l-Artikolu 125 tat-TFUE u l-implikazzjoni tiegħu għal tliet modi possibbli ta' ħruġ: l-obbligazzjoni konġunta, l-obbligazzjoni proporzjonali, u l-obbligazzjoni in solidum; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tanalizza l-użu possibbli tal-Artikolu 352/1 tat-TFUE, jew kwalunkwe bażi ġuridika oħra, għall-implimentazzjoni ta' soluzzjoni parzjali rigward il-ħruġ komuni tad-dejn mingħajr il-bżonn ta' tibdil fit-Trattat, inkluż qafas ta' sorveljanza u rappurtar, abbażi tal-Artikoli 121 u 136 tat-TFUE, maħsub biex jissorvelja, fuq bażi ta' kull tliet xhur, il-progress imwettaq mill-Istati Membri taż-żona tal-euro u miż-żona tal-euro kollha kemm hi lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja msaħħa u ġenwina, u wkoll biex jikkoordina l-ħruġ ta' strumenti ta' dejn sovran li mhumiex koperti minn xi qafas ta' mutwalizzazzjoni;

33.

Jilqa' l-prinċipji tad-deċiżjoni li ttieħdet mis-Samit tal-Grupp tal-euro tad-29 ta' Ġunju 2012 biex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-euro, “b'mod partikolari billi jintużaw l-istrumenti eżistenti EFSF/MES b'mod flessibbli u effikaċi għall-istabbilizzazzjoni tas-swieq għall-Istati Membri li jirrispettaw ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi tagħhom għal kull Pajjiż u l-impenji l-oħra tagħhom, inklużi l-kalendarji rispettivi tagħhom, skont is-Semestru Ewropew, il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-Proċedura ta' Żbilanċi Makroekonomiċi”. jirrikonoxxi li l-kondizzjonijiet se jiġu ppreżentati f'memorandum ta' ftehim u li l-BĊE se “jservi bħala aġent f'isem l-EFSF/MES u jwettaq operazzjonijiet fis-suq b'mod effettiv u effiċjenti”;

34.

Jemmen li, b’mod parallel, hemm ħtieġa urġenti li s-settur bankarju Ewropew jiġi rikapitalizzat u li jiġi kkompletat is-suq uniku għal servizzi finanzjarji fl-UE; jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni biex jiġi stabbilit mekkaniżmu superviżorju uniku Ewropew għall-istituzzjonijiet bankarji kif ukoll reġim uniku Ewropew għall-irkupru u r-riżoluzzjoni, idealment b'mod parallel mad-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmu superviżorju uniku; jitlob ukoll li, fil-futur, l-MES jista' jiffinanzja l-banek li jinsabu f'diffikultà minnufih wara li l-mekkaniżmu ta' kontroll uniku jsir operattiv; jenfasizza li l-mekkaniżmu superviżorju uniku jeħtieġ li jagħti kont lill-Parlament u lill-Kunsill tal-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda fil-qasam tas-superviżjoni Ewropea u għandu jirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament;

35.

Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġu implimentati strumenti għall-ġestjoni tal-kriżijiet u jirrikonoxxi li r-regolamentazzjoni mhux adegwata fis-settur finanzjarju hija fattur sinifikanti fis-sitwazzjoni baġitarja diffiċli ta' għadd ta' Stati Membri fiż-żona tal-euro;

36.

Jemmen li l-ħruġ ta’ bonds komuni taħt obbligazzjoni separata, simili għall-bonds tal-EFSF, għandu r-riskju li ma jkunx attraenti biżżejjed għall-investituri jekk xi Stati Membri li qed jipparteċipaw fl-iskema xorta ma jkollhomx finanzi sostenibbli;

37.

Jinnota li jista' jkun il-każ li wieħed ikollu jagħżel bejn tliet xenarji: l-ewwel wieħed, rata ta' imgħax unika għall-Istati Membri kollha parteċipanti, li tirriżulta fi trasferiment ta' ġid bejn il-pajjiżi; it-tieni, rata differenzjata tal-imgħax għal kull pajjiż; u t-tielet, rata unika assoċjata ma' skema ta' kumpens bħal dik isemmija mill-Kummissjoni, fejn l-Istati Membri bi klassifikazzjonijiet aktar baxxi jikkumpensaw finanzjarjament dawk bi klassifikazzjonijiet aħjar;

38.

Jitlob lill-Kummissjoni telabora aktar l-għażla tagħha li tistabbilixxi sistema ta' differenzjazzjoni tar-rati tal-imgħax bejn l-Istati Membri b'klassifikazzjonijiet differenti, speċjalment biex tiċċara kif u minn min dawn il-klassifikazzjonijiet huma stabbiliti ladarba l-mekkaniżmi tas-suq jiġu nnewtralizzati bl-introduzzjoni ta' bonds komuni;

39.

Jaqbel mal-fehma espressa mill-Kummissjoni fil-Green Paper tagħha li l-istabbiltà ta' sistema tal-eurobonds ma tistax tibbaża ruħha biss fuq numru żgħir ta' Stati Membri b'finanzi sostenibbli, u li sistema bħal din titlob għaqda fiskali msaħħa, u dixxiplina u kontroll baġitarju aktar b'saħħithom, għall-prevenzjoni tal-periklu morali;

40.

Jemmen li, jekk sistema ta' mutwalizzazzjoni ta' dejn titqies possibbli u tkun minsuġa tajjeb f'qafas orjentat lejn l-istabbiltà, ikun xieraq li tiġi prevista bidla fit-Trattat lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina, li tista' twassal għall-ħruġ ta' bonds taħt obbligazzjoni in solidum;

41.

Jemmen li sistema ta' sostituzzjoni parzjali tal-ħruġ nazzjonali (bħall-bonds blu/ħomor) tista', minn banda, tnaqqas l-ispiża tas-self għal dawk l-Istati Membri li għandhom finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli, u mill-banda l-oħra tista' toħoloq inċentiv biex dawk b'dejn eċċessiv inaqqsuh, peress li r-riskju assoċjat ma' bonds ħomor ikun ogħla u r-rati tal-imgħax jiżdiedu;

42.

Jistieden lill-Kummissjoni, f'kooperazzjoni, jekk ikun il-każ, mal-BĊE u l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), u f'konsultazzjoni mal-Kunsill u l-Parlament, tevalwa bir-reqqa t-teknikalitajiet kollha marbuta ma' kwalunkwe skema bħal: il-garanziji, l-istrutturi ta' tranching u ppuljar, il-kollaterali potenzjali, il-bilanċ bejn id-dixxiplina fiskali bbażata fuq ir-regoli u dik ibbażata fuq is-swieq, is-salvagwardji addizzjonali (partikolarment f'termini ta' parteċipazzjoni fi kwalunkwe skema), ir-ristrutturar, il-ħruġ, ir-relazzjonijiet ma' mekkaniżmi eżistenti ta' stabbiltà, il-bażi ta' investituri, ir-rekwiżiti regolatorji (eż. l-adegwatezza tal-kapital), il-kopertura gradwali tad-dejn u l-maturità tiegħu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrifletti fuq forom ta' governanza u responsabbiltà leġittimi u xierqa;

43.

Jenfasizza li, wara l-implimentazzjoni ta' miżuri fuq żmien qasir, għall-ħruġ mill-kriżi, u fost l-ewwel passi tal-pjan direzzjonali vinkolanti, kwalunkwe segwitu għandu jsir abbażi tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u billi tinżamm ir-responsabbiltà demokratika sħiħa fil-livell fejn tittieħed id-deċiżjoni; jiġbed l-attenzjoni lill-Kummissjoni li tista', meta tkun qed tħejji l-proposti tagħha, tistabbilixxi korp temporanju magħmul minn Membri tal-Parlament Ewropew u r-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-BĊE; ifakkar li se jagħmel użu sħiħ mill-prerogattivi u d-drittijiet ta' inizjattiva tiegħu, inkluż id-dritt tiegħu li jagħti bidu għal bidla fit-Trattat; huwa tal-fehma li dan il-korp għandu jħares ukoll lejn il-possibbiltà tal-ħruġ ta’ bonds federali ġenwini b'rabta ma' baġit Ewropew imsaħħaħ;

44.

Jisħaq li l-Kummissjoni għandha tistudja l-fattibiltà ta' kull waħda mill-alternattivi ppreżentati fl-Anness għal din ir-riżoluzzjoni (kemm fl-ewwel fażi 1 kif ukoll fil-fażi 2), billi dawn l-għażliet mhux bilfors jikkostitwixxu alternattiva iżda jistgħu, taħt ċerti ċirkostanzi, ikunu kumulattivi;

45.

Huwa konxju li qed jitressqu numru dejjem jiżdied ta' proposti għall-mutwalizzazzjoni tad-dejn, speċjalment fil-qasam akkademiku; jinnota li dawn il-proposti jvarjaw b'mod konsiderevoli;

46.

Jikkondividi t-tħassib tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ kontabbiltà marbuta mat-trattament ta’ bonds ta’ stabbiltà taħt il-liġi nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tevalwa b’mod komprensiv l-impatt ta’ strutturi ta’ garanziji differenti għal bonds ta’ stabbiltà fuq ir-relazzjoni bejn id-dejn nazzjonali u l-PDG;

47.

Jieħu nota tal-problema ta’ periklu morali msemmija mill-Kummissjoni fil-Green Paper, iżda, madankollu iqis li jeħtieġ li titwettaq analiżi dettaljata tal-problema ta' periklu morali sabiex ikun jistgħu jiġu misluta l-konklużjonijiet it-tajba u, jekk ikun possibbli, jinstabu s-soluzzjonijiet adegwati;

48.

Jemmen li l-problema ta’ riskju morali tista’ tingħeleb b’definizzjoni tajba tal-garanziji u tal-mekkaniżmi ta' inċentivi għad-dixxiplina fiskali;

49.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  http://ec.europa.eu/economy_finance/focuson/crisis/documents/131201_en.pdf

(2)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/132809.pdf

(3)  http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ec/131359.pdf

(4)  ĠU C 16 E, 22.1.2010, p. 8.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2011)0331.

(6)  Testi adottati, P7_TA(2012)0046.


ANNESS

Il-Pjan Direzzjonali

Hawn isfel hemm imniżżla t-triq possibbli magħmula minn sensiela ta' passi li mhux bilfors huma sekwenzjali, kumulattivi jew esklussivi b'mod reċiproku.

Stadju 1 –   Miżuri immedjati għall-ħruġ mill-kriżi

1.   It-twaqqif ta’ fond ta’ ammortament Ewropew temporanju għat-tnaqqis tad-dejn għal livelli sostenibbli b’rati tal-interess affordabbli

Il-Kummissjoni tagħmel proposta għat-twaqqif b’mod immedjat ta’ fond ta’ ammortament Ewropew temporanju skont dawn il-prinċipji:

it-trasferiment ta’ ammonti ta’ dejn li huma akbar mill-valur ta’ referenza ta’ Maastricht ta’ 60 % tal-PDG għal fond komuni suġġett għal obbligazzjoni in solidum permezz ta’ fażi tal-bidu ta’ ħames snin; tali trasferiment għandu jiddaħħal gradwalment u l-bidu għandu jkun bit-trasferiment ta' 10 % biss tad-dejn ogħla mil-livell minimu ta' Maastricht ta' 60 % tal-PDG; it-trasferimenti sussegwenti għandhom ikunu gradwali;

il-limitazzjoni tal-parteċipazzjoni għal Stati Membri mingħajr programm ta’ aġġustament; li tiġi prevista introduzzjoni ta’ Stati Membri li jkunu temmew b’suċċess programm ta’ aġġustament; Il-pont għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri skont programm ta' aġġustament għandu jiġi vvalutat b'mod xieraq;

l-obbligu fuq l-Istati Membri sabiex b’mod awtonomu jifdu d-dejn trasferit fuq perjodu ta' referenza massimu ta’ 25 sena;

l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet stretti li jistgħu jieħdu l-forma ta' (i) iż-żamma ta' garanzija; (ii) isir impenn għal pjanijiet ta' konsolidazzjonijiet fiskali u riformi strutturali;

l-implimentazzjoni ta' regoli fiskali numeriċi tal-qafas tal-UEM imsaħħaħ biex d-djun esklussivament tal-Istati Membri parteċipanti jiġi limitat għal massimu ta' 60 % tal-PDG;

it-tisħiħ tal-koordinazzjoni permezz tal-implimentazzjoni tal-qafas il-ġdid ta' governanza ekonomika flimkien ma’ aġenda UE 2020 msaħħa u aġenda ta' riforma strutturali vinkolanti ssorveljata mill-Kummissjoni;

id-disponibbiltà ta' proċeduri ta' ħruġ trasparenti u prevedibbli għall-Istati Membri; jiġifieri l-Istati Membri għandhom jitħeġġew jibqgħu u, għaldaqstant, il-ħruġ għandu jkun bi prezz għali; in-nuqqas li jiġu rispettati l-impenji matul il-fażi ta' introduzzjoni għandu minnufih iwaqqaf il-fażi ta' introduzzjoni filwaqt li n-nuqqas li jiġu rispettati l-impenji fi kwalunkwe mument għandu jtellef il-kollaterali depositati mal-Fond.

2.   Introduzzjoni ta’ eurobills għall-protezzjoni tal-Istati Membri minn perjodi ta’ illikwidità

Il-Kummissjoni qed tagħmel proposta għat-twaqqif immedjat ta’ sistema għall-ħruġ ta’ dejn komuni fuq żmien qasir skont il-prinċipji li ġejjin:

it-twaqqif ta’ entità jew l-użu ta’ waħda li diġà teżisti għall-ħruġ ta’ eurobills bil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha taż-żona tal-euro li m'għandhomx programmi sħaħ ta' aġġustament; li tiġi prevista l-introduzzjoni gradwali ta’ Stati Membri li jkunu temmew b’suċċess il-programmi ta’ aġġustament tagħhom;

dawk l-Istati Membri li ma jikkonformawx mar-regoli stabbiliti fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jistgħu' jħallsu rata ogħla ta' imgħax bħala penali;

maturità massima ta’ eurobills (li tammonta għal massimu ta' 10 % tal-PDG), li tippermetti monitoraġġ kontinwu u, minħabba maturità fuq żmien qasir, tiġdid frekwenti tal-garanziji;

il-eurobills jieħdu post id-dejn kollu fuq żmien qasir li għandu jinħareġ mill-Istati Membri li konsegwentement jibqgħu esklussivament responsabbli għall-ħruġ tad-dejn tagħhom stess għal maturitajiet itwal li għandhom ikunu mmonitorjati u limitati skont il-bżonnijiet, is-sitwazzjoni fiskali u l-proporzjon tad-dejn ta' kull pajjiż;

l-adozzjoni ta' miżuri għall-koordinazzjoni tal-ħruġ ta' strumenti tad-dejn sovran mhux koperti minn xi qafas ta' mutwalizzazzjoni;

jipprovdu għall-parteċipazzjoni mill-parlamenti nazzjonali kif previst mir-regoli kostituzzjonali tal-Istat Membru kkonċernat;

Il-Kummissjoni għandha tqis il-konklużjonijiet tar-rapport finali ta' Van Rompuy dwar Unjoni Ekonomika u Monetarja ġenwina.

Stadju 2 –   Ħruġ komuni parzjali – L-introduzzjoni ta' Bonds Blu: dejn annwali allokat ≤ 60 % tal-PDG li għandu jinħareġ mingħajr bidla fit-Trattat

Il-Kummissjoni għandha tistudja u tirrapporta l-konklużjonijiet tagħha lill-Parlament Ewropew dwar il-possibbiltà ta' proposti biex titwaqqaf sistema għall-allokazzjoni tad-dejn taħt is-60 % tal-PDG li għandu jinħareġ konġuntement, li tkun salvagwardjata b'mekkaniżmi ta' trażżin tad-dejn nazzjonali jew mekkaniżmi adegwati oħrajn biex jiġi evitat il-periklu morali skont prinċipji bħal:

il-limitazzjoni tal-parteċipazzjoni għal Stati Membri li jikkonformaw mal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-patt fiskali komunitarizzat f'konformità mal-Artikolu 16 tat-TSKG u li mhumiex taħt programm sħiħ ta’ aġġustament;

il-limitazzjoni stretta tal-ammont tad-dejn li jinħareġ taħt obbligazzjonijiet in solidum għal parti ta’ inqas minn 60 % tal-PDG billi l-Istati Membri jiġu pprojbiti li joħorġu dejn superjuri barra l-ħruġ komuni;

id-deċiżjoni aħħarija dwar l-allokazzjoni ta' Bonds Blu u garanziji korrispondenti tagħhom se jkollha tittieħed mill-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi parteċipanti kollha;

L-Istati Membri parteċipanti jkunu obbligati jagħtu garanziji kollaterali;

id-disinjar ta’ mekkaniżmu ta’ allokazzjoni li jikkunsidra r-rispett tad-dixxplina fiskali, iċ-ċiklu ekonomiku, l-ispreads storiċi u li huwa ekwilibrat bil-ħtiġijiet tas-self;

Stadju 3 –   Ħruġ komuni sħiħ ta’ dejn nazzjonali li jinvolvi bidla fit-Trattat

Abbażi tal-ħidma tal-kumitat, u wara li jkunu ġew ippreparati l-bidliet kollha eventwali għall-qafas legali tal-UE u, jekk meħtieġ, bidla fit-Trattat (u fejn ikun meħtieġ bidliet kostituzzjonali tal-Istati Membri), jekk ikun il-każ, il-Kummissjoni tressaq proposti għat-twaqqif ta’ sistema għall-ħruġ komuni ta’ bonds skont il-prinċipji li ġejjin:

limitazzjoni tal-parteċipazzjoni għal Stati Membri li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kif stabbiliti fil-fażi 2;

it-twaqqif ta’ aġenzija tad-dejn Ewropea għall-ħruġ ta’ bonds;

it-twaqqif ta’ istituzzjonijiet xierqa demokratikament leġittimi li fost affarijiet oħra jkunu inkarigati mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politiki fiskali nazzjonali u mill-aġenda dwar il-kompetittività, kif ukoll ir-rappreżentazzjoni esterna taż-żona tal-euro f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

Stadju 4 –   Ħruġ komuni ta' dejn Ewropew ġenwin flimkien ma' baġit Ewropew msaħħaħ li jinvolvi bidla fit-Trattat

Il-Kummissjoni, wara li tkun ippreparat il-bidliet kollha eventwali fil-qafas ġuridiku tal-UE u, fejn ikun il-każ, fil-qafas legali taż-żona tal-euro, tressaq proposti għall-ħruġ possibbli ta' bonds għall-finanzjament tal-investimenti tal-UE f'beni pubbliċi tal-UE (eż. l-infrastruttura, ir-riċerka u l-iżvilupp, eċċ), biex tiffaċilita aġġustamenti għal xokkijiet speċifiċi għal kull pajjiż billi tipprovdi għal ċertu grad ta' assorbiment fil-livell ċentrali, biex tiffaċilita r-riformi strutturali li jtejbu l-kompetittività u t-tkabbir potenzjali fir-rigward ta' qafas integrat tal-politika ekonomika.


Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013

30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/83


P7_TA(2013)0022

Iraq

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni UE-Iraq (2012/2850(RSP))

(2015/C 440/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra r-Raba' Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-12 ta' Awwissu 1949 dwar il-Ħarsien ta' Persuni Ċivili fi Żmien ta' Gwerra, u l-Protokolli Addizzjonali I u II tagħha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-31 ta' Ottubru 2000 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra t-tibdiliet fl-istatut tal-QKI, adottati tul il-Konferenza ta' Rieżami f'Kampala tal-11 ta' Ġunju 2010, li jinkludu definizzjoni ta' “reat ta' aggressjoni”,

wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà intitolata “Ewropa sikura f'dinja aħjar” tat-12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tat-22 ta' Novembru 2005,

wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/190/PESK tas-7 ta' Marzu 2005 dwar “il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX”, adottata skont il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), u l-azzjonijiet konġunti sussegwenti li jemendaw u li jipprorogaw il-mandat tal-missjoni,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2006 intitolata “Rakkomandazzjonijiet għal impenn imġedded tal-Unjoni Ewropea favur l-Iraq” (COM(2006)0283),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2006 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa f'kunflitti armati u r-rwol tagħhom fil-proċess ta' rikostruzzjoni u dak demokratiku f'pajjiżi li joħorġu minn sitwazzjoni ta' kunflitt (2),

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali għall-Iraq adottat f'Sharm el-Sheik (l-Eġittu) fit-3 ta' Mejju 2007,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2008 dwar l-irwol tal-Unjoni Ewropea fl-Iraq (3) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar “L-Iraq: il-piena kapitali (speċifikament il-każ ta' Tariq Aziz) u l-attakki kontra l-komunitajiet Insara” (4),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Novembru 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1956 (2010), 1957 (2010) u 1958 (2010) tal-15 ta' Diċembru 2010,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2011 dwar is-sitwazzjoni tal-Insara fil-kuntest tal-libertà reliġjuża (5),

wara li kkunsidra d-Dokument Strateġiku Konġunt għall-Iraq (2011-2013) tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, mill-2005 r-Repubblika tal-Iraq organizzat tliet elezzjonijiet multipartitiċi, adottat kostituzzjoni permezz ta' referendum, ħolqot il-bażi għal stat federali u għamlet sforzi biex tipprova tibni istituzzjonijiet demokratiċi u tikseb rikostruzzjoni u normalizzazzjoni;

B.

billi l-Ewropa u l-Iraq huma marbuta permezz ta' storja komuni u eluf ta' snin ta' influwenzi kulturali reċiproċi;

C.

billi fil-21 ta' Diċembru 2010 l-forzi politiċi kollha fl-Iraq laqħu ftehim dwar il-formazzjoni ta' gvern ta' unità nazzjonali f'konformità mar-rieda tal-poplu tal-Iraq kif espressa fl-elezzjonijiet tas-7 ta' Marzu 2010; billi dan il-ftehim għadu ma ġiex implimentat mill-Gvern Iraqi; billi n-nuqqas ta' implimentazzjoni qed jikkontribwixxi għall-fraġilità u l-frammentazzjoni tal-Iraq;

D.

billi l-Iraq ilu jospita varjetà ta' gruppi reliġjużi, inklużi l-Musulmani Sunni u Xiti, l-Insara, il-Lhud, il-Mandjani u l-Yazidi, kif ukoll klassi medja sinifikanti sekulari u mhux settarja;

E.

billi fl-2003 fl-Iraq kienu jgħixu 800 000 ċittadin Iraqi Nisrani (Kaldej, Sirijaċi u membri ta' minoranzi Nsara oħrajn), u billi dawn jikkostitwixxu popolazzjoni nattiva antika li llum tinsab esposta ħafna għall-persekuzzjonijiet u għall-eżilju; billi mijiet ta' eluf ta' Nsara ħarbu mill-vjolenza li huma għadhom isofru, jew billi telqu minn pajjiżhom għalkollox jew billi ġew spustati fi ħdan il-fruntieri tiegħu;

F.

billi l-elezzjonijiet lokali għandhom isiru fl-2013, u l-elezzjonijiet parlamentari għandhom isiru fl-2014;

G.

billi, kuntrarjament għax-xejra dinjija lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, in-numru ta' eżekuzzjonijiet fl-Iraq qed jiżdied; billi qed jiġi espress tħassib kbir minn, fost oħrajn, il-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillay, dwar in-nuqqas li l-proċessi li jwasslu għall-piena tal-mewt ikunu konsistenti ma' salvagwardji internazzjonali għal proċessi ġusti, inklużi kwistjonijiet bħan-nuqqas ta' trasparenza fi proċedimenti tal-qrati u każijiet li fihom “konfessjonijiet” inkisbu bit-tortura u b'forom oħra ta' trattament ħażin tal-imputati; billi l-piena kapitali hija forma ta' piena krudili u inumana u għandha tingħata prijorità assoluta lil djalogu politiku mal-awtoritajiet Iraqin dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

H.

billi l-kriżi fis-Sirja ħolqot flussi sostanzjali ġodda ta' rifuġjati u persuni rimpatrijati lejn l-Iraq, li issa qed jaffaċċjaw inċertezza personali u ekonomika sinifikanti u kundizzjonijiet ta' vulnerabbiltà estrema fl-Iraq;

I.

billi huwa importanti li d-Delegazzjoni tal-UE f'Bagdad ikollha l-fondi u r-riżorsi neċessarji biex tkun kompletament operattiva u tkun f'pożizzjoni li twettaq rwol sinifikanti fl-appoġġ tal-proċess demokratiku, fil-promozzjoni tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem u fl-għajnuna lill-awtoritajiet Iraqin u lill-poplu Iraqi fil-proċess tar-rikostruzzjoni, l-istabbilizzazzjoni u n-normalizzazzjoni; u billi uffiċċju distakkat f'Erbil jista' jwassal għal żieda sinifikanti fl-effikaċja tal-operat tad-delegazzjoni tal-UE f'Bagdad;

J.

billi l-Iraq irnexxielu jerġa' jġib il-produttività taż-żejt tiegħu għal kważi l-kapaċità sħiħa; billi, madankollu, l-istat Iraqi għadu jesperjenza diffikultajiet kbar fl-għoti ta' servizzi bażiċi, inklużi provvista regolari ta' elettriku fis-sajf, ilma nadif u kura tas-saħħa deċenti; billi, fir-rigward tal-isfruttament tar-riżorsi taż-żejt tal-Iraq, l-għajnuna teknika, l-istat tad-dritt u l-implimentazzjoni sħiħa tal-istandards internazzjonali għall-kuntratti u l-akkwist pubbliku se jkunu essenzjali sabiex jiġi promoss proċess ta' inklużjoni u welfare soċjali;

K.

billi l-qgħad fost l-irġiel żgħażagħ huwa qrib it-30 %, li jagħmilhom rekluti faċli għall-gangs kriminali u l-fazzjonijiet tal-milizzji; billi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni għandha tibqa' objettiv ewlieni tal-awtoritajiet Iraqin; billi l-UE għandha tagħmel ħilitha kollha biex toħloq inċentivi b'saħħithom biex il-kumpaniji Ewropej jappoġġaw miżuri kontra l-korruzzjoni fl-Iraq; billi l-awtoritajiet Iraqin għandhom jużaw id-dħul tal-pajjiż miż-żejt bħala għodda u opportunità għal rikostruzzjoni soċjali u ekonomika sostenibbli li tkun ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha tal-Iraq, u għandhom jippromwovu proċess ta' riformi demokratiċi;

L.

billi, wara l-irtirar tal-forzi militari tal-Istati Uniti mill-Iraq fl-aħħar tal-2011, il-forzi tas-sigurtà Iraqin għandhom rwol kruċjali x'jiżvolġu għall-istabbiltà u s-sostenibbiltà tal-pajjiż fuq perjodu twil ta' żmien;

M.

billi, sal-lum il-ġurnata, skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), ġew spustati 1 500 000 Iraqi fil-pajjiż, li 500 000 minnhom m'għandhomx dar, u 230 000 talbu r-rifuġju f'pajjiżi ġirien, l-aktar is-Sirja u l-Ġordan;

N.

billi l-Kurdistan Iraqi huwa reġjun tal-Iraq fejn ġie żgurat ċertu livell ta' paċi u ta' stabbiltà, fejn il-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-iżvilupp u l-investimenti privati qed jiżdiedu;

O.

billi, minkejja titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni tas-sigurtà, ir-rata attwali tal-attakki bil-bombi u ta' sparar għadha għolja u l-vjolenza sseħħ kuljum, ħaġa li tħalli ħafna Iraqin inċerti mill-futur tagħhom u tagħmilha impossibbli li tkun promossa integrazzjoni ekonomika u soċjali tal-popolazzjoni tal-Iraq inġenerali;

P.

billi, bil-għan li tiġi promossa l-istabbiltà fir-reġjun, l-Unjoni Ewropea għandha tassumi parti mir-responsabbiltà għall-bini ta' Iraq demokratiku u ġdid, u billi l-politika tal-UE għall-Iraq għandha tirrifletti l-kuntest usa' tas-sħubija strateġika tal-Unjoni mal-viċinat tan-Nofsinhar tagħha u mal-Lvant Nofsani;

Q.

billi l-isfidi ewlenin tar-rikostruzzjoni u tan-normalizzazzjoni huma istituzzjonali u soċjali, i.e. il-kompitu tal-bini tal-kapaċità istituzzjonali u amministrattiva, il-konsolidament tal-istat tad-dritt u l-infurzar tal-liġi u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

R.

billi l-UE għandha tfassal l-użu tar-riżorsi tagħha skont l-isfidi interni, reġjonali u umanitarji speċifiċi li l-Iraq qed iħabbat wiċċu magħhom, u billi l-effikaċja, it-trasparenza u l-viżibbiltà huma kundizzjonijiet essenzjali għal rwol akbar tal-UE fl-Iraq;

S.

billi mill-2003 l-UE u l-Istati Membri tagħha kkontribwew b'aktar minn EUR 1 biljun f'għajnuna lill-Iraq, b'mod partikolari permezz tal-Fond Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni tal-Iraq (IRFFI), u billi mill-2005 l-Unjoni pparteċipat direttament fit-titjib tal-istat tad-dritt fil-pajjiż, bis-saħħa tal-missjoni PESD tagħha EUJUST LEX; billi l-mandat tal-missjoni EUJUST LEX ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2013;

T.

billi l-konklużjoni tal-ftehim ta' sħubija u ta' kooperazzjoni se tipprovdi lill-UE b'qafas kuntrattwali ġdid fejn jistgħu jiġu żviluppati relazzjonijiet ekonomiċi u politiċi għal tul ta' żmien mal-Iraq u jinħolqu pedamenti sodi għall-promozzjoni u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;

U.

billi l-Iraq huwa sieħeb potenzjalment importanti fl-iżgurar ta' diversifikazzjoni akbar tas-sorsi tal-enerġija u b'hekk jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-enerġija tal-Ewropa;

1.

Jilqa' l-konklużjoni tan-negozjati dwar il-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Iraq, li jistabbilixxi l-ewwel relazzjonijiet kuntrattwali bejn iż-żewġ partijiet; jilqa' l-istabbiliment, permezz tal-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni, ta' Kunsill ta' Kooperazzjoni, Kumitat ta' Kooperazzjoni u Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari u jistenna li dawn l-entitajiet jipprovdu impetus ġdid għall-involviment politiku tal-Unjoni fl-Iraq fl-ogħla livell, fil-forma ta' kuntatti politiċi regolari u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet ekonomiċi mal-awtoritajiet Iraqin fl-ogħla livelli;

2.

Huwa tal-fehma li d-dispożizzjonijiet politiċi u kummerċjali tal-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni joħolqu l-bażi għal djalogu politiku regolari aktar mill-qrib dwar il-kwistjonijiet ta' sinifikat bilaterali, reġjonali u globali, filwaqt li fl-istess ħin jippruvaw itejbu r-reġim ta' skambji kummerċjali bejn l-Iraq u l-UE billi jsostnu l-isforzi ta' żvilupp u ta' riforma meħudin mill-Iraq bil-għan li jiffavorixxu l-integrazzjoni ta' dan il-pajjiż fl-ekonomija dinjija;

3.

Jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni tal-Iraq mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni għandha tagħti kontribut importanti għal dan il-proċess;

4.

Jenfasizza li l-klawsola dwar l-“element essenzjali” fil-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-armamenti ta' qerda tal-massa tistieden lill-partijiet biex iwettqu rwol attiv fid-diżarmament nukleari u biex jagħtu l-appoġġ sħiħ tagħhom fil-Konferenza tan-NU dwar il-Lvant Nofsani mingħajr Armi Nukleari;

5.

Jilqa' l-kwalsola fil-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraqli tirrigwarda l-adeżjoni tal-Iraq għall-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); jisħaq fuq l-importanza li l-UE tipprovdi l-akbar appoġġ possibbli għar-ratifika tal-Iraq tal-Istatut ta' Ruma u għall-adeżjoni għalih mill-aktar fis possibbli, u għall-implimentazzjoni tal-istandards u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem bħala kwistjoni prijoritarja jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Iraq biex jirratifikaw it-tibdiliet fl-istatut tal-QKI, adottati fil-11 ta' Ġunju 2010; ifaħħar, il-klawsola fil-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni dwar il-kooperazzjoni fil-promozzjoni u l-protezzjoni effikaċi tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq, bit-twissija li jekk l-Iraq jonqos milli jipproteġi, isaħħaħ u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem dan in-nuqqas se jaffettwa b'mod negattiv il-programmi ta' kooperazzjoni u ta' żvilupp ekonomiku; jisħaq fuq l-importanza li tinżamm kundizzjonalità stretta abbażi tal-prinċipju ta' “aktar għal aktar” u l-ħtieġa li ssir enfasi akbar fuq l-importanza ta' progress sostanzjali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iraq; jilqa' l-wegħda tal-Gvern Iraqi li jippromwovi djalogu effikaċi mas-soċjetà ċivili u li jippromwovi l-parteċipazzjoni effettiva tagħha;

6.

Jenfasizza li d-djalogu politiku bejn l-UE u l-awtoritajiet Iraqin għandu jiffoka l-aktar fuq kwistjonijiet relatati mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, kemm ċiviċi kif ukoll individwali, b'referenza partikolari għall-allegazzjonijiet kontinwi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi reliġjużi u etniċi kollha, u għandu jiffoka wkoll fuq it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, it-teħid trasparenti tad-deċiżjonijiet, il-proċess ġust u r-rikonċiljazzjoni nazzjonali; iħeġġeġ lill-Gvern Iraqi biex jaħdem favur ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali ta' soċjetà estremament frammentata;

7.

Jenfasizza l-bżonn li tingħata prijorità assoluta lid-djalogu politiku mal-awtoritajiet Iraqin dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u l-appoġġ għall-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea; jistieden lill-Gvern Iraqi biex jabolixxi l-piena tal-mewt, bħala l-ewwel pass, u biex jiddikjara u jimplimenta immedjatament moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet;

8.

Jilqa' t-twaqqif mill-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni tal-Kumitat ta' Kooperazzjoni Parlamentari, li jkun forum tal-Parlament Iraqi u tal-Parlament Ewropew biex jiltaqgħu u jiskambjaw il-fehmiet, jiġi mgħarraf bir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u jagħmel rakkomandazzjonijiet lil dak il-Kunsill; jappoġġa din id-dimensjoni parlamentari importanti u huwa tal-fehma li kumitat bħal dan se jipprovdi opportunità siewja għal djalogu demokratiku u l-għoti ta' appoġġ għad-demokrazija fl-Iraq;

9.

Itenni l-impenn tiegħu favur l-iżvilupp ta' demokrazija parlamentari u jfakkar fl-inizjattiva tiegħu, fil-baġit 2008, li jappoġġa l-istabbiliment tad-demokrazija f'kooperazzjoni mal-parlamenti ta' pajjiżi terzi; itenni r-rieda tiegħu li jsostni b'mod attiv il-Kunsill Iraqi tar-Rappreżentanti billi jipproponi inizjattivi bl-għan li tissaħħaħ il-kapaċità tar-rappreżentanti eletti Iraqin biex ikunu jistgħu jiżvolġu r-rwol kostituzzjonali tagħhom u li jitħeġġeġ it-trasferiment ta' esperjenzi fl-oqsma tal-amministrazzjoni effikaċi u t-taħriġ tal-persunal;

10.

Jenfasizza l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet neċessarji għal djalogu tekniku u kooperazzjoni msaħħa mal-Iraq u l-għoti ta' appoġġ kontinwu lill-amministrazzjoni tiegħu, sabiex jkunu jistgħu jiġu introdotti u implimentati bis-sħiħ standards internazzjonali adegwati għall-kuntratti u l-akkwist pubbliku, u sabiex jittejbu l-opportunitajiet ta' investiment;

11.

Jistieden lill-Iraq jirratifika malajr kemm jista' jkun it-Trattat dwar il-Projbizzjoni Totali ta' Provi Nukleari;

12.

Jilqa' l-ftuħ ta' Delegazzjoni tal-UE għall-Iraq f'Bagdad u l-ħatra ta' Kap ta' Delegazzjoni tal-UE; ifakkar, madankollu, fil-bżonn li jiġu garantiti għad-Delegazzjoni tal-UE l-uffiċċji proprji adegwati tagħha u r-riżorsi umani u materjali neċessarji proporzjonalment mal-ambizzjoni ddikjarata tal-UE li tassumi rwol sinifikanti fit-tranżizzjoni tal-Iraq lejn id-demokrazija, u bl-għan li d-Delegazzjoni tkun kompletament operattiva; jenfasizza li huwa essenzjali li l-Kap ta' Delegazzjoni jkun f'kundizzjoni li jivvjaġġa f'sigurtà assoluta fiż-żoni kollha tal-pajjiż biex jimmonitorja l-implimentazzjoni xierqa tal-programmi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea, is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-proċess ta' riforma;

13.

Jisħaq fuq l-importanza għall-futur tal-Iraq tal-ftehim politiku milħuq mill-mexxejja Iraqin dwar l-istabbiliment ta' gvern ta' unità nazzjonali li jirrappreżenta sew id-diversità politika, reliġjuża u etnika tas-soċjetà tal-Iraq u jirrifletti r-rieda tal-poplu Iraqi kif espressa fl-elezzjoni ġenerali tas-7 ta' Marzu 2010; jappella għall-implimetazzjoni sħiħa, mingħajr aktar dewmien, ta' dak il-ftehim u jitlob lill-forzi politiċi fl-Iraq jibqgħu impenjati, fi spirtu ta' unità ta' intenzjoni, fil-konfront tal-proċess ta' ħolqien ta' istituzzjonijiet demokratiċi b'saħħithom u sostenibbli, u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet neċessarji għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti, kemm fil-livell lokali kif ukoll fil-livell internazzjonali, li huma essenzjali għall-proċess tat-tranżizzjoni demokratika; jinnota li l-implimentazzjoni ta' dak il-ftehim tista' tkun l-unika soluzzjoni vijabbli bl-għan li jinbeda proċess effikaċi ta' rikonċiljazzjoni nazzjonali; itenni l-importanza li jinħatru ministri permanenti fil-ministeri tad-difiża u l-intern sabiex tiġi evitata l-konċentrazzjoni tal-poter u jiġu promossi d-djalogu demokratiku, is-sorveljanza, ir-responsabbiltà politika u l-obbligu li jingħata rendikont fir-rigward tal-għażliet politiċi marbuta mas-sigurtà;

14.

Jesprimi tħassib dwar it-tensjonijiet settarji li qed jiżdiedu u n-nuqqas profond ta' fiduċja bejn il-Gvern u l-oppożizzjoni tal-Iraq, li, jekk ma jinstabx rimedju għalih, jista' jwassal biex jerġa' jibda kunflitt vjolenti; jesprimi tħassib kbir dwar ir-riperkussjonijiet negattivi potenzjali tal-kunflitt Sirjan fl-Iraq, li jistgħu jwasslu sabiex it-tensjonijiet settarji fl-Iraq imorru għall-agħar, u jistieden lill-parteċipanti kollha fl-Iraq jaġixxu b'mod responsabbli u b'kawtela biex jevitaw xenarju bħal dan;

15.

Jistieden lill-Gvern Iraqi jiżgura li r-riżorsi tal-pajjiż jintużaw b'mod trasparenti u responsabbli, għall-benefiċċju tal-poplu Iraqi kollu kemm hu;

16.

Jistieden lill-Kummissjoni tabbozza klawsola vinkolanti dwar ir-responsabilità soċjali tal-kumpanniji (CSR) għall-eżami f'waħda mill-ewwel laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni, abbażi tal-prinċipji tas-CSR kif definiti fil-livell internazzjonali, inkluż l-aġġornament tal-2010 tal-Linji Gwida tal-OECD u fl-istandards definiti min-NU, l-ILO u l-UE; jissuġġerixxi li din il-klawsola għandha tarmonizza l-istandards u l-kunċetti eżistenti, sabiex tiżgura l-kumparabilità u l-ekwità, u li għandha tistipula miżuri għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji fil-livell tal-UE, bħar-rekwiżiti għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-kumpanniji, is-sussidjarji u l-ktajjen ta' provvista tagħhom, u r-rekwiżit li tiġi applikata diliġenza dovuta;

17.

Jibqa' mħasseb ħafna, madankollu, dwar l-atti kontinwi ta' vjolenza fil-konfront tal-popolazzjoni ċivili, gruppi vulnerabbli u l-komunitajiet reliġjużi kollha, fosthom il-minoranzi Nsara, li jdaħħlu fil-popolazzjoni sens profond ta' biża' u inċertezza rigward il-futur tagħhom u dak ta' pajjiżhom; jinnota li sar xi progress f'dan il-qasam u jistieden lill-awtoritajiet Iraqin ikomplu jtejbu s-sigurtà u l-ordni pubbliku u jiġġieldu kontra t-terroriżmu u l-vjolenza settarja fil-pajjiż kollu; huwa tal-fehma li għandha tingħata prijorità wkoll lill-istabbiliment ta' qafas ġuridiku ġdid li jiddefinixxi biċ-ċar ir-responsabbiltajiet u l-mandat tal-forzi ta' sigurtà u jiffaċilita s-sorveljanza adegwata tal-forzi tas-sigurtà, kif mitlub fil-Kostituzzjoni; iqis li l-Kunsill tar-Rappreżentanti għandu jiżvolġi rwol xeiraq fit-tfassil ta' leġiżlazzjoni ġdida u fl-eżerċitar tal-iskrutinju demokratiku; jistieden lill-awtoritajiet Iraqin iżidu l-isforzi tagħhom biex jipproteġu l-minoranzi Nsara u l-minoranzi vulnerabbli kollha, jiggarantixxu liċ-ċittadini Iraqin kollha d-dritt li jipprattikaw l-fidi tagħhom jew li jaffermaw l-identità tagħhom fil-libertà u s-sikurezza, jieħdu miżuri aktar determinati biex jiġġieldu kontra l-vjolenza interetnika u interreliġjuża, jipproteġu l-popolazzjoni sekulari u jagħmlu ħilithom kollha biex iressqu lill-ħatja quddiem il-ġustizzja, f'konformità mal-istat tad-dritt u l-istandards internazzjonali; jemmen li l-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni jipprovdi opportunità biex jiġu promossi aktar il-programmi ta' rikonċiljazzjoni u d-djalogu interreliġjuż bl-għan li jinħoloq mill-ġdid sens ta' koeżjoni u sħubija fis-soċjetà tal-Iraq;

18.

Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn urġenti li jiġu riżolti l-problemi umanitarji li qed jiffaċċja l-poplu Iraqi; jenfasizza l-bżonn li jiġi żgurat li tittieħed azzjoni koordinata bejn l-awtoritajiet Iraqin u l-organizzazzjonijiet ta' għajnuna internazzjonali li qed jaħdmu fil-post bil-għan li jgħinu lill-gruppi vulnerabbli, inklużi r-rifuġjati u l-persuni spustati, li dawk il-gruppi jiġu protetti u li jinħolqu kundizzjonijiet adegwati biex jiġu żgurati s-sigurtà u d-dinjità tagħhom;

19.

Jinnota bi tħassib li, skont il-UNHCR, 34 000 rifuġjat Sirjan talbu r-rifuġju fil-Kurdistan Iraqi mill-bidu tal-gwerra, u jitlob li tingħata assistenza lill-awtoritajiet Iraqin fil-ġestjoni tal-fluss tar-rifuġjati fl-Iraq, b'mod partikolari billi jiġi żgurat li r-rifuġjati jkunu aċċettati fit-territorju għal raġunijiet umanitarji u li jittieħdu f'kampijiet tar-rifuġjati; iħeġġeġ ukoll lill-UE twiegħed u tikkontribwixxi assistenza lill-Gvern tal-Iraq fl-iżgurar ta' kundizzjonijiet ta' għajxien umani f'dawn il-kampijiet tar-rifuġjati;

20.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Iraq, filwaqt li jirrikonoxxi l-impenn tagħhom biex jiżguraw is-sigurtà ta' u l-kundizzjonijiet ta' għajxien umani għar-residenti ta' Kamp Ashraf u Kamp Hurriya; jitlob lill-Istati Membri jonoraw l-Artikolu 105(3)(b) u (4) tal-ftehim ta' sħubija u kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq u jagħmlu dak kollu possibbli biex jiffaċilitaw ir-risistemazzjoni u r-rimpatriju tar-residenti ta' Kamp Hurriya fuq bażi individwali, u skont ir-rieda ħielsa tagħhom sabiex il-kwistjoni tal-preżenza tagħhom fit-territorju Iraqi tkun tista' tiġi finalment riżolta;

21.

Jitlob li jiġu riveduti l-Kostituzzjoni, il-Kodiċi Penali u l-Kodiċi tal-Proċedura Penali sabiex jiġi żgurat rispett sħiħ għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u għad-drittijiet tan-nisa; jerġa' jafferma r-rwol prinċipali li n-nisa jista' jkollhom fl-istabbiliment mill-ġdid tat-tessut soċjali u jenfasizza l-ħtieġa li jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-politika, inkluż fl-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali, biex jitqiesu l-perspettivi tagħhom;

22.

Jinkoraġġixxi lill-NGOs jikkontribwixxu għat-tisħiħ tad-demokrazija u d-drittjiet tal-bniedem fl-Iraq billi jipprovdu assistenza speċifika għan-nisa li huma vittmi ta' vjolenza, żwiġijiet sfurzati, delitti tal-unur, traffikar tal-bnedmin u mutilazzjoni ġenitali;

23.

Iħeġġeġ lill-Parlament u lill-Gvern Iraqin biex idaħħlu leġiżlazzjoni kontra t-tħaddim tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u t-traffikar, u biex jiggarantixxu konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal;

24.

Jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-parteċipazzjoni tan-nisa fil-proċess ta' rikostruzzjoni wara kunflitt u fil-ħajja politika u ekonomika fl-ogħla livelli, speċjalment għal nisa minn komunitajiet minoritarji, li ta' spiss jaffaċċjaw diskriminazzjoni doppja abbażi kemm tal-ġeneru kif ukoll tal-identità etnika jew reliġjuża; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iraqin jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp ta' soċjetà ċivili inklussiva li tista' tkun involuta bis-sħiħ fil-proċess politiku u jippromwovu settur tal-midja indipendenti, pluralista u professjonali;

25.

Jesprimi tħassib kbir dwar il-ħafna każijiet ta' suwiċidju ta' nisa u ta' qtil tal-unur marbuta maż-żwiġijiet sfurzati, u każijiet oħra komuni ta' vjolenza kontra n-nisa, bħall-mutilazzjoni ġenitali femminili u l-abbuż domestiku; jenfasizza l-importanza li jiġi introdott korp ta' liġijiet adegwat u effikaċi li jirrispetta u jipproteġi d-drittijiet tan-nisa u tat-tfajliet u l-integrità soċjali, kulturali u fiżika tagħhom, li jiġi promoss l-aċċess sħiħ għall-integrazzjoni soċjoekonomika u li tiġi eliminata d-diskriminazzjoni kontra n-nisa fid-dritt bi qbil mal-Kostituzzjoni tal-Iraq u l-obbligi tal-Iraq skont it-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

26.

Jilqa' d-Dokument Strateġiku Konġunt (2011-2013) tal-Kummissjoni, li jimmarka t-tranżizzjoni lejn programmazzjoni pluriennali tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE abbażi ta' konsultazzjoni mal-awtoritajiet Iraqin u ta' koordinazzjoni mal-parteċipanti internazzjonali l-oħra (Bank Dinji, NU) li huma attivi fl-Iraq; jinnota li dan l-approċċ il-ġdid huwa konsistenti mal-linji gwida ewlenin li jinsabu fir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2008;

27.

Ifaħħar is-suċċessi miksuba mill-missjoni EUJUST LEX u l-implimentazzjoni, għall-ewwel darba, ta' proġetti pilota fl-Iraq f'koordinazzjoni mal-proġett tal-Kummissjoni; jitlob li, fi tmiem din il-missjoni, l-UE għandha tuża l-esperjenza kollha miksuba billi jintużaw l-istrumenti kemm tal-PESD kif ukoll tal-Unjoni sabiex tkompli tipprovdi assistenza fil-post biex tissaħħaħ is-sistema penali u tal-pulizija tal-Iraq;

28.

Itenni t-talba tiegħu li jingħataw provi tat-trasparenza u l-effikaċja tal-għajnuna tal-Unjoni lill-Iraq, fil-forma ta' informazzjoni komprensiva, regolari u trasparenti rigward l-iżborż attwali ta' għajnuna tal-Unjoni u l-modi kif tintuża, b'mod partikolari fir-rigward tal-approprjazzjonijiet mgħoddija mill-IRFFI, li l-UE hija d-donatur ewlieni tiegħu;

29.

Jinnota li l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tal-UE programmati fil-qasam tal-iżvilupp soċjali u uman għandhom l-għan li jikkumbattu l-faqar, jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' saħħa, edukazzjoni u impjieg u jippromwovu l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, inklużi l-aktar gruppi vulnerabbli, jiġifieri r-rifuġjati, il-persuni spustati u l-minoranzi reliġjużi kollha; jinsisti li dawn l-attivitajiet kollha għandhom jiġu implimentati b'tali mod li jsaħħu l-kapaċità u l-istituzzjonijiet, bi qbil mal-prinċipji tal-inklużjoni, it-trasparenza u l-governanza tajba;

30.

Jenfasizza l-pożizzjoni ġeopolitika sensittiva tal-Iraq, li għandu fruntieri mas-Sirja, l-Iran, it-Turkija, l-Arabja Sawdija u l-Ġordan; jistenna li l-Iraq ikollu rwol ta' stabbilizzazzjoni fir-reġjun, b'mod partikolari fid-dawl tal-gwerra ċivili li għadha għaddejja fis-Sirja; jistenna li l-Iraq jappoġġa tranżizzjoni demokratika u inklussiva fis-Sirja;

31.

Ifaħħar it-twaqqif riċenti tal-Kummissjoni Għolja tal-Iraq għad-Drittijiet tal-Bniedem bħala istituzzjoni indipendenti li tista' tagħti tifsira lid-drittijiet garantiti mill-Kostituzzjoni tal-Iraq u jkollha rwol ċentrali fil-protezzjoni ta' dawn id-drittijiet; jenfasizza l-importanza li tinżamm l-indipendenza ta' din l-istituzzjoni mill-influwenza politika u li jingħata appoġġ finanzjarju adegwat, fiż-żgur u indipendenti għall-operazzjonijiet tagħha; jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni regolari, trasparenti u kontinwa mill-entitajiet governattivi mal-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni; jistieden lill-Istati Membri jappoġġaw l-iżvilupp tagħha permezz ta' assistenza teknika, djalogu kontinwu u l-kondiviżjoni tal-esperjenza b'rabta mal-isforzi ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

32.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-President tal-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Presidenti tal-Parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Kunsill tar-Rappreżentanti tar-Repubblika tal-Iraq.


(1)  ĠU L 204, 31.7.2012, p. 20.

(2)  ĠU C 298 E, 8.12.2006, p. 287.

(3)  ĠU C 66 E, 20.3.2009, p. 75.

(4)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 115.

(5)  ĠU C 136 E, 11.5.2012, p. 53.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/89


P7_TA(2013)0024

L-implimentazzjoni tal-IEPA bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati tal-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-implimentazzjoni ta' Ftehim Interim ta' Sħubija Ekonomika (FISE) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe (2013/2515(RSP))

(2015/C 440/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika Interim bejn il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles u ż-Żimbabwe, fuq naħa waħda u l-Komunità Ewropea, fuq in-naħa l-oħra, li kien applikat b'mod provviżorju sa mill-14 ta' Mejju 2012,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP, fuq naħa waħda u l-Komunità Ewropea, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (il-Ftehim ta' Cotonou),

wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT), b'mod partikolari l-Artikolu XXIV tiegħu,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti tat-8 ta' Settembru 2000, li tistipula l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju (MDGs),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar fuq naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra l-Communiqué tas-Sammit Straordinarju tal-Komunità tal-Iżvilupp tal-Afrika tan-Nofsinhar tal-1 ta' Ġunju 2012,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar iż-Żimbabwe tat-23 ta' Lulju 2012 u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/124/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-kapitolu dwar il-kooperazzjoni għall-kummerċ tal-Ftehim ta' Cotonou, skont liema l-UE estendiet il-preferenzi ta' kummerċ reċiproku għall-pajjiżi tal-AKP, skada fil-31 ta' Diċembru 2007, mil-liema data s-sitwazzjoni ma kkonformatx mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;

B.

billi l-ftehimiet ta' sħubija ekonomika (FSEs) huma ftehimiet kompatibbli mad-WTO, li għandhom l-għan li jappoġġjaw l-integrazzjoni reġjonali permezz tal-iżvilupp tal-kummerċ, tat-tkabbir sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar filwaqt li jippromwovu l-integrazzjoni gradwali tal-ekonomiji tal-AKP fl-ekonomija dinjija;

C.

billi l-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles u ż-Żimbabwe huma firmatarji tal-Ftehim ta’ Cotonou; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa element essenzjali tal-ftehim ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp bejn l-UE u l-pajjiżi tal-AKP;

D.

billi l-ftehimiet interim ta' sħubija ekonomika (FISE) jistgħu jitqiesu bħala l-ewwel pass fit-triq lejn FSEs sħaħ, grazzi għall-inklużjoni mhux biss tar-regoli dwar il-kummerċ fi prodotti iżda ukoll ta' kapitoli dwar ir-regoli tal-oriġini u l-protezzjoni tal-industrija naxxenti;

E.

billi d-dispożizzjonijiet dwar il-governanza tajba, it-trasparenza ta' karigi politiċi u d-drittijiet tal-bniedem, bi qbil mal-Artikoli 8, 11(b), 96 u 97 tal-Ftehim ta' Cotonou, tqiesu li kienu parti minn dan il-FISE bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa waħda u s-Seychelles, il-Madagaskar, il-Mawrizju u ż-Żimbabwe fuq in-naħa l-oħra;

F.

billi, għalkemm is-sitwazzjoni attwali fiż-Żimbabwe fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija uriet sinjali ta' titjib, għad fadal bosta sfidi għall-kooperazzjoni futura bejn l-Unjoni u ż-Żimbabwe, b'mod partikolari rigward l-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim Politiku Globali (GPA) u t-tmiem ta' kwalunkwe forma ta' abbuż u ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem;

G.

billi l-irkupru ekonomiku taż-Żimbabwe għadu fraġli u ċerti politiki tal-istat għadhom jirrappreżentaw theddida għar-relazzjonijiet ekonomiċi tal-ġejjieni bejn l-Unjoni u ż-Żimbabwe;

H.

billi ż-Żimbabwe qed juri ksur sfaċċat tal-ftehimiet internazzjonali u għal-liġijiet nazzjonali tiegħu billi qed ikompli jħalli l-bejgħ illegali tal-avorju tal-iljunfanti;

1.

Jirrimarka li l-UE għandha tippromwovi l-kummerċ ġust bejnha stess u l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fuq il-bażi ta’ rispett sħiħ u garanzija tal-istandards tax-xogħol u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ILO, u għandha tiżgura l-applikazzjoni tal-ogħla standards soċjali u ambjentali possibbli; hu tal-fehma li dan jinkludi li jitħallas prezz ġust għar-riżorsi u għall-prodotti agrikoli ġejjin minn pajjiżi li qed jiżviluppaw;

2.

Jenfasizza d-dħul fis-seħħ provviżorju tal-FISE bħala pass importanti fit-triq lejn it-tisħiħ tas-sħubija bejn l-UE u l-erba' pajjiżi Afrikani kkonċernati, fl-ambitu ta' qafas legali stabbli; jissottolinja l-importanza tan-negozjati kontinwi sabiex jintlaħaq ftehim sħiħ li jkollu l-għan li jħeġġeġ kummerċ miftuħ u ġust, investiment u intergrazzjoni reġjonali;

3.

Iqis id-dħul fis-seħħ tal-Att tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem fiż-Żimbabwe bħala pass inkoraġġanti mill-gvern bil-għan li titjieb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'dak il-pajjiż u bħala pass 'il quddiem bħala parti mill-pjan direzzjonali miftiehem għal elezzjonijiet paċifiċi u kredibbli;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni tintensifika n-negozjati mas-seba' pajjiżi li fadal tar-reġjun u tadotta approċċ li jiffaċilita l-iżvilupp li jkun bi qbil kemm mal-objettivi u l-prijoritajiet strateġiċi tar-reġjun u l-pajjiżi fih u f'konformità mar-regoli tad-WTO;

5.

Jesprimi t-tħassib tiegħu, madankollu, dwar l-abbużi kontinwi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fiż-Żimbabwe, li qegħdin ixekklu l-impenji meħuda mill-Gvern ta' Unità Nazzjonali taż-Żimbabwe tul dawn l-aħħar snin, u b'mod partikolari dwar l-inċidenti riċenti ta' abbuż tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ta' ġurnalisti u ta' membri tas-soċjetà ċivili fiż-Żimbabwe; jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li ħadd ma jkun soġġett għal abbuż jew intimidazzjoni għaliex ikun indirizza kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem;

6.

Jiddeplora n-nuqqas ta' klawżola b'saħħitha favur id-drittijiet tal-bniedem fl-IEPA, u jtenni t-talba tiegħu li l-ftehimiet kummerċjali konklużi mill-UE jinkludu klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem li jkunu vinkolanti; jiddispjaċih dwar l-ommissjoni ta' kapitolu dwar l-iżvilupp sostenibbli u l-ħtieġa tar-rispett tal-istandards internazzjonali dwar ix-xogħol u l-ambjent.

7.

Jenfasizza li l-libertà ta' għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni huma elementi essenzjali tad-demokrazija u li għalihom iż-Żimbabwe impenja ruħu bis-sħiħ skont il-GPA; jiġbed l-attenzjoni għall-proċedura ta' approvazzjoni attwali, u jenfasizza li r-ratifika tal-FISE mal-Unjoni Ewropea bħala opportunità ulterjuri biex itenni l-bżonn ta' implimentazzjoni sħiħa ta' dawk l-impenji u l-obbligi;

8.

Jenfasizza li fiċ-ċirkostanzi attwali għandha tinżamm is-sospensjoni tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE (skont l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou), iżda l-UE għandha żżomm l-impenn tagħha għall-appoġġ tal-popolazzjoni lokali;

9.

Jappoġġja l-miżuri mmirati attwalment fis-seħħ fl-UE, li jirrappreżentaw reazzjoni għas-sitwazzjoni tad-drittijiet politiċi u tal-bniedem fiż-Żimbabwe, b'deċiżjonijiet annwali li jippermettu lill-UE żżomm il-monitoraġġ kostanti ta' elementi prominenti fil-Gvern taż-Żimbabwe; barra minn hekk, jenfasizza, li dawn il-miżuri ma għandhomx jiġu effettwati mill-FISE;

10.

Jistieden lill-Gvern Żimbabwen jieħu l-passi meħtieġa, inklużi r-restawrazzjoni tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u, b’mod partikolari, referendum kostituzzjonali li jkun paċifiku u kredibbli u tħejjijiet elettorali li jissodisfaw standards internazzjonali rikonoxxuti, ħalli l-miżuri intenzjonati jkunu jistgħu jiġu sospiżi;

11.

Itenni r-rieda tiegħu li juża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tiegħu f'każ li jkun hemm taħsir sinifikanti tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inkuż, inter alia, billi jikkunsidra l-użu tad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 65 tal-Ftehim (l-hekk imsejħa klawsola “ta' nuqqas ta' eżekuzzjoni”);

12.

Jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE f'Ħarare biex tkompli toffri l-assistenza tagħha lill-Gvern ta' Unità Nazzjonali taż-Żimbabwe sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem bil-għan li jkun hemm elezzjonijiet paċifiċi u kredibbli bi qbil mal-istandards li l-UE tippretendi minn kwalunkwe wieħed tas-sieħba kummerċjali tagħha;

13.

Jistieden lill-Gvern taż-Żimbabwe biex jinforza l-identifikazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' dawk li jkunu implikati fl-esportazzjoni illegali jew fil-kummerċ tal-avorju, u, barra minn hekk, biex iżid it-trasparenza tal-industriji tal-estrazzjoni taż-Żimbabwe, sabiex jiżgura l-ġid miksub mill-isfruttament legali tar-riżorsi naturali tal-pajjiż ikun ġustifikat kif xieraq u jkun ta' benefiċċju għaċ-ċittadini kollha taż-Żimbabwe;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Gvern u lill-Parlament taż-Żimbabwe u lill-gvernijiet tal-Komunità għall-Iżvilupp tal-Afrika tan-Nofsinhar.


(1)  ĠU C 117 E, 6.5.2010, p. 129.

(2)  ĠU L 54, 28.2.2012, p. 20.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/92


P7_TA(2013)0026

Il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (2012/2920(RSP))

(2015/C 440/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikolu 109 tiegħu,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (COM(2012)0725),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (COM(2012)0730),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE” (COM(2012)0209),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni adottata fid-98 sessjoni plenarja tiegħu, li saret fid-29 ta' Novembru 2012,

wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15/2011 bit-titolu “Il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw il-ġestjoni effettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat?”,

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (1) (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim Qafas”), b'mod partikolari l-paragrafu 15 tiegħu,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (O-000213/2012 – B7-0102/2013),

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Kummissjoni ppreżentat proposti għal żewġ regolamenti li jimplimentaw il-programm għall-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, bl-Artikolu 109 tat-TFUE bħala l-bażi legali tagħhom; billi din il-bażi legali tipprevedi biss konsultazzjoni tal-Parlament, u mhux kodeċiżjoni;

B.

billi l-objettiv tal-proposti huwa li r-riżorsi jiġu ffukati fuq il-valutazzjoni ta' każijiet aktar serji ta' għajnuna pjuttost milli jittrattaw każijiet anqas serji u ilmenti minuri li ma jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri;

C.

billi l-proposti, u b'mod partikolari l-emenda għar-Regolament proċedurali (KE) Nru 659/1999, jikkonċernaw il-modalitajiet għall-kontroll mill-Kummissjoni tad-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-awtoritajiet nazzjonali u lokali eletti u, għalhekk, hemm każ qawwi favur li s-superviżjoni demokratika ta' dawn it-testi tiġi eżerċitata mill-Parlament;

D.

billi l-Parlament għandu jkun assoċjat fit-tħejjija ta' tali proposti, kif previst fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;

1.

Jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat u l-proposti ġodda tal-Kummissjoni għal regolamenti; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-istimolar tat-tkabbir ekonomiku, bħala wieħed mill-għanijiet ġenerali ta' din ir-riforma, mhuwiex se jwassal għal żieda fid-dejn pubbliku;

2.

Jisħaq fuq il-ħtieġa għal għajnuna mill-Istat li tkun iċken iżda mmirata aħjar u li toħloq anqas domanda għall-infiq pubbliku u li ma tikkaġunax distorsjoni tal-kompetizzjoni, filwaqt li tappoġġa t-tranżizzjoni lejn ekonomija tal-għarfien;

3.

Jenfasizza li l-għajnuna mill-Istat trid tkun imfassla b'mod li jixpruna l-iżvilupp tas-servizzi, l-għarfien u l-infrastruttura per se, pjuttost milli tappoġġa lil kumpaniji speċifiċi;

4.

Jisħaq fuq il-fatt li r-rwol ewlieni tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat huwa li jiżgura parità ta' kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq intern; jilqa' l-pakkett għall-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat bħala pedament tal-proċess li għaddej bħalissa ta' modernizzazzjoni tal-politika tal-kompetizzjoni; jappella sabiex dan il-pakkett ta' riformi jiġi implimentat fil-ħin;

5.

Jagħraf ir-rwol li taqdi l-għajnuna mill-Istat fl-indirizzar tal-kriżi, permezz ta' reġim speċjali għall-kriżijiet; jagħraf ukoll li l-użu u l-kontroll xieraq tal-għajnuna mill-Istat se jkollhom sehem importanti fl-ilħiq tal-għanijiet tal-istrateġija għat-tkabbir UE 2020;

6.

Jenfasizza li l-politika tal-kompetizzjoni trid tippermetti appoġġ xieraq mill-Istat għall-bidla ekoloġika tal-ekonomija, b'mod partikolari fir-rigward tas-sorsi rinnovabbli u l-effiċjenza enerġetika, u li dawn il-linji gwida ġodda għandhom ikunu msejsa fuq din il-premessa;

7.

Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-proċeduri relatati mal-għajnuna mill-Istat għandhom bżonn jitħaffu biex tkun tista' ssir enfasi akbar fuq każijiet ikkumplikati li jista' jkollhom effetti serji fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern; jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tgħolli l-livell ta' diskrezzjoni tagħha hija u tiddeċiedi kif tindirizza l-ilmenti; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ kriterji dettaljati biex il-każijiet importanti jkunu jistgħu jingħażlu minn oħrajn anqas importanti f'dan il-kuntest; jindika li modi xierqa kif jistgħu jsiru tali distinzjonijiet ikunu billi jogħlew il-livelli limitu għar-Regolament De Minimis u li jitwessgħu l-kategoriji orizzontali fir-Regolament ta' Awtorizzazzjoni u r-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa;

8.

Jinnota li dawn l-objettivi diġà ġew stabbiliti f'diversi okkażjonijiet fl-imgħoddi u ffurmaw il-bażi għal reviżjonijiet passati tal-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda jidher li ma ntlaħqux għalkollox, peress li issa hemm bżonn ta' dawn il-proposti ġodda;

9.

Jesprimi t-tama li, f'din l-okkażjoni, il-proposti jilħqu l-objettivi stabbiliti, mingħajr ma jaqtgħu qalb il-petizzjonanti milli jiġbdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-każijiet serji ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni;

10.

Jinnota l-intenzjoni ġenerali tal-Kummissjoni li teżenta aktar miżuri mir-rekwiżit ta' notifika; jinnota, b'mod partikolari, li l-proposta tal-Kummissjoni tinkludi l-kopertura mir-Regolament ta' Awtorizzazzjoni tal-għajnuna mogħtija lill-kultura u l-għajnuna maħsuba biex tikkumpensa l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali; jenfasizza, madankollu, li l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw il-konformità ex ante mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ta' miżuri de minimis u skemi ta' eżenzjoni ġenerali sabiex jippreservaw livell suffiċjenti ta' kontroll, filwaqt li l-Kummissjoni se tibqa' teżerċita l-kontroll ex post ta' tali każijiet; jenfasizza li dan ma jridx iwassal għal żieda fl-għajnuna mill-Istat; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jkun hemm tnaqqis tal-għajnuna mill-Istat fuq perjodu twil;

11.

Jisħaq fuq il-fatt li l-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura skambju aħjar mal-Istati Membri f'termini ta' kwalità u puntwalità tat-tressiq tal-informazzjoni u t-tħejjija tan-notifiki; jenfasizza li sistemi nazzjonali effikaċi jridu jiżguraw li l-miżuri ta' għajnuna mill-Istat eżentati mill-obbligu ta' notifika ex ante jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE;

12.

Jinnota li s'issa l-informazzjoni rilevanti għall-każijiet ta' kontroll tal-għajnuna mill-Istat ingħatat esklużivament mill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hux se jkun hemm aktar bżonn għal riżorsi umani addizzjonali sabiex testendi l-għodod tagħha maħsuba għall-ġbir tal-informazzjoni u sabiex tkun tista' tibda tirċievi l-informazzjoni direttament mill-parteċipanti fis-suq;

13.

Jinsab imħasseb bis-sħiħ minħabba li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-Kummissjoni ma tipprovax tidentifika sistematikament miżuri ta' għajnuna mingħajr notifika jew tivvaluta l-impatt ex post tal-kontroll tagħha tal-għajnuna mill-Istat b'mod komprensiv; jitlob kjarifika ulterjuri rigward l-40 % tal-każijiet tal-għajnuna mill-Istat mogħtija skont ir-Regolament għal Eżenzjoni Sħiħa li jafu jkunu problematiċi; jisħaq fuq id-diffikultà partikolari li dan iqajjem għall-parteċipanti ġodda u għall-impriżi żgħar u medji, u l-effett ta' distorsjoni li dan għandu fuq il-kompetizzjoni;

14.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-kuntest tal-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, tindirizza l-kwistjonijiet hawn fuq imsemmija u tiżgura li t-tnaqqis eventwali tal-monitoraġġ ex ante tan-notifiki jkun ikkumpensat mill-kontroll ex post effikaċi u strett min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata konformità adegwata;

15.

Jiddispjaċih li l-bażi legali għall-proposti ġodda, l-Artikolu 109 tat-TFUE, tipprevedi biss il-konsultazzjoni tal-Parlament, u mhux il-kodeċiżjoni f'konformità ma' oqsma oħrajn tal-integrazzjoni tas-suq u r-regolazzjoni ekonomika wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona;

16.

Jemmen li dan id-defiċit demokratiku ma jistax jiġi ttollerat fir-rigward ta' proposti li jikkonċernaw il-mezzi ta' superviżjoni mill-Kummissjoni ta' deċiżjonijiet u atti li jsiru mill-awtoritajiet nazzjonali u lokali, speċjalment rigward servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali b'rabta mad-drittijiet fundamentali;

17.

Jipproponi li dan id-defiċit jingħeleb permezz ta' arranġamenti interistituzzjonali u jiġi korrett fi kwalunkwe bidla futura fit-Trattati;

18.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex, sadanittant, iqisu kemm jista' jkun il-proposti għal emenda li l-Parlament iressaq fil-proċedura ta' konsultazzjoni;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/94


P7_TA(2013)0027

Vittmi ta' nirien li seħħew reċentement f'fabbriki tat-tessuti, b'mod partikolari fil-Bangladexx

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar vittmi ta' nirien li seħħew reċentement f'fabbriki tat-tessuti, b'mod partikolari fil-Bangladexx (2012/2908(RSP))

(2015/C 440/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni KE-Bangladexx tal-2001,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali u ambjentali fil-ftehimiet kummerċjali internazzjonali (1) u dwar ir-responsabilità soċjali korporattiva fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) bl-isem “Globalising Social Rights: The International Labour Organisation and beyond” (Il-Globalizzazzjoni tad-Drittijiet Soċjali: l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u lil hinn minnha),

wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO bl-isem “Labour in the Global South: Challenges and alternatives for workers” (Ix-Xogħol fin-Nonfsinhar Globali: sfidi u alternattivi għall-ħaddiema),

wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO bl-isem “Globalisation, Flexibilisation and Working Conditions in Asia and the Pacific” (Il-Globalizzazzjoni, il-Flessibilizzazzjoni u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol fl-Asja u fil-Paċifiku),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Marzu 2011 dwar politika industrijali għall-era globalizzata (3),

wara li kkunsidra l-Linji gwida aġġornati tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali tal-2011,

wara li kkunsidra l-Qafas Promozzjonali tal-ILO għas-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (2006, C-187) u l-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (1981, C-155), li għadhom ma ġewx ratifikati mill-Bangladexx u l-Pakistan, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tagħhom (R-197); wara li kkunsidra wkoll il-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol (1947, C-081), li l-Bangladexx u l-Pakistan huma firmatarji tagħha, u r-rakkomandazzjonijiet tagħha (R-164),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bl-isem “Strateġija rinnovata tal-UE 20112014 għar-Responsabilità Soċjali Korporattiva” (COM(2011)0681),

wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi mietu tal-anqas 112-il ruħ fin-nirien fil-fabbrika Tazreen, fid-distrett ta' Ashulia, f'Daka, il-Bangladexx fl-24 ta' Novembru 2012 u 289 ruħ mietu f'nar f'Karachi, il-Pakistan, f'Settembru 2012;

B.

billi mijiet ta’ ħaddiema jisfaw maqtula f’inċidenti simili fin-Nofsinhar tal-Asja, bil-mewt ta' madwar 600 ħaddiem tas-settur tal-ilbies f’nirien tal-fabbriki fil-Bangaladexx waħdu mill-2005 ‘l hawn, nirien li bosta minnhom setgħu ġew ipprevenuti;

C.

billi l-kundizzjonijiet fil-fabbriki tat-tessuti ta’ sikwit ikunu ħżiena, bi ftit li xejn kunsiderazzjoni għal drittijiet tax-xogħol bħal dawk rikonoxxuti mill-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO, u spiss bi ftit li xejn attenzjoni għas-sikurezza kontra n-nirien; billi ħafna sidien ta' fabbriki ta' dan it-tip ma ġewx ikkastigati u għaldaqstant ftit li xejn għamlu biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

D.

billi hemm aktar minn 5 000 fabbrika tat-tessuti fil-Bangladexx, li jimpjegaw madwar 3,5 miljun ruħ, filwaqt li l-Bangladexx huwa t-tieni l-akbar esportatur ta' lbies lest fid-dinja, biċ-Ċina biss akbar minnu;

E.

billi s-suq Ewropew huwa l-akbar destinazzjoni għall-esportazzjoni ta' lbies u prodotti tat-tessuti mill-Bangladexx, filwaqt li kumpaniji prominenti tal-Punent ammettew li kellhom kuntratti ma' sidien il-fabbrika Tazreen għall-forniment ta' lbies;

F.

billi, minħabba ż-żieda fil-kostijiet tax-xogħol f'partijiet oħra tad-dinja, ix-xogħol ta' manifattura b'ħiliet baxxi mar lejn l-Indja, il-Pakistan, il-Kambodja, il-Vjetnam u, b'mod partikolari, il-Bangladexx, fejn l-ilbies issa jirrappreżenta 75 % tal-esportazzjonijiet;

G.

billi huwa deplorevoli li xi kumpaniji inizjalment ipprovaw jiċħdu li jaħdmu mal-kumpanija involuta fin-nirien ta' Daka, u kien biss iktar tard li ammettew li l-ilbies tagħhom kienu prodotti fis-sit;

H.

billi f'dawn l-aħħar xhur intensifikaw it-tensjonijiet bejn il-Gvern tal-Bangladexx u l-attivisti fil-qasam tax-xogħol, bil-ħaddiema jipprotestaw kontra l-pagi baxxi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena tagħhom;

I.

billi l-qtil f'April 2012 ta' Aminul Islam, li kien ikkritika l-kundizzjonijiet perikolużi fil-fabbriki tal-industrija tal-ilbies fil-Bangladexx, għadu ma ġiex solvut;

1.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-imwiet li seħħew fin-nirien reċenti fil-fabbriki; jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji ta’ dawk li mietu jew sfaw midruba; iqis li l-għadd ta’ ħaddiema li mietu f’nirien tal-fabbriki f’dawn l-aħħar snin fin-Nofsinhar tal-Asja huwa għalkollox inaċċettabbli;

2.

Jistieden lill-Gvernijiet tal-Bangladexx u l-Pakistan biex ikomplu jinvestigaw il-ġrajjiet reċenti bir-reqqa u jimplimentaw miżuri ħalli ma jħallux li jerġgħu jseħħu traġedji ta’ dan it-tip, inkluża ottemperanza sħiħa tal-manifatturi kollha mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza (b’mod partikolari l-Att dwar ix-Xogħol (2006) tal-Bangladexx) u l-istabbiliment ta’ sistema effikaċi u indipendenti ta’ spezzjonijiet tax-xogħol u spezzjonijiet ta’ binjiet industrijali;

3.

Jilqa' l-Ftehim dwar is-Sikurezza tal-Binjiet u ta’ kontra n-Nirien fil-Bangladexx milħuq bejn għadd ta’ trejdjunjins, NGOs u bejjegħa multinazzjonali tat-tessuti, immirat lejn it-titjib tal-istandards ta' sikurezza fis-siti ta' produzzjoni u li fih jaċċettaw li jħallsu għal miżuri ta’ dan it-tip, b'mod partikolari billi jistabbilixxu sistema indipendenti ta' ispezzjoni u billi jsostnu attivament il-ħolqien ta' “kumitati tas-saħħa u s-sikurezza” li jinvolvu rappreżentanzi tal-ħaddiema f'kull fabbrika, li huma obbligatorji skont il-liġi imma rarament ikunu operattivi; jistieden lill-marki kollha relevanti tat-tessuti biex jirfdu dan l-isforz;

4.

Iħeġġeġ lill-persuni interessati kollha biex jiġġieldu kontra l-korruzzjoni fil-katina tal-provvista, korruzzjoni li hija evidenti f’bosta nazzjonijet tan-Nofsinhar tal-Asja, inkluża l-kollużjoni bejn spetturi tas-sikurezza u sidien tal-fabbriki; jitlob li jsir aktar biex prattiki bħal dawn jiġu miġġielda;

5.

Jistenna li dawk kollha responsabbli għal negliġenza kriminali u għal attivitajiet kriminali oħra bi rbit man-nirien jitressqu quddiem il-qrati, u li l-awtoritajiet lokali u l-maniġment tal-fabbriki jikkooperaw biex jiggarantixxu li s-sistema tal-ġustizzja jkollha aċċess sħiħ għall-vittmi kolha, ħalli jkunu jistgħu jirreġistraw talbiet għal kumpens; jilqa’ l-passi li diġà ttieħdu mill-Gvernijiet tal-Bangladexx u l-Pakistan biex jappoġġjaw il-vittmi u l-familji tagħhom;

6.

Jilqa’ l-azzjoni ta’ dawk in-negozji Ewropej li diġa kkontribwew għal skemi ta’ kumpens għall-vittmi u l-familji tagħhom, u jħeġġeġ lil persuni oħra biex jimxu fuq l-eżempju tagħhom; jitlob li l-midruba jingħataw riabilitazzjoni medika b’xejn, u li l-familjari dipendenti tal-ħaddiema li nqatlu jingħataw il-kura;

7.

Jistieden lid-ditti tal-ilbies Ewropej biex jinvestigaw bir-reqqa l-ktajjen ta’ provvista tagħhom u jikkooperaw mas-sottokuntratturi tagħhom biex isaħħu l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol; jistieden lill-bejjiegħa, lill-NGOs u lill-atturi l-oħra kollha involuti, inkluża lill-Kummissjoni skont ma jkun f’loku, biex jaħdmu flimkien sabiex jikkunsidraw l-iżvilupp ta’ standard ta’ tikkettar li jiċċertifika li prodott ikun ġie manifatturat b’konformità mal-istandards ċentrali tax-xogħol tal-ILO;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi attivament mġiba kummerċjali responsabbli obbligatorja fost il-kumpaniji tal-UE li joperaw barra, b'attenzjoni speċjali għall-iżgurar ta' ottemperanza stretta mal-obbligi legali kollha tagħhom, b'mod partikolari mal-istandards u r-regoli internazzjonali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem, ix-xogħol u l-ambjent;

9.

Jilqa’ l-inizjattivi li qed toħroġ attwalment il-Kummissjoni Ewropea bl-għan li tirfed it-titjib tas-sikurezza tal-fabbriki fil-Bangladexx, pereżempju permezz tal-proġett “Il-Promozzjoni ta’ Standards tax-Xogħol fis-settur tal-Ilbies Lest” kif ukoll il-ħidma konġunta mas-Servizz tat-Tifi tan-Nar u d-Direttorat għall-Protezzjoni Ċivili tal-Bangladexx; jitlob li din il-kooperazzjoni tissaħħaħ u titwessa’ għal pajjiżi oħra fir-reġjun, skont ma jkun f’loku;

10.

Ifakkar fil-ħtieġa għal implimentazzjoni konsistenti tat-tmien konvenzjonijiet ċentrali tal-ILO; jissottolinja l-importanza ta' dispożizzjonjiet robusti fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza għall-ħaddiema, irrispettivament mill-pajjiżi li fih ikunu qed jaħdmu;

11.

Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex tiżgura li l-uffiċjali tal-UE responsabbli għall-kummerċ, jekk ikunu bbażati fid-delegazzjonijiet tal-UE, jingħataw taħriġ regolari dwar kwistjonijiet ta' responsabilità soċjali korporattiva, b'mod partikolari rigward l-implimentazzjoni tal-Qafas tan-NU “Protezzjoni, Rispett u Rimedju”, u li d-delegazzjonijiet tal-UE jiffunzjonaw bħala punti ta' kuntatt tal-UE għall-ilmenti dwar kumpaniji tal-UE u sussidjarji tagħhom;

12.

Jinnota r-rwol importanti li jista’ jkollhom il-ħaddiema u t-trejdjunjins, pereżempju l-iżvilupp kontinwu ta’ kumitati tas-sikurezza mmexxija mill-ħaddiema fil-fabbriki kollha, u l-importanza ta’ aċċess għall-fabbriki min-naħa tat-trejdjunjins biex jedukaw lill-ħaddiema dwar kif jistgħu jipproteġu d-drittijiet u s-sikurezza tagħhom, inkluż id-dritt tagħhom li jirrifjutaw xogħol mhux sikur;

13.

Jilqa' l-isforzi li bihom il-Bangladexx irnexxielu jnaqqas ix-xogħol tat-tfal fis-settur tal-ilbies u jħeġġeġ lill-Pakistan biex jintensifika l-impenn tiegħu kontra x-xogħol tat-tfal;

14.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Bangladexx biex jinvestigaw debitament it-tortura u l-qtil tal-attivist tad-drittijiet tax-xogħol Aminul Islam, u jistieden liż-żewġ Gvernijiet tal-Bangaladexx u tal-Pakistan biex itemmu r-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet trejdjunjinistiċi u fuq in-negozjar kollettiv;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati membri, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Pakistan u tal-Bangladexx u lid-Direttir Ġenerali tal-ILO.


(1)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 31.

(2)  ĠU C 99 E, 3.4.2012, p. 101.

(3)  ĠU C 199 E, 7.7.2012, p. 131.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/97


P7_TA(2013)0028

Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar ir-Rakkomandazzjonijiet tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni rigward l-istabbiliment ta' Lvant Nofsani ħieles mill-armi ta' qerda massiva (2012/2890(RSP))

(2015/C 440/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-24 ta' Novembru 2012 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà/il-Viċi President tal-Kummissjoni, Catherine Ashton, dwar il-posponiment tal-Konferenza ta’ Ħelsinki li tittratta l-istabbiliment ta’ żona ħielsa mill-armi ta’ qerda massiva fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra r-rapport ta' progress ta' kull sitt xhur dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva (2012/I) (1) ta' Awwissu 2012,

wara li kkunsidra t-tliet seminars tal-UE dwar “Is-Sigurtà tal-Lvant Nofsani”, “In-Nonproliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva” u “Id-Diżarm” li saru f'Pariġi f’Ġunju 2008, l-ewwel Seminar tal-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni dwar il-Lvant Nofsani li sar fi Brussell fis-6 u s-7 ta' Lulju 2011, u t-tieni Seminar tal-Konsorzju tal-UE għan-Nonproliferazzjoni dwar il-Lvant Nofsani li sar fil-5 u s-6 ta' Novembru 2012, bil-għan li jħejju għall-konferenza tan-NU dwar żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Qerda Massiva, li ġiet adottata mill-Kunsill Ewropew fit-12 ta' Diċembru 2003,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/422/PESK tat-23 ta' Lulju 2012 li tappoġġa proċess li jwassal għall-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi kollha l-oħra ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-26 ta’ Frar 2004 (2), tal-10 ta’ Marzu 2005 (3), tas-17 ta’ Novembru 2005 (4) u tal-14 ta’ Marzu 2007 (5) dwar in-nonproliferazzjoni nukleari u d-diżarm nukleari, u tal-10 ta’ Marzu 2010 (6) dwar Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari fir-reġjun tal-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tas-6 ta' Ottubru 2010 dwar ir-riskju ta' proliferazzjoni nukleari fil-Lvant Nofsani,

wara li kkunsidra d-dokument finali tal-Konferenza għar-Reviżjoni tal-2010 tal-Partijiet għat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Samit ta' Pariġi għall-Mediterran tat-13 ta' Lulju 2008,

wara li kkunsidra l-Artikolu 110(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Konferenza dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi l-oħrajn kollha ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani, ippjanata għal Diċembru 2012, ġiet posposta;

B.

billi l-kanċellazzjoni tal-konferenza dwar żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani, prevista fil-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari tal-2010, tista' tħalli impatt negattiv fuq is-sigurtà reġjonali u l-isforzi internazzjonali ta' denuklearizzazzjoni;

C.

billi t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u tal-Armi ta' Qerda Massiva huwa l-pedament tas-sigurtà internazzjonali; u billi l-aktar prijoritajiet urġenti għas-sigurtà huma li stati addizzjonali ma jitħallewx jiksbu jew jużaw armi nukleari, li jonqsu l-ħażniet globali u li jsir progress lejn dinja mingħajr armi nukleari;

D.

billi fid-dokument finali tal-Konferenza għar-Reviżjoni tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni Nukleari tal-2010 hemm ftehim li fl-2012 tissejjaħ konferenza dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi l-oħrajn ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani, u billi tali progress huwa meħtieġ b'urġenza sabiex tiġi affermata mill-ġdid il-validità tat-Trattat tan-Nonproliferazzjoni;

E.

billi t-tħejjijiet għal din il-konferenza ilhom għaddejjin minn meta Jaako Laajava, is-Sottosegretarju tal-Istat Finlandiż, inħatar bħala faċilitatur għal din il-Konferenza;

F.

billi għal reġjuni oħra madwar id-dinja, jiġifieri l-Amerika Latina u l-Karibew, in-Nofsinhar tal-Paċifiku, ix-Xlokk tal-Asja, l-Afrika u l-Asja Ċentrali, jeżistu diġà numru ta' trattati b'rabta ma' żoni ħielsa mill-armi nukleari; billi l-awtodikjarazzjoni tal-Mongolja bħala żona ħielsa mill-armi nukleari ġiet rikonoxxuta permezz tal-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar is-sigurtà internazzjonali tal-Mongolja u l-istatus tagħha bħala żona ħielsa mill-armi nukleari; billi jeżistu trattati oħrajn li jindirizzaw ukoll id-denuklearizzazzjoni ta' ċerti żoni, bħat-Trattat tal-Antartika, it-Trattat dwar l-Ispazju Extraatmosferiku, il-Ftehim dwar il-Qamar u t-Trattat dwar Qiegħ il-Baħar;

G.

billi l-UE tħeġġeġ lill-istati kollha tar-reġjun ikomplu bl-impenn kostruttiv tagħhom mal-faċilitatur sabiex jieħdu inizjattivi ulterjuri biex jiġu eliminati kompletament l-armi kollha ta' qerda massiva, kemm jekk nukleari, kimiċi jew bijoloġiċi, mir-reġjun, kif ukoll is-sistemi ta' kunsinna tagħhom;

H.

billi l-Unjoni Ewropea u l-membri kollha tas-Sħubija Ewro-Mediterranja impenjaw ruħhom fid-dikjarazzjoni ta' Barċelona tal-1995 favur l-għan li jippromwovu l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani; billi l-UE tappoġġa l-isforzi tal-faċilitatur u l-għan li jiġi promoss l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani, partikolarment permezz tal-“Konsorzju għan-Nonproliferazzjoni” u sensiela ta' seminars dwar is-suġġett, bħal dawk organizzati fl-2008, fl-2011 u f'Novembru 2012;

I.

billi l-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti huma l-koparrini tar-Riżoluzzjoni dwar il-Lvant Nofsani, adottata fl-1995 fil-qafas tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-1995, kif ukoll Stati depożitarji tat-Trattat;

J.

billi s-sitwazzjoni politika fir-reġjun għadha instabbli ħafna, b'taqlib u b'tibdiliet politiċi drammatiċi li qed iseħħu fil-Lvant Nofsani, fosthom eskalazzjoni tal-kunflitt fis-Sirja, l-impass mal-Iran u t-tensjoni dejjem tikber bejn l-Iżrael u l-Palestina u l-pajjiżi ġirien;

K.

billi l-UE tappoġġa t-tħejjijiet li qed isiru bħalissa għall-konferenza, bil-parteċipazzjoni tal-istati kollha tar-reġjun, u fid-dawl ta' riżultat ta' suċċess, fl-isfond tat-taqlib u l-bidla politika li qed iseħħu fil-Lvant Nofsani;

L.

billi t-talba tal-Moviment Mhux Allinjat għall-istabbiliment rapidu ta' żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani hija pass ta' prijorità lejn l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fir-reġjun;

1.

Jiddeplora l-posponiment tal-Konferenza dwar l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari u mill-armi l-oħrajn ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani, li l-Konferenza għar-Reviżjoni tal-2010 tat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari kienet skedat għall-2012;

2.

Jilqa' r-rwol tan-Nazzjonijiet Uniti fl-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari verifikabbli b'mod reċiproku; jinnota li mhux l-istati kollha tar-reġjun huma partijiet għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari;

3.

Iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-faċilitatur tan-NU, lill-parrini tar-Riżoluzzjoni tal-1995 dwar il-Lvant Nofsani, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri tal-UE biex jiżguraw li l-Konferenza tal-2012 issir mill-aktar fis possibbli fl-2013;

4.

Jemmen bis-sħiħ li l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari fir-reġjun tal-Lvant Nofsani jsaħħaħ bi kbir il-paċi u l-istabbiltà internazzjonali, u jaf ikun ta' eżempju u pass pożittiv 'il quddiem għall-kampanja Global Zero;

5.

Jistieden lill-VP/RGħ Catherine Ashton biex tiżgura li l-Unjoni Ewropea tibqa' impenjata b'mod attiv fl-appoġġ ta' dan il-proċess, b'mod partikolari permezz tal-inkoraġġiment diplomatiku attiv tal-partijiet kollha kkonċernati sabiex jipparteċipaw b'mod kostruttiv u b'rieda politika msaħħa fin-negozjati;

6.

Jilqa' l-parteċipazzjoni tal-UE fil-proċess lejn l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani; iqis li d-dikjarazzjonijiet ta' rieda tajba jirrappreżentaw l-ewwel pass sabiex tispiċċa s-sitwazzjoni staġnata attwali; huwa tal-fehma li soluzzjoni paċifika għall-kunflitti tal-Lvant Nofsani tista' toħloq il-fiduċja neċessarja għall-istabbiliment eventwali ta' żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani;

7.

Ifakkar lill-persuni interessati kollha dwar l-urġenza tal-kwistjoni, fid-dawl tal-kunflitt dwar il-programm nukleari tal-Iran u tan-negozjati dwaru, kif ukoll tal-gwerra ċivili fis-Sirja; ifakkar li l-Gvern Sirjan għadu jikkontrolla ħażna tal-armi kimiċi li hija fost l-aqwa u l-aktar perikolużi fid-dinja;

8.

Jistieden lill-pajjiżi kollha fir-reġjun biex jaderixxu mal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom u mal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi;

9.

Jenfasizza l-importanza tad-djalogu li għaddej bħalissa dwar żona ħielsa mill-armi ta' qerda massiva fil-Lvant Nofsani, bil-ħsieb li jiġu esplorati l-qafas wiesa' u l-passi proviżorji li jsaħħu l-paċi u s-sigurtà reġjonali; jenfasizza li l-konformità mas-salvagwardji komprensivi tal-IAEA (u protokoll addizzjonali), projbizzjoni fuq il-produzzjoni ta' materjal fissili għall-armi u fuq l-arrikkiment tal-uranju lil hinn mill-grad normali ta' fjuwil, l-adeżjoni mat-trattati li jipprojbixxu l-armi bijoloġiċi u kimiċi, u l-istabbiliment ta' żona ħielsa mill-armi nukleari fir-reġjun tal-Lvant Nofsani għandhom ikunu fost l-elementi ewlenin; jenfasizza li dawn il-miżuri jsaħħu bi kbir il-paċi u s-sigurtà internazzjonali;

10.

Jappella għal inizjattiva ġdida għall-bini tal-fiduċja fil-livell reġjonali, abbażi tal-eżempju tal-proċess ta’ Ħelsinki, bil-għan li jintlaħaq l-għan fit-tul li l-Lvant Nofsani jkun ħieles mill-kunflitti militari;

11.

Jitlob li l-VP/RGħ Catherine Ashton iżżomm lill-Parlament infurmat dwar kull żvilupp relatat mal-isforzi li għaddejjin bħalissa sabiex il-Konferenza tissejjaħ mill-ġdid wara li ġiet posposta mid-data ppjanata tagħha f'Diċembru 2012;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-faċilitatur, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti fil-Lvant Nofsani.


(1)  ĠU C 237, 7.8.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 98 E, 23.4.2004, p. 152.

(3)  ĠU C 320 E, 15.12.2005, p. 253.

(4)  ĠU C 280 E, 18.11.2006, p. 453.

(5)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 146.

(6)  ĠU C 349 E, 22.12.2010, p. 77.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/100


P7_TA(2013)0029

Regolament dwar marki tal-oriġini obbligatorji għal ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati fl-UE minn pajjiżi terzi. (2012/2923(RSP))

(2015/C 440/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi (COM(2005)0661 – C7-0048/2010 – 2005/0254 (COD)),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat tiegħu għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0273/2010),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari adottata fil-21 ta' Ottubru 2010 (1)

wara li kkunsidra l-anness għall-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titolu “Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2013”, tat-23 ta' Ottubru 2012 (COM(2012)0629),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet kollha preċedenti tiegħu dwar immarkar tal-oriġini,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fil-21 ta' Ottubru 2010 adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi b'525 vot favur għal 49 kontra, b’44 astensjoni,

B.

billi, għalkemm għaddew aktar minn sentejn, il-Kunsill għadu ma adottax il-pożizzjoni komuni tiegħu, u ħalla l-proċess ta' kodeċiżjoni fi stat ta' staġnar;

C.

billi fil-Programm ta' Ħidma tagħha g]all-2013 il-Kummissjoni tindika li, minbarra n-nuqqas ta' qbil fil-Kunsill, l-iżviluppi reċenti fl-interpretazzjoni legali tar-regoli tad-WTO mill-Korp ta’ Appell tal-organizzazzjoni rendew il-proposta tagħha antikwata;

D.

billi l-UE ma għandhiex fis-seħħ regoli armonizzati dwar id-dikjarazzjoni tal-oriġini ta' oġġetti importati, ħlief għal ċerti każijiet fis-settur agrikolu;

E.

billi skemi tal-immarkar tal-oriġini obbligatorji ġew implimentati għal ċerti prodotti minn pajjiżi terzi membri tad-WTO bħall-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċina u l-Istati Uniti;

F.

billi dispożizzjonijiet komuni huma meħtieġa biex itejbu l-kompetittività fost il-pajjiżi membri tad-WTO u jiżguraw ambjent b'kundizzjonijiet ekwi mal-produtturi f'dawk il-pajjiżi sħab ewlenin tal-UE li implimentaw immarkar tal-oriġini;

G.

billi l-informazzjoni hija waħda mill-pedamenti tal-libertà taċ-ċittadini u l-ħarsien tal-konsumatur;

1.

Jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira r-Regolament dwar l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' ċerti prodotti importati minn pajjiżi terzi, approvat fl-ewwel qari mill-Parlament, mingħajr ma informatu debitament fil-ħin u mingħajr ma pprovdiet spjegazzjoni dettaljata lill-koleġiżlaturi tal-iskop tagħha, qabel ma ħadet id-deċiżjoni;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, bħala alternattiv, tipproponi leġiżlazzjoni ġdida kompatibbli mad-WTO li tippermetti lill-UE tindirizza dawk il-kwistjonijiet oriġinarjament fil-mira tal-proposta inizjali;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tinforma lill-Parlament tal-kalendarju għall-azzjonijiet futuri neċessarji għar-rilanċ tal-proċess leġiżlattiv u biex jingħeleb l-istaġnar attwali;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni biex b'urġenza tibda studju komparattiv tar-regolamenti leġiżlattivi dwar immarkar tal-oriġini attwalment fis-seħħ u implimentat f'kull pajjiż membru tad-WTO, bil-għan li tanalizza l-prinċipji sottostanti u tewalva l-kompatibbiltà mar-regoli tad-WTO;

6.

Ifakkar, hekk kif għamel f'okkażjonijiet preċedenti, l-importanza li jiġi preżervat, bħala parti mill-kummerċ multilaterali, ambjent b'kundizzjonijiet ekwi bejn l-impriżi tal-UE u l-kompetituri tagħhom minn pajjiżi terzi u li jkun ikun hemm approċċ konsistenti sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumatur; jenfasizza li dan huwa importanti wkoll sabiex jagħtu valur lill-produzzjoni ta' kwalità għolja u lil standards ambjentali u soċjali fil-kuntest preżenti tal-kompetizzjoni globali, li huwa partikolarment relevanti għall-SMEs

7.

Jenfasizza l-ħtieġa li jintużaw il-mezzi kollha disponibbli – fl-livell reġjonali, nazzjonali kif ukoll tal-UE – b'mod aktar effiċjenti sabiex il-konsumaturi fis-suq uniku jkunu jistgħu jagħmlu għażliet ta' xiri aktar informati, inkluż permezz tal-edukazzjoni u billi titqajjem il-kuxjenza pubblika permezz tal-midja għall-massa;

8.

Jistieden lill-Kunsill jiddefinixxi l-pożizzjoni komuni tiegħu wara l-ewwel qari tal-Parlament sabiex jippermettu d-dibattitu interistituzzjonali normali;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 211.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/101


P7_TA(2013)0030

Is-sitwazzjoni attwali tar-relazzjonijiet kummerċjali UE-Mercosur

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar in-negozjati kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur (2012/2924(RSP))

(2015/C 440/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Communiqué Konġunt tar-IV Samit UE-Mercosur tas-17 ta' Mejju 2010,

wara li kkunsidra s-VI Samit UE-Amerika Latina u Karibew tat-18 ta' Mejju 2010,

wara li kkunsidra r-rilanċ tan-negozjati UE-Mercosur bl-objettiv li jintlaħaq Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ambizzjuż u bilanċjat bejn iż-żewġ partijiet,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali tal-UE mal-Amerika Latina (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-EuroLat tad-19 ta' Mejju 2011 dwar il-prospetti għar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina,

wara li kkunsidra l-aħħar rawnd ta’ negozjati, li sar fi Brasilia mit-22 sas-26 ta' Ottubru 2012,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Mercosur,

wara li kkunsidra l-Artikoli 115(5) u 110(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi n-negozjati kummerċjali bejn l-UE u l-Mercosur ġew varati mill-ġdid fl-2010 bl-objettiv li jintlaħaq ftehim komprensiv, ambizzjuż, bilanċjat u ta’ vantaġġ reċiproku;

B.

billi l-kummerċ bejn l-UE u l-Mercosur huwa kważi daqs dak kumplessiv mal-bqija tal-Amerika Latina; billi l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tal-Mercosur u l-akbar investitur fil-Mercosur; billi l-Mercosur tokkupa t-tmien post fil-klassifika tas-sħab kummerċjali tagħna; billi l-UE u l-Mercosur jirrappreżentaw ekonomiji komplementari (l-UE hija s-suq ewlieni tal-Mercosur għall-esportazzjoni agrikola tiegħu, filwaqt li l-esportazzjoni tal-UE lejn il-Mercosur fil-parti l-kbira tiffoka fuq prodotti u servizzi industrijali);

C.

billi dan il-Ftehim Interreġjonali jinvolvi 800 miljun ċittadin;

D.

billi mill-ewwel tħabbira tar-rilanċ tan-negozjati sal-lum saru disa’ rawnds ta’ negozjati;

E.

billi ż-żewġ reġjuni jikkondividu l-istess valuri u prinċipji, bħalma huwa impenn favur id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u d-demokrazija, kif ukoll ilsna komuni;

F.

billi l-UE għadha kemm approvat il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mal-Amerika Ċentrali u l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles (FTA) mal-Kolombja u mal-Perú, b’żieda fuq dawk iffirmati qabel maċ-Ċilì u mal-Messiku;

1.

Jenfasizza l-importanza ekonomika u politika tan-Negozjati bejn l-UE u l-Mercosur varati fl-2010 bl-objettiv li jintlaħaq ftehim bilanċjat, ġust, ambizzjuż, komprensiv u ta’ vantaġġ reċiproku fis-setturi kollha koperti bil-ftehim;

2.

Jenfasizza li l-kummerċ huwa wieħed mill-mezzi essenzjali disponibbli għal dawk li jfasslu l-politika biex iqawwu t-tkabbir ekonomiku u joħolqu l-impjiegi;

3.

Jappella għal kooperazzjoni aktar stretta bejn l-UE u l-Mercosur, u jemmen li integrazzjoni aktar fonda tal-ekonomiji Ewropej u tal-Mercosur tkun ta’ benefiċċju għaż-żewġ partijiet;

4.

Jinnota l-progress li sar fl-aħħar sentejn fuq il-parti normattiva tal-pilastru kummerċjali tal-ftehim;

5.

Jiddispjaċih dwar il-pass kajman tan-negozjati u li sal-lum ma sar l-ebda progress sostanzjali;

6.

Jemmen li, biex negozjati bħal dawn jirnexxu, jeħtieġ li ż-żewġ naħat jersqu għat-taħditiet bi spirtu ta’ ftuħ u fiduċja reċiproka u, minħabba f’hekk, jiddeplora l-miżuri protezzjonisti dwar il-kummerċ u l-investiment meħuda minn xi pajjiżi tal-Mercosur f’dawn l-aħħar xhur; jenfasizza l-ħtieġa li jinħoloq qafas stabbli għal aktar protezzjoni tal-investimenti;

7.

Itenni li huwa importanti li r-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt kif ukoll standards ambjentali u soċjali jiġu inklużi f’kull ftehim kummerċjali konkluż bejn l-UE u pajjiżi terzi, biex tintlaħaq aktar koerenza fl-azzjonijiet esterni, b’mod li jirrifletti l-interessi ekonomiċi tal-UE kif ukoll jippromwovi l-valuri fundamentali tagħha;

8.

Huwa tal-fehma li l-Laqgħa Ministerjali UE-Mercosur li jmiss, li għandha ssir fi tmiem Jannar 2013 b’mod parallel mas-Samit CELAC-UE f’Santiago, iċ-Ċilì, għandha titqies bħala opportunità maġġuri għat-teħid ta' impenji politiċi ċari u sinifikanti u għal aktar progress fin-negozjati;

9.

Iħeġġeġ, f’dan il-kuntest, liż-żewġ partijiet biex iġibu madwar il-mejda biżżejjed motivazzjoni politika u appoġġ politiku, biex ikunu jistgħu jimxu ‘l quddiem bl-iskambju ta’ offerti ambizzjużi biżżejjed ta’ aċċess għas-suq rigward prodotti, servizzi, investimenti u l-kapitoli l-oħra tal-pilastru kummerċjali tal-ftehim;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-pajjiżi tal-Mercosur u lill-Parlament tal-Mercosur (Parlasur).


(1)  ĠU C 81 E, 15.3.2011, p. 54.

(2)  ĠU C 70 E, 8.3.2012, p. 79.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/103


P7_TA(2013)0031

Il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-vjolenza fuq in-nisa fl-Indja (2013/2512(RSP))

(2015/C 440/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Indja, b'mod partikolari dik tat-13 ta' Diċembru 2012 (1) dwar id-diskrimazzjoni abbażi tal-kasta u dawk dwar ir-Rapporti Annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja, b'mod partikolari dawk tat-18 ta' April 2012 (2) u tat-13 ta' Diċembru 2012 (3); wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti numerużi tiegħu li jikkundannaw l-istupru u l-vjolenza sesswali f’pajjiżi madwar id-dinja,

wara li kkunsidra l-pjan ta' azzjoni konġunt tas-Sħubija Strateġika bejn l-Indja u l-UE, li kien iffirmat f'Novembru 2005, u d-Djalogu Tematiku bejn l-UE u l-Indja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli, Catherine Ashton, f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, (il-25 ta' Novembru 2012);

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli Catherine Ashton dwar il-Jum Ewropew u Dinji kontra l-Piena Kapitali (l-10 ta' Ottubru 2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-31 ta' Diċembru 2012 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Navi Pillary ,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp tal-Millenju tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra l-istrumenti tan-NU dwar il-vjolenza fuq in-nisa, b'mod partikolari d-Dikjarazzjoni tal-Vjenna u l-Programm ta' Azzjoni tal-25 ta' Ġunju 1993 adottati mill-Konferenza Dinjija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (A/CONF. 157/23), ir-rapporti mir-Rapporteurs Speċjali tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-vjolenza fuq in-nisa u r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 19 adottata mill-Kumitat għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Kontra n-Nisa (CEDAW) (il-11-il sessjoni, 1992), id-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa tal-20 ta' Diċembru 1993 (A/RES/48/104) u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali (CERD), u r-Rakkomandazzjonijiet Ġenerali XXIV dwar l-Artikolu 1(1) tagħha,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet dwar l-Indja tal-Proċeduri Speċjali tan-NU, l-entitajiet tat-trattat tan-NU u l-Eżamijiet Perjodiċi Universali, u b'mod partikolari r-rakkomandazzjonijiet għall-Indja fir-rapporti tas-CEDAW tan-NU ta' Frar 2007 u ta' Ottubru 2010,

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Prinċipji u Linji Gwida tan-NU għall-Eliminazzjoni Effikaċi tad-Diskriminazzjoni abbażi tax-Xogħol u d-Dixxendenza,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni u l-Kodiċi Penali tal-Indja, speċjalment it-Taqsima 376 tiegħu dwar l-istupru,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122(5) u l-Artikolu 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi fis-16 ta' Diċembru 2012, studenta ta' 23 sena sfat stuprata minn grupp ta’ aggressuri, u l-ħabib tagħha ġie msawwat, meta ħamest irġiel u ġuvnott ħebbew għalihom b'mod vjolenti fuq karozza tal-linja privata fi New Delhi billi l-vittma sofriet feriti hekk gravi li wasslu għall-mewt traġika tagħha fid-29 ta' Diċembru 2012 f'Singapor;

B.

billi kien hemm rabja pubblika qawwija fl-Indja, b'dimostranti mis-sezzjonijiet kollha tas-soċjetà li talbu riformi tal-liġijiet u taż-żamma tal-ordni mill-pulizija, u bidla ġenerali fl-attitudni fir-rigward tan-nisa; billi dawn id-dimostrazzjonijiet jirrappreżentaw pass importanti fil-ksur tal-omertà rigward l-istupru u l-vjolenza sesswali, u bħala tali jirrappreżentaw l-ewwel ċaqliq ta’ bidla;

C.

billi ħamest irġiel u minorenni ġew arrestati b'rabta ma' dan il-każ, u attwalment jinsabu għaddejjin minn proċess mgħaġġel, bi proċedura separata għall-minorenni nvolut;

D.

billi l-Pulizija tal-Indja rreġistrat kawża kontra x-xandar Zee News wara li ttrażmetta intervista mal-ħabib tal-vittma li kien preżenti tul l-attakk tas-16 ta' Diċembru 2012;

E.

billi minn dan l-attakk reċenti fi New Delhi ‘l hawn, ġew rappurtati numru kbir ta' reati ta' stupru oħrajn fl-istampa nazzjonali u dik internazzjonali, bħal dak tas-27 ta' Diċembru 2012, meta tfajla fil-Punjab kkommettiet suwiċidju wara li kienet stuprata minn grupp, għaliex il-pulizija ma kinux lesti li jirreġistraw l-ilment tagħha jew li jarrestaw lill-akkużati, u minflok issuġġerewlha li tiżżewweġ lil wieħed mill-aggressuri tagħha, u bħal dak tat-12 ta' Jannar 2013 fil-Punjab, meta mara ta' 29 sena, omm ta' żewġt itfal, ġiet stuprata minn grupp fuq karozza tal-linja, każ li kien simili ħafna għall-ewwel wieħed, u li minħabba f'hekk il-pulizija reġgħet arrestat 6 susspettati, u dak ta' jum wara, meta tfajla ta' 16-il sena tat in-nar lilha nnifisha wara li sfat stuprata;

F.

billi, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru Kriminali tal-Indja, kien hemm aktar minn 24 000 rapport ta' stupru fl-2011; billi kien hemm kundanna waħda biss wara aktar minn 635 rapport ta' stupru f'Delhi fl-2012;

G.

billi l-moviment tan-nisa fl-Indja għandu tradizzjoni twila ta' denunzja ta' kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa fl-Indja, u wkoll ta' inugwaljanzi bejn is-sessi b'mod ġenerali, filwaqt li jitlobli tittieħed azzjoni politika favur id-drittijiet tal-bniedem tan-nisa;

H.

billi l-vjolenza sesswali kontra n-nisa hi mifruxa, mhux biss fl-Indja iżda wkoll madwar id-dinja, u għandha l-għeruq tagħha fl-inugwaljanzi strutturali bejn is-sessi, u billi l-azzjonijiet kontra l-vjolenza fuq in-nisa għandhom għaldaqstant jintrabtu mat-titjib tal-pożizzjoni u tas-sitwazzjoni tan-nisa u t-tfajliet fil-livelli kollha tas-soċjetà;

I.

billi skont l-istimi tax-xjenzati soċjali tal-Indja, hemm firxa wiesgħa ta' prattiki vjolenti u ta' diskriminazzjoni li wasslu għal madwar 2 miljun każ ta' mewt ta' nisa u tfajliet kull sena fl-Indja, bil-vjolenza sesswali tkun waħda biss mill-fatturi, flimkien ma’ kwistjonijiet dwar dota, infantiċidju femminili, traskuraġni tat-tfal, aċċess inugwali għar-riżorsi u l-kura tas-saħħa u kura ħażina tal-anzjani;

J.

billi n-nisa u t-tfajliet li jiġu affettwati minn diskriminazzjoni abbażi tal-kasta huma partikolarment vulnerabbli għall-forom differenti ta' vjolenza sesswali, għal prostituzzjoni sfurzata u ritwali, traffikar, vjolenza domestika u ta' kastig, meta jfittxu li jiksbu ġustizzja għar-reati li twettqu kontrihom, kif wera għal darb’ oħra l-każ magħruf ta' stupru mill-Pipili Gang tad-29 ta' Novembru 2011, meta l-awtoritajiet irrifjutaw li jirreġistraw il-każ, u kien biss wara l-intervent tal-Qorti Suprema li t-tfajla ngħatat trattament adegwat, għalkemm mietet aktar tard kaġun tal-feriti li sostniet;

K.

billi stħarriġ tal-2012 mill-Fondazzjoni Thomson Reuters li wera lill-Indja bħala l-agħar post għan-nisa fost il-pajjiżi tal-G20;

L.

billi skont l-Amnesty International, fl-Indja jsir rapport ta' stupru kull 21 minuta, u bosta stupri ma jiġux irrappurtati, speċjalment fl-iktar komunitajiet foqra, minħabba l-istigma soċjali marbuta ma' dan ir-reat; billi jidher li l-pulizija fl-Indja huma konxji bis-sħiħ tar-rikorrenza ta' dan ir-reat, u li spiss jonqsu milli jaġixxu fid-difiża tan-nisa;

M.

billi l-vjolenza sesswali tħalli lill-vittmi bi problemi tas-saħħa serji, kemm fiżjoloġiċi kif ukoll fiżiċi, inkluż mard li jittieħed sesswalment bħall-AIDS; billi bosta vittmi ta' stupru jisfaw vittmi doppji għaliex jiġu mwarrba mill-familji u l-komunitajiet tagħhom stess;

N.

billi l-liġijiet tal-Indja dwar l-abbuż sesswali ġew ikkritikati mill-gruppi għad-drittijiet tal-bniedem nazzjonali u internazzjonali bħala li għadda żmienhom, partikolarment minħabba d-definizzjoni dejqa ta' stupru tagħhom; billi l-Indja ma għandhiex servizzi adegwati għall-vittmi ta' abbuż sesswali, inkluż rispons sensittiv u fil-pront mill-pulizija, aċċess għall-kura tas-saħħa, konsulenza u servizzi ta' appoġġ oħrajn, sabiex b'hekk ir-rispons għall-istupru hu wieħed ad hoc u mhux prevedibbli, u li spiss ikun umiljanti għall-vittmi;

O.

billi wara l-attakk fi New Delhi, il-gvern ċentrali tal-Indja ħoloq kummissjoni ta' tliet membri biex jeżaminaw il-liġijiet attwali sabiex jipprovdu ġustizzja aktar rapida u piena aktar qawwija f'każijiet ta' abbuż sesswali aggravat;

P.

billi wara l-avvenimenti riċenti, uffiċċjali għoljin tal-gvern ħabbru li kienu se jippromwovu pieni aktar ħorox għall-istupru, inkluża l-piena kapitali;

Q.

billi f'Mejju 2012, 90 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u individwi kitbu lill-Prim Ministru Indjan Manmohan Singh biex iħeġġu riformi fir-rispons għal abbuż sesswali u biex jitolbu responsabilità akbar tal-pulizija;

R.

billi l-UE allokat EUR 470 miljun għall-Indja għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 f'appoġġ għal-programmi tas-saħħa u l-edukazzjoni tal-Gvern tal-Indja;

S.

billi tul l-aħħar għoxrin sena, l-Indja wettqet progress sinifikanti fil-proċess ta' tnaqqis tal-faqar, għalkemm għad fadal ħafna xi jsir, speċjalment biex titnaqqas id-diskrepanza fl-opportunitajiet fl-edukazzjoni, is-saħħa u fil-prospetti ekonomiċi tan-nisa u tal-gruppi vulnerabbli;

T.

billi l-Indja hi l-ikbar demokrazija fid-dinja u tirrappreżenta sieħba politika u ekonomika importanti tal-UE li tfisser obbligi demokratiċi;

1.

Jesprimi dispjaċir qawwi għall-vittmi tal-attakk fi New Delhi, u għall-vittmi ta' kull attakk ieħor, kemm jekk irrappurtati mill-midja jew le, u jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tagħhom; jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' vjolenza sesswali, li hi fenomenu globali li taffettwa bosta pajjiżi;

2.

Jilqa' l-mewġa qawwija ta' solidarjetà fl-Indja u fil-livell internazzjonali mal-vittmi tal-istupri u jittama li l-protesti tal-massa jgħinu biex jitħaffu r-riformi meħtieġa;

3.

Jistenna li l-Indja, bħala pajjiż demokratiku b'rabtiet sinifikanti mal-UE, tiżgura r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, għad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, b'mod partikolari l-istat tad-dritt u d-drittijiet tan-nisa;

4.

Jiddispjaċih bil-qawwi li ma sarx sforz akbar biex tingħata assistenza immedjata lill-vittmi tal-attakki u li f'dan il-każ u f'każijiet oħrajn simili il-livell ta' rispett baxx għan-nisa, in-nuqqas ta' għajnuna medika, ta' żona ta' kontroll mill-pulizija u ta' rimedji legali, kollha jiskoraġġixxu lill-vittmi tal-istupru milli jressqu akkużi kontra dawk l-istupraturi;

5.

Ifakkar lill-gvern tal-Indja dwar id-drittijiet u l-obbligi tiegħu skont il-Kostituzzjoni tal-Indja, speċjalment id-dover li jtemm il-prattiki ta' ħsara għad-dinjità tan-nisa (Artikolu 51(A));

6.

Iħeġġeġ lill-Parlament tal-Indja biex ikomli jinkorpora r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Nazzjonali għan-Nisa tal-Indja (NCW) dwar kif għandu jemenda u jimplimenta l-liġi tal-Indja biex jipproteġi lin-nisa minn dawn ir-reati;

7.

Jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Gvern li se jistabbilixxi Kummissjoni ta' Inkjesta dwar is-sigurtà pubblika tan-nisa f'Delhi u wkoll il-ħolqien ta' bord ġudizzjarju biex jirrevedi l-qafas leġislattiv tal-Indja fir-rigward tal-vjolenza kontra n-nisa; jinsab ħerqan għall-pubblikazzjoni rapida tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta stabbilit bis-superviżjoni tal-ex Imħallef tal-Qorti Suprema J.S. Verma, u għall-kollaborazzjoni tiegħu mal-NCW u mal-Parlament Indjan, sabiex jiġu implimentati bis-sħiħ il-miżuri għall-prevenzjoni ta' dawn it-tipi ta' reati fil-futur;

8.

Jilqa' l-ħolqien ta' qorti bi proċedimenti rapidi biex jiġu trattati b'mod partikolari l-każijiet ta' vjolenza sesswali kontra n-nisa; madankollu jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-proċess tal-akkużat hu magħluq għall-ġurnalisti, u hemm projbizzjoni għall-istampar jew pubblikazzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni b'rabta ma' proċedimenti simili, ħlief bil-permess tal-qorti, ħaġa li kkawżat tħassib fost il-pubbliku ġenerali; iqis li dawk li jinstabu ħatja għandhom jingħataw piena proporzjonata mar-reat tagħhom; madankollu, itenni l-oppożizzjoni li ilu jħaddan kontra l-piena kapitali, fi kwalunkwe każ u f’kull ċirkostanza;

9.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-Indja, sabiex b'konsultazzjoni mill-qrib mal-gruppi tan-nisa, jiżviluppaw rispons koordinat għall-vjolenza abbażi tas-sessi, u speċjalment f'każ ta' abbuż sesswali; jenfasizza l-bżonn li l-gvernijiet tal-istati jimmonitorjaw it-trattament mill-pulizija ta' investigazzjonijiet ta' abbuż sesswali billi jżommu lill-uffiċjali tal-pulizija responsabbli, itellgħu l-qorti lil dawk li jwettqu r-reat, u jiżguraw li l-vittmi jiġu ttrattati b'dinjità;

10.

Jitlob lill-Parlament tal-Indja biex jiżgura li l-Abbozz dwar id-Dritt Kriminali (Emenda) tal-2012 jiġi emendat ħalli jikkriminalizza kull forma ta' abbuż sesswali, kemm dawk b'penetrazzjoni sesswali jew le, filwaqt li jiżgura li kwalunkwe piena ġdida tkun konformi mal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u biex jemenda l-liġi sabiex jitneħħew l-immunità legali u l-ostakoli proċedurali meta l-pulizija jew forzi ta' sigurtà oħrajn ikunu akkużati b'abbuż sesswali jew bi ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem;

11.

Jitlob lir-rappreżentanzi tal-UE u tal-Istati Membri fl-Indja sabiex jagħtu prijorità lil dawk il-programmi li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa, inkluż fl-edukazzjoni, kif ukoll lil programmi li jagħmlu enfasi partikolari fuq in-nisa u t-tfajliet;

12.

Jitlob lill-awtoritajiet tal-Indja jieħdu azzjoni immedjata u jimplimentaw miżuri effikaċi sabiex itejbu t-trattament ta' stupru u ta' abbuż sesswali mill-forzi tal-pulizija tal-Indja, inkluż il-ħolqien ta' unitajiet speċifiċi fi ħdan kull taqsima tal-pulizija; jinnota li l-Ministru Ewlieni ta' Delhi ma għandha l-ebda responsabilità għall-operat tal-pulizija fil-ġurisdizzjoni tagħha; ifakkar li fi bliet ewlenin oħrajn, ir-rappurtar u l-ġestjoni diretta żguraw il-kisba ta' responsabilità politika akbar u ta' modernizzazzjoni tal-forzi tal-pulizija; jinnota l-bżonn urġenti għal taħriġ tal-pulizija fir-rigward tas-sigurtà tan-nisa;

13.

Jitlob lill-Gvern tal-Indja biex jinvestiga l-każijiet ta' persuni f'karigi uffiċjali ewlenin li kontrihom għad hemm pendenti akkużi formali ta' stupru;

14.

Jitlob lill-Kummissjoni taħdem mal-awtoritajiet tal-Indja sabiex tgħinhom jiżviluppaw rispons koordinat għall-vjolenza abbażi tas-sess, speċjalment ta' abbuż sesswali, inkluż bl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-kampanja tan-NU “UNiTE to End Violence against Women”; jitlob lill-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, sabiex tul is-57 sessjoni tagħha, li se ssir f'Marzu 2013, tiddiskuti u tirrikonoxxi l-fatt li l-vjolenza kontra n-nisa tieħu sura unika f'każijiet li jinvolvu s-sess u l-kasta;

15.

Jesprimi tħassib serju dwar il-vjolenza mifruxa mwettqa kontra n-nisa u tfajliet Dalit fl-Indja, inkluż vjolenza sesswali minn irġiel mill-kasti dominanti, u dwar il-livell ta' impunità partikolarment għoli għal min iwettaq ir-reat f'dawn il-każijiet; jitlob lill-Gvern tal-Indja jitratta l-każijiet kollha ta' vjolenza sesswali fir-rigward tan-nisa bl-istess mod, u biex jinvestiga u jtella' l-akkużati l-qorti b'mod ekwu, ġust, trasparenti u rapidu;

16.

Jenfasizza li l-ebda persuna ma għandha tkun soġġetta għal żwieġ mingħajr kunsens jew abbażi ta' forza jew pressjoni; jenfasizza li l-ebda vittma ma għandha tiġi sforzata tiżżewweġ lil min ikun wettaq l-attakk u l-għandu jingħata appoġġ addizzjonali lill-vittma sabiex iwaqqaf il-pressjoni soċjali biex tagħmel dan;

17.

Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżguraw li l-UE tkompli tipprovdi assistenza settorjali mmirata fl-Indja bil-għan li jintlaħqu l-MDGs, tul il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss u fil-karta tal-istrateġija tal-pajjiż li jmiss għal wara l-2013; jemmen li din għandha tinkludi appoġġ settorjali soċjali għas-saħħa u l-edukazzjoni tan-nisa u ukoll l-aħjar prattika ta' governanza, teħid ta' deċiżjonijiet u żvilupp tajba, inkluż metodi ta' titjieb fl-għoti ta' servizz biex ikunu indirizzati kwistjonijiet ta' faqar u ta' ġeneru, riformi istituzzjonali u l-ġestjoni tas-settur pubbliku;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-President, lill-Gvern u l-Parlament tal-Indja, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-kapijiet tas-Sottokummissjoni tan-NU dwar il-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u lill-Kummissjoni tan-NU dwar l-Istatus tan-Nisa, lid-Direttur Ġenerali tan-NU għan-Nisa, u lill-Mibgħut Speċjali tan-NU dwar il-Vjolenza Kontra n-Nisa.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2012)0512.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0126.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2012)0503.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/107


P7_TA(2013)0032

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2013/2513(RSP))

(2015/C 440/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tas-27 ta’ Ottubru 2011 dwar il-Baħrejn (1) u tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Marzu 2011 dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Kunsill ta' Kooperazzjoni tal-Golf (3),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-President tiegħu tat-12 ta' April 2011 dwar il-mewt ta' żewġ attivisti ċivili mill-Baħrejn u tat-28 ta' April 2011 fejn ikkundanna s-sentenzi ta' mewt mogħtija lil erba' persuni mill-Baħrejn talli pparteċipaw fi protesti paċifiċi favur id-demokrazija,

wara li kkunsidra ż-żjara ta’ delegazzjoni tas-Sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li saret fil-Baħrejn fid-19 u l-20 ta’ Diċembru 2012 u l-istqarrija għall-istampa maħruġa minn dik id-delegazzjoni,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Qorti ta’ Kassazzjoni tal-Baħrejn tas-7 ta’ Jannar 2013 li s-sentenzi kontra t-13-il attivist politiku jiġu mwettqa,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar il-Baħrejn, b’mod partikolari d-dikjarazzjonijiet tagħha tal-24 ta’ Novembru 2011 dwar il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni ta’ Inkjesta Indipendenti tal-Baħrejn (Bahrain Independent Commission of Inquiry – BICI), tal-5 ta’ Settembru 2012 dwar id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Appell tal-Baħrejn dwar il-kawżi ta’ Abdulħadi al-Khawaġa u 19-il individwu ieħor, u tat-23 ta’ Novembru 2012 dwar l-ewwel anniversarju tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-BICI, id-dikjarazzjonijiet li saru mill-portavuċi tagħha tat-13 ta’ Frar 2012 fl-anniversarju tal-ferment fil-Baħrejn, tal-10 ta' April 2012 dwar is-sitwazzjoni ta' Abdulħadi al-Khawaġa fil-Baħrejn, tas-16 ta’ Awwissu 2012 dwar is-sentenzjar ta’ Nabil Raġab fil-Baħrejn u tal-24 ta’ Ottubru 2012 u tas-7 ta’ Novembru 2012 dwar il-vjolenza li seħħet dan l-aħħar fil-Baħrejn, u d-dikjarazzjonijiet li saru mill-VP/RGħ fil-Parlament Ewropew fit-12 ta’ Ottubru 2011 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu, fis-Sirja, fil-Jemen u fil-Baħrejn,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Baħrejn tal-24 ta' Mejju 2011, tat-12 ta' April 2011, tal-21 ta’ Marzu 2011 u tal-21 ta' Frar 2011,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet li saru mis-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-23 ta’ Ġunju 2011 u tat-30 ta’ Settembru 2011 dwar is-sentenzi imposti fuq 21 Baħrejni li huma attivisti politiċi, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u mexxejja tal-oppożizzjoni, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li saru mill-portavuċi tas-Segretarju Ġenerali tat-12 ta’ April 2012 dwar l-attakk bil-bombi fil-Baħrejn u tat-30 ta’ Settembru 2011, tal-15 ta’ Frar 2012, tal-24 ta’ April 2012, tal-5 ta’ Settembru 2012, tal-1 ta’ Novembru 2012 u tat-8 ta’ Jannar 2013 dwar il-Baħrejn,

wara li kkunsidra r-rapport li ġie rilaxxat mill-BICI f’Novembru 2011 u r-rapport ta’ segwitu tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2012,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li saret mill-Kunsill Ministerjali tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf (GCC) dwar l-attakki terroristiċi bil-bombi f’Manama fil-5 ta’ Novembru 2012,

wara li kkunsidra l-Artikoli 61, 84, 87, 134, 135 u 146 tal-Liġi tal-Proċedura Kriminali tal-Baħrejn,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Prosekutur Pubbliku Baħrejni tat-23 ta' Ottubru 2011 rigward ir-riproċessar ta' tobba li kienu ttellgħu il-qorti preċedentement fi proċessi militari,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, il-Konvenzjoni Konta t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti, u l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tl-Bniedem, li għalihom kollha l-Baħrejn huwa pajjiż firmatarju,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE tal-2004 dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif aġġornati fl-2008,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Ġinevra tal-1949,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122 (5) u 110 (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn għadha waħda kritika wara li fl-2011 kienu ġew imrażżna dawk li pprotestaw favur id-demokrazija; billi ħafna azzjonijiet riċenti tal-Gvern Baħrejni għadhom qed jiksru u jirrestrinġu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ taqsimiet tal-poplu Baħrejni, b’mod partikolari d-dritt tal-individwi li jagħmlu protesta paċifika, għal-libertà tal-kelma u l-libertà diġitali; billi l-awtoritajiet Baħrejni qed ikomplu bit-trażżin tagħhom ta' dawk li jieħdu sehem fi protesti politiċi paċifiċi;

B.

billi l-forzi tas-sigurtà u tal-pulizija għadhom qed jużaw vjolenza sproporzjonata, li qed twassal għal ferimenti u mwiet; billi kulma jmur qed ikun hemm aktar rapporti ta' vjolazzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet Baħrejnin, inklui arresti extraġudizzjarji, rejdijiet extraġudizzjarji fuq djar, proċessi inġusti fil-qrati, attakki fuq il-midja, intimidazzjoni u umiljazzjoni ta’ ċittadini f’punti ta’ ċċekkjar u diskriminazzjoni massiva fuq il-postijiet tax-xogħol u fl-università;

C.

billi fis-16 ta’ Ottubru 2012 l-awtoritajiet arrestaw lil Moħammed al-Maskati, President tas-Soċjetà taż-Żgħażagħ tal-Baħrejn għad-Drittijiet tal-Bniedem, fuq akkużi li pparteċipa f’“ġemgħa illegali” f’Manama ġimgħa qabel; billi s-Sur al-Maskati nħeles fuq pleġġ il-jum ta’ wara u għadha ma ġiet iffissata l-ebda data tal-qorti;

D.

billi fit-18 ta’ Ottubru 2012 erba’ rġiel ġew detenuti talli ddefamaw ir-Re Baħrejni fuq sit tan-netwerking soċjali u billi, matul l-arrest tagħhom, il-forzi tas-sigurtà kkonfiskaw il-kompjuters tagħhom u tagħmir elettroniku ieħor; billi d-detenuti kollha ċaħdu li kienu wettqu xi reat;

E.

billi fit-30 ta’ Ottubru 2012 il-Ministru tal-Intern, Xik Raxid bin Abdullaħ al-Khalifa, ordna projbizzjoni fuq ir-ràlis u d-dimostrazzjonijiet pubbliċi kollha (għalkemm issa neħħiha formalment), filwaqt li qal li l-awtoritajiet ma kinux se jittolleraw aktar lil dawk li jipprotestaw kontra l-gvern;

F.

billi fil-5 ta’ Novembru 2012 splodew għadd ta’ bombi maħduma fid-djar fil-kapitali, Manama, fejn qatlu żewġ ħaddiema u darbu ieħor;

G.

billi fis-7 ta’ Novembru 2012 il-gvern irrevoka n-nazzjonalità ta’ 31 attivist li kienu ħadu sehem fi protesti paċifiċi, mingħajr proċess dovut tal-liġi, u b'hekk skont id-dritt internazzjonali kiser id-drittijiet ta' ċittadini Baħrejnin;

H.

billi fit-18 ta’ Diċembru 2012 Sajed Jusef al-Muħafdha, Viċi President taċ-Ċentru Baħrejni għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĊBDB), li kkampanja bla mistrieħ biex ħafna attivisti jinħelsu, b'mod partikolari Nabil Raġab, President taċ-ĊBDB, u Ġalila al-Salman, dik li kienet il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Għalliema tal-Baħrejn, ġiet detenuta u akkużata li użat il-midja soċjali biex ixxerred aħbarijiet foloz; billi l-kawża tiegħu ġiet aġġornata sas-17 ta’ Jannar 2013, u billi għadu fil-kustodja u jekk jinsab ħati jeħel sa sentejn ħabs; billi ġie detenut kemm-il darba mill-awtoritajiet Baħrejnin bħala parti mill-immirar, fastidju u detenzjoni ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li għadhom qed isiru b’mod sistematiku fil-Baħrejn;

I.

billi fis-7 ta’ Jannar 2013 il-Qorti ta’ Kassazzjoni tal-Baħrejn iddeċidiet li jitwettqu s-sentenzi ta’ żmien ta' priġunerija għal 13-il attivist prominenti akkużati li kkonfoffaw biex iwaqqgħu il-monarkija; billi tmienja minn dawk l-attivisti, inklużi Abdulħadi al-Khawaġa u Ibraħim Xarif, ġew ikkundannati għomorhom il-ħabs; billi dan il-verdett huwa finali u l-unika triq li fadlilhom l-imputati hija maħfra rjali; billi din is-sentenza tidher li tikkonferma li s-sistema ġudizzjarja tal-Baħrejn m'għandhiex l-abbiltà li tħares id-drittijiet bażiċi;

J.

billi l-kawżi kollha mismugħa mill-qrati militari qed jiġu rieżaminati mill-qrati ordinarji, u billi l-qrati ordinarji ġeneralment mhumiex qed jagħtu proċessi ġodda imma aktar qed jirrieżaminaw il-kundanni abbażi tar-reġistrazzjonijiet ikkumpilati mill-Qrati tas-Sikurezza Nazzjonali;

K.

billi minkejja l-wegħdi li kienu se jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-BICI u li kienu se jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem bażiċi u l-libertajiet fundamentali, l-awtoritajiet Baħrejnin naqsu milli jinvestigaw il-vjolenza u mill-jżommu lill-ħatja responsabbli; billi l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-BICI għadha miexja bil-mogħod;

L.

billi l-Baħrejn kien soġġett għall-Eżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Settembru 2012;

M.

billi fis-7 ta’ Diċembru 2012 il-Prinċep Eredi Baħrejni Salman bin Ħamad bin Isa al-Khalifah talab li jsir djalogu mal-oppożizzjoni tal-pajjiż bil-għan li jitwaqqaf l-istaġnar fl-istat Għarbi irrekwiet tal-Golf; billi huwa meħtieġ djalogu kunsenswali bejn il-forzi kollha bil-għan li jaslu għal soluzzjoni komprensiva;

1.

Jikkundanna l-vjolazzjonijiet li għadhom qed iseħħu bħalissa kontra d-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet u l-forzi tas-sigurtà tal-Baħrejn, b’mod partikolari l-użu tal-vjolenza, l-użu eċċessiv tal-gass tad-dmugħ, l-użu ta’ ċomb tal-għasafar minn distanza qasira, il-projbizzjoni ta’ kull sura ta’ protesta u l-arrest u d-detenzjoni ta’ persuni li ħadu sehem fi protesti b’mod paċifiku li għażlu li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika, minkejja l-ġabra konkreta u milqugħa tajjeb ħafna ta' rakkomandazzjonijiet li saru mill-BICI u l-impenn iddikjarat mill-awtoritajiet Baħrejnin li jimplimentaw ir-riformi tal-BICI;

2.

Iqis li l-obbligu tal-għoti ta’ rendikont għal vjolazzjonijiet imgħoddija huwa element ewlieni fit-triq lejn il-ġustizzja u r-rikonċiljazzjoni ġenwina, li huma meħtieġa għall-istabilità soċjali; jappoġġja bil-qawwa, għalhekk, ir-rakkomandazzjonijiet tal-BICI, li ġew approvati uffiċjalment ukoll mir-Re Ħamad u l-Gvern tiegħu;

3.

Iqis li hija ħaġa ta’ dispjaċir li r-rapport ta’ segwitu maħruġ mill-BICI fil-21 ta’ Novembru 2012 ukoll ma wassalx għal xi bidla sinifikanti fil-politiki tal-awtoritajiet Baħrejnin, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ progress biex tinstab soluzzjoni politika u fid-demokratizzazzjoni mwiegħda tal-pajjiż; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Baħrejn jiżguraw li r-rakkomandazzjonijiet jiġu implimentati malajr, li jiffissaw kalendarju u immedjatament jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem bażiċi u l-libertajiet fundamentali;

4.

Itenni it-talba insistenti tiegħu li l-forzi tas-sigurtà u l-awtoritajiet tal-Baħrejn iwaqqfu l-użu tal-vjolenza kontra dawk li jipprotestaw b'mod paċifiku u jtemmu r-ripressjoni li għadha għaddejja bħalissa tad-divrenzja politika permezz tal-prosekuzzjoni, id-detenzjoni u t-tortura; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jirrispettaw għalkollox il-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-libertà tal-għaqda u dik tal-espressjoni, kemm onlajn u kemm offlajn, u jtemmu b’effett immedjat ir-restrizzjonijiet kollha minn fuq l-aċċess għat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Baħrejnin jimplimentaw ir-riformi demokratiċi meħtieġa u jinkoraġġixu djalogu nazzjonali inklużiv u kostruttiv, inklużi taħdidiet diretti bejn il-komponenti tal-gvern u dawk tal-oppożizzjoni, li bħalissa mhumiex involuti fi djalogu, ħalli tkun tista’ sseħħ ir-rikonċiljazzjoni u jiġi rrestawrat il-kunsens soċjali kollettiv fil-pajjiż;

5.

Iqis li huma ta’ dispjaċir qawwi s-sentenzi l-aktar riċenti imposti fuq attivisti tal-oppożizzjoni u fuq persunal mediku u jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi Baħrejnin kollha, inklużi l-għalliema, it-tobba u persunal mediku ieħor, li ġew detenuti u akkużati b’allegati vjolazzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-espressjoni, tal-għaqda u tal-assoċjazzjoni paċifiċi, b’mod partikolari Sajed Jusef al-Muħafadha, Nabil Raġab u Abdulħadi al-Khawaġa;

6.

Jistieden lill-Gvern tal-Baħrejn imexxi investigazzjoni fil-pront u indipendenti tal-każijiet kollha ta’ vjolazzjonijiet kontra t-tfal, inklużi imma mhux limitata għall-arrest, id-detenzjoni u t-tortura, u jiżgura li t-tfal jinżammu f’faċilitajiet tad-detenzjoni li jkunu separati minn dawk użati għall-adulti u li jiġu ttrattati mis-sistema ġudizzjarja tal-minorenni;

7.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Baħrejn biex immedjatament ineħħu r-restrizzjonijiet de facto minn fuq id-demostrazzjonijiet kollha, li huma irrikonċiljabbli mal-impenn li huma taw biex jirriformaw u dawn ir-restrizzjonijiet mhumiex se jgħinu biex timxi 'l quddiem ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali jew biex tinbena l-fiduċja fost il-partijiet kollha;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Baħrejn ineħħu r-restrizzjonijiet kollha minn fuq id-dħul tal-ġurnalisti barranin u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u jippermettu mekkaniżmu indipendenti għall-monitoraġġ tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fil-post; jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' monitoraġġ internazzjonali, li għandu jiġi stabbilit permezz ta’ riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li għandha tiġi adottata waqt is-sessjoni tiegħu li jmiss f’Marzu 2013, b’mandat li jimmonitorja l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-BICI u tal-Eżami Perjodiku Universali li sar tal-Baħrejn min-NU, inklużi dawk relatati mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet tal-Baħrejn jadottaw miżuri biex ikunu ta’ deterrent kontra vjolazzjonijiet futuri tad-drittijiet tal-bniedem;

9.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Baħrejn jiżguraw li l-31 Baħrejni li ċ-ċittadinanza tagħhom ġiet irtirata jistgħu jappellaw id-deċiżjoni quddiem qorti, peress li hu ċar li r-revoka tan-nazzjonalità tal-opponenti politiċi mill-awtoritajiet Baħrejnin hija kuntrarja għad-dritt internazzjonali;

10.

Jisħaq fuq id-diżapprovazzjoni qawwija tiegħu rigward in-nuqqas ta’ reazzjoni min-naħa tal-UE għas-sitwazzjoni li għadha għaddejja bħalissa fil-Baħrejn u jistieden lill-VP/RGħ tikkundanna l-vjolazzjonijiet li għadhom għaddejjin bħalissa tad-drittijiet tal-bniedem bażiċi u tal-libertajiet fundamentali, timponi miżuri restrittivi b’miri speċifikati fuq l-individwi direttament responsabbligħall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jew involuti fihom (kif iddokumentat fir-rapport tal-BICI) mill-ġdid ir-relazzjonijiet kummerċjali u diplomatiċi attwali tal-UE mal-Baħrejn;

11.

Jitlob għas-sospensjoni tal-esportazzjonijiet lejn il-Baħrejn tal-gass tad-dmugħ u tagħmir għall-kontroll tal-folol u għall-projbizzjoni tagħhom sakemm ikunu saru l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-użu mhux xieraq tagħhom u sakemm dawk li huma ħatja ta’ tali użu mhux xieraq ikunu inżammew responsabbli;

12.

Jitlob li jsiru restrizzjonijiet tal-esportazzjoni tal-UE fuq it-teknoloġiji użati biex jiġu segwiti, intraċċati, iċċensurati u ssorveljati l-flussi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, li jirriżultaw fi vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

13.

Jistieden lill-Gvern tal-Baħrejn jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiggarantixxi l-kompetenza, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura fil-Baħrejn u jiżgura li taġixxi f’konformità sħiħa mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, u b’mod partikolari jiżgura li l-qrati ma jistgħux jintużaw għal finijiet politiċi jew biex jiġi sanzjonat l-eżerċizzju leġittimu tad-drittijiet u libertajiet li huma ggarantiti universalment; Jistieden lill-Gvern Baħrejni jsaħħaħ id-drittijiet tal-imputati, inter alia billi jiżgura li jgawdu garanziji ta’ proċċess ġust, jippermettilhom li b’mod effikaċi jisfidaw l-evidenza miġjuba kontrihom, jipprovdi għal superviżjoni ġudizzjarja indipendenti tar-raġunijiet tad-detenzjoni u jiżgura li d-detenuti jiġu mħarsa minn trattament abbużiv matul l-investigazzjonijiet kriminali;

14.

Iqis li hija ħaġa ta’ dispjaċir li l-intenzjoni tal-Gvern tal-Baħrejn li jaġixxi skont is-sejbiet tal-BICI, kif ġie ddikjarat fis-sessjoni tar-Eżami Perjodiku Universali (EPU) f’Mejju 2012 qabel is-sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f’Ġinevra f’Settembru 2012, tidher li hija wegħda fiergħa, minħabba li sar ftit li xejn li hu ta' sostanza minn dakinhar ’l hawn kemm fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u kemm fir-rigward tad-demokrazija fil-Baħrejn;

15.

Japprova uffiċjalment ir-rakkomandazzjonijiet tal-EPU u jistieden lill-Gvern Baħrejni jagħti prijorità politika, u jalloka r-riżorsi meħtieġa, lil segwitu adegwat u f'waqtu; Jistieden lill-Gvern Baħrejni jtejjeb il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u jirratifika konvenzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, bħalma huma l-Protokoll fakultattiv tal-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Pieni jew Trattamenti oħrajn Krudili, Inumani jew Degradanti, il-Protokolli Fakultattivi tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni tal-Persuni Kollha kontra l-Għejbien Sfurzat;

16.

Jappoġġja u jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem (INDB) tal-Baħrejn, u jirrakkomanda li l-INDB ikompli jiġi msaħħaħ aktar fuq il-bażi tal-Prinċipji ta’ Pariġi tal-pluraliżmu u tal-indipendenza; jappoġġja bis-saħħa l-INDB fil-funzjoni tagħha li timmonitorja u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem tal-Baħrejnin kollha, imma għadu konvint mill-ħtieġa li tiġi żgurata l-libertà operazzjonali tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-NGOs indipendenti li huma attivi fil-Baħrejn;

17.

Iqis li l-elezzjonijiet parlamentari li jmiss huma parti kruċjali mill-proċess tar-rikonċiljazzjoni nazzjonali, u jinkoraġġixxi li jsiru sforzi biex tiġi ggarantita sistema elettorali ħielsa u ġusta kmieni biżżejjed għall-elezzjoni ġenerali tal-2014;

18.

Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw strateġija ċara għal kif l-UE, kemm b’mod pubbliku u kemm b’mod privat, se tirsisti b’mod attiv biex l-attivisti li jinsabu mitfugħa l-ħabs jinħelsu qabel il-laqgħat ministerjali bejn l-UE u l-GCC li għandhom isiru fil-Baħrejn f’nofs l-2013, u f’dan ir-rigward jistieden lill-VP/RGħ taħdem mal-Istati Membri biex tiġi żgurata l-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Baħrejn, li għandhom jinkludu talba speċifika għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-attivisti li jinsabu mitfugħa l-ħabs;

19.

Jemmen li huwa kruċjali li jitkomplew isiru l-isforzi biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-UE u r-reġjun tal-Golf u biex jiġu promossi fehim u fiduċja reċiproċi; iqis li laqgħat interparlamentari regolari bejn il-Parlament u sħabu fir-reġjun huma forum importanti biex jiġi żviluppat djalogu kostruttiv u sinċier dwar kwestjonijiet ta' interess komuni;

20.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Renju tal-Baħrejn.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0475.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2012)0094.

(3)  ĠU C 247 E, 17.8.2012, p. 1.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/111


P7_TA(2013)0033

Is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (2013/2514(RSP))

(2015/C 440/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-21 ta' Diċembru 2012 u tal-1 u l-11 ta' Jannar 2013 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-21 ta' Diċembru 2012 tal-Kummissarju tal-UE għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili dwar l-aħħar tifqigħa ta' ġlied fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Cotonou rivedut iffirmat f'Ġunju 2000,

wara li kkunsidra l-istqarrijiet għall-istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tas-27 u tad-29 ta' Diċembru 2012 u tal-4 u l-11 ta' Jannar 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra l-Communiqué Finali tas-Summit Straordinarju tal-Kapijiet ta' Stat tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS), li sar fi N'Djamena fil-21 ta' Diċembru 2012,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki-Moon, tas-26 ta' Diċembru 2012 li tikkundanna l-attakki mir-ribelli u li tħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrispettaw id-deċiżjonijiet meħuda mill-ECCAS fil-21 ta' Diċembru 2012 fi N'Djamena,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Unjoni Afrikana (UA), tat-12, tat-28 u tal-31 ta' Diċembru 2012 u tat-3 u t-12 ta' Jannar 2013 dwar ir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra l-ftehim politiku ta' Libreville (Gabon) iffirmat fil-11 ta' Jannar 2013 bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-grupp tar-ribelli Seleka u l-oppożizzjoni demokratika dwar ir-riżoluzzjoni tal-kriżi,

wara li kkunsidra l-Ftehim Komprensiv ta' Paċi ta' Libreville tat-28 ta' Ġunju 2008 u l-ftehimiet ta' paċi preċedenti ffirmati mill-2007 'l quddiem, li huwa msejjes fuqhom,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni S/RES/2031 tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-21 ta' Diċembru 2011, li testendi l-mandat tal-Uffiċċju Integrat tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Bini tal-Paċi fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (BINUCA) sal-31 ta' Jannar 2013, kif ukoll ir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tad-29 ta' Mejju 2012 dwar l-attivitajiet tal-BINUCA,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-Konvenzjoni tal-1979 dwar l-Eliminazzjoni ta' kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Karta Afrikana tal-1981 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, irratifikata mir-Repubblika Ċentru-Afrikana fl-1986, kif ukoll il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1989 dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li tipprojbixxi l-involviment tat-tfal f'kunflitti armati u li r-Repubblika Ċentru-Afrikana rratifikat,

wara li kkunsidra r-rapport tas-6 ta' Lulju 2011 tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà, u l-konklużjonijiet tiegħu dwar is-sitwazzjoni tat-tfal u l-kunflitt armat fir-Repubblika Ċentru-Afrikana,

wara li kkunsidra l-Artikoli 122 u 110(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-Repubblika Ċentru-Afrikana (RĊA) iffaċċjat deċennji ta' instabbiltà u inkwiet politiku mindu saret indipendenti fl-1960; billi, minkejja l-fatt li l-pajjiż fih ħafna riżorsi naturali (injam, deheb, djamanti, uranju, eċċ.), ir-RĊA hija kklassifikata biss fil-179 post minn 187 fl-Indiċi tal-Iżvilupp tal-Bniedem u, billi madwar 70 % tal-popolazjzoni tagħha jgħixu taħt il-linja tal-faqar, għadha wieħed mill-ifqar pajjiżi fid-dinja;

B.

billi fl-10 ta' Diċembru 2012, il-grupp “Seleka” (li tfisser “koalizzjoni” bis-Sango), alleanza ta' diversi movimenti ta' ribelli armati li l-biċċa l-kbira minnhom joriġinaw mill-Grigal tal-pajjiż, nieda attakk armat filwaqt li avvanza lejn in-Nofsinhar minn ħdejn il-fruntiera maċ-Ċad; billi l-attakk reċenti kien ġustifikat bid-dikjarazzjonijiet tar-ribelli li l-President François Bozizé naqas milli jonora l-impenji stabbiliti fil-Ftehim Komprensiv ta' Paċi ta' Libreville tal-2008, li ppreveda d-diżarm ta' ex ribelli u l-finanzjament għar-reintegrazzjoni tagħhom fis-soċjetà;

C.

billi l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika Ċentrali (ECCAS) organizzat summit straordinarju fi N'Djamena fil-21 ta' Diċembru 2012 u ntlaħaq ftehim dwar pjan direzzjonali biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi, fosthom waqfien mill-ġlied u negozjati immedjati f'Libreville taħt il-patroċinju tal-ECCAS; billi waqt is-summit tal-ECCAS ġie deċiż ukoll li jintbagħtu truppi addizzjonali biex jirrinfurzaw il-missjoni tal-FOMAC/MICOPAX;

D.

billi l-Afrika t'Isfel bdiet tibgħat madwar 400 truppa biex jgħinu fl-istabbilizzazzjoni tar-RĊA; u billi l-Gabon, il-Kongo-Brazzaville, iċ-Ċad u l-Kamerun għandhom truppi hemmhekk sa mill-2008 bħala parti mill-Forza Multinazzjonali Ċentru-Afrikana (FOMAC/MICOPAX) skjerata mill-ECCAS;

E.

billi, wara li kellu taħditiet mal-President tal-Unjoni Afrikana, Thomas Boni Yayi, il-President Bozizé wiegħed li ma jerġax joħroġ għall-elezzjoni meta l-mandat attwali tiegħu jispiċċa fl-2016, u offra li jifforma gvern ta' unità nazzjonali;

F.

billi fil-bidu ta' Jannar, il-grupp Seleka ħabbar waqfien tal-operazzjonijiet militari tiegħu, u waqaf barra l-belt ta' Damara (75 kilometru fit-Tramuntana ta' Bangui), u aċċetta li jieħu sehem f'taħditiet għall-paċi taħt l-awspiċju tal-ECCAS;

G.

billi fil-11 ta' Jannar 2013 it-taħditiet tripartitiċi għall-paċi bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-koalizzjoni tar-ribelli Seleka u l-oppożizzjoni politika li saru f'Libreville, il-Gabon, wasslu għall-iffirmar ta' tliet ftehimiet: dikjarazzjoni ta' prinċipju biex tinstab soluzzjoni għall-kriżi politika u tas-sigurtà; ftehim ta' waqfien mill-ġlied; u ftehim dwar is-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà li jiddefinixxi l-arranġamenti ta' kondiviżjoni tas-setgħat u l-perjodu ta' tranżizzjoni politika fir-RĊA;

H.

billi fit-12 ta' Jannar 2013 il-President Bozizé neħħa l-Prim Ministru, Faustin Archange Touadera, u xolja l-kabinett, u b'hekk witta t-triq għall-ħatra ta' gvern ta' unità nazzjonali skont il-ftehimiet ta' paċi ffirmati f'Libreville; billi skont il-ftehim ta' paċi l-elezzjonijiet leġiżlattivi għandhom isiru fi żmien 12-il xahar;

I.

billi l-President Bozizé, wara li ħa l-poter f'idejh b'kolp ta' stat fl-2003, ġie elett għall-ewwel darba fl-2005 u reġa' ġie elett fl-2011, iżda billi l-irregolaritajiet matul l-aħħar elezzjoni nnutati mill-osservaturi internazzjonali – fosthom dawk mill-UE li ffinanzjat l-elezzjoni – wasslu biex l-oppożizzjoni parlamentari bbojkottjat l-elezzjonijiet ġenerali;

J.

billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa valur fundamentali tal-Unjoni Ewropea u jirrappreżenta element essenzjali tal-Ftehim ta' Cotonou;

K.

billi l-Istati Uniti, bħall-UE, huma favur riżoluzzjoni paċifika tal-kriżi permezz tad-djalogu;

L.

billi, skont NGOs lokali, twettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża żieda fil-vjolenza sesswali fuq nisa u tfajliet, kemm mill-grupp Seleka fiż-żoni taħt il-kontroll tiegħu kif ukoll f'Bangui mill-forzi tal-Gvern fuq persuni qrib ir-ribelli;

M.

billi s-sitwazzjoni umanitarja għadha terribbli, u skont Médecins sans frontières il-kriżi laqtet lil għexieren ta' eluf ta' persuni; billi mijiet ta' tunnellati ta' għajnuna alimentari mill-Programm Dinji tal-Ikel insterqu fiż-żoni fit-Tramuntana taħt il-kontroll tar-ribelli; u billi ġew sospiżi jew imnaqqsa ħafna servizzi umanitarji;

N.

billi l-UE hija involuta fi djalogu politiku regolari mar-RĊA skont il-Ftehim ta' Cotonou u hija d-donatur ewlieni tal-pajjiż, peressli l-Kummissjoni Ewropea kkontribwiet EUR 8 miljun fl-2012 biex tgħin lil 445 000 ruħ milquta mill-kunflitt u l-ispostament fir-RĊA, u billi r-RĊA tirċievi EUR 137 miljun f'għajnuna mill-10 FEŻ;

O.

billi l-Kamerun żied il-miżuri biex jakkomoda rifuġjati mir-RĊA;

P.

billi, anke qabel it-tifqigħa reċenti ta' vjolenza, 2 500 tifel u tifla diġà kienu parti mill-gruppi armati attivi fir-RĊA; billi l-uffiċċju tal-UNICEF f'Bangui rċieva informazzjoni kredibbli rigward iż-żieda fir-reklutaġġ u l-użu ta' suldati tfal kemm mill-gruppi tar-ribelli kif ukoll mill-milizji favur il-Gvern;

Q.

billi n-nuqqas li dawk li jwettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem u delitti tal-gwerra jinġiebu quddiem il-ġustizzja jħeġġeġ ambjent ta' impunità u jinkuraġġixxi delitti oħra;

R.

billi l-forzi tar-ribelli ħadu taħt il-kontroll tagħhom żoni li fihom ħafna djamanti bħal Bria, Sam Ouandja u Bamingui; billi l-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley ħarġet twissija lill-pajjiżi membri kollha tagħha rigward il-ħruġ possibbli ta' djamanti mhux maħduma minn żoni kkontrollati mir-ribelli fir-RĊA;

S.

billi ż-żieda fil-qgħad, id-deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjali u t-tfaqqir tal-popolazzjoni huma fatturi fl-instabbiltà li tolqot lir-reġjun; billi dawn il-problemi jeħtieġu strateġija u pjan ta' żvilupp;

1.

Jesprimi l-preokkupazzjoni tiegħu rigward is-sitwazzjoni dominanti fir-RĊA mill-bidu tal-attakk tal-grupp Seleka fl-10 ta' Diċembru 2012; jiddeplora l-fatt li l-attakk reċenti poġġa f'riskju l-ħajja ta' ċivili u hedded is-sigurtà u l-istabbiltà tar-RĊA;

2.

Jilqa' l-ftehimiet ta' paċi ffirmati fil-11 ta' Jannar 2013 f'Libreville wara negozjati taħt il-patroċinju tal-ECCAS; jenfasizza l-ħtieġa ta' implimentazjzoni rapida ta' dawn il-ftehimiet; jistieden lill-partijiet kollha jimplimentawhom bona fede u jimpenjaw ruħhom biex tinkiseb paċi dejjiema fir-RĊA;

3.

Jikkundanna kull tentattiv biex il-poter jinkiseb bil-forza;

4.

Huwa konvint li, sabiex tkun żgurata riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt u biex tkun żgurata stabbiltà dejjiema, il-kompożizzjoni tal-gvern ta' unità nazzjonali trid tirrappreżenta l-forzi politiċi kollha tal-pajjiż; jilqa', f'dan ir-rigward, l-iffirmar mill-President Bozizé ta' digriet li jneħħi l-Prim Ministru tal-pajjiż, bħala wieħed mill-passi mitluba fi ftehim ta' paċi, sabiex jiġi ffurmat gvern ta' unità nazzjonali, li jitmexxa minn prim ministru magħżul mill-oppożizzjoni politika;

5.

Jilqa' d-deċiżjoni li jsiru elezzjonijiet għal Assemblea Nazzjonali ġdida u jittama li dawn isiru taħt superviżjoni internazzjonali, anke fiż-żoni attwalment okkupati mill-forzi tar-ribelli, sabiex ikun evitat li r-riżultat jiġi kkontestat;

6.

Jikkundanna kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem u huwa preokkupat ferm mill-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem li seħħ fir-RĊA matul l-attakk mill-grupp Seleka; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kontra popolazzjonijiet ċivili fiż-żoni okkupati mir-ribelli, inklużi każijiet ta' vjolenza fiżika u sesswali, serq u t-tħarbit sistematiku ta' mezzi ta' komunikazzjoni; jesprimi l-preokkupazjzoni kbira tiegħu rigward rapporti ta' attakki mmirati fuq minoranzi etniċi u reliġjużi u intimidazzjoni u arresti arbitrarji ta' avversarji politiċi f'Bangui;

7.

Jenfasizza l-fatt li l-awtoritajiet tar-RĊA għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw is-sikurezza u s-sigurtà tal-popolazzjoni ċivili; jitlob li ssir riforma tal-armata kif ukoll li jsiru arranġamenti għad-diżarm, id-demobilizzazzjoni u r-reintegrazzjoni fis-soċjetà ta' ex ġellieda, għar-rimpatriju tar-rifuġjati, għar-risistemazzjoni tal-persuni spustati f'pajjiżhom stess u għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' żvilupp vijabbli;

8.

Huwa partikolarment inkwetat minn rapporti li jindikaw żieda fir-reklutaġġ u l-użu ta' tfal suldati; itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għal dawn il-prattiki u jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt biex iwaqqfuhom;

9.

Jistieden lill-partijiet kollha jirrispettaw il-waqfien mill-ġlied, ma jibqgħux iwettqu atti ta' vjolenza fuq iċ-ċivili u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza li n-nuqqas tal-ftehimiet ta' paċi preċedenti li jiżguraw stabbiltà dejjiema fir-RĊA kien ikkawżat ukoll minn enfasi insuffiċjenti fuq id-drittijiet tal-bniedem;

10.

Jagħti ġieħ lill-vittmi kollha u jqis li għandha tingħata prijorità lil investigazzjoni imparzjali u bir-reqqa tal-każijiet kollha li ġraw u li qed iseħħu ta' abbuż tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jiġu identifikati dawk li wettquhom; jittama tassew li dawk li wettqu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità ma jingħatawx l-impunità; jinnota, f'dan ir-rigward, li l-Qorti Kriminali Internazzjonali għadha qed tinvestiga s-sitwazzjoni fir-RĊA;

11.

Jilqa' l-isforzi ta' medjazzjoni tal-organizzazzjonijiet reġjonali, bħall-Unjoni Afrikana u l-ECCAS, u speċjalment in-negozjati bejn il-partijiet li seħħew f'Libreville; jisħaq fuq l-importanza li l-mekkaniżmu l-ġdid ta' segwitu jiġi stabbilit sabiex tkun żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet milħuqa; jistieden lill-UE, f'dan ir-rigward, biex tappoġġa lill-ECCAS fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet reċenti; jistieden lill-komunità internazzjonali tkun involuta aktar attivament mar-RĊA sabiex jiġu indirizzati l-problemi tal-pajjiż li ilhom jeżistu u biex tinstab soluzzjoni politika sostenibbli;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni toffri appoġġ tekniku lill-awtoritajiet tar-RĊA bl-għan tal-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni relevanti għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet li se jsiru dalwaqt; huwa tal-fehma li sabiex tikkontribwixxi għal elezzjonijiet kredibbli, ħielsa u ġusti, l-UE għandha tikkunsidra li tibgħat missjoni ta' osservazzjoni elettorali fir-RĊA;

13.

Jistieden lill-VP/RGħ Catherine Ashton tisfrutta bl-aħjar mod ir-relazzjoni estiża tal-UE mar-RĊA biex tippromwovi attivament l-implimentazzjoni ta' strateġija komprensiva ta' bini ta' paċi li tippromwovi n-normalizzazzjoni u l-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż;

14.

Huwa preokkupat dwar l-effetti tal-kriżi reċenti fuq is-sitwazzjoni umanitarja fil-pajjiż; jistieden lill-partijiet kollha jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali u jippermettu l-aċċess sikur u bla xkiel tal-aġenziji umanitarji għall-popolazzjonijiet milquta; jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi ta' għajnuna umanitarja tagħha fir-RĊA;

15.

Jikkunsidra li l-insigurtà mifruxa f'diversi pajjiżi li jaqsmu fruntiera mar-RĊA, b'mod partikolari r-Repubblika Demokratika tal-Kongo, is-Sudan, is-Sudan t-Isfel u l-Uganda, teħtieġ azzjoni konġunta mill-komunità internazzjonali biex jiġu indirizzati l-problemi rikorrenti ta' frammentazzjoni tal-istat, kunflitti etniċi u ksur ripetut tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt b'mod olistiku u li jiffoka fuq ir-reġjuni;

16.

Jikkunsidra li l-aċċess trasparenti għar-riżorsi naturali u l-kontroll fuqhom u r-ridistribuzzjoni ekwa permezz tal-baġit tal-istat tad-dħul mill-isfruttament ta' dawk ir-riżorsi huma indispensabbli għall-iżvilupp sostenibbli tal-pajjiż;

17.

Jikkunsidra li t-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku fis-settur tal-minjieri huma kruċjali għall-ġestjoni effiċjenti tal-minjieri, għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li t-traffikar possibbli ta' djamanti mhux maħduma minn żoni kkontrollati mir-ribelli fir-RĊA jista' jwassal biex jerġa' jibda l-kunflitt u jkompli jiddestabbilizza l-pajjiż; jistieden lill-Gvern tar-RĊA jieħu aktar miżuri biex jiġġieled kontra l-isfruttament u l-kummerċ illegali tar-riżorsi naturali u jitlob li jsir monitoraġġ xieraq tas-sitwazzjoni permezz tal-Proċess ta' Kimberley;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECCAS, lill-Assemblea Parlamentari AKP-UE u lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2013

30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/116


P7_TA(2013)0015

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar l-ordni ta' preċedenza tal-Viċi Presidenti eletti b'akklamazzjoni

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar Emenda tal-Artikolu 15(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar l-ordni ta' preċedenza tal-Viċi Presidenti eletti b'akklamazzjoni (2012/2020(REG))

(2015/C 440/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-3 ta' Settembru 2010,

wara li kkunsidra l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura, adottata mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fil-15 ta' Ġunju 2011 u mħabbra fis-seduta plenarja fit-22 ta' Ġunju 2011,

wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0412/2012),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Meta ma jkunux ġew eletti b’vot sigriet, l-ordni li fih jinqara isimhom lill-Kamra mill-President għandu jiddetermina l-ordni ta’ preċedenza.

Meta jkunu ġew eletti b’ akklamazzjoni, għandu jittieħed vot sigriet biex tiġi stabbilita l-ordni ta’ preċedenza.


III Atti preparatorji

IL-PARLAMENT EWROPEW

L-Erbgħa 16 ta’ Jannar 2013

30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/117


P7_TA(2013)0008

Il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (tfassil mill-ġdid) (COM(2012)0008 – C7-0021/2012 – 2012/0007(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzzjoni)

(2015/C 440/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0021/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta’ Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

wara li kkunsidra l-ittra tad-9 ta' Novembru 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0391/2012),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f’dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta għandha kodifikazzjoni ċara u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 203.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P7_TC1-COD(2012)0007

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (tfassil mill-ġdid)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Peress li għandhom isiru iżjed emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

L-approssimazzjoni tar-regoli eżistenti fl-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi hija essenzjali għat-twaqqif ta’ kondizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni u għall-funzjonament tas-suq intern.

(3)

Il-miżuri sabiex jiġu approssimati d-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri li jaffettwaw il-mod kif jiffunzjona s-suq intern għandhom, safejn jikkonernaw is-saħħa, is-sigurtà u l-protezzjoni tal-bniedem u l-ambjent, jadottaw livell għoli bħala bażi. Din id-Direttiva għandha, fl-istess waqt, tiżgura l-protezzjoni lill-pubbliku ġenerali, u, b’mod partikolari, lill-persuni li jiġu f’kuntatt ma’ preparazzjonijiet perikolużi fil-kors tax-xogħol tagħhom, jew fit-twettiq ta’ passatemp, għall-protezzjoni tal-konsumaturi u għall-ambjent.

(4)

In-numru ta’ annimali wżati għall-esperimenti għandu jitnaqqas kemm jista’ jkun, skond id-dispożizzjonijiet Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi (5). Skont l-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kull fejn hu possibbli, jintużaw metodu xjentifikament sodisfaċenti jew strateġija tal-ittestjar, fit-tifsira ta' dik id-Direttiva, mfissra bħala kull użu, invażiv jew mhux invażiv, ta’ annimal għal skopijiet sperimentali jew xjentifiċi oħra, b’eżitu magħruf jew mhux magħruf, jew skopijiet edukattivi, li jistgħu jikkawżaw fl-annimal livell ta’ wġigħ, tbatija, skonfort jew ħsara dejjiema ekwivalenti għal, jew aktar minn, dak ikkawżat bl-introduzzjoni ta’ labra f’konformita’ mal-prattika veterinarja tajba. Għalhekk, din id-Direttiva tagħmel użu mir-riżultati tal-istimi tal-proprjetajiet tossikoloġiċi u ekotossikoloġiċi biss meta dawn ikunu diġà magħrufa u ma tinvolvi l-ebda obbligu li jitwettqu aktar esperimenti fuq annimali.

(5)

Minkejja illi l-munizzjon mhijiex koperta b’din id-Direttiva, l-isplussivi mqiegħda fis-suq sabiex jipproduċu effett splussiv jew pirotekniku jistgħu, permezz tal-kompożizzjoni kimika tagħhom, jippreżentaw perikoli għas-saħħa. Huwa għalhekk meħtieġ bħala parti mill-proċess trasparenti tat-tagħrif, illi jiġu klassifikati skond din id-Direttiva u jiġi assenjat lilhom il-folja ta’ data dwar is-sigurtà skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (6), u wkoll li jiġu ttikkettjati skond ir-regoli internazzjonali wżati għat-trasport ta’ oġġetti perikolużi.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (7) u d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li tirrigwarda t-tqegħid tal-prodotti bioċidali fis-suq (8), b’kuntrast mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-preparazzjonijiet kimiċi koperti b’din id-Direttiva, jipprovdu proċedura ta’ awtorizzazzjoni għal kull prodott fuq il-bażi ta’ dossier preżentat mill-applikant u ta’ stima mwettqa mill-awtorità kompetenti f’kull Stat Membru. Barra minn dan, din il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tinkludi kontroll li għandu x’jaqsam speċifikament mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ kull wieħed mill-prodotti qabel ma jitqiegħed fis-suq. Huwa approprjat, bħala parti minn proċess ċar u trasparenti ta’ tagħrif, illi l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u l-prodotti bioċidali jiġu klassifikati u ttikkettjati f'konformita' ma' din id-Direttiva, u wkoll li jiġu provduti l-istruzzjonijiet għall-użu skond ir-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u tad-Direttiva 98/8/KE u sabiex jiġi żgurat illi l-ittikkettjar jissodisfa l-livell għoli ta’ protezzjoni mfittex kemm minn din id-Direttiva u kemm mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew mid-Direttiva u 98/8/KE rispettivament . B’żieda ma’ dan, għandu jiġi stabbilit folja ta’ data dwar is-sigurtà (safety data sheet) għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u għall-prodotti bioċidali skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 .

(7)

Huwa meħtieġ li jiġu provduti l-limiti għal konċentrazzjoni espressi bħala perċentwal ta’ volum/volum fil-każ tal-preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq fil-għamla ta’ gass.

(8)

Huwa meħtieġ illi jiġi ddefinit liema esperjenza tal-bniedem tista’ tiġi kunsidrata sabiex jiġu evalwati r-riskji ta’ preparazzjoni għas-saħħa. Jekk studji kliniċi jistgħu jiġu aċċettati, huwa meħud bħala fatt li dawn l-istudji jikkonformaw mad-dikjarazzjoni ta’ Helsinki u l-Linji ta’ Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku għall-Prattika Klinika Tajba.

(9)

Ladarba l-iskeda eżistenti ta’ data ta’ sigurtà diġà qiegħda tintuża bħala għodda ta’ komunikazzjoni fil-katina tal-provvista ta’ sustanzi u preparati, ġiet żviluppata aktar u saret parti integrali mis-sistema stabbilita mir-Regola (KE) Nru 1907/2006, għandha titneħħa minn din id-Direttiva .

(10)

Minħabba l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (9) ġiet adattata u r-regoli tagħha dwar in-notifika u l-istima tar-riskji ta’ sustanzi kimiċi ikunu ġew jitħassru. Din id-Direttiva għandha tiġi adattata kif mistħoqq.

(11)

L-Anness V għad-Direttiva 67/548/KEE, li jistabbilixxi l-metodi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet fiżikokimiku, għat-tossiċità u l-ekotossiċità ta’ sustanzi u preparazzjonijiet, tħassret bid-Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2008. Ir-referenzi lil dak l-Anness f’din id-Direttiva għandhom jiġu adattati kif xieraq.

(12)

Sabiex jittieħed kont sħiħ tal-ħidma u l-esperjenza akkumulata taħt id-Direttiva 67/548/KEE, inklużi l-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi speċifiċi elenkati fl-Anness I għal dik id-Direttiva, il-klassifikazzjonijiet armonizzati eżistenti kollha għandhom jiġu konvertiti fi klassifikazzjonijiet armonizzati ġodda billi jintużaw kriterji ġodda. Barra minn hekk, peress li l-applikabbiltà tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (11) hija diferita u l-klassifikazzjonijiet armonizzati skond il-kriterji tad-Direttiva 67/548/KEE huma rilevanti għall-klassifikazzjoni ta’ sustanzi u taħlitiet matul il-perijodu ta’ transizzjoni li jsegwi, il-klassifikazzjonijiet armonizzati eżistenti kollha għandhom ukoll jitqiegħdu mhux mibdula f’anness għal dak ir-Regolament. Billi l-armonizzazzjonijiet tal-klassifikazzjonijiet futuri kollha jiġu soġġetti għal dak ir-Regolament, inkonsistenzi fil-klassifikazzjonijiet armonizzati tal-istess sustanza taħt il-kriterji l-ġodda u dawk eżistenti għandhom jiġu evitati.

(13)

Il-preparazzjonijiet li fihom iktar minn sustanza waħda li hija kklassifikata fit- Tabella 3.2 tal-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bħala karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni kellhom jiġu ttikkettjati bil-frażijiet dwar riskji (frażijiet-R) sabiex jiġu indikati l-klassifikazzjoni tal-kategorija 1 jew 2 u l-kategorija 3. Madanakollu, taż-żewġ frażijiet-R iwassal għall-messaġġ konfliġġenti. Il-preparazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu kklassifikati u ttikkettjati skondl-kategorija li hija aktar għolja.

(14)

Ir-referenzi għall-R frażi R40 fid-Direttiva 67/548/KEE kienu ġew emendati mid- Direttiva tal-Kummissjoni 2001/59/KE (12) meta R tal-frażi R40 ġiet assenjata għall-karċinoġeni tal-kategorija 3. Għalhekk, l-għamla qadima tal-kliem għall-R frażi R40 saret R68 u kienet intużata għall-mutaġeni tal-kategorija 3 u għal ċerti sustanzi b’effetti irriversibbli li ma jikkaġunawx il-mewt. Ir-referenzi għall-R frażi R40 f’din id-Direttiva għandhom jiġu adattati kif xieraq. .

(15)

L-Anness VI għad-Direttiva 67/548/KEE kif emendat mid-Direttiva 2001/59/KE jipprovdi parir ċar dwar il-klassifika tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet fir-rigward ta’ effetti korrużivi. F’din id-Direttiva, il-preparazzjonijiet għandhom għalhekk jiġu klassifikati kif jixraq.

(16)

Huwa magħruf illi l-preparazzjonijiet tas-siment li jkun fihom il-kromju (VI) jistgħu jikkawżaw allerġiji f’ċerti ċirkustanzi. Dawn il-preparazzjonijiet għandhom jesibixxu tikketta rilevanti ta’ twissija.

(17)

Id-Direttiva 67/548/KEE kif emendata mid- Direttiva tal-Kummissjoni 98/98/KE (13) tipprovdi għall-kriterji ġodda u frażi R ġdida (R67) għall-fwar li jista’ jikkawża n-ngħas jew l-isturdamenti. Il-preparazzjonijiet għandhom jiġu klassifikati u ttikettjati kif xieraq .

(18)

Daħħlu kriterji żviluppati għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tas-sustanzi perikolużi għall-ambjent, flimkien mas-simboli xierqa, l-indikazzjonijiet tal-perikolu, il-frażijiet dwar ir-riskju u l-pariri dwar is-sigurtà meħtieġa li jidhru fuq it-tikketti, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 92/32/KEE tat-30 ta’ April 1992 li temenda għas-seba’ darba d-Direttiva 67/548/KEE (14) u permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/21/KEE tas-27 ta’ April 1993 li tadatta għall-progress tekniku għat-tmintax-il darba d-Direttiva 67/548/KEE (15). Huma meħtieġa dispożizzjonijiet fil-livell tal-Unjoni dwar il-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tal-preparazzjonijiet filwaqt li jitqiesu l-effetti tagħhom fuq l-ambjent, u billi huwa għalhekk meħtieġ li jiġi previst metodu sabiex jiġu stmati r-riskji għall-ambjent ta’ preparazzjoni partikolari jew b’metodu tal-kalkolu jew billi jiġu stabbiliti l-proprjetajiet ekotossikoloġiċi bil-metodi tat-testijiet taħt ċerti kondizzjonijiet.

(19)

Għas-sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku (kklassifikati N) u mogħtija l-frażi R R50 jew R50/53, il-limiti speċifiċi ta’ konċentrazzjoni (SCLs) huma użati għas-sustanzi li huma elenkati fit-Tabella 3.2 tal-Parti 3 tal-Anness VI mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 sabiex ikun evita li l-periklu jiġi sottovalutat. Din il-miżura toħloq distorsjonijiet bejn il-preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma elenkati f’ dak l-Anness, li għandhom l-SCLs assoċjati magħhom, kif ukoll il-preparazzjonijiet li fihom is-sustanzi li għadhom mhux inklużi f’ dak l-Anness, iżda li huma kklassifikati u ttikkettjati proviżorjament skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KEE u li għalihom ebda SCL mhuwa applikabbli. Huwa għalhekk meħtieġ li wieħed jaċċerta li l-SCLs huma applikati bl-istess mod għall-preparazzjonijiet kollha li fihom sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku.

(20)

Id-Direttiva 2001/59/KE irrivediet il-kriterji fl-Anness VI tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tas-sustanzi li jeqirdu s-saff tal-ożonu. L-Anness II rivedut issa jipprovdi biss għall-allokament tas-simbolu N flimkien mal-frażi R R59. Il-preparazzjonijiet għandhom jiġu klassifikati u ttikettjati kif xieraq.

(21)

Il-kunfidenzjalità dwar ċerti sustanzi li jkunu jinsabu fil-preparazzjonijiet għandha tiġi garantita, u huwa għalhekk meħtieġ li tiġi stabbilita sistema li tippermetti lill-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq li titlob il-kunfidenzjalità rigward dawn is-sustanzi.

(22)

It-tikketta tikkostitwixxi għodda bażika għall-utenti tal-preparazzjonjijiet perikolużi safejn u sakemm tipprovdihom bit-tagħrif inizjali essenzjali u konċiż. Madankollu jeħtieġ illi tiġi ssupplimentata b’sistema doppja ta’ tagħrif aktar dettaljat, li jkun jikkonsisti l-ewwelnett fil-folja ta’ data dwar is-sigurtà maħsub għall-utenti professjonali prevista fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u t-tieninett għall-korpi maħtura mill-Istati Membri li jkunu responsabbli mill-provediment tat-tagħrif unikament għal għanijiet mediċi, kemm preventivi u kemm kurattivi.

(23)

Il-kontenituri li jkun fihom ċerti kategoriji ta’ preparazzjonijiet perikolużi offruti jew mibjugħa lillpubbliku ġenerali għandhom ikunu mgħammra bi qfil li jirresisti għat-tfal u/jew bi twissija tal-perikolu li tista’ tinstab permezz tal-mess. Ċerti preparazzjonijiet li ma jaqgħux taħt dawn il-kategoriji ta’ perikolu jistgħu madankollu, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, jippreżentaw perikolu għat-tfal. L-imballaġġ ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu għalhekk ikun imgħammar bi qfil li jirreżisti lit-tfal.

(24)

Sabiex jitqiesu ċerti preparazzjonijiet li, għalkemm mhumiex kunsidrati perikolużi skond din id-Direttiva, jistgħu madankollu jkunu ta’ perikolu għall-utenti, huwa meħtieġ li ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkopru dawn il-preparazzjonijiet.

(25)

Din id-Direttiva fiha dispożizzjonijiet speċjali tal-ittikkettjar li japplikaw għal ċerti preparazzjonijiet. Sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ protezzjoni għall-bniedem u l-ambjent, għandhom jiġu stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet speċjali tal-ittikkettjar għal ċerti preparazzjonijiet illi, għalkemm mhux perikolużi skond it-tifsira ta’ din id-Direttiva, jistgħu madankollu jippreżentaw perikolu għal min jużahom.

(26)

Fil-każ tal-preparazzjonijiet klassifikati bħala perikolużi fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, huwa approprjat illi l-Istati Membri jingħataw il-permess li jħallu ċerti derogi rigward il-ittikkettjar meta l-imballaġġ ikun żgħir ħafna, jew inkella mhux addattat għal-ittikkettjar jew, meta jkunu involuti dan l-imballaġġ żgħir jew dawn il-kwantitajiet żgħar, ma jkun hemm l-ebda raġuni ta’ biża’ ta’ perikolu għall-bniedem jew għall-ambjent. F’dawn il-każi għandha tingħata wkoll il-konsiderazzjoni approprjata lil approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-livell tal-Unjoni .

(27)

Huwa xieraq rigward dak li għandu x’jaqsam il-ittikkettjar dwar l-ambjent, illi jistgħu jiġu deċiżi eżenzjonijiet speċifiċi jew dispożizzjonijiet speċifiċi f’każijiet speċifiċi meta jkun jista’ jintwera illi l-impatt ġenerali fuq l-ambjent tat-tipi tal-prodotti in kwistjoni ikun aktar baxx minn dak ta’ tipi korrispondenti tal-prodotti.

(28)

Sabiex tissupplementa jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva., is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament talUnjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ta’ eżenzjonijiet għal ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ittikkettar ambjentali jew dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ittikkettar ambjentali, tiddeċiedi dwar miżuri fil-qafas taddispożizzjonijiet speċjali dwar l-ittikkettjar ta' ċerti preparazzjonijiet u sabiex tadatta l-annessi għall-progress tekniku. Huwa partikolarment importanti li lKummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti.Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(29)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tależerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (16).

(30)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VIII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għanijiet u l-qasam ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva timmira lejn l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi u mal-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti preparazzjonijiet li jistgħu jippreżentaw riskji, sewwa jekk jiġu klassifikati bħala perikolużi fit-tifsira ta’ din id-Direttiva u sewwa jekk le, meta dawn il-preparazzjonijiet jitqiegħdu fis-suq tal-Istati Membri.

2.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal preparazzjonijiet li:

(a)

ikun fihom mill-inqas sustanza perikoluża waħda fit-tifsira ta’ Artikolu 2; u

(b)

jitqiesu perikolużi fit-tifsira ta’ Artikoli 5, 6 jew 7.

3.   Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dikjarati fl-Artikolu 9 u fl-Anness IV, u dawk stipulati fl-Artikolu 10 u fl-Anness V għandhom japplikaw ukoll għall-preparazzjonijiet li mhumiex ikkunsidrati perikolużi fit-tifsira tal-Artikolu 5, 6 jew 7 iżda jistgħu madankollu jippreżentaw riskju speċifiku.

4.   Mingħajr preġudizzju għar- Regolament (KE) Nru 1107/2009 , l-artikoli dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u t-tikettjar ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

5.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-preparazzjonijiet li ġejjin fl-istat lest, maħsuba għall-aħħar konsumatur:

(a)

il-prodotti mediċinali veterinarju għall-użu mill-bniedem jew għall-annimali, kif definiti fid-Direttivi 2001/82/KE (17) 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) rispettivament;

(b)

il-prodotti kosmetiċi kif definiti fid-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (19);

(c)

it-taħlitiet tas-sustanzi li, fl-għamla ta’ skart, huma koperti bid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

(d)

l-oġġetti tal-ikel;

(e)

l-għalf tal-annimali;

(f)

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanzi radjoattivi kif definiti bid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/EURATOM (21);

(g)

il-mezzi mediċi li huma invażivi jew użati f'kuntatt dirett fiżiku mal-ġisem tal-bniedem safejn u sakemm il-miżuri tal-Unjoni li jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tas-sustanzi u l-preparazzjonijiet perikolużi jiżguraw l-istess livell ta’ provvediment ta’ tagħrif u ta’ protezzjoni bħal din id-Direttiva.

6.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:

(a)

it-trasportazzjoni ta’ preparazzjonjijiet perikolużi bil-ferrovija, bl-art, bil-kanali interni fuq l-ilma, bil-baħar jew bl-ajru;

(b)

il-preparazzjonijiet in transitu li jkunu taħt is-sorveljanza tad-dwana, sakemm ma jgħaddu minn l-ebda trattament jew proċessar.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-għanijiet ta’ din il-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“sustanzi” tfisser l-elementi kimiċi u l-komposti tagħhom fl-istat naturali jew miksuba minn kull proċess tal-produzzjoni, inklużi kull addittiv meħtieġ sabiex jippreżerva l-istabbiltà tal-prodotti u kull impurità dderivata mill-proċess użat, iżda eskluż kull solvent li jista’ jiġi sseparat mingħajr ma jaffettwa l-istabbiltà tas-sustanza jew ibiddel il-kompożizzjoni tagħha;

(b)

“preparazzjonijiet” tfisser it-taħlitiet jew is-soluzzjonijiet komposti minn żewġ sustanzi jew aktar;

(c)

“polimeru” jfisser sustanza li jkun fiha l-molekoli karatterizzati b’sekwenza ta’ tip jew aktar ta’ unitajiet tal-monomeri u li jkollhom maġġoranza sempliċi tal-piż tal-molekoli li jkun fihom mill-inqas tliet unitajiet tal-monomeru li jkunu kovalentement marbuta ma' mill-inqas unità oħra ta’ monomeru jew ta’ sustanza reattanta oħra u li jikkonsistu f’anqas minn maġġoranza sempliċi tal-piż tal-molekoli tal-istess piż molekolari. Dawn il-molekoli għandhom jiġu mqassma fuq firxa ta’ piżijiet molekolari li tagħhom id-differenzi fil-piż molekolari jiġi primarjament attribwit għad-differenzi fin-numru tal-unitajiet tal-monomeri. Fil-kuntest ta’ din id-“definizzjoni unità ta' monomeri” tfisser il-għamla reaġita ta' monomeru f’polimeru;

(d)

“tqegħid fis-suq” tfisser li tagħmel disponibbli għal partijiet terzi. L-importazzjoni fit-territorju tad-dwana tal-Unjoni għandha titqies bħala tqegħid fis-suq għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva;

(e)

“riċerka u żvilupp xjentifiku” tfisser l-esperimentazzjoni xjentifika, l-analiżi jew ir-riċerka kimiċi mwettqa taħt kondizzjonijiet ikkontrollati; tinkludi l-mod kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet intrinsiċi, il-qadi tax-xogħol u l-effikaċja kif ukoll l-investigazzjoni xjentifika li għandha x’taqsam mal-iżvilupp tal-prodott;

(f)

“riċerka u żvilupp orjentati lejn il-proċess” tfisser l-iżvilupp iktar tas-sustanza li fil-kors tagħha jintużaw impjant pilota jew provi tal-produzzjoni biex jittestjaw il-firxiet tal-applikazzjoni tas-sustanza;

(g)

“Einecs” tfisser l-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti. Dan l-inventarju fih il-lista definittiva tas-sustanzi kimiċi kollha meqjusa li jkunu jeżistu fis-suq tal-Unjoni fit-18 ta’ Settembru 1981.

2.   Dawn li ġejjin huma “perikolużi” fit-tifsira ta’ din id-Direttiva:

(a)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet splussivi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet solidi, likwidi, f'għamla ta’ pejst jew ta’ ġelatina li jistgħu wkoll jirreaġixxu eżotermikament mingħajr l-ossiġenu atmosferiku hekk illi b'hekk jevolvu malajr f’gass, u li, taħt il-kondizzjonijiet definiti tat-testijiet, jieħdu n-nar, jaqbdu malajr jew jisplodu malli jisħnu meta jkunu magħluqa parzjalment;

(b)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jossidaw: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jagħtu lok għal reazzjoni eżotermika għolja f'kuntatt ma' sustanzi oħra, partikolarment is-sustanzi fjammabbli;

(c)

sustanzi u preparazzjonijiet estremament fjammabbli: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet likwidi li għandhom flashpoint estremament baxx u punt baxx tal-għali u s-sustanzi u l-preparazzjonijiet tal-gass li jieħdu n-nar f'kuntatt ma' l-arja f'temperatura u pressjoni ambjentali;

(d)

s-sustanzi u preparazzjonijiet fjammabbli ħafna:

(i)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jistgħu jisħnu malajr u finalment jieħdu n-nar f’kuntatt mal-arja f'temperatura ambjentali mingħajr l-applikazzjoni tal-enerġija; jew

(ii)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet solidi li jistgħu jieħdu n-nar minnufih wara kuntatt qasir ma’ sors tat-tqabbid tan-nar u li jinħarqu jew jiġu kkunsmati wara t-tneħħija tas-sors tat-tqabbid; jew

(iii)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet likwidi li għandhom flashpoint baxx ħafna; jew

(iv)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, f’kuntatt mal-ilma jew mal-arja umda, jevolvu gassijiet estremament fjammabbli fi kwantitajiet perikolużi;

(e)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet fjammabbli: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet likwidi li għandhom flashpoint baxx; jew

(f)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet tossiċi ħafna: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li fi kwantitajiet żgħar ħafna jikkaġunaw il-mewt jew ħsara akuta jew kronika għas-saħħa meta jittieħdu 'l ġewwa man-nifs, jinbelgħu jew jiġu assorbiti permezz tal-ġilda;

(g)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet tossiċi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li fi kwantitajiet żgħar jikkaġunaw il-mewt jew ħsara akuta jew kronika għas-saħħa meta jittieħdu ‘l ġewwa man-nifs, jinbelgħu jew jiġu assorbiti permezz tal-ġilda;

(h)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet ta’ ħsara: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jistgħu jikkaġunaw il-mewt jew ħsara akuta jew kronika għas-saħħa meta jittieħdu ‘l ġewwa man-nifs, jinbelgħu jew jiġu assorbiti permezz tal-ġilda;

(i)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet korrużivi/li jaħfu: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, mal-kuntatt ma’ tessuti ħajjin, jistgħu jeqirduhom;

(j)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jirritaw: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet mhux korrużivi li, permezz ta' kuntatt immedjat, imtawwal jew imtenni mal-ġilda jew mal-membrana mukuża, jistgħu jikkaġunaw infjammazzjoni;

(k)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li jissensitizzaw: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu ‘l ġewwa man-nifs jew jekk jippenetraw il-ġilda, huma kapaċi li jġibu reazzjoni ta' ipersensitizzazzjoni b’mod li b’aktar espożizzjoni għas-sustanza jew il-preparazzjoni, jiġu prodotti effetti karatteristiċi ħżiena;

(l)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet karċinoġeniċi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu ‘l ġewwa man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jwasslu għall-kanċer jew iżidu l-inċidenza tiegħu;

(m)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet mutaġeniċi: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu ‘l ġewwa man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jwasslu għal difetti ġenetiċi li jintirtu jew iżidu l-inċidenza tagħhom;

(n)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li huma tossiċi għar-riproduzzjoni: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jittieħdu ‘l ġewwa man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jippenetraw il-ġilda, jistgħu jipproduċu, jew iżidu l-inċidenza ta’ effetti ħżiena mhux ereditarji fin-nisel u/jew ħsara fil-funzjonijiet jew fil-kapaċità riproduttiva tal-irġiel jew tan-nisa;

(o)

is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li huma perikolużi għall-ambjent: is-sustanzi u l-preparazzjonijiet li, jekk jidħlu fl-ambjent, jippreżentaw jew jistgħu jippreżentaw perikoli għal xi komponent jew aktar tal-ambjent.

Artikolu 3

Il-mod kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet perikolużi tal-preparazzjonijiet

1.   L-evalwazzjoni tar-riskji ta’ preparazzjoni għandha tiġi msejsa fuq il-mod kif jiġu stabbiliti:

(a)

il-proprjetajiet fiżiko-kimiċi;

(b)

il-proprjetajiet li jaffettwaw is-saħħa;

(c)

il-proprjetajiet ambjentali.

Dawn il-proprjetajiet differenti għandhom jiġu stabbiliti skond l-Artikoli 5, 6 u 7.

Meta jsiru t-testijiet tal-laboratorju, għandhom jitwettqu fuq il-preparazzjonijiet kif imqiegħda fis-suq.

2.   Meta id-determinazzjoni tal-proprjetajiet perikolużi titwettaq skond Artikoli 5, 6 u 7, is-sustanzi perikolużi kollha skond it-tifsira ta’ Artikolu 2 u b’mod partikolari dawn li ġejjin għandhom jitqiesu skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-metodu wżat:

(a)

sostanzi elenkati fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(b)

sostanzi klassifikati u ttikkettjati proviżorjament mill-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq skond Artikolu 6 tad-Direttiva 67/548/KEE.

3.   Għall-preparazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva, għandhom jitqiesu s-sustanzi perikolużi kif riferiti fil-paragrafu 2 li huma klassifikati bħala perikolużi fuq il-bażi tal-effetti tagħhom fuq is-saħħa u/jew l-ambjent, kemm jekk ikunu preżenti bħala impuritajiet jew bħala addittivi, meta l-konċentrazzjoni tagħhom tkun ugwali jew akbar minn dawk iddefiniti fit-tabella li ġejja għajr jekk jingħataw valuri iktar baxxi fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 , jew fil-Parti B ta’ Anness II ma’ din id-Direttiva jew fil-Parti B ta’ Anness III ta’ magħha, għajr jekk speċifikati xorta oħra f'Anness V ma’ din id-Direttiva.

Il-Kategorija tal-perikolu tas-sustanza

Il-Konċentrazzjoni li għandha titqies għal

Preparazzjonijiet gassużi

% vol/vol

Preparazzjonijiet l-oħra

% w/w

Tossiku ħafn

≥ 0,02

≥ 0,1

Tossiku

≥ 0,02

≥ 0,1

Karċinoġeniku

tal-Kategorija 1 jew 2

≥ 0,02

≥ 0,1

Kategorija

Mutaġenika 1 jew 2

≥ 0,02

≥ 0,1

Kategorija

għar-riproduzzjoni Tossika 1 jew 2

≥ 0,02

≥ 0,1

Ta’ ħsara

≥ 0,2

≥ 1

Korrużiv

≥ 0,02

≥ 1

Irritanti

≥ 0,2

≥ 1

Sensitizzanti

≥ 0,2

≥ 1

Kategorija

Karċinoġenika 3

≥ 0,2

≥ 1

Mutaġeniku

tal-Kategorija 3

≥ 0,2

≥ 1

Tossiku għar-riproduzzjoni

tal-Kategorija 3

≥ 0,2

≥ 1

Perikoluż għall-ambjent N

 

≥ 0,1

Perikoluż għall-ożonu tal-ambjent

≥ 0,1

≥ 0,1

Perikoluż għall-ambjent

 

≥ 1

Artikolu 4

Il-Prinċipji ġenerali tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar

1.   Il-klassifikazzjoni tal-preparazzjonjijiet perikolużi skond il-grad u natura speċifika tar-riskji involuti għandha tkun imsejsa fuq id-definizzjonijiet tal-kategoriji tal-perikolu stabbiliti f'Artikolu 2.

2.   Il-prinċipji ġenerali tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar għandhom jiġu applikati skond il-kriterji stabbiliti f’Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE, għajr meta jiġu applikati l-kriterji alternattivi riferiti f'Artikoli 5, 6, 7 jew 10 u Annessi rilevanti f’din id-Direttiva.

Artikolu 5

L-evalwazzjoni tar-riskji li jidderivaw mill-proprjetajiet fiżiko-kimiċi

1.   Ir-riskji ta’ preparazzjoni dderivati mill-proprjetajiet fiżiko-kimiċi tagħha għandhom jiġi stmati billi jiġu stabbiliti, permezz tal-metodi speċifikati fil-Parti A tal-Anness mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (22), il-proprjetajiet fiżiko-kimiċi tal-preparazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar approprjati skond il-kriterji stabbiliti f’Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE .

2.   Bħala deroga mill-paragrafu 1, il-mod kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet splussivi, li jossidaw, li huma estremament fjammabbli, fjammabbli ħafna, jew fjammabbli mhuwiex meħtieġ sakemm:

(a)

l-ebda wieħed mill-kostitwenti ma jippossjedi dawn il-proprjetajiet u li, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli għall-fabbrikant, ma’ jkunx probabbli illi l-preparazzjoni tippreżenta riskji ta’ din ix-xorta;

(b)

fil-każ ta’ bidla fil-kompożizzjoni ta’ preparazzjoni ta’ kompożizzjoni magħrufa, ix-xhieda xjentifika tindika illi stima mill-ġdid tar-riskji ma twassalx għall-bidla fil-klassifikazzjoni;

(c)

il-preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq fil-għamla ta’ aerosols jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 8(1a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE (23).

3.   Għal ċerti każijiet li għalihom il-metodi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 440/2008 ma jkunux approprjati, metodi alternattivi għall-kalkolu huma stabbiliti fil-Parti B ta’ Anness I ma’ din id-Direttiva.

4.   Ċerti eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-metodi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 440/2008 huma rriferiti fil-Parti A ta’ Anness I ma’ din id-Direttiva.

5.   Ir-riskji li jidderivaw mill-proprjetajiet fiżiko-kimiċi tal-preparazzjonijiet koperti Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandhom jiġu stmati bil-mod kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet fiżiko-kimiċi tal-preparazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni approprjata skond il-kriterji stabbiliti f'Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE. Dawk il-proprjetajiet għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-metodi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 440/2008 għajr jekk ikunu aċċettati metodi oħra rrikonoxxuti internazzjonalment skond id-dispożizzjonijiet Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 (24) u (UE) Nru 545/2011 (25) .

Artikolu 6

L-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa

1.   Ir-riskji għas-saħħa ta' preparazzjoni għandhom jiġu stmati bi proċedura jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

permezz ta’ xi metodu konvenzjonali deskritt f’Anness II;

(b)

billi jiġu stabbiliti l-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-preparazzjoni meħtieġa għall-klassifikazzjoni approprjata skond il-kriterji f’Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE. Dawk il-proprjetajiet għandhom jiġu stabbilitti permezz tal-metodi stabbiliti fil- Parti B tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 440/2008, għajr jekk, fil-każ tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, ikunu aċċettati metodi oħra rrikonoxxuti internazzjonalment skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 544/2011 u (UE) Nru 545/2011 .

2.   Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 , biss meta jkun jista’ jintwera xjentifikament mill-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq illi l-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-preparazzjoni ma jistgħux jiġu stabbiliti korrettement bil-metodu deskritt fil-qosor fil-punt (a) tal-paragrafu 1, jew fuq il-bażi tar-riżultati eżistenti tat-testijiet fuq annimali, jistgħu jintużaw il-metodi stabbiliti fil-punt (b) tal-paragrafu 1, sakemm jiġu ġustifikati jew speċifikament awtorizzati skond Artikolu 12 tad-Direttiva 86/609/KEE.

Meta proprjetà tossikoloġika tiġi stabbilita bil-metodi deskritti fil-qosor fil-punt (b) tal-paragrafu 1 sabiex jinkiseb tagħrif ġdid, it-test għandu jitwettaq skond il-prinċipji tal-prattika t-tajba tal-laboratorju provduti fid-Direttiva 2004/10/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/609/KEE, b’mod partikolari Artikoli 7 u 12 tagħha.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, meta l-proprjetà tossikoloġika tkun ġiet stabbilita fuq il-bażi taż-żewġ metodi deskritti fil-qosor fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, għandhom jintużaw ir-riżultati tal-metodu deskritt fil-qosor fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għall-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni, għajr fil-każ ta’ effetti kartinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni li dwarhom il-metodu deskritt fil-qosor fil-punt (a) tal-paragrafu 1 biss għandu jintuża.

Kull waħda mill-proprjetajiet tossikoloġiċi tal-preparazzjoni li ma tiġix stmata bil-metodu dekritt fil-qosor fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi stmata skond il-metodu deskritt fil-qosor fil-punt (a) tal-paragrafu 1 .

3.   B’żieda ma’ dan, meta jista’ jintwera illi bl-istudji epidemjoloġiċi, bl-istudji xjentifikament validi tal-każ speċifikat fl-Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE jew bl-esperjenza sostnuta bl-istatistika, bħalma hija l-istima tal-informazzjoni mill-unitajiet tat-tagħrif dwar il-veleni jew li jirrigwardaw il-mard ikkawżat mix-xogħol:

dawn l-effetti tossikoloġiċi fuq il-bniedem jiddiferixxu minn dawk issuġġeriti bl-applikazzjoni tal-metodi deskritti fil-qosor fil-paragrafu 1, f'dan il-każ il-preparazzjoni għandha tiġi klassifikata skond l-effetti tagħha fuq il-bniedem,

illi minħabba l-effetti bħalma hija l-potenzjalità, stima konvenzjonali tevalwa b’mod iktar baxx ir-riskju tossikoloġiku, dawn l-effetti għandhom jitqiesu meta tiġi klassifikata l-preparazzjoni,

illi minħabba l-effetti bħalma hu l-antagoniżmu, stima konvenzjonali tevalwa b'mod iktar għoli r-riskju tossikoloġiku, dawn l-effetti għandhom jitqiesu meta tiġi klassifikata l-preparazzjoni.

4.   Għall-preparazzjonijiet ta’ kompożizzjoni magħrufa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 , klassifikati skond il-punt (b) tal-paragrafu 1, għandha tiġi mwettqa evalwazzjoni ġdida tar-riskju għas-saħħa bil-metodi deskritti fil-qosor jew fil-punt (a) jew fil-punt (b) tal-paragrafu 1 kull meta:

xi bidliet fil-kompożizzjoni tal-konċentrazzjoni inizjali bħala perċentwali tal-piż/piż jew volum/volum, għal kostitwent perikoluż jew aktar jiddaħħlu mill-fabbrikant, skond it-tabella li ġejja:

Il-Firxa tal-konċentrazzjoni iniżjali tal-Kostitwent

Il-varjazzjoni permessa fil-konċentrazzjoni inizjali tal-kostitwent

≤ 2,5  %

± 30 %

> 2,5  ≤ 10 %

± 20 %

> 10 ≤ 25 %

± 10 %

> 25 ≤ 100 %

± 5 %

il-bidliet fil-kompożizzjoni li tinvolvi s-sostituzzjoni jew iż-żieda ta’ kostitwent jew aktar, li jistgħu jkunu jew ma jkunux perikolużi fit-tifsira tad-definizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 2, jiġu mdaħħla mill-fabbrikant.

Din l-evalwazzjoni ġdida għandha tapplika għajr jekk ikun hemm ġustifikazzjoni xjentifika valida illi l-evalwazzjoni mill-ġdid tar-riskju jirriżulta f'bidla tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 7

L-evalwazzjoni tar-riskji ambjentali

1.   Ir-riskji ta’ preparazzjoni fuq l-ambjent għandhom jiġu stmati bi proċedura waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(a)

metodu konvenzjonali deskritt f’Anness III;

(b)

il-mod kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet tal-preparazzjoni ta’ riskju għall-ambjent meħtieġa għall-klassifikazzjoni approprjata skond il-kriterji ddikjarati f'Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE. Dawk il-proprjetajiet għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-metodi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 440/2008, għajr jekk, fil-każ tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jiġu aċċettati metodi oħra rrikonoxxuti internazzjonalment skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (UE) Nru 544/2011 u (UE) Nru 545/2011 . Mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet tat-testijiet stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew skontu il-kondizzjonijiet sabiex jiġu applikati l-metodi tat-testijiet huma deskritti fil-Parti C ta’ Anness III ma’ din id-Direttiva.

2.   Meta proprjetà ekotossikoloġika tiġi stabbilita b’wieħed mill-metodi deskritti fil-qosor fil-punt (b) tal-paragrafu 1 sabiex jinkiseb tagħrif ġdid, it-test għandu jsir skond il-prinċipji tal-prattiċi t-tajba tal-laboratorju provduti fid-Direttiva 2004/10/KE u mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/609/KEE.

Meta jkunu ġew stmat r-riskji ambjentali skond iż-żewġ proċeduri msemmija hawn fuq, għandu jintuża r-riżultat tal-metodi riferiti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għall-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

3.   Għall-preparazzjonijiet ta’ kompożizzjoni magħrufa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 , klassifikati skond il-metodu deskritt fil-qosor fil-punt (b) tal-paragrafu 1 , għandha tiġi mwettqa evalwazzjoni ġdida tar-riskju ambjentali jew bil-metodu deskritt fil-qosor fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jew dak deskritt fil-qosor fil-punt (b) tal-paragrafu 1 kull meta:

xi bidliet fil-kompożizzjoni tal-konċentrazzjoni inizjali bħala perċentwal piż/piż jew volum/volum, ta’ kostitwent perikoluż jew iktar jiddaħħlu mill-fabbrikant, skond it-tabella li ġejja:

Il-Firxa tal-konċentrazzjoni iniżjali tal-kostitwent

Il-Varjazzjoni permessa fil-konċentrazzjoni inizjali tal-kostitwent

≤ 2,5  %

± 30 %

> 2,5  ≤ 10 %

± 20 %

> 10 ≤ 25 %

± 10 %

> 25 ≤ 100 %

± 5 %

xi bidliet fil-kompożizzjoni li jinvolvu s-sostituzzjoni jew iż-żieda ta’ kostitwent jew iktar, li jistgħu jkunu jew ma jkunux perikolużi fit-tifsira tad-definizzjonijiet stabbiliti f’Artikolu 2, jiddaħħlu mill-fabbrikant.

Din l-evalwazzjoni ġdida għandha tapplika għajr jekk ikun hemm ġustifikazzjoni xjentifika valida sabiex jitqies illi evalwazzjoni mill-ġdid tar-riskju ma tirrużultax f'bidla tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 8

L-obbligi u d-dmirijiet tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-preparazzjonijiet koperti b'din id-Direttiva ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk jikkonformaw magħha.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jistgħu jitolbu t-tagħrif dwar il-kompożizzjoni tal-preparazzjoni u kull tagħrif ieħor pertinenti mill-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi dawk responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri:

(a)

l-informazzjoni wżata għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettjar tal-preparazzjoni;

(b)

kull tagħrif pertinenti dwar il-ħtiġiet tal-imballaġġ skond il-punt (c) tal-Artikolu 9, inkluż iċ-ċertifikat tat-test maħruġ skond il-Parti A ta’ Anness IX mad-Direttiva 67/548/KEE;

(c)

l-informazzjoni wżata sabiex jiġi stabbilit il-folja ta’ data dwar is-sigurtà, skond Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

4.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz sħiħ tal-awtorità/awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-komunikazzjoni u l-iskambju tat-tagħrif li jkollu x'jaqsam ma' l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva.

Artikolu 9

L-imballaġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi:

(a)

il-preparazzjonijiet fit-tifsira ta’ Artikolu 1(2) u l-preparazzjonijiet koperti b’Anness IV skond Artikolu 1(3) ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk l-imballaġġ tagħhom jissodisfa l-ħtiġiet li ġejjin:

(i)

għandu jkun iddisinjat u mibni hekk illi l-kontenuti tiegħu ma jistax jaħrab minnu; din il-ħtieġa ma għandhiex tapplika meta huma stabbiliti mekkaniżmi speċjali tas-sigurtà;

(ii)

il-materjali li jikkostitwixxu l-imballaġġ u l-qfil tiegħu ma għandux ikunu suxxettibbli għal li jkunu attakkati ħażin mill-kontenut, jew li x'aktarx jifforma komponenti perikolużi mal-kontenut;

(iii)

l-imballaġġ u l-qfil għandhom jkunu b’saħħithom u solidi matul il-ħin kollu sabiex jiżguraw illi ma jinħallux għandhom jirresistu għat-tensjonijiet u l-isforzi tat-tqandil;

(iv)

il-kontenituri imgħammra b’mezzi tal-qfil li jinbidlu għandhom ikunu ddisinjati b’mod illi l-imballaġġ jista’ jerġa jinqafel ripetutament mingħajr ma joħroġ minnu l-kontenut.

(b)

il-kontenituri li jkun fihom il-preparazzjonijiet fit-tifsira ta’ Artikolu 1(2) u l-preparazzjonijiet koperti b’Anness IV skond Artikolu 1(3) offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali ma jkollhomx:

(i)

jew għamla u/jew dekorazzjoni grafika li x’aktarx jiġbdu jew iqajmu l-kurżità attiva tat-tfal jew li jqarrqu bil-konsumaturi; jew

(ii)

il-preżentazzjoni u/jew id-denominazzjoni wżati għall-oġġetti tal-ikel jew għall-għalf tal-annimali jew għall-prodotti mediċinali jew kosmetiċi;

(c)

il-kontenituri li jkun fihom ċerti preparazzjonijiet offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali koperti b’Anness IV:

(i)

jiġu mgħammra bi qfil reżistenti għat-tfal; u/jew

(ii)

iġorru twissija tal-perikolu li tista’ tinstab permezz tal-mess.

Il-mezzi għandhom jikkonformaw mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mogħtija fil-Partijiet A u B ta’ Anness IX mad-Direttiva 67/548/KEE.

2.   L-imballaġġ tal-preparazzjonijiet għandu jitqies li jissodisfa l-ħtiġiet tal-punti (a)(i), (ii) u (iii) tal-paragrafu 1 jekk jikkonforma mal-ħtiġiet għall-ġarr tal-oġġetti perikolużi bil-ferrovija, bit-triq, bil-passaġġi interni tal-ilma, bil-baħar jew bl-ajru.

Artikolu 10

L-ittikkettjar

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw illi:

(a)

il-preparazzjonijiet fit-tifsira ta’ Artikolu 1(2) ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk il-ittikkettjar fuq l-imballaġġ tagħhom jissodisfa l-ħtiġiet kollha ta’ dan Artikolu u d-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Partijiet A u B ta’ Anness V;

(b)

il-preparazzjonijiet fit-tifsira ta’ Artikolu 1(3) kif iddefiniti fil-Partijiet B u C ta’ Anness V ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq għajr jekk il-ittikkettjar fuq l-imballaġġ tagħhom jissodisfa l-ħtiġiet tal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 u d-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Partijiet B u C ta’ Anness V.

2.   Rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bla ħsara għar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, il-ħtiġiet tal-ittikkettjar skond din id-Direttiva għandhom ikunu akkumpanjati bil-kliem li ġej:

“Sabiex jiġu evitati r-riskji għall-bniedem u għall-ambjent, ikkonforma mal-istruzzjonijiet għall-użu.”

Dan il-ittikkettjar għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-tagħrif meħtieġ skond l-Artikolu 65 tar- regolament (UE) Nru 1107/2009 u Annessi I u III għar- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 547/2011 (27) tagħha.

3.   It-tagħrif li ġej għandu jkun immarkat b’mod ċar u li ma jitħassarx fuq kull imballaġġ:

(a)

l-isem jew id-denominazzjoni kummerċjali tal-preparazzjoni;

(b)

l-isem, l-indirizz sħiħ u n-numru tat-telefon tal-persuna stabbilita ġewwa l- Unjoni li hija responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq, sewwa jekk tkun il-fabbrikant, sewwa l-importatur jew sewwa d-distributur;

(c)

l-isem kimiku tas-sustanza jew tas-sustanzi preżenti fil-preparazzjoni skond ir-regoli ddettaljati li ġejjin:

(i)

għall-preparazzjonijiet klassifikati T+, T, Xn skond Artikolu 6, għandhom jitqiesu biss is-sustanzi T+, T, Xn preżenti fil-konċentrazjonijiet egwali jew akbar mil-limitu l-aktar baxx (il-limitu Xn) għal kull wieħed minnhom stabbilit fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-Parti B ta’ Anness II ma’ din id-Direttiva;

(ii)

għall-preparazzjonijiet klassifikati C skond Artikolu 6, għandhom jitqiesu biss is-sustanzi C preżenti fil-konċentrazzjonijiet egwali jew akbar mil-limitu l-aktar baxx (il-limit Xi) stabbilit fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew, fin-nuqqas ta’ dan, fil-Parti B ta’ Anness II ma’ din id-Direttiva;

(iii)

l-isem tas-sustanzi li jkunu taw lok għall-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni f’kategorija ta’ perikolu jew aktar li ġejjin għandhom jissemmew fuq it-tikketta:

kategorija 1, 2 jew 3 tal-kanċerogeni;

kategorija 1, 2 jew 3 tal-mutaġeni;

kategorija 1, 2 jew 3 tat-tossiċita għar-riproduzzjoni;

tossika ħafna, tossika jew ta’ ħsara minħabba effetti mhux letali wara espożizzjoni waħda;

tossika jew ta’ ħsara minħabba l-effetti severi wara espożizzjoni mtennija jew imtawla;

sensitizzanti.

L-isem kimiku għandu jkun wieħed mid-denominazzjonijiet elenkati fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew nomenklatura kimika rrikonoxxuta internazzjonalment jekk l-ebda denominazzjoni korrispondenti ma tkun għadha ġiet elenkata f’dan l-Anness;

(iv)

l-isem ta’ kull sustanza li tkun wasslet għall-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni fil-kategoriji ta’ perikolu li ġejjin ma għandux għalfejn jissemma’ fuq it-tikketta, għajr jekk is-sustanza jkollha tissemma skond il-punti (i), (ii) jew (iii):

spluzziv;

ossidanti;

estremament fjammabbli;

fjammabbli ħafna;

fjammabbli;

irritanti;

perikoluż għall-ambjent;

(v)

bħala regola ġenerali, il-massimu ta’ erba’ ismijiet kimiċi għandu jkun biżżejjed sabiex jidentifika s-sustanzi primarjament responsabbli mill-perikoli prinċipali għas-saħħa li jkunu taw lok għall-klassifikazzjoni u l-għażla tal-frażijiet korrispondenti li jirreferu għar-riskju involut. F’ċerti każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa iktar minn erba’ ismijiet kimiċi;

(d)

is-simbolu/i tal-perikolu u l-indikazzjoni/jiet tal-perikolu. Is-simboli tal-perikolu, meta speċifikati f’din id-Direttiva, u l-indikazzjonijiet tal-perikoli involuti fl-użu tal-preparazzjoni, għandhom ikunu skond l-Annessi II u VI mad-Direttiva 67/548/KEE u għandhom jiġu applikati skond l-evalwazzjoni tar-riskji skond Annessi I, II u III ma’ din id-Direttiva.

Meta aktar minn simbolu wieħed ta’ perikolu għandu jiġi assenjat għal preparazzjoni, l-obbligu li jiġi applikat is-simbolu:

(i)

T għandu jagħmel is-simboli Ċ u X bil-għażla għajr jekk ikun speċifikat xorta oħra fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(ii)

C għandu jagħmel is-simbolu X bil-għażla;

(iii)

E għandu jagħmel is-simboli F u O bil-għażla;

(iv)

Xn għandu jagħmel is-simbolu Xi bil-għażla.

Is-simbolu/i għandu/hom jiġi/u stampat/i bl-iswed fuq sfond oranġjo-isfar;

(e)

il-frażijiet tar-riskju (il-frażijiet R). L-indikazzjonijiet li jirrigwardaw ir-riskji speċjali (il-frażijiet R) għandhom jikkonformaw ma’l-Annessi III u VI tad-Direttiva 67/548/KEE u għandhom jiġu assenjati skond ir-riżultati tal-evalwazzjoni tar-riskji mwettqa skond Annessi I, II, u III ma’ din id-Direttiva.

Bħala regola ġenerali, il-massimu ta’ sitt frażijiet R għandu jkun biżżejjed sabiex jiddeskrivi r-riskji; għal dan il-għan, il-frażijiet magħquda elenkati f’Anness III mad-Direttiva 67/548/KEE għandhom jitqiesu bħala frażijiet singoli. Madankollu, jekk il-preparazzjoni tidħol f’aktar minn kategorija waħda ta’ perikolu, dawn il-frażijiet standard għandhom ikopru r-riskji prinċipali assoċjati mal-preparazzjoni. F’uħud mill-każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa aktar minn sitt frażijiet R.

Il-frażijiet standard “estremament fjammabbli” jew “fjammabbli ħafna” ma għandhomx għalfejn jintużaw meta jiddeskrivu indikazzjoni ta’ perikolu wżata skond il-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;

(f)

il-pariri dwar is-sigurtà (il-frażijiet S). L-indikazzjonijiet li jagħtu parir dwar is-sigurtà (il-frażijiet S) għandhom jikkonformaw mal-Anness IV u ma’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE u għandhom jiġu assenjati skond ir-riżultati tal-evalwazzjoni tar-riskji mwettqa skond Annessi I, II, u III ma’ din id-Direttiva.

Bħala regola ġenerali, il-massimu ta’ sitt frażijiet S għandu jkun biżżejjed sabiex jifformola l-aktar avviż approprjat dwar is-sigurtà; għal dan il-għan, il-frażijiet magħquda elenkati f’Anness IV mad-Direttiva 67/548/KEE għandhom jitqiesu bħala frażijiet singoli. Madankollu, f'uħud mill-każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa aktar minn sitt frażijiet S;

Meta jkun fiżikament impossibbli illi l-parir jiġi inkluż fuq it-tikketta jew fuq l-imballaġġ innifsu, l-imballaġġ għandu jkun akkumpanjat b’parir ta' sigurtà dwar l-użu tal-preparazzjoni;

(g)

il-kwantità nominali (il-massa nominali jew il-volum nominali) tal-kontenuti fil-każ tal-preparazzjonijiet offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali.

4.   Fir-rigward ta' ċerti preparazzjonijiet klassifikati bħala perikolużi fis-sens tal-Artikolu 7, bħala deroga mill-punti (d), (e) u (f) tal-paragrafu (3), il-Kummissjoni tista’ tadotta atti delegati skond l-Artikolu 21 għall-iskop tad-determinazzjoni ta’ eżenzjonijiet għal ċerti dispożizzjonijiet fir-rigward tal-ittikkettar ambjentali jew dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-ittikkettar ambjentali, fejn jista’ jintwera li jkun hemm tnaqqis fl-impatt ambjentali. Dawk l-eżenzjonijiet jew dispożizzjonijiet speċifiċi huma ddefiniti u stabbiliti fil-Parti A jew B ta’ Anness V.

5.   Jekk il-kontenut tal-imballaġġ ma jaqbiżx il-125 ml:

(a)

fil-każ tat-tħejijiet illi huma klassifikati bħala fjammabbli ħafna, li jossidaw, irritanti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk assenjati bħala R 41, jew perikolużi għall-ambjent u assenjati s-simbolu N m’hemmx għalfejn jiġu indikati l-frażijiet R jew il-frażijiet S;

(b)

fil-każ tal-preparazzjonijiet li huma klassifikati bħala fjammabbli jew perikolużi għall-ambjent u mhux assenjati s-simbolu N għandu jkun meħtieġ illi jiġu indikati l-frażjijiet R iżda m’hemmx għalfejn li jiġu indikati l-frażijiet S.

6.   Mingħajr preġudizzju għal punt 3 tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 547/2011 l-indikazzjonijiet “mhux tossiku”, “ma’ jagħmilx ħsara”, “ma jniġġisx”, “ekoloġiku” jew kull xorta oħra ta' dikjarazzjoni li tindika illi l-preparazzjoni mhix perikoluża jew li x'aktarx twassal għal stima baxxa tal-perikoli tal-preparazzjoni fil-kwistjoni ma għandhomx jidhru fuq l-imballaġġ jew il-ittikkettjar ta' kull preparazzjoni bla ħsara għal din id-Direttiva.

Artikolu 11

L-implimentazzjoni tal-ħtiġiet tal-ittikkettjar

1.   Meta l-partikolaritajiet meħtieġa b’Artikolu 10 jidhru fuq tikketta, din it-tikketta għandha titwaħħal sewwa ma’ wiċċ wieħed jew aktar tal-imballaġġ sabiex dawn il-partikolaritajiet ikunu jistgħu jinqraw orizzontalment meta l-imballaġġ jitqiegħed f’pożizzjoni normali. Il-qisien tat-tikketta huma stabbiliti f’Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE u t-tikketta hija maħsuba biss għad-dispożizzjoni tat-tagħrif meħtieġ b’din id-Direttiva u jekk meħtieġ dwar kull tagħrif supplimentari dwar is-saħħa jew is-sigurtà.

2.   Tikketta ma għandhiex tkun meħtieġa metal-partikolaritajiet jintwerew b’mod ċar fuq l-imballaġġ innifsu, kif speċifikat fil-paragrafu 1.

3.   Il-kulur u l-preżentazzjoni tat-tikketta – jew, fil-każ tal-paragrafu 2, tal-imballaġġ – għandhom ikun hekk illi s-simbolu tal-perikolu u l-isfond tiegħu jispikkaw biċ-ċar minnha.

4.   It-tagħrif meħtieġ fuq it-tikketta skond Artikolu 10 għandu jispikka b’mod ċar mill-isfond tiegħu u għandu jkun ta’ dak id-daqs u spazjat hekk illi jkun jista' jinqara bla xkiel.

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-preżentazzjoni u l-format ta’ dan it-tagħrif għandhom jiġu stabbiliti f’Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE.

5.   L-Istati Membri jistgħu jqiegħdu fis-suq il-preparazzjonijiet koperti b’din id-Direttiva fit-territorji tagħhom bla ħsara għall-użu tal-ilsien jew l-ilsna uffiċjali tagħhom dwar il-ittikkettjarittikkettjar tagħhom.

6.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-ħtiġiet tal-ittikkettjarittikkettjar għandhom jitqiesu li jkunu ġew sodisfatti:

(a)

fil-każ ta’ imballaġġ fuq barra li jkun fih imballaġġ jew aktar fuq in-naħa ta’ ġewwa, jekk l-imballaġġ ta' barra jkun ittikkettjat skond ir-regoli internazzjonali dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi u l-imballaġġ jew l-imballaġġ fuq ġewwa jkunu ttikkettjati skond din id-Direttiva;

(b)

fil-każ ta’ imballaġġ għalih waħdu:

(i)

jekk dan l-imballaġġ ikun ittikkettjat skond ir-regoli internazzjonali tat-trasport tal-oġġetti perikolużi u skond il-punti (a), (b), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 10(3); għall-preparazzjonijiet klassifikati skond Artikolu 7, għandhom, b’żieda ma’ dan, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 10(3)(d) rigward il-proprjetà fil-kwistjoni meta ma tkunx ġiet identifikata ta’ hekk fuq it-tikketta; jew

(ii)

meta approprjat, għat-tipi partikolari ta’ imballaġġ bħalma huma ċ-ċilindri mobbli tal-gass, jekk jiġu mħarsa l-ħtiġiet speċifiċi riferiti f’Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE.

Meta l-preparazzjonijiet perikolużi ma jħallux it-territorju ta’ Stat Membru, il-ittikkettjarittikkettjar jista’ jiġi permess meta jikkonforma mar-regoli nazzjonali minflok mar-regoli internazzjonali dwar it-trasport tal-oġġetti perikolużi.

Artikolu 12

L-eżenzjonijiet mill-ħtiġiet tal-ittikkettjar u l-imballaġġ

1.   Artikoli 9, 10 u 11 ma għandhomx japplikaw għall-isplużżivi mqiegħda fis-suq bil-ħsieb li jinkiseb effett splużżiv jew pirotekniku.

2.   Għal ċerti preparazzjonijiet perikolużi fit-tifsira ta' Artikoli 5, 6 jew 7 definiti f'Anness VII li, fil-għamla li fiha jitqiegħdu fis-suq, ma jippreżentawx riskju fiżiko-kimiku, jew riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, ma għandhomx japplikaw Artikoli 9, 10 u 11.

3.   L-Istati Membri jistgħu wkoll:

(a)

jippermettu illi l-ittikkettjar meħtieġ bArtikolu 10 jiġi applikat b'mod ieħor approprjat fuq l-imballaġġ li jkun jew żgħir wisq jew inkella mhux approprjat għal-ittikkettjar skond Artikolu 11(1) u (2);

(b)

bħala deroga minn Artikoli 10 u 11 jippermettu li l-imballaġġ tal-preparazzjonjijiet perikolużi li huma klassifikati bħala ta’ ħsara, estremament fjammabbli, fjammabbli ħafna, fjammabbli, irritanti jew li jossidaw ikun bla tikketta jew ikunu ttikkettjat xorta oħra, jekk ikun fih kwantitajiet hekk żgħar illi ma jkun hemm l-ebda raġuni ta’ biża’ ta’ perikolu għall-persuni li jqandlu dawn il-preparazzjonijiet jew għal persuni oħra;

(c)

bħala deroga minn Artikoli 10 u 11, għall-preparazzjonijiet klassifikati f'konformita' ma' l-Artikolu 7, jippermettu li l-imballaġġ tal-preparazzjonjijiet perikolużi ikun mingħajr tikketta jew ittikkettjat b’mod ieħor jekk ikun fih kwantitajiet hekk żgħar illi ma jkun hemm ebda raġuni ta’ biża’ ta’ ħsara għall-ambjent;

(d)

bħala deroga minn Artikoli 10 u 11 jippermettu l-imballaġġ tal-preparazzjonjijiet perikolużi li mhumiex imsemmija fil-punti (b) jew (c) li jkun ttikkettjat b’mod ieħor xieraq, jekk l-imballaġġ jkun żgħir wisq għal-ittikkettjar iprovdut f’Artikoli 10 u 11 u ma jkun hemm l-ebda raġuni tal-biża’ ta’ perikolu għall-persuni li jqandlu dawn il-preparazzjonijiet jew għal persuni oħra.

Meta jiġi applikat dan il-paragrafu, l-użu tas-simboli, tal-indikazzjonijiet ta’ perikolu, tal-frażijiet tar-riskju (R) jew tal-frażjijiet tas-sigurtà (S) differenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva ma għandhomx ikunu permessi.

4.   Jekk Stat Membru jagħmel użu mill-għażliet ipprovduti fil-paragrafu 3, għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri b’dan. 1 Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skond l-Artikolu 20 għall-iskop li temenda l-Anness V abbażi ta' dik l-informazzjoni.

Artikolu 13

Il-bejgħ mill-bogħod

Kull avviż ta’ riklamar ta’ preparazzjoni fit-tifsira ta’ din id-Direttiva li jippermetti li membru tal-pubbliku ġenerali jikkonkludi kuntratt għax-xiri mingħajr qabel ma jara t-tikketta ta’ din il-preparazzjoni għandu jsemmi t-tip jew it-tipi tar-riskju indikati fuq it-tikketta. Din il-ħtieġa hija mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28).

Artikolu 14

Il-kunfidenzjalità dwar l-ismijiet kimiċi

Meta l-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq tista’ turi illi l-iżvelar fuq it-tikketta jew fuq il-folja ta’ data dwar is-sigurtà tal-identità kimika tas-sustanza li hija esklussivament klassifikata bħala:

irritanti bl-eċċezjoni ta’ dawk assenjati bħala R41 jew irritanti f’għaqda ma’ proprjetà oħra jew aktar imsemmija fil-punt (c)(iv) ta’ Artikolu 10(3), jew

ta’ ħsara jew ta’ ħsara f'għaqda ma’ proprjetà jew aktar imsemmija fil-punt (c)(iv) ta’ Artikolu 10(3) li waħedhom jippreżentaw effetti akuti letali

iqiegħdu fir-riskju n-natura kunfidenzjali tal-proprjetà intelletwali tagħha, tista’, skond id-dispożizzjoni ta’ Anness VI, tiġi permessa li tirreferi għal din is-sustanza jew permezz tal-isem li jidentifika l-gruppi kimiċi funzjonali l-iktar importanti jew permezz ta’ isem alternattiv. Din il-miżura ma tistax tiġi applikata meta s-sustanza interessata tkun ġiet assenjata limitu tal-Unjoni tal-espożizzjoni.

Meta l-persuna responsabbli mit-tqegħid ta’ preparazzjoni fis-suq tixtieq li tieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet tal-kunfidenzjalità, għandha tagħmel talba lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-preparazzjoni għandha titqiegħed l-ewwel fis-suq.

Din it-talba għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet ta’ Anness VI u għandha tipprovdi t-tagħrif meħtieġ fil-għamla li tinsab fil-Parti A ta’ dan Anness. L-awtorità kompetenti għandha madankollu titlob aktar tagħrif mill-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq jekk dan it-tagħrif jidher meħtieġ sabiex tiġi evalwata l-validità tat-talba.

L-awtorità tal-Istat Membru li tirċievi talba għall-kunfidenzjalità għandha tinnotifika lill-applikant bid-deċiżjoni tagħha. l-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq għandha tibgħat kopja ta’ din id-deċiżjoni lil kull wieħed mill-Istati Membri li fih tixtieq li tqiegħed il-prodott fis-suq.

It-tagħrif kunfidenzjali miġjub għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni għandu jibqa’ sigriet .

F’dawn il-każijiet kollha din l-informazzjoni:

tista’ tinġieb għall-attenzjoni biss tal-awtorità jew awtoritajiet li huma responsabbli sabiex jirċievu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskji prevedibbli li l-preparazzjonijiet jistgħu jippreżentaw għall-bniedem u għall-ambjent, u jeżaminaw il-konformità tagħha mal-htiġiet ta’ din id-Direttiva.

tista’, iżda, tintwera lil-persuni direttament involuti fi proċedimenti amministrattivi jew legali li jinvolvu sanzjonijiet li jsiru għall-iskop ta’ kontroll ta’ sustanzi mqiegħda fis-suq u lill-persuni li għandhom jipparteċipaw jew jinstemgħu fi proċedimenti leġislattivi.

Artikolu 15

Id-Drittijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw is-sigurtà tal-ħaddiema

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jispeċifikaw, skond it-Trattat, il-ħtiġiet li jqisu meħtieġa sabiex jiżguraw illi l-ħaddiema jkunu protetti meta jużaw il-preparazzjonijiet perikolużi fil-kwistjoni, sakemm dan ma jfissirx illi l-klassifikazzjoni, l-imballaġġ, u l-ittikkettjar tal-preparazzjonjijiet perikolużi jiġu modifikati f'manjiera mhux provduta f'din id-Direttiva.

Artikolu 16

Il-Korpi responsabbli li jirċievu t-tagħrif dwar is-saħħa

L-Istati Membri għandhom jaħtru korp jew korpi responsabbli li jirċievu t-tagħrif, inkluża l-kompożizzjoni kimika, dwar il-preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq u kkunsidrati perikolużi fuq il-bażi ta' l-effetti tagħhom fuq is-saħħa jew fuq il-bażi ta' l-effetti tagħhom fiżiko-kimiċi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa li jiżguraw illi l-korpi maħtura jipprovdu l-garanziji kollha meħtieġa sabiex tinżamm il-kunfidenzjalità tat-tagħrif irċevut. Dan it-tagħrif jista' jintuża biss sabiex jissodisfa kull talba medika billi jiġu formolati l-miżuri preventivi u kurattivi, b'mod partikolari f'każ ta' emerġenza.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi t-tagħrif ma jintużax għal għanijiet oħra.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-korpi maħtura jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom it-tagħrif kollu meħtieġ mill-fabbrikanti jew mill-persuni responsabbli mill-marketing sabiex iwettqu x-xogħlijiet li tagħhom huma responsabbli.

Artikolu 17

Il-Klawsola dwar il-moviment liberu

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet iddikjarati f’leġislazzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri ma għandhomx jpprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid fis-suq tal-preparazzjonijiet minħabba l-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar jekk dawn il-preparazzjonijiet jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 18

Il-Klawsola tas-salvagward

1.   Meta Stat Membru jkollu x-xhieda ddettaljata illi preparazzjoni, għalkemm tissodisfa d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, tikkostitwixxi perikolu għall-bniedem jew għall-ambjent għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dispożizzjonijiet ta’ din nid-Direttiva, dan jista’ jipprojbixxi proviżorjament it-tqegħid fis-suq ta’ din il-preparazzjoni jew jissoġġettaha għal kondizzjonijiet speċjali fit-territorju tiegħu. Għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b’dan filwaqt li jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu.

2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Istati Membri malajr kemm jista’ jkun.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi permezz ta' att ta' implimentazzjoni Dawn l-atti ta' implimentazzjoni gћandhom jiġu adattati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2).

Artikolu 19

Adattament għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skond l-Artikolu 20 għall-iskop ta’ l-adattament għall-progress tekniku ta’ Annessi I sa VII

Artikolu 20

L-Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 19 għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu indeterminat ta' żmien minn … (*)

3.   Id-delega ta’ setgħat msemmija fl- Artikolu 10(4), l-Artikolu 12(4) u l-Artikolu 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 10(4), Artikolu 12(4) u Artikolu 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’ xahar b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 1]

Artikolu 21

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 67/548/KEE. Dak il-Kumitat għandu jkun Kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 22

Tħassir

Id-Direttiva 1999/45/KE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness VIII, Parti A, hija mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VIII, Parti B għad-Direttiva mħassra u fl-Anness VIII, Parti B għal din id-Direttiva.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IX.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 24

Lil min indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 181,21.6.2012, p. 203.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013.

(3)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(4)  Ara l-Anness VIII, Parti A.

(5)  ĠU L 276, 20.10.2010, p. 33

(6)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1

(8)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(9)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(10)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850.

(11)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(12)  ĠU L 225, 21.8.2001, p. 1.

(13)  ĠU L 355, 30.12.1998, p. 1.

(14)  ĠU L 154, 5.6.1992, p. 1.

(15)  ĠU L 110, 4.5.1993, p. 20.

(16)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(17)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1.

(18)  ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.

(19)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(20)  ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

(21)  ĠU L 159, 29.6.1996, p. 1.

(22)  ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.

(23)  ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.

(24)  ĠU L 155, 11.6.2011, p. 1.

(25)  ĠU L 155, 11.6.2011, p. 67.

(26)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 44.

(27)  OJ L 155, 11.6.2011, p. 176.

(28)  ĠU L 144, 4.6.1997, p. 19.

(*)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

ANNESS I

IL-METODI GĦALL-EVALWAZZJONI TAL-PROPRJETAJIET FIŻIKO-KIMIĊI TAL-PREPARAZZJONIJIET SKONt ARTIKOLU 5

PARTI A

L-eżenzjonijiet għall-metodi tat-testijiet tal-Parti A tal-Anness mar-Regolament (KE) Nru 440/2008

Ara l-punt 2.2.5 ta’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE,

PARTI B

Il-metodi alternattivi tal-kalkolu

B.1.   Il-preparazzjonijiet mhux gassużi

1.

Il-metodu dwar kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet li jossidaw il-preparazzjonijiet li fihom perossidi organiċi.

Ara l-punt 2.2.2.1 ta’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE.

B.2.   Il-preparazzjonijiet gassużi

1.

Il-metodu dwar kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet li jossidaw

Ara l-punt 9.1.1.2 ta’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE.

2.

Il-Metodu dwar kif jiġu stabbiliti l-proprjetajiet tal-fjammabbiltà

Ara l-punt 9.1.1.1 ta’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE.

ANNESS II

IL-METODI GĦALL-EVALWAZZJONI TAR-RISKJI GĦAS-SAĦĦA RIGWARD IL- PREPARAZZJONIJIET SKONT ARTIKOLU 6

Daħla

Għandha isir stima tal-effetti kollha fuq is-saħħa li jikkorrispondu mal-effetti fuq is-saħħa tas-sustanzi li jinsabu fi preparazzjoni. Dan il-metodu konvenzjonali deskritt fil-Partijiet A u B ta’ dan l-Anness huwa metodu tal-kalkolu li japplika għall-preparazzjonijiet kollha u li jqis ir-riskji kollha għas-saħħa tas-sustanzi li jkunu fil-preparazzjoni. Għal dan il-għan l-effetti perikolużi għas-saħħa ġew suddiviżi fi:

1.

effetti akuti letali;

2.

effetti mhux letali irriversibbli wara espożizzjoni waħdiena;

3.

effetti severi wara espożizzjoni mtennija jew imtawla;

4.

effetti korrużivi l-effetti irritanti;

5.

effetti sensitizzanti;

6.

effetti karċinoġeniċi, effetti mutaġeniċi, effetti tossiċi għar-riproduzzjoni.

L-effetti fuq is-saħħa ta’ preparazzjoni għandhom jiġu stmati skond Artikolu 6(1)(a) bil-mod konvenzjonali deskritt fil-Partijiet A u B ta’ dan l-Anness bl-użu tal-limiti individwali tal-konċentrazzjoni:

(a)

meta s-sustanzi perikolużi elenkati fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġu assenjati limiti tal-konċentrzzjoni meħtieġa sabiex jiġi applikat il-metodu ta’ stima deskritt fil-Parti A ta’ dan l-Anness, għandhom jintużaw dawn il-limiti tal-konċentrazzjoni;

(b)

meta s-sustanzi perikolużi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru hemm mingħajr limiti tal-konċentrazzjoni meħtieġa sabiex jiġi applikat il-metodu tal-evalwazzjoni deskritt fil-Parti A ta’ dan l-Anness, dawn il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu assenjati skond l-ispeċifikazzjonijiet fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

Il-proċedura għall-klassifikazzjoni hija ddikjarata fil-Parti A ta’ dan l-Anness.

Il-klassifikazzjoni tas-sustanza/i u l-klassifikazzjoni li tirriżulta mil-preparazzjoni huma espressi:

jew b’simbolu jew bi frażi jew aktar tar-riskju, jew

bil-kategoriji (il-kategorija 1, il-kategorija 2 jew il-kategorija 3) kif ukoll bil-frażijiet assenjati lir-riskji meta s-sustanzi u l-preparazzjonijiet huma murija illi jkunu karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni. Għalhekk huwa importanti li jiġi kkunsidrat, b’żieda mas-simbolu, il-frażijiet kollha li juru r-riskji speċifiċi li jiġu assenjati lil kull sustanza taħt konsiderazzjoni.

L-istima sistematika tal-effetti kollha perikolużi għas-saħħa hija espressa permezz tal-limiti tal-konċentrazzjoni, bħala perċentwal piż/piż għajr għall-preparazzjonijiet gassużi meta jkunu espressi bħala perċentwal volum/volum u flimkien mal-klassifikazzjoni tas-sustanza.

Meta ma jiġux mogħtija fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 , il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jitqiesu sabiex jiġi applikat dan il-metodu konvenzjonali huma dawk dikjarati fil-Parti B ta’ dan l-Anness.

PARTI A

Il-Proċedura sabiex jiġu evalwati l-perikoli għas-saħħa

Il-proċeduri għall-evalwazzjoni tarġa tarġa huma kif ġej:

1.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala tossiċi ħafna:

1.1.

minħabba l-effetti akuti letali tagħhom u assenjati s-simboli “T+”, l-indikazzjoni ta’ perikolu “tossiċi ħafna” u l-frażijiet tar-riskju R26, R27 jew R28;

1.1.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala tossiċi ħafna li jipproduċu dawn l-effetti, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 1 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 1 u 1 a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

1.1.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala tossiċi ħafna fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 1.1.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PT+

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull sustanza tossika ħafna fil-preparazzjoni,

LT+

=

hija l-limitu tossiku ħafna speċifikat għal kull sustanza tossika ħafna, espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

1.2.

minħabba l-effetti mhux letali irrivesibbli tagħhom wara espożizzjoni waħdiena u assenjati s-simbolu “T+”, l-indikazzjoni tal-perikolu “tossiċi ħafna” u tal-frażi tar-riskju R39/ir-rotta tal-espożizzjoni.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-anqas sustanza perikoluża jew aktar li jipproduċu dawn l-effetti, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 2 u 2a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni.

2.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala tossiċi:

2.1.

minħabba l-effetti akuti letali tagħhom u assenjati s-simbolu “T”, l-indikazzjoni ta’ perikolu “tossiċi” u l-frażijiet tar-riskju R23, R24 jew R25;

2.1.1.

il-preparazzjonijiet li fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala tossiċi ħafna jew tossiċi li jipproduċu dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 1 tal-Parti B ta’ dan Anness (it-Tabelli 1 u 1a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

2.1.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala tossiċi ħafna jew tossiċi fil-konċentrazzjoni individwali aktar baxxa mill-limiti speċifikati taħt il-punt 2.1.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PT+

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta' kull sustanza tossika ħafna fil-preparazzjoni,

PT

=

Hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta' kull sustanza tossika fil-preparazzjoni,

LT

=

hija l-limitu tossiku rispettiv speċifikat għal kull sustanza tossika ħafna jew tossika, espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

2.2.

minħabba l-effetti tagħhom irriversibbli mhux letali wara espożizzjoni waħdiena u assenjati s-simbolu “T”, l-indikazzjoni tal-perikolu “tossiku” u l-frażijiet tar-riskju R39/ir-rotta tal-espożizzjoni.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom ta’ mill-inqas sustanza waħda klassifikati bħala tossiċi ħafna jew tossiċi li jipproduċu dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 2 u 2a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

2.3.

minħabba l-effetti tagħhom fit-tul u assenjati s-simbolu “T”, l-indikazzjoni tal-perikolu “tossiku” u l-frażi tar-riskju R48/ir-rotta tal-espożizzjoni;

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-anqas sustanza perikoluża jew aktar li jipproduċu dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Parti B ta’ dan Anness (it-Tabelli 3 u 3a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

3.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala ta' ħsara:

3.1.

minħabba l-effetti akuti letali tagħhom u assenjati s-simbolu “Xn”, u l-indikazzjoni tal-perikolu “ta ħsara” u l-frażijiet tar-riskju R20, R21 jew R22;

3.1.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala tossiċi ħafna jew tossiċi jew ta’ ħsara li jipproduċu dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 1 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 1 and 1a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

3.1.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikata bħala tossika ħafna, tossika jew ta’ ħsara fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 3.1.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PT+

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi tossiċi ħafna fil-preparazzjoni,

PT

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi tossiċi fil-preparazzjoni,

PXn

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi ta’ ħsara fil-preparazzjoni,

LXn

=

hija l-limitu tossiku rispettiv speċifikat għal kull sustanza tossika ħafna, tossika jew ta’ ħsara espressi bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

3.2.

minħabba l-effetti akuti tagħhom fuq il-pulmun jekk jinbelgħu u assenjati s-simbolu “Xn”, l-indikazzjoni tal-perikolu “ta’ ħsara” u l-frażi tar-riskju R65;

Il-preparazzjonijiet klassifikati bħala ta’ ħsara skond il-kriterji speċifikati fil-punt 3.2.3 ta’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE. Meta jiġi applikat il-metodu konvenzjonali f'konformita' mal-punt 3.1 ta’ din il-Parti ma għandu jingħata l-ebda każ għall-klassifikazzjoni ta’ sustanza bħala R65;

3.3.

minħabba l-effetti non-letali irriversibbli tagħhom wara espożizzjoni waħdiena u assenjati s-simbolu “Xn”, l-indikazzjoni tal-perikolu “ta’ ħsara” u l-frażi tar-riskju 1 R68/ir-rotta ta’ espożizzjoni.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza perikoluża waħda klassifikata bħala tossika ħafna, tossika jew ta' ħsara li tipproduċi dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 2 tal-Parti B ta’ dan Anness (it-Tabelli 2 u 2a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

3.4.

minħabba l-effetti tagħhom fuq skondi fit-tul u assenjati s-simbolu “Xn”, l-indikazzjoni tal-perikolu “ta’ ħsara” u l-frażi tar-riskju R48/ir-rotta ta’ espożizzjoni.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza perikoluża waħda klassifikata bħala tossika jew ta’ ħsara li tipproduċi dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali ugwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Parti B ta’ dan Anness (it-Tabelli 3 u 3a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni.

4.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala korrużivi:

4.1.

u assenjati s-simbolu “C”, l-indikazzjoni tal-perikolu “korrużiv” u l-frażi tar-riskju R35;

4.1.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala korrużivi li għalihom hija assenjata l-frażi R35 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali għal jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 4 u 4a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

4.1.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R35 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 4.1.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PC, R35

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull sustanza korrużiva li lilha hija assenjata l-frażi R35 fil-preparazzjoni,

LC, R35

=

hija l-limitu korrużiv R35 speċifikat għal kull sustanza korrużiva li lilhom hija assenjata l-frażi R35, espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

4.2.

assenjati s-simbolu “C”, l-indikazzjoni ta' perikolu “korrużivi” u l-frażi ta’ riskju R34;

4.2.1.

preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza waħda jew aktar klassifikati bħala korrużivi li jiġu assenjati l-frażi R35 jew R34 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 4 tal-Parti B ta’ dan Anness (Tabella 4 u 4a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

4.2.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikata bħala korrużivi li jiġu assenjati l-frażi R35 jew R34 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 4.2.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PC, R35

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta' kull waħda mis-sustanzi korrużivi li jiġu assenjati l-frażi R35 fil-preparazzjoni,

PC, R34

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta' kull waħda mis-sustanzi korrużivi li jiġu assenjata l-frażi R34 fil-preparazzjoni,

LC, R34

=

hija l-limitu rispettiv korrużiv R34 speċifikat għal kull waħda mis-sustanzi korrużivi li jiġu assenjati l-frażijiet R35 jew R34, espressi bħala perċentwali skond il-piż jew il-volum.

5.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala irritanti:

5.1.

li x’aktarx illi jistgħu jikkaġunaw ħsara serja fil-għajnejn u jiġu assenjati s-simbolu “Xi”, l-indikazzjoni tal-perikolu “irritanti” u l-frażi tar-riskju R41;

5.1.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala irritanti li jiġu assenjati l-frażi R41 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 4 u 4a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

5.1.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda kklassifikata bħala irritanti li lilha hija assenjata l-frażi R41, jew klassifikata bħala korrużiva u li lilha hija assenjata l-frażi R35 jew R34, fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 5.1.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PC, R35

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi korrużivi li jiġu assenjati l-frażi R35 fil-preparazzjoni,

PC, R34

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R34 fil-preparazzjoni,

PXi, R41

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R41 fil-preparazzjoni,

LXi, R41

=

hija l-limitu rispettiv korrużiv R41 speċifikat għal kull sustanza irritanti li lilha hija assenjata l-frażijiet R35 jew R34 jew is-sustanza irritanti li lilha hija assenjata l-frażi R41, espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

5.2.

irritanti għall-għajnejn u assenjata s-simbolu “Xi”, l-indikazzjoni tal-perikolu “irritanti” u l-frażi tar-riskju R36;

5.2.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala korrużivi li jiġu assenjati l-frażijiet R35 jew R34 jew bħala irritanti li jiġu assenjati l-frażijiet R41 jew R46 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 4 u 4a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

5.2.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R41 jew R36, jew klassifikata bħala korrużivi u li lilhom hija assenjata l-frażijiet R35 jew R34, fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 5.2.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PC, R35

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R35 fil-preparazzjoni,

PC, R34

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta' kull waħda mis-sustanzi korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R34 fil-preparazzjoni,

PXi, R41

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R41 fil-preparazzjoni,

PXi, R36

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzia korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R36 fil-preparazzjoni,

LXi, R36

=

hija l-limitu rispettiv irritant R36 speċifikat għal kull waħda mis-sustanzi korrużiva li lilhom hija assenjata l-frażijiet R35 jew R34 jew is-sustanza irritanti li lilha hija assenjata l-frażi R41, jew il-frażi R36 espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

5.3.

irritanti għall-ġilda u assenjata s-simbolu “X”, l-indikazzjoni tal-perikolu “irritanti” u l-frażi ta’ riskju R38;

5.3.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R38 jew bħala korrużivi u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R35 jew R34 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 4 u 4a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

5.3.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn waħda mis-sustanzi kklassifikata bħala irritanti li lilhom jiġu assenjati l-frażi R38, jew klassifikati bħala korrużivi u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R35 jew R34, fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 5.3.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PC, R35

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanza korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R35 fil-preparazzjoni,

PC, R34

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta' kull waħda mis-sustanza korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R34 fil-preparazzjoni,

PXi, R38

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta' kull waħda mis-sustanzi irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R38 fil-preparazzjoni,

LXi, R38

=

hija l-limitu rispettiv irritant R38 speċifikat għal kull waħda mis-sustanzi korrużivi li lilha jiġu assenjati l-frażijiet R35 jew R34 jew is-sustanza irritanti li lilha hija assenjata l-frażi R38, espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

5.4.

irritanti għas-sistema respiratorja u assenjati s-simbolu “X”, l-indikazzjoni tal-perikolu “irritanti” u l-frażi tar-riskju R37;

5.4.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala irritanti li lilhom jiġu assenjati l-frażi R37 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 4 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 4 u 4a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux 1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

5.4.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R37 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 5.4.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PXi, R37

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull sustanza irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R37 fil-preparazzjoni,

LXi, R37

=

hija l-limitu irritanti R37 speċifikat għal kull waħda mis-sustanzi irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R37, espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum;

5.4.3.

il-preparazzjonijiet gassużi li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R37, jew bħala korrużiva u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R35 jew R34, fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt 5.4.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PC, R35

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R35 fil-preparazzjoni,

PC, R34

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi korrużivi li lilhom hija assenjata l-frażi R34 fil-preparazzjoni,

PXi, R37

=

hija l-perċentwal skond il-piż jew il-volum ta’ kull waħda mis-sustanzi irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R37 fil-preparazzjoni,

LXi, R37

=

hija l-limitu rispettiv irritanti R37 speċifikat għal kull waħda mis-sustanzi gassużi korrużivi li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R35 jew R34 jew is-sustanza irritanti li lilhom hija assenjata l-frażi R37, espressa bħala perċentwal skond il-piż jew il-volum.

6.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala sensitizzanti:

6.1.

bil-kuntatt mal-ġilda u assenjati s-simbolu “X”, l-indikazzjoni tal-perikolu “irritanti” u l-frażi tar-riskju R43;

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda klassifikati bħala sensitizzanti u li lilhom hija assenjata l-frażi R43 li tipproduċi dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 5 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 5 u 5a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

6.2.

bit-teħid ‘il ġewwa man-nifs u assenjati s-simbolu “Xn”, l-indikazzjoni tal-perikolu “ta’ ħsara” and l-frażi tar-riskju R42.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda klassifikati bħala sensitizzanti li lilhom hija assenjata l-frażi R42 li tipproduċi dawn l-effetti fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 5 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 5 u 5a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux 1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni.

7.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala karċinoġeniċi:

7.1.

dawk tal-kategorija 1 jew 2 li jiġu assenjati s-simbolu “T” u l-frażijiet R45 jew R49.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti, klassifikati bħala karċinoġeniċi u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R45 jew R49 li jindikaw is-sustanzi karċinoġeniċi fil-kategorija 1 u l-kategorija 2, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

7.2.

dawk tal-kategorija 3 li jiġu assenjati s-simbolu “Xn” u l-frażi R40.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti klassifikati bħala karċinoġeniċi u li lilhom hija assenjata l-frażi R40 li tindika s-sustanzi karċinoġeniċi fil-kategorija 3, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a)) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni.

8.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala mutaġeniċi:

8.1.

dawk tal-kategorija 1 jew 2 li jiġu assenjati s-simbolu “T” u l-frażi R46.

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti, klassifikati bħala mutaġeniċi u li lilhom hija assenjata l-frażi R46 li tindika s-sustanzi mutaġeniċi fil-kategorija 1 u l-kategorija 2, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

8.2.

dawk tal-kategorija 3 li jiġu assenjati s-simbolu “Xn” u l-frażi 1 R68 .

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti, klassifikati bħala mutaġeniċi li lilhom hija assenjata l-frażi 1 R68 li tindika s-sustanzi mutaġeniċi fil-kategorija 3, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

9.   Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni:

9.1.

dawk tal-kategorija 1 jew 2 li jiġu assenjati s-simbolu “T” u l-frażi R60 (fertilità).

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti, klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni u li lilhom hija assenjata l-frażi R60 li tindika s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1 u l-kategorija 2, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta' dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a) fejn is-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

9.2.

dawk tal-kategorija 3 li jiġu assenjati s-simbolu “Xn” u l-frażi R62 (fertilità).

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti, klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni u li lilhom hija assenjata l-frażi R62 li tindika s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 3, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a) fejn is-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

9.3.

dawk tal-kategorija 1 jew 2 li jiġu assenjati s-simbolu “T” u l-frażi R61 (żvilupp).

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti, klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni u li lilhom hija assenjata l-frażi R61 li tindika s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 1 u l-kategorija 2, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

9.4.

dawk tal-kategorija 3 li jiġu assenjati s-simbolu “Xn” u l-frażi R63 (żvilupp).

Il-preparazzjonijiet li jkun fihom mill-inqas sustanza waħda li jipproduċu dawn l-effetti, klassifikati bħala tossiċi għar-riproduzzjoni u li lilhom hija assenjata l-frażi R63 li tindika s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fil-kategorija 3, fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-punt 6 tal-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabelli 6 u 6a) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;.

PARTI B

Il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jintużaw fl-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa

Għal kull wieħed mill-effetti fuq is-saħħa, l-ewwel tabella (it-Tabelli 1 sa 6) tiddikjara l-limiti tal-konċentrazzjoni (espressi bħala perċentwal piż/piż) li għandhom jintużaw għall-preparazzjonijiet mhux gassużi u t-tieni tabella (it-Tabelli 1a sa 6a) tiddikjara l-limiti tal-konċentrazzjoni (espressi bħala perċentwal volum/volum) li għandhom jintużaw għall-preparazzjonijiet gassuzi. Dawn il-limiti tal-konċentrazzjoni jintużaw fin-nuqqas tal-limiti speċifiċi tal-konċentrazzjoni għas-sustanza taħt konsiderazzjoni fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 .

1.   L-Effetti akuti letali

1.1.   Il-preparazzjonijiet mhux gassużi

Il-limiti tal-konċentrazzjoni ffissati fit-Tabella 1, espressi bħala perċentwal piż/piż, stabbiliti skond il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni meta għandha x’taqsam il-konċentrazzjoni individwali tas-sustanza/i preżenti li l-klassifikazzjoni tagħhom tintwera wkoll.

Tabella 1

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

T+

T

Xn

T+ u R26, R27, R28

il-konċentrazzjoni ≥ 7 %

1 % ≤ il-konċentrazzjoni < 7 %

0,1  % ≤ il-konċentrazzjoni < 1 %

T u R23, R24, R25

 

il-konċentrazzjoni ≥ 25 %

3 % ≤ il-konċentrazzjoni < 25 %

Xn u R20, R21, R22

 

 

il-konċentrazzjoni ≥ 25 %

Il-frażijiet R li jindikaw ir-riskju għandhom jiġu assenjati għal-preparazzjoni skond il-kriterji li ġejjin:

it-tikketta għandha tinkludi waħda jew aktar mill-frażijiet R msemmija hawn fuq skond il-klassifikazzjoni wżata,

b’mod ġenerali, il-frażijiet R magħżula għandhom ikunu dawk li japplikaw għas-sustanza/i preżenti fil-konċentrazzjoni li tagħti lok għall-eħrex klassifikazzjoni.

1.2.   Il-preparazzjonijiet gassużi

Il-limiti tal-konċentrazzjoni espressi bħala perċentwal volum/volum fit-Tabella 1a jistabbilixxu l-klassifikazzjoni tal-preparazzjonijiet gassużi meta għandha x'taqsam ill-konċentrazzjoni individwali tal-gass/ijiet preżenti li l-klassifikazzjoni tagħhom tintwera wkoll.

Tabella 1a

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza (gass)

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni gassuża

T+

T

Xn

T+ u R26, R27, R28

il-konċentrazzjoni ≥ 1 %

0,2  % ≤ il-konċentrazzjoni < 1 %

0,02  % ≤ il-konċentrazzjoni < 0,2  %

T u R23, R24, R25

 

il-konċentrazzjoni ≥ 5 %

0,5  % ≥ il-konċentrazzjoni < 5 %

X nu R20, R21, R22

 

 

il-konċentrazzjoni ≥ 5 %

Il-frażijiet R li jindikaw ir-riskju għandhom jiġu assenjati għall-preparazzjoni skond il-kriterji li ġejjin:

it-tikketta għandha tinkludi waħda jew aktar mill-frażijiet R msemmija hawn fuq skond il-klassifikazzjoni wżata,

b’mod ġenerali, l-frażijiet R magħżula għandhom ikunu dawk li japplikaw għas-sustanza/i preżenti fil-konċentrazzjoni li tagħti lok għall-eħrex klassifika.

2.   L-Effetti mhux letali irriversibbli wara espożizzjoni waħdiena:

2.1.   Il-preparazzjonijiet mhux gassużi

Għas-sustanzi li jipproduċu effetti mhux letali irriversibbli wara espożizzjoni waħdiena (ir-R39/ir-rotta tal-espożizzjoni, ir-1 R68/ir-rotta ta’ espożizzjoni) il-limiti tal-konċentrazzjoni individwali speċifikati fit-Tabella 2, espressi bħala perċentwal piż/piż, jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 2

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

T+

T

Xn

T+ u R39/ir-rotta tal-espożizzjoni

Il-konċentrazzjoni ≥ 10 % tar-R39 (*) obbligatorja

1 % ≥ il-konċentrazzjoni < 10 % R39 (*) obbligatorja

0,1  % ≥ konċentrazzjoni < 1 % 1 R68 (*) obbligatorja

T u R39/ir-rotta tal-espożizzjoni

 

il-konċentrazzjoni ≥ 10 % R39 (*) obbligatorja

1 % ≥ il-konċentrazzjoni < 10 % 1 R68 (*) obbligatorja

Xn u 1 R68/ir-rotta tal-espożizzjoni

 

 

il-konċentrazzjoni ≥ 10 % ir-1 R68 (*) obbligatorja

2.2.   Il-preparazzjonijiet gassużi

Għall-gassijiet li jipproduċu effetti mhux letali irriversibbli wara espożizzjoni waħdiena (ir-R39/ir-rotta tal-espożizzjoni, ir-2 R68/ir-rotta tal-espożizzjoni) il-limiti tal-konċentrazzjoni individwali speċifikati fit-Tabella 2a, espressi bħala perċentwal volum/volum, jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 2a

Il-Klassifikazzjoni tas-Sustanza (gass)

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni gassuża

T+

T

Xn

it-T+ u R39/ir-rotta tal-espożizzjoni

il-konċentrazzjoni ≥ 1 % R39 obbligatorja (**)

0,2  % ≥ il-konċentrazzjoni < 1 % R39 (**) obbligatorja

0,02  % ≥ il-konċentrazzjoni < 0,2  % 2 R68 (**) obbligatorja

it-T u R39/ir-rotta ta' l-espożizzjoni

 

obbligatorja 5 % R39 (**) obbligatorja

il-konċentrazzjoni ≥ 5 % 2 R68 (**) obbligatorja

il-Xn u 2 R68/ir-rotta tal-espożizzjoni

 

 

Il-konċentrazzjoni ≥ 5 % 2 R68 (**) obbligatorja

3.   L-Effetti ħorox wara l-espożizzjoni mtennija u mtawwla;

3.1.   Il-preparazzjonijiet mhux gassużi

Għas-sustanzi li jipproduċu effetti severi wara l-espożizzjoni mtennija u mtawwla (R48/ir-rotta tal-espożizzjoni) il-limiti tal-konċentrazzjoni individwali speċifikati fit-Tabella 3, espressi bħala perċentwal piż/piż, jistabbilixxu, meta japplika, ilklassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 3

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

T

Xn

T u R48/ir-rotta tal-espożizzjoni

il-konċentrazzjoni ≥ 10 % R48 (***) obbligatorja

1 % ≥ il-konċentrazzjoni R48 (***) obbligatorja

Xn u R48/ir-rotta ta’ espożizzjoni

 

konċentrazzjoni ≥ 10 % R48 (***) obbligatorja

3.2.   Preparazzjonijiet gassużi

Għall-gassijiet li jipproduċu effetti severi wara espożizzjoni mtennija jew imtawla (R48/ir-rotta ta’ espożizzjoni), il-limiti tal-konċentrazzjoni individwali speċifikati fit-lTabella 3a, espressi bħala perċentwal volum/volum, jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 3a

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza (gass)

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni gassuża

T

Xn

T u R48/ir-rotta tal-espożizzjoni

il-konċentrazzjoni ≥ 5 % R48 (****) obbligatorja

0,5  % ≤ il-konċentrazzjoni < 5 % R48 (****) obbligatorja

Xn u R48/ir-rotta ta' espożizzjoni

 

il-konċentrazzjoni ≥ 5 % R48 (****) obbligatorja

4.   L-Effetti korrużivi u irritanti inkluża ħsara serja lill-għajnejn

4.1.   Il-preparazzjonijiet mhux gassużi

Għas-sustanzi li jipproduċu effetti korrużivi (R34, R35) jew effetti irritanti (R36, R37, R38, R41), il-limiti tal-konċentrazzjoni individwali speċifikati fit-Tabella 4, espressi bħala perċentwal piż/piż, jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 4

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

il-C u R35

il-C u R34

Xi u R41

Xi u R36, R37, R38

C u R35

il-konċentrazzjoni ≥ 10 % R35 obbligatorja

5 % ≤ il-konċentrazzjoni < 10 % R34 obbligatorja

5 % (*****)

1 % ≤ il-konċentrazzjoni < 5 % R36/38 obbligatorja

C u R34

 

Il-konċentrazzjoni ≥ 10 % R34 obbligatorja

10 % (*****)

5 % ≤ il-konċentrazzjoni < 10 % R36/38 obbligatorja

Xi u R41

 

 

il-konċentrazzjoni ≥ 10 % R41 obbligatorja

5 % ≤ il-konċentrazzjoni <10 % R36 obbligatorja

Xi u R36, R37, R38

 

 

 

il-konċentrazzjoni ≥ 20 % R36, R37, R38 huma obbligatorji fid-dawl tal-konċentrazzjoni preżenti jekk japplikaw għas-sustanzi taħt konsiderazzjoni

NB:

L-applikazzjoni sempliċi tal-metodu konvenzjonali għal preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanzi kklassifikati bħala korrużivi jew irritanti jistgħu jirriżultaw li jiġu klassifikati iktar fil-baxx jew iktar fil-għoli fir-rigward tar-riskju, jekk ma jitqisux fatturi oħra rilevanti (p.e. il-pH tal-preparazzjoni). Għalhekk, meta jkunu qegħdin jiġu kklassifikati għall-korrużività, qis il-parir mogħti fil-punt 3.2.5 tal-Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE u fit-tieni u t-tielet inċiżi ta' l-Artikolu 6(3), ta’ din id-Direttiva.

4.2.   Il-preparazzjonijiet gassużi

Għall-gassijiet li jipproduċu dawn l-effetti (R34, R35 jew R36, R37, R38, R41), il-limiti tal-konċentrazzjoni individwali speċifikati fit-Tabella 4a, espressi bħala perċentwal volum/volum, jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 4a

Il-Klassifikazzjoni tas- sustanza (gass)

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni gassuża

il-C ma’ R35

il-C ma’ R34

il-Xi ma’ R41

il-Xi ma’ R36, ir-R37, ir-R38

C u R35

il-konċentrazzjoni ≥ 1 % R35 obbligatorja

0,2  % ≤ il-konċentrazzjoni < 1 % R34 obbligatorja

0,2  % (******)

0,02  % ≤ il-konċentrazzjoni < 0,2  % R36/37/38 obbligatorji

C u R34

 

il-konċentrazzjoni ≥ 5 % R34 obbligatorja

5 % (******)

0,5  % ≤ il-konċentrazzjoni < 5 % R36/37/38 obbligatorji

Xi u R41

 

 

il-konċentrazzjoni ≥ 5 % R41 obbligatorja

0,5  % ≤ il-konċentrazzjoni < 5 % R36 obbligatorja

Xi u R36 R37, R38

 

 

 

il-konċentrazzjoni ≥ 5 % R36, R37, R38 obbligatorji skond kif xieraq

NB:

L-applikazzjoni sempliċi tal-metodu konvenzjonali għal preparazzjonijiet li jkun fihom is-sustanzi kklassifikati bħala korrużivi jew irritanti jistgħu jirriżultaw li jiġu klassifikati iktar fil-baxx jew iktar fil-għoli fir-rigward tar-riskju, jekk ma jitqisux fatturi oħra rilevanti (p.e. il-pH tal-preparazzjoni). Għalhekk, meta jkunu qegħdin jiġu kklassifikati għall-korrużività, qis il-parir mogħti fil- punt 3.2.5 tal-Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE u fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 6(3), ta’ din id-Direttiva.

5.   L-Effetti sensitizzanti

5.1.   Il-preparazzjonijiet mhux gassużi

Il-preparazzjonijiet li jipproduċu dawn l-effetti huma klassifikati bħala sensitizzanti u assenjati:

is-simbolu Xn u l-frażi R42 jekk dan l-effett jista’ jiġi prodott mat-teħid 'il ġewwa tan-nifs,

is-simbolu Xi u l-frażi R43 jekk dan l-effett jista’ jiġi prodott permezz tal-kuntatt mal-ġilda,

Il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni speċifikati fit-Tabella 5, espressi bħala perċentwal piż/piż, jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 5

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

sensitizzanti u R42

sensitizzanti u R43

sensitizzanti u R42

il-konċentrazzjoni ≥ 1 % R42 obbligatorja

 

sensitizzanti u R43

 

il-konċentrazzjoni ≥ 1 % R43 obbligatorja

5.2.   Il-preparazzjonijiet gassużi

Il-preparazzjonijiet li jipproduċu dawn l-effetti huma klassifikati bħala sensitizzanti u assenjati:

is-simbolu Xn u l-frażi R42 jekk dan l-effett jista’ jiġi prodott mat-teħid 'il ġewwa man-nifs,

is-simbolu Xi u l-frażi R43 jekk dan l-effett jista’ jiġi prodott permezz tal-kuntatt mal-ġilda.

Il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni speċifikati fit-Tabella 5a, espressi bħala perċentwal volum/volum, jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Tabella 5a

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza (gass)

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni gassuża

sensitizzanti u R42

sensitizzanti u R43

sensitizzanti u R42

il-konċentrazzjoni ≥ 0,2  % R42 obbligatorja

 

sensitizzanti u R43

 

il-konċentrazzjoni ≥ 0,2  % R43 obbligatorja

6.   L-Effetti karċinoġeniċi/mutaġeniċi/tossiċi għar-riproduzzjoni.

6.1.   Il-preparazzjonijiet mhux gassużi

Għas-sustanzi li jipproduċu dawn l-effetti, il-limiti tal-konċentrazzjoni stabbiliti fit-Tabella 6, espressi bħala perċentwal piż/piż, għandhom jistabbilixxu, meta japplika, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni. Is-simbolu u frażijiet tar-riskju li ġejjin jiġu assenjati:

Il-Kategoriji 1 u 2 karċinoġeniku:

T; R45 jew R49

Il-Kategorija 3 karċinoġeniku:

Xn; R40

Il-Kategoriji 1 u 2 mutaġeniku:

T; R46

Il-Kategorija 3 mutaġeniku:

Xn; 1 R68

Il-Kategoriji 1 u 2 tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità):

T; R60

Il-Kategoriji 1 u 2 tossiku għar-riproduzzjoni (żvilupp):

T; R61

Il-Kategorija 3 tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità):

Xn; R62

Il-Kategorija 3 tossiku għar-riproduzzjoni (żvilupp):

Xn; R63


Tabella 6

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R45 jew R49

Konċentrazzjoni ≥ 0,1  % R45, R49 karċinoġeniċi obbligatorji kif inhu xieraq

 

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 3 bl-R40

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 % R40 karċinoġeniku obbligatorju (sakemm mmhux diġà assenjat R45 (*******))

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R46

Konċentrazzjoni ≥ 0,1  % R46 mutaġeniku obbligatorju

 

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 3 bl-R68

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 % R68 mutaġeniku obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R46)

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 1 jew 2 bl-R60 (fertilità)

Konċentrazzjoni ≥ 0,5  % tosiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R60 obbligatorju

 

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 3 bl-R62 (fertilità)

 

Konċentrazzjoni ≥ 5 % tosiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R62 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R60)

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 1 jew 2 bl-R61 (żvilupp)

Konċentrazzjoni ≥ 0,5  % tosiku għar-riproduzzjoni (żvilupp) R61 obbligatorju

 

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 3 bl-R63 (Żvilupp)

 

Konċentrazzjoni ≥ 5 % tossiku għar-riproduzzjoni (żvilupp) R63 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R61)

6.2.   Il-preparazzjonijiet gassużi

Għall-gassijiet li jipproduċu dawn l-effetti, il-limiti tal-konċentrazzjoni stabbiliti fit-Tabella 6a, espressi bħala perċentwal volum/volum, għandhom jistabbilixxu, meta approprjat, il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni. Is-simbolu u l-frażijiet tar-riskju li ġejjin jiġu assenjati:

Il-Kategoriji 1 u 2 karċinoġeniku:

T; R45 jew R49

il-Kategorija 3 karċinoġeniku:

Xn; R40

Il-Kategoriji 1 u 2 mutaġeniku:

T; R46

Il-Kategorija 3 mutaġeniku:

Xn; 1 R68

Il-Kategoriji 1 u 2 tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità) 1 u 2:

T; R60

Il-Kategoriji 1 u 2 tossiku għar-riproduzzjoni (żvilupp):

T; R61

Il-Kategoija 3 tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità):

Xn; R62

Il-Kategorija 3 tossiku għar-riproduzzjoni (żvilupp):

Xn; R63


Tabella 6a

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

Kategoriji 1 u 2

Kategorija 3

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R45 jew R49

Konċentrazzjoni ≥ 0,1  % R45, R49 karċinoġeniċi obbligatorji kif inhu xieraq

 

Sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 3 bl-R40

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 % carcinogenic R40 karċinoġeniku obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R45 (********))

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 1 jew 2 bl-R46

Konċentrazzjoni ≥ 0,1  % R46 mutaġeniku obbligatorju

 

Sustanzi mutaġeniċi tal-kategorija 3 bl-R68

 

Konċentrazzjoni ≥ 1 % R68 mutaġeniku obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R46)

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 1 jew 2 bl-R60 (fertilità)

Konċentrazzjoni ≥ 0,2  % tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R60 obbligatorju

 

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 3 bl-R62 (fertilità)

 

Konċentrazzjoni ≥ 1.000000 % tossiku għar-riproduzzjoni (fertilità) R62 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R60)

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 1 jew 2 bl-R61 (żżvilupp)

Konċentrazzjoni ≥ 0,2  % tosiku għar-riproduzzjoni (żvilupp) R61 obbligatorju

 

Sustanzi “tossiċi għar-riproduzzjoni” tal-kategorija 3 bl-R63 (żvilupp)

 

Konċentrazzjoni ≥ 1.000000 % tossiku għar-riproduzzjoni (żvilupp) R63 obbligatorju (sakemm mhux diġà assenjat R61)


(*)  Sabiex tiġi indikata r-rotta tal-amministrazzjoni/espożizzjoni (ir-rotta tal-espożizzjoni) għandhom jiġu wżati l-frażijiet magħquda R elenkati taħt il-punti 3.2.1, 3.2.2 u 3.2.3 tal-gwida tal-ittikkettjar (Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE).

(**)  Sabiex tiġi indikata r-rotta tal-amministrazzjoni/espożizzjoni (ir-rotta tal-espożizzjoni) għandhom jintużaw il-frażijiet magħquda R elenkati taħt il-punti 3.2.1, 3.2.2 u 3.2.3 tal-gwida tal-ittikkettjar (Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE).

(***)  Sabiex tindika r-rotta ta’ amministrazzjoni/espożizzjoni (rotta ta’ espożizzjoni) għandhom jintużaw il-frażijiet magħquda R elenkati taħt il-punti 3.2.1, 3.2.2 u 3.2.3 tal-gwida tal-ittikkettjar (Anness VI mad-Direttiva 67/548/EEC).

(****)  Sabiex tiġi indikata r-rotta tal-amministrazzjoni/espożizzjoni (ir-rotta tal-espożizzjoni) għandhom jintużaw il-frażijiet magħquda R elenkati taħt il-punti 3.2.1, 3.2.2 u 3.2.3 tal-gwida tal-ittikkettjar (Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE).

(*****)  Skond il-gwida tal-ittikkettjar (Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE), is-sustanzi korrużivi assenjati l-frażijiet tar-riskju R35 jew R34 jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala li ġew assenjati l-frażi R41. B’konsegwenza ta’ dan, jekk il-preparazzjoni jkun fiha sustanzi korrużivi ma’ R35 jew ir-R34 taħt il-limiti tal-konċentrazzjoni għall-klassifikazzjoni ta’ preparazzjoni bħala korrużiva, dawn is-sustanzi jistgħu jikkontribwixxu għall-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni bħala irritant ma’ R41 jew irritant ma’ R36.

(******)  Skond il-gwida tal-ittikkettjar (Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE), is-sustanzi korrużivi assenjati l-frażijiet tar-riskju R35 jew R34 jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala li ġew assenjati l-frażi R41. B’konsegwenza ta’ dan, jekk il-preparazzjoni jkun fiha sustanzi korrużivi ma’ R35 jew ir-R34 taħt il-limiti tal-konċentrazzjoni għal klassifikazzjoni tal-preparazzjoni bħala korrużiva, dawn is-sustanzi jistgħu jikkontribwixxu għall-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni bħala irritant ma’ R41 jew irritant ma’ R36.

(*******)  Fil-każijiet fejn il-preparazzjoni hija assenjata l-R49 u l-R40, iż-żewġ frażi R għandhom jinżammu, minħabba li l-R40 ma jiddistingwix bejn ir-rotot tal-esponiment, filwaqt li l-R49 huwa assenjat biss għar-rotta ta’ inalazzjoni.

(********)  Fil-każijiet fejn il-preparazzjoni hija assenjata l-R49 u l-R40, iż-żewġ frażi R għandhom jinżammu, minħabba li l-R40 ma jiddistingwix bejn ir-rotot tal-esponiment, filwaqt li l-R49 huwa assenjat biss għar-rotta ta’ inalazzjoni.

ANNESS III

IL-METODI GĦALL-EVALWAZZJONI TAR-RISKJI GĦALL-AMBJENT TAL-PREPARAZZJONIJIET SKOND ARTIKOLU 7

DAĦLA

L-istima sistematika tal-proprjetajiet kollha perikolużi għall-ambjent hija espressa permezz tal-limiti tal-konċentrazzjoni, espressi bħala perċentwal piż/piż għajr għall-preparazzjonijiet gassużi meta jkunu espressi bħala perċentwal volum/volum u magħquda mal-klassifikazzjoni tas-sustanza.

Il-Parti A tniżżel il-proċedura f'konformita' mal-Artikolu 7(1)(a) u tagħti l-frażijiet R li għandhom jkunu assenjati lill-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni.

Il-Parti B tniżżel il-limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jintużaw meta jiġu applikati l-metodu konvenzjonali u s-simboli rilevanti u l-frażijiet R għall-klassifikazzjoni.

Skond Artikolu 7(1)(a) ir-riskji ambjentali ta’ preparazzjoni għandhom jiġu stmati bil-metodu konvenzjonali deskritt fil-Partijiet A u B ta' dan Anness, billi jintużaw il-limiti individwali tal-konċentrazzjoni.

(a)

Meta s-sustanzi perikolużi elenkati fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jiġu assenjati l-limiti tal-konċentrzzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-metodu ta' stima deskritt fil-Parti A ta' dan l-Anness, għandhom jintużaw dawn il-limiti tal-konċentrazzjoni.

(b)

Meta s-sustanzi perikolużi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni meħtieġa sabiex jiġi applikat il-metodu ta' evalwazzjoni deskritt fil-Parti A ta' dan l-Anness, dawn il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom ikunu assenjati skond l-ispeċifikazzjonijiet fil-Parti B ta’ dan l-Anness;

Il-Parti C tniżżel il-metodi tat-testijiet għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-ambjent akwatiku.

PARTI A

Il-Proċedura għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-ambjent

(a)   L-Ambjent akwatiku

I.   Il-metodu konvenzjonali għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-ambjent akwatiku

Il-metodu konvenzjonali għall-evalwazzjoni tar-riskji għall-ambjent akwatiku 2 għandu iqis ir-riskji kollha illi preparazzjoni tista’ tinvolvi għal dan il-medju f'konformita' mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin.

Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom jiġu klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent:

1.

u assenjati s-simbolu “N”, l-indikazzjoni tal-perikolu “perikoluż għall-ambjent” u l-frażijiet tar-riskju R50 u R53 (R50-53):

1.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-3 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabella 1) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-3 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

1.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt I.1.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PN, R50-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-preparazzjoni,

LN, R50-53

=

hija l-limitu R50-53 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53, espressi bħala perċentwal skond il-piż

2.

u assenjata s-simbolu “N”, l-indikazzjoni tal-perikolu “perikoluż għall-ambjent” u l-frażijiet tar-riskju R51 u R53 (R51-53) għajr jekk il-preparazzjoni tkun diġà klassifikata f'konformita' mal-punt I.1;

2.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabella 1) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr illimiti tal-konċentrazzjoni;

2.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt I.2.1 (a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PN, R50-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-preparazzjoni,

PN, R51-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R51-53 fil-preparazzjoni,

LN, R51-53

=

hija l-limitu rispettiv R51-53 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 jew R51-53 jew R52-R53, espressi bħala perċentwal skond il-piż

3.

u assenjati l-frażijiet tar-riskju R52 u R53 (R52-53) għajr jekk il-preparazzjoni ma tkunx diġà kklassifikata f'konformita' mal-punt I.1 jew I.2;

3.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 jew R51-53 jew R52-53 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabella 1) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

3.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R51-53 jew R50-53 jew R52-53 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt I.3.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PN, R50-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-preparazzjoni,

PN, R51-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R51-53 fil-preparazzjoni,

PN, R52-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R52-53 fil-preparazzjoni,

LN, R52-53

=

hija l-limitu rispettiv R52-53 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 jew R51-53 jew R52-53, espressi bħala perċentwal skond il-piż;

4.

u assenjati s-simbolu “N”, l-indikazzjoni tal-perikolu “perikoluż għall-ambjent” u l-frażi tar-riskju R50 għajr jekk il-preparazzjoni ma tkunx diġà kklassifikata f'konformita' mal-punt I.1;

4.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom hija assenjata l-frażi R50 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabella 2) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

4.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R50 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt I.4.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PN, R50

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta’ kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R50 fil-preparazzjoni,

LN, R50

=

hija l-limitu R50 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R50, espressa bħala perċentwal skond il-piż;

4.3.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom hija assenjata l-frażi R50 li ma jilħqux il-kriterji taħt il-punt I.4.1 jew I.4.2 u li jkun fihom waħda jew iktar mis-sustanzi ikklasifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 jekk:

Image

fejn:

PN, R50

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R50 fil-preparazzjoni,

PN, R50-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-preparazzjoni,

LN, R50

=

hija l-limitu R50 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50 jew R50-53, espressi bħala perċentwal skond il-piż

5.

u assenjati l-frażi tar-riskju R52 għajr jekk il-preparazzjoni tkun diġà kklassifikata f'konformita' mal-punt I.1, I.2, I.3 jew I.4;

5.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom jiġu assenjati l-frażi R52 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabella 3) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

5.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda kklassifikata bħala perikoluża għall-ambjent li lilhon hija assenjata l-frażi R52 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt I.5.1(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PR52

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta' kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R52 fil-preparazzjoni,

LR52

=

hija l-limitu R52 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R52, espressa bħala perċentwal skond il-piż;

6.

u assenjati l-frażi tar-riskju R53 għajr jekk il-preparazzjoni tkun diġà kklassifikata f'konformita' mal-punt I.1, I.2, jew I.3;

6.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom hija assenjata l-frażi R53 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabella 4) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

6.2.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom aktar minn sustanza waħda klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażi R53 fil-konċentrazzjonijiet individwali aktar baxxi mill-limiti speċifikati taħt il-punt I.6.2(a) jew (b) jekk:

Image

fejn:

PR53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta’ kull waħda mis-sustanza perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R53 fil-preparazzjoni,

LR53

=

hija l-limitu R53 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R53, espressa bħala perċentwal skond il-piż;

6.3.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom hija assenjata l-frażi R53 li ma jilħqux il-kriterji taħt il-punt I.6.2 u li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 jew R51-53 jew R52-53 jekk:

Image

fejn:

PR53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta’ kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom hija assenjata l-frażi R53 fil-preparazzjoni,

PN, R50-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta’ kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R50-53 fil-preparazzjoni,

PN, R51-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta’ kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R51-53 fil-preparazzjoni,

PR, R52-53

=

hija l-perċentwal skond il-piż ta’ kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R52-53 fil-preparazzjoni,

LR53

=

hija l-limitu rispettiv R53 għal kull waħda mis-sustanzi perikolużi għall-ambjent li lilhom jiġu assenjati l-frażijiet R53 jew R50-53 jew R51-53 jew R52-53, espressi bħala perċentwal skond il-piż.

(b)   L-Ambjent mhux akwatiku

(1)   IS-SAFF TAL-OŻONU

I.   Il-metodu konvenzjonali sabiex jiġu evalwati l-preparazzjonijiet perikolużi għas-saff tal-ożonu

Il-preparazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent:

1.

u assenjati s-simbolu “N”, l-indikazzjoni tal-perikolu “perikoluż għall-ambjent” u l-frażi tar-riskju R59;

1.1.

il-preparazzjonijiet li jkun fihom sustanza jew aktar klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent u li lilhom jiġu assenjati s-simbolu “N” u l-frażi tar-riskju R59 fil-konċentrazzjonijiet individwali egwali jew akbar minn:

(a)

jew il-konċentrazzjoni speċifikata fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għas-sustanza jew is-sustanzi taħt konsiderazzjoni, jew

(b)

il-konċentrazzjoni speċifikata fil-Parti B ta’ dan l-Anness (it-Tabella 5) meta s-sustanza jew is-sustanzi ma jidhrux fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew jidhru fih mingħajr il-limiti tal-konċentrazzjoni;

(2)   L-AMBJENT TERRESTRI

I.   L-Evalwazzjoni tal-preparazzjonjijiet perikoluzi għall-ambjent terrestri

Il-klassifikazzjoni tal-preparazzjonijiet li jużaw il-frażijiet tar-riskju ta’ hawn taħt għandhom jsegwu wara l-kriterji ddettaljati għall-użu tal-frażijiet ġew inkorporati f'Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE.

R54

Tossiku għall-flora

R55

Tossiku għall-fawna

R56

Tossiku għall-organiżmi tal-ħamrija

R57

Tossiku għan-naħal

R58

Jista’ jikkaġuna effetti ħżiena fit-tul lill-ambjent.

IL-PARTI B

Il-Limiti tal-konċentrazzjoni li għandhom jintużaw fl-evalwazzjoni tar-riskji għall-ambjent

I.   Għall-ambjent akwatiku

Il-limiti tal-konċentrazzjoni ffissati fit-tabelli li ġejjin, espressi bħala perċentwal piż/piż, jistabbilixxu l-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni meta għandha x'taqsam il-konċentrazzjoni individwali tas-sustanza/i preżenti li l-klassifikazzjoni tagħhom tintwera wkoll.

Tabella 1a

Tossiċità akwatika akuta u effetti ta’ ħsara fit-tul

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

N, R50-53

N, R51-53

R52-53

N, R50-53

ara Tabella 1b

ara Tabella 1b

ara Tabella 1b

N, R51-53

 

Cn ≥ 25 %

2,5  % ≤ Cn < 25 %

R52-53

 

 

Cn ≥ 25 %

Preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma kklassifikati mal-N, R50-53, japplikaw il-limiti ta’ konċentrazzjoni u l-klassifikazzjoni riżultanti li jinsabu fit-Tabella 1b.

Tabella 1b

Tossiċità akwatika akuta u effetti ta’ ħsara fit-tul ta’ sustanzi li huma tossiċi ħafna għall-ambjent akwatiku

Valur LC50 jew EC50 (“L(E)C50”) tas-sustanza kklassifikata N, R50-53 (mg/l)

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni

N, R50-53

N, R51-53

R52-53

0,1 < L(E)C50≤ 1

Cn ≥ 25 %

2,5  % ≤ Cn < 25 %

0,25  % ≤ Cn < 2,5  %

0,01 < L(E)C50≤ 0,1

Cn ≥ 2,5  %

0,25  % ≤ Cn < 2,5  %

0,025  % ≤ Cn < 0,25  %

0,001 < L(E)C50≤ 0,01

Cn ≥ 0,25  %

0,025  % ≤ Cn < 0,25  %

0,0025  % ≤ Cn < 0,025  %

0,0001 < L(E)C50≤ 0,001

Cn ≥ 0,025  %

0,0025  % ≤ Cn < 0,025  %

0,00025  % ≤ Cn < 0,0025  %

0,00001 < L(E)C50≤ 0,0001

Cn ≥ 0,0025  %

0,00025  % ≤ Cn < 0,0025  %

0,000025  % ≤ Cn < 0,00025  %

Għall-preparazzjonijiet li fihom sustanzi li għandhom LC50 jew EC50 iktar baxx minn 0,00001  mg/l, il-limiti ta’ konċentrazzjoni korrispondenti huma kkalkulati kif xieraq (f’intervalli ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 10).


Tabella 2

Tossiċità akuta akwatika

valur LC50 jew EC50 (“L(E)C50”) tas-sustanza kklassifikata N, R50 jew bħala N, R50-53 (mg/l)

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoniN, R50

0,1  < L(E)C50≤ 1

Cn ≥ 25 %

0,01  < L(E)C50≤ 0,1

Cn ≥ 2,5  %

0,001  < L(E)C50≤ 0,01

Cn ≥ 0,25  %

0,0001  < L(E)C50≤ 0,001

Cn ≥ 0,025  %

0,00001  < L(E)C50≤ 0,0001

Cn ≥ 0,0025  %

Għall-preparazzjonijiet li fihom sustanzi li għandhom LC50 jew EC50 iktar baxx minn 0,00001  mg/l, il-limiti ta’ konċentrazzjoni korrispondenti huma kkalkulati kif xieraq (f’ intervalli ta’ fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 10).


Tabella 3

It-Tossiċi akwatika

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni R52

R52

Cn ≥ 25 %


Tabella 4

L-Effetti ħżiena fit-tul

Il-Klassifikazzjoni tas-sustanza

Il-Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni R53

R53

Cn ≥ 25 %

N, R50-53

Cn ≥ 25 %

N, R51-53

Cn ≥ 25 %

R52-53

Cn ≥ 25 %

II.   Għall-ambjent mhux akwatiku

Il-limiti tal-konċentrazzjoni ffissati fit-tabelli li ġejjin, espressi bħala perċentwal piż/piż jew, għall-preparazzjonijiet gassużi bħala perċentwal volum/volum, jistabbilixxu l-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni meta għandhom x’jaqsmu l-konċentrazzjoni individwali tas-sustanza/i preżenti li l-klassifikazzjoni tagħhom tintwera wkoll.

Tabella 5

Perikolużi għas-saff tal-ożonu

Klassifikazzjoni tas-sustanza

Klassifikazzjoni tal-preparazzjoni N, R59

N ma’ R59

Cn ≥ 0,1  %

PARTI C

Il-Metodi tat-testijiet sabiex jiġu evalwati l-perikoli għall-ambjent akwatiku.

Normalment, il-klassifikazzjoni ta’ preparazzjoni hija magħmula fuq il-bażi tal-metodu konvenzjonali. Iżda, għall-mod kif tiġi stabbilita t-tossiċità akuta akwatika, jista' jkun hemm każijiet li għalihom jista’ jkun approprjat illi jitwettqu testijiet fuq il-preparazzjoni.

Ir-riżultat ta' dawn it-testijiet fuq il-preparazzjoni jistgħu jimmodifikaw biss il-klassifikazzjoni li tirrigwarda t-tossiċità akuta akwatika li tkun ġiet miksuba bl-applikazzjoni tal-metodu konvenzjonali.

Jekk dawn it-testijiet jintgħażlu mill-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq, irid jiġi żgurat illi jkunu ġew imħarsa l-kriterji tal-kwalità tal-metodi tat-test fil-Parti C tal-Anness mar- Regolament (KE) Nru 440/2008.

Barra minn hekk, it-testijiet għandhom jitwettqu fuq it-tliet speċji kollha skond il-kriterji ta' Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE (l-alka, id-dafnja u l-ħut), għajr jekk l-ogħla riskju kklassifikazzjonit li jkollu x’jaqsam mat-tossiċità akuta akwatika jkun ġie assenjat lil-preparazzjoni wara li jkun ġie ttestjat fuq wieħed mill-ispeċji jew ir-riżultat ta' test kien diġà disponibbli qabel din id-Direttiva daħlet fis-seħħ.

ANNESS IV

ID-DISPOSIZZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-KONTENITURI LI JKUN FIHOM IL-PREPARAZZJONIJIET OFFRUTI JEW MIBJUGĦA LILL-PUBBLIKU ĠENERALI

PARTI A

Il-kontenituri li għandhom jkunu mgħammra bi qfil reżistenti għat-tfal

1.

Il-kontenituri tkun xi tkun il-kapaċità tagħhom, li jkun fihom preparazzjonijiet offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali u ttikkettjati bħala tossiċi ħafna, tossiċi jew korrużivi skond Artikolu 10 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'Artikolu 6, għandhom ikunu mgħammra bi qfil reżistenti għat-tfal.

2.

Il-kontenituri tkun xi tkun il-kapaċità tagħhom li jkun fihom il-preparazzjonijiet li jippreżentaw riskju tat-teħid man-nifs (Xn, R65) u huma klassifikazzjoniti u ttikkettjati skond il-punt 3.2.3 ta’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE bl-eċċezzjoni tal-preparazzjonijiet imqiegħda fis-suq fil-għamla ta' aerosols jew f'kontenitur imgħammar b'aċċesorju ssiġillat tal-isprej.

3.

Il-kontenituri tkun xi tkun il-kapaċità tagħhom, li jkollhom mill-inqas waħda mis-sustanzi msemmija hawn preżenti fil-konċentrazzjoni egwali jew akbar mill-konċentrazzjoni massima individwali speċifikata,

In-Nru

L-Identifikazzjoni tas-sustanza

Il-Limitu tal-konċentrazzjoni

Nru tar-Reġistrazzjoni tal-CAS

L-Isem

In-Nru tal-Einecs

1

67-56-1

Il-Metanol

2 006 596

≥ 3 %

2

75-09-2

Id-Dikloromethan

2 008 389

≥ 1 %

li jiġu offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali għandhom jkunu mgħammra bi qfil reżistenti għat-tfal.

PARTI B

Il-kontenituri li għandhom jiġu mgħammra bi twissija tal-perikolu twissija tal-perikolu li tista’ tinstab permezz tal-mess

Il-kontenituri tkun xi tkun il-kapaċità tagħhom, li jkun fihom il-preparazzjonijiet offruti jew mibjugħa lill-pubbliku ġenerali u ttikkettjati bħala tossiċi ħafna, tossiċi, korrużivi, ta’ ħsara, estremament fjammabbli jew fjammabbli ħafna skond Artikolu 10 u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’Artikoli 5 u 6, għandhom jġorru twissija tal-perikolu li tista' tinstab permezz tal-mess.

Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal aerosols klassifikati u ttikkettjati biss bħala estremament fjammabbli jew fjammabbli ħafna.

ANNESS V

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI LI JIKKONĊERNAW IT-TIKKETTJAR TA’ ĊERTI PREPARAZZJONIJIET

A.   Għall-preparazzjonijiet li huma kklassifikati bħala perikolużi skond it-tifsira tal-Artikoli 5, 6 u 7

1.   Preparazzjonijiet li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali

1.1.

It-tikketta fuq l-imballaġġ li fih tali sustanzi, flimkien mal-avviż ta’ speċifiku ta’ sikurezza, għandha jkollha jidher l-avviż ta’ sikurezza rilevanti S1, S2, S45 jew S46 skond il-kriterji stipolati fl-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE.

1.2.

Meta tali preparazzjonijiet huma kklassifikati bħala tossiċi ħafna (T+), tossiċi (T) jew korrożivi (C) u fejn huwa fiżikament impossibbli li tingħata tali informazzjoni fuq l-imballaġġ innifsu, l-imballaġġi li fihom tali preparazzjonijiet għandhom jiġu akkumpanjati minn istruzzjonijiet preċiżi dwar l-użu u li huma komprensibbli faċilment li jinkludu, fejn huwa xieraq, istruzzjonijiet għall-qerda tal-imballaġġ vojt.

2.   Preparazzjonijiet li huma intenzjonati għall-użu bħala sprej

It-tikketta fuq l-imballaġ li fih tali preparazzjonijiet għandha jkollha obbligatorjament l-avviż ta’ sikurezza S23 akkumpanjat mill-avviż tas-sikurezza S38 jew S51 assenjat għalih skond il-kriterji stipolati fl-Anness VI tad-Direttiva 67/548/KEE.

3.   Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hi assenjata l-frażi R33: Periklu ta’ effetti kumulattivi

Meta preparazzjoni jkun fiha mill-inqas sustanza waħda li hija assenjata l-frażi R33, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha jkollha l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni ta’ din is-sustanza preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ikbar minn 1 %, sakemm ma jiġux stipolati valuri differenti fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 .

4.   Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hija assenjata l-frażi R64: Jista’ jikkawża ħsara għat-trabi li jreddgħu

Meta preparazzjoni jkun fiha mill-inqas sustanza waħda li hija assenjata l-frażi R64, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha jkollha l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni ta’ din is-sustanza preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ikbar minn 1 %, sakemm ma jiġux stipolati valuri differenti fil-1 Parti 3 ta' l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 .

B.   Għall-preparazzjonijiet, irrispettivament mill-klassifikazzjoni tagħhom skond it-tifsira tal-Artikoli 5, 6 u 7

1.   Preparazzjonijiet li fihom iċ-ċomb

1.1.

Żebgħa u verniċ

It-tikketta fuq l-imballaġġ li fih żebgħa jew verniċ li fihom iċ-ċomb fi kwantitajiet li jaqbżu l-0,15 % (espress bħala l-piż tal-metall) tal-piż totali tal-preparazzjoni, kif misjub skond l-istandard ISO 6503/1984, għandhom ikollohom id-dettallji li ġejjin:

“Fih iċ-ċomb. M’għandhux jintuża fuq uċuħ li jistgħu jomgħoduhom jew isoffuhom it-tfal”.

Fil-każ tal-imballaġġi li l-kontenut tagħhom huma inqas minn 125 milliltri, id-dettallji għandhom jidhru kif ġej:

“Twissija! Fih iċ-ċomb”.

2.   Preparazzjonijiet li fihom is-cyanoacrylates

2.1.

Adeżivi

It-tikketta fuq l-imballaġġ immedjat tal-adeżivi li huma bbażati fuq is-cyanoacrylate għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

“Cyanoacrylate.

Periklu.

Iwaħħal il-ġilda u l-għajnejn f” sekondi.

Żomm “il bogħod mit-tfal”.

Parir xieraq dwar l-użu tal-prodott għandu jakkumpanja l-imballaġġ.

3.   Preparazzjonijiet li fihom l-isocyanates

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom l-isocyanates (bħala monomers, oligomonomers, prepolymers, eċċ., jew bħala taħlita tagħhom) għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

“Fih l-isocyanates.

Ara l-informazzjoni mill-produttur”.

4.   Preparazzjonijiet li fihom epoxy kostitwenti ta’ piż molekolari medju ≤ 700

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom l-epoxy kostitwenti ta’ piż molekolari medju ta’ ≤ 700 għandha jkollha l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

“Fih l-epoxy kostitwenti.

Ara l-informazzjoni mill-produttur”.

5.   Preparazzjonijiet li jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali li fihom il-kloru

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom iktar minn 1 % ta’ kloru attiv għandha tinkludi l-iskrizzjonijiet partikolari li ġejjin:

“Twissija! tużax dawn il-prodotti flimkien ma’ prodotti oħrajn. Jistgħu joħorġu gassijiet perikolużi (kloru)”.

6.   Preparazzjonijiet li fihom il-kadmju (alloys) u li huma intenzjonati għall-użu fl-ibbrejżjar u fis-saldjar

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li jissemmew hawn fuq għandha jkollha l-iskrizzjonijiet stampati b’ karattri li huma jistgħu jinqraw b’mod ċar u li ma jistgħux jitħassru:

“Twissija! Fih il-kadmju.

Jifformaw gassijiet perikolużi waqt l-użu.

Ara l-informazzjoni mill-produttur.

Ħares l-istruzzjonijiet tas-sikurezza”.

7.   Preparazjonijiet disponibbli bħala aerosols

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva, il-preparazzjonijiet disponibbli bħala aerosols huma wkoll soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-tikkettjar skond il-punti 2.2 u 2.3 tal-Anness mad-Direttiva 75/324/KEE.

8.   Preparazzjonijiet li fihom is-sustanzi li għadhom mhux elenkati kompletament

Meta preparazzjoni fiha mill-inqas sustanza waħda li, skondid-Direttiva 67/548/KEE, tinkludi l-iskrizzjoni “Twissija – sustanza li għadha mhux ittestjata kompletament”, it-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjoni għandha tinkludi l-iskrizzjoni ‘Twissija – din il-preparazzjoni fiha sustanza li għadha mhux ittestata’ jekk din is-sustanza tkun preżenti f’ konċentrazzjoni ta’ ≥ 1 %.

9.   Preparazzjonijiet li mhumiex ikklassifikati bħala sensitizzanti iżda li fihom mill-inqas sustanza sensitizzanti waħda

It-tikketta fuq l-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li fihom mill-inqas sustanza waħda li hija kklassifikata bħala sensitizzanti u li hija preżenti f’ konċentrazzjoni ta’ jew ikbar minn 0,1 % jew f’ konċentrazzjoni li hija l-istess jew ikbar minn dik speċifikata skond nota speċifika għas-sustanza fil-2 Parti 3 ta' l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandha tinkludi l-iskrizzjoni:

“Fih (isem tas-sustanza sensitizzanti). Jista’ jwassal għal reazzjoni allerġika”.

10.   Preparazzjonijiet likwidi li fihom l-idrokarburi aloġenati

Għall-preparazzjonijiet likwidi li ma juru ebda limitu ta’ temperatura ta’ meta jaqbdu n-nar (flashpoint) jew flashpoint li huwa ogħla minn 55 oC u li fihom idrokarburu aloġenat u iktar minn 5 % ta’ sustanzi li huma fjammabbli jew fjammabbli ħafna, it-tikketta fuq l-imballaġġ għandha tinkludi l-iskrizzjoni li ġejja kif inhu xieraq:

“Jista’ jsir fjammabbli ħafna waqt l-użu” jew “Jista’ jsir fjammabbli waqt l-użu”.

11.   Preparazzjonijiet li fihom sustanza li hija allokata l-frażi R67: fwawar jistgħu jikkawżaw ħedla u sturdament

Meta preparazzjoni jkun fiha sustanza waħda jew iktar li hija allokata l-frażi R67, it-tikketta tal-preparazzjoni għandha tinkludi l-kliem ta’ din il-frażi kif stipolat fl-Anness III tad-Direttiva 67/548/KEE, meta l-konċentrazzjoni totali ta’ dawn is-sustanzi preżenti fil-preparazzjoni hija l-istess jew ogħla minn 15 %, sakemm:

il-preparazzjoni hija diġà kklassifikata bil-frażijiet R20, R23, R26, R68/20, R39/23 jew R39/26,

jew il-preparazzjoni tinsab f’imballaġġ li ma jaqbiżx il-125 ml.

12.   Simentijiet u preparazzjonijiet tas-siment

L-imballaġġ tas-simentijiet u tal-preparazzjonijiet tas-siment li fihom iktar minn 0,0002 % tal-kromju solubili (VI) tal-piż niexef totali għandu jinkludi l-iskrizzjoni:

“Fih il-kromju (VI). Jista’ jwassal għal reazzjoni allerġika”.

sakemm il-preparazzjoni ma tkunx diġà kklassifikata jew ittikkettjata bħala sensitizzant permezz tal-frażi R43.

C.   Għall-preparazzjonijiet li mhumiex ikklassifikati fi ħdan it-tifsira tal-artikoli 5, 6 u 7 iżda li fihom mill-inqas sustanza perikoluża waħda

1.   Preparazzjonijet li mhumiex intenzjonati għall-pubbliku ġenerali

It-tikketta tal-imballaġġ tal-preparazzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 31(3)(a) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tinkludi l-iskrizzjoni li ġejja:

“Skeda tad-data tas-sikurezza għall-użu minn utent professjonist tingħata fuq talba”.

ANNESS VI

IL-KUNFIDENZJALITÀ RIGWARD L-IDENTITÀ KIMIKA TAS-SUSTANZA

PARTI A

It-Tagħrif li għandu jiġi komunikat fit-talba għall-kunfidenzjalità

Noti introduttorji

A.

Artikolu 14 jindika l-kondizzjonijiet li fihom il-persuna responsabbli mit-tqegħid ta' preparazzjoni fis-suq jista' japprofitta ruħu mill-kunfidenzjalità.

B.

Sabiex jiġu evitati t-talbiet multipliċi għall-kunfidenzjalità dwar l-istess sustanza wżata fi preparazzjonijiet differenti, talba waħda għall-kunfidenzjalità tista' tkun biżżejjed jekk ċertu numru ta' preparazzjonijiet ikollhom:

l-istess kostitwenti perikolużi preżenti fl-istess firxa tal-konċentrazzjoni,

l-istess klassifikazzjoni u ttikettjar,

l-istess użu mistenni.

Għandha tintuża denominazzjoni waħda alternattiva sabiex taħbi l-identità kimika ta' l-istess sustanza fil-preparazzjonijiet interessati. Barra minn hekk, it-talba għall-kunfidenzjalità għandu jkun fiha t-tagħrif kollu indikat fit-talba ta' wara, mingħajr ma jintesa l-isem jew l-isem kummerċjali ta' kull preparazzjoni.

C.

Id-denominazzjoni alternattiva wżata fuq it-tikketta għandha tkun l-istess bħal dik mogħtija taħt l-Intestatura 3 “Kompożizzjoni/tagħrif dwar l-ingredjenti” tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 .

Dan jimplika illi d-deskrizzjoni alternattiva wżata għandu ikun fiha tagħrif biżżejjed dwar is-sustanza sabiex tiżgura t-tqandil ħieles mir-riskji.

D.

Meta tkun qiegħda ssir it-talba għall-użu ta' denominazzjoni alternattiva, il-persuna responsabbli mit-tqegħid fis-suq għandha tqis il-ħtieġa li tipprovdi tagħrif biżżejjed għall-prekawzjonijiet meħtieġa tas-saħħa u s-sigurtà li għandhom jittieħdu fuq il-post tax-xogħol u sabiex jiġi żgurat illi jistgħu jiġu mminimizzati r-riskji fit-tqandil tal-preparazzjoni.

It-talba għall-kunfidenzjalità

Skond Artikolu 14 it-talba għall-kunfidenzjalità għandu bil-fors ikun fiha t-tagħrif li ġej:

1.

L-isem, l-indirizz sħiħ (inkluż in-numru tat-telefon) tal-persuna stabbilita fl- Unjoni li hija responsabbli mit-tqegħid tal-preparazzjoni fis-suq (il-fabbrikant, l-importatur jew id-distributur).

2.

L-identifikazzjoni preċiza tas-sustanza/i li dwarha/hom jkunu proposti l-kunfidenzjalità u d-denominazzjoni alternattiva.

In-Nru tal-CAS

In-Nru ta' l-Einecs

L-Isem kimiku skond in-nomenklatura u l-klassifikazzjoni internazzjonali

(1 Parti 3 ta' l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 jew il-klassifikazzjoni proviżorja)

Id-Denominazzjoni alternattiva

(a)

 

 

 

(b)

 

 

 

(c)

 

 

 

NB:

Meta s-sustanzi jkunu klassifikati proviżorjament, għandu jiġi provdut it-tagħrif li jakkumpanja (ir-referenzi bibliografiċi) bħala xhieda illi l-klassifikazzjoni proviżorja tqis it-tagħrif pertinenti eżistenti disponibbli dwar il-proprjetajiet tas-sustanza.

3.

Il-ġustifikazzjoni għall-konfidenzjalità (il-probabbiltà – il-plawsibbiltà).

4.

Id-denominazzjoni/jiet ta' l-isem/ismijiet kummerċjali tal-preparazzjoni/jiet.

5.

Id-denominazzjon jew l-isem kummerċjali huma l-istess għall- Unjoni kollha?

IVA

LE

Jekk le, ispeċifika id-denominazzjoni/jiet jew l-isem/ismijiet kummerċjali wżati fl-Istati Membri differenti:

 

Belġju:

Bulgarija:

Repubblika Ċeka:

Danimarka:

Ġermanja:

Estonja:

Irlanda:

Greċja:

Spanja:

Franza:

Italja:

 

Ċipru:

Latvja:

Litwanja:

Lussemburgu:

Ungerija:

Malta:

Olanda:

Awstrija:

Polonja:

Portugall:

Rumanija:

Slovenja:

Slovakkja:

Finlandja:

 

Svezja:

Renju Unit:

6.

Il-kompożizzjoni tal-preparazzjoni/jiet iddefiniti fl-Intestatura 3 tal-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006

7.

Il-klassifikazzjoni tal-preparazzjoni/jiet f'konformita' mal-Artikolu 6 ta’ din id-Direttiva.

8.

Il-ittikkettjar tal-preparazzjoni/jiet f'konformita' mal-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva.

9.

L-użi maħsuba għal-preparazzjoni/jiet.

10.

Il-folja/i ta’ data dwar is-sigurtà li jikkonforma/w mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

PARTI B

Il-gwida lexicon sabiex jiġu stabbiliti d-denominazzjonijiet alternattivi (l-ismijiet ġeneriċi)

1.   Nota introduttorja

Il-lexicon gwida huwa msejjes fuq il-proċedura għall-klassifikazzjoni tas-sustanzi perikolużi (it-tqassim tas-sustanzi f’familji) li jidher fil-1 Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 .

Jistgħu jintużaw denominazzjonijiet alternattivi għal dawk imsejsa fuq din il-gwida. Madankollu, fil-każijiet kollha l-ismijiet magħżula għandhom jipprovdu tagħrif biżżejjed sabiex jiġi żgurat illi l-preparazzjoni tista' tiġi mqandla mingħajr riskju u li jistgħu jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Il-familji huma ddefiniti bil-mod li ġej:

is-sustanzi inorganiċi jew organiċi li l-proprjetajiet tagħhom huma identifikati li għandhom element kimiku komuni bħala l-karatteristika prinċipali tagħhom. L-isem tal-familja huwa dderivat mill-isem ta' l-element kimiku. Dawn il-familji huma identifikati bħal f2 il-parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 bin-numru atomiku tal-element kimiku (001 sa 103),

is-sustanzi organiċi li l-proprjetajiet tagħhom huma identifikati billi jkollhom grupp funzjonali komuni bħala l-karatteristiċi prinċipali tagħhom.

L-isem tal-familja huwa derivat mill-isem tal-grupp funzjonali.

Dawn il-familji huma identifikati bin-numru konvenzjonali li jinsab f2 il-Parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (601-650).

F’ċerti każijiet ġew miżjuda s-sub-familji li jġibu flimkien is-sustanzi b’karattru komuni speċifiku.

2.   Kif jiġi stabbilit l-isem ġeneriku

Il-Prinċipji ġenerali

Għall-għanijiet biex jiġi stabbilit l-isem ġeneriku, huwa adottat l-avviċinament ġenerali li ġej, li jinvolvi żewġ stadji suċċessivi:

(i)

l-identifikazzjoni tal-gruppi funzjonali u l-elementi kimiċi preżenti fil-molekula;

(ii)

safejn u sakemm tiġi stabbilita l-firxa li tagħha għandhom jiġu meqjusa l-gruppi funzjonali l-aktar importanti u l-elementi kimiċi.

Il-gruppi u l-elementi identifikati funzjonali meqjusa huma l-ismijiet tal-familji u tas-sub-familji ddikjarati fil-punt 3 fil-għamla ta' lista mhux restrittiva.

3.   It-tqassim tas-sustanzi f’familji u sub-familji

In-Nru tal-Familja

1 Parti 3 ta' l-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Il-Familji

Is-Sub-familji

001

Il-komponenti tal-Idroġenu

 

L-Idruri

002

Il-Komposti ta' l-Elju

003

Il-Komposti tal-Litju

004

Il-Komposti tal-Berillju

005

Il-Komposti tal-Boron

 

Il-Borani

Il-Borati

006

Il-Komposti tal-Karbonju

 

Il-Karbamati

Il-Komposti inorganiċi tal-Karbonju

L-Imluħ taċ-Ċjanur ta' l-Idroġenu

L-Urea u d-derivati tagħha

007

Il-Komposti tan-Nitroġenu

 

Il-Komposti ta' l-ammonju kwaternarju

Il-Komposti ta' l-Aċidu Nitroġenu

In-Nitrati

In-Nitriti

008

Il-Komposti ta' l-Ossiġenu

009

Il-Komposti tal-Fluorin

 

Il-Fluoridi inorganiċi

010

Il-Komposti tan-Neon

011

Il-Komposti tas-Sodju

012

Il-Komposti tal-Manjeżju

 

Id-Derivati organometalliċi tal-Manjeżju

013

Il-Komposti ta' l-Aluminju

 

Id-Derivati organometalliċi ta' l-Aluminju

014

Il-Komposti tas-Silikon

 

Is-Silikoni

Is-Silikati

015

Il-komposti tal-Fosfru

 

Il-Komposti ta' l-Aċidu Fosforiku

Il-Komposti tal-Fosfonju

L-Esteri Fosforiċi

Il-Fosfati

Il-Fosfiti

Il-Fosforamidi u d-derivati

016

Il-Komposti tal-Kubrit

 

Il-komposti ta' l-Aċidu tal-Kubrit

Il-Merkaptani

Is-Sulfati

Is-Sulfiti

017

Il-Komposti tal-Klorin

 

Il-Klorati

Il-Perklorati

018

Il-Komposti ta' l-Argon

019

Il-Komposti tal-Potassju

020

Il-Komposti tal-Kalċju

021

Il-Komposti ta' l-Iskandju

022

Il-Komposti tat-Titanju

023

Il-Komposti tal-Vanadju

024

Il-Komposti tal-Kromju

 

Il-Komposti tal-Kromju VI

025

Il-Komposti tal-Manganeżju

026

Il-Komposti tal-Ħadid

027

Il-Komposti tal-Kobaltu

028

Il-Komposti tan-Nijkil

029

Il-Komposti tar-Ram

030

Il-Komposti taż-Żingu

 

Id-Derivati organometalliċi taż-Żingu

031

Il-Komposti tal-Gallju

032

Il-Komposti tal-Ġermanju

033

Il-Komposti ta' l-Arseniku

034

Il-Komposti tas-Selenju

035

Il-Komposti tal-Bromin

036

Il-Komposti tal-Kripton

037

Il-Komposti tar-Rubidju

038

Il-Komposti ta' l-Istronzju

039

Il-Komposti ta' l-Ittriju

040

Il-Komposti taż-Żirkonju

041

Il-Komposti tan-Njobju

042

Il-komposti tal-Molibdenu

043

Il-Komposti tat-Teknezju

044

Il-Komposti tar-Rutenju

045

Il-Komposti tar-Rodju

046

Il-Komposti tal-Palladju

047

Il-Komposti tal-Fidda

048

Il-Komposti tal-Kadmju

049

Il-Komposti ta' l-Indju

050

Il-Komposti tal-Landa

 

Id-Derivati organometalliċi tal-Landa

051

Il-Komposti ta' l-Antimonju

052

Il-Komposti tat-Tellurju

053

Il-Komposti tal-Jodju

054

Il-Komposti tal-Xenon

055

Il-Komposti tal-Kesju

056

Il-Komposti tal-Barju

057

Il-Komposti tal-Lantanu

058

Il-Komposti taċ-Ċerju

059

Il-Komposti tal-Prasjodimju

060

Il-Komposti tan-Neodimju

061

Il-Komposti tal-Prometju

062

Il-Komposti tas-Samarju

063

Il-Komposti ta' l-Ewropju

064

Il-Komposti tal-Gandolinju

065

Il-Komposti tat-Terbju

066

Il-Komposti tad-Disprosju

067

Il-Komposti ta' l-Olmju

068

Il-Komposti ta' l-Erbju

069

Il-Komposti tat-Tulju

070

Il-Komposti ta' l-Itterbju

071

Il-Komposti ta' l-Lutezju

072

Il-Komposti ta' l-Afnju

073

Il-Komposti tat-Tantalu

074

Il-Komposti tat-Tungstenu

075

Il-Komposti tar-Renju

076

Il-Komposti ta' l-Osmju

077

Il-Komposti ta' l-Iridju

078

Il-Komposti tal-Platinu

079

Il-Komposti tad-Deheb

080

Il-Komposti tal-Merkurju

 

Id-derivati organometalliċi tal-Merkurju

081

Il-Komposti tat-Tallju

082

Il-Komposti taċ-Ċomb

 

Id-Derivati organometalliċi taċ-Ċomb

083

Il-Komposti tal-Bismut

084

Il-Komposti tal-Polonju

085

Il-Komposti ta' l-Astat

086

Il-Komposti tar-Radon

087

Il-Komposti tal-Franċju

088

Il-Komposti tar-Radju

089

Il-Komposti ta' l-Aktinju

090

Il-Komposti tat-Torju

091

Il-Komposti tal-Protaktinju

092

Il-Komposti ta' l-Uranju

093

Il-Komposti tan-Nettunju

094

Il-Komposti tal-Plutonju

095

Il-Komposti ta' l-Ameriċju

096

Il-Komposti tal-Kurju

097

Il-Komposti tal-Berkelju

098

Il-Komposti tal-Kalifornju

099

Il-Komposti ta' l-Einsteinju

100

Il-Komposti tal-Fermju

101

Il-Komposti tal-Mendelevju

102

Il-Komposti tan-Nobelju

103

Il-Komposti tal-Lawrenċju

601

L-Idrokarbonji

 

L-Idrokarbonki alifatiċi

L-Idrokarbonji aromatiċi

L-Idrokarbonji aliċikliċi

L-Idrokarbonji poliċikliċi aromatiċi (PAH)

602

L-Idrokarbonji aloġenati (*)

 

L-Idrokarbonji aloġenati alifatiċi (*)

L-Idrokarbonji aloġenati aromatiċi (*)

L-Idrokarbonji aloġenati aliċikliċi (*)

(*)

Ispeċifika skond il-familja li tikkorrispondi mal-aloġenu.

603

L-Alkoli u d-derivati

 

L-Alkoli alifatiċi

L-Alkoli aromatiċi

L-Alkoli aliċikliċi

L-Alkanolamini

Id-Derivati ta' l-Epossi

L-eteri

Il-Glikoleteri

Il-Glikoli u l-Poljoli

604

Il-Fenoli u d-derivati

 

Id-derivati tal-Fenol aloġenat (*)

(*)

Ispeċifika skond il-familja li tikkorrispondi mal-aloġenu.

605

L-Aldeidi u d-derivati

 

L-Aldeidi alifatiċi

L-Aldeidi aromatiċi

L-Aldeidi aliċikliċi

L-aċetali alifatiċi

L-Aċetali aromatiċi

L-Aċetali aliċikliċi

606

Il-Ketoni u d-derivati

 

Il-Ketoni alifatiċi

Il-Ketoni aromatiċi (*)

Il-Ketoni aliċikliċi

(*)

inklużi l-Kinoni.

607

L-Aċidi organiċi u d-derivati

 

L-Aċidi alifatiċi

L-Aċidi aloġenati alifatiċi (*)

L-Aċidi aromatiċi

L-Aċidi aloġenati aromatiċi (*)

L-Aċidi aliċikliċi

L-Aċidi aloġenati aliċikliċi (*)

L-Anidruri ta' l-aċidu alifatiku

L-Anidridi ta' l-aċidu aloġenat alifatiku (*)

L-Anidridi ta' l-aċidu aromatiku

L-Anidridi ta' l-aċidu aromatiku aloġenat (*)

L-Anidridi ta' l-aċidu aliċikliku

L-Anidridi ta l-aċidu aliċikliku aloġenat (*)

L-Imluħ ta' l-aċidu alifatiku

L-imluħ ta' l-acidu aloġenat alifatiku (*)

L-Imluħ ta' l-aċidu aromatiku

 

 

L-Imluħ ta' l-aċidu aloġenat aromatiku (*)

L-Imluħ ta' l-aċidu aliċikliku

L-Imluħ ta' l-aċidu aloġenat aliċikliku (*)

L-Esteri ta' l-aċidu alifatiku

L-Esteri ta' aċidu aloġenat aliċikliku (*)

L-Esteri ta' l-aċidu aromatiku

L-Esteri ta' l-aċidu aloġenat aromatiku (*)

L-Ester ta' aċidu aliċikliku

L-Esteri ta' l-aċidu aloġenat aliċikliku (*)

L-Esteri ta' l-Etere Glikol

L-Akrilati

Il-Metakrilati

Il-Lattoni

L-Aloġenidi ta' l-Aċil

(*)

Ispeċifika skond il-familja li tikkorrispondi mal-aloġenu

608

In-Nitrili u d-derivati

609

Il-Komposti tan-Nitru

610

Il-Komposti Kklornitrati

611

Il-Komposti ta' l-Ażossi u l-Ażo

612

Il-Komposti ta' l-Amini

 

L-Amini alifatiċi u d-derivati

L-Amini aliċikliċi u d-derivati

L-Amini aromatiċi u d-derivati

L-Anilin u d-derivati

Il-Benżidin u d-derivati

613

Il-Bażijiet eteroċikliċi u d-derivati

 

Il-Benżimidażol u d-derivati

L-Imidażol u d-derivati

Il-Piretrinojdi

Il-Kinilina u d-derivati

It-Triażin u d-derivati

It-Triażol u d-derivati

614

Il-Glikossidi u l-Alkalojdi

 

L-Alkalojd u d-derivati

Il-Glikossidi u d-derivati

615

Iċ-Ċjanati u l-Isoċjanati

 

Iċ-Ċjanati

L-Isoċjanati

616

L-Amidi u d-derivati

 

L-Aċetamid u d-derivati

L-Anilidi

617

Il-Perossidi organiċi

647

L-Enżimi

648

Id-Derivati kumplessi tal-Faħam

 

 

L-Estratt ta' l-Aċidu

L-Estratt ta' l-Alkalin

Iż-Żejt ta' l-Antraċin

Il-fdal mill-estratt taż-Żejt ta' l-Antraċin

Il-Frazzjon taż-Żejt ta' l-Antraċin

Iż-Żejt karboliku

Il-fdal mill-estratt taż-Żejt Karboliku

Il-likwidi tal-Faħam, l-estrazzjoni tas-solvent likwidu

Il-likwidi tal-Faħam, is-solventi ta' l-estrazzjoni tas-solvent likwidu

Iż-Żejt tal-Faħam

Il-Qatran tal-faħam

L-Estratt tal-Qatran tal-Faħam

Il-fdal tas-solidi tal-Qatran tal-Faħam

Il-Kokk (il-qatran tal-faħam) ta' temperatura baxxa, iż-Żift ta' temperatura għolja

Fil-Kokk (qatran tal-faħam), iż-Żift ta'temperatura għolja

Il-Kokk (qatran tal-faħam), iż-Żift tal-faħam imħallat ta'temperatura għolja

Il-Benżol mhux maħdum

Il-Fenoli mhux maħdumi

Il-bażijiet tal-Qatran mhux maħdum

l-Bażijiet iddistillati

Il-Fenoli ddistillati

Id-Distillati

Id-Distillati (faħam), l-estrazzjoni tas-solvent likwidu, primarju

Id-Distillati (faħam). l-estrazzjoni tas-solvent, idrokkrakkjat

Id-Distillati (faħam), l-estrazzjoni tas-solvent, bin-nofs idrokkrakkjat idroġenat

Id-Distillati (faħam), l-estrazzjoni tas-solvent, bin-nofs idrokkrakkjat

Il-fdalijiet ta' l-estratt (faħam), il-qatran Alkalin tal-Qatran tal-faħam b'temperatura baxxa

Iż-Żejt frisk

Il-Karburanti, Diesel, l-estrazzjoni tal-faħam tas-solvent, idrokkrakkjati idroġenati

Il-Karburanti, ta' l-ajruplani tal-jet, l-estrazzjoni tal-faħam tas-solvent, idrokkrakkjati. idroġenati

Il-Gasolin, l-estrazzjoni tas-solvent, in-nafta idrokkakkjata

Il-Prodotti tat-trattament bis-sħana

Iż-Żejt tqil Antraċin

Iż-Żejt tqil Antraċin iddistillat mill-ġdid

Iż-Żejt ħafif

Il-fdalijiet mill-estratt taż-Żejt ħafif, tat-togħlija qawwija

Il-fdalijiet mill-estratt taż-Żejt ħafif, tat-togħlija intermedja

Il-fdalijiet mill-estratt taż-Żejt ħafif, tat-togħlija baxxa

Il-fdalijiet mill-estratt taż-Żejt ħafif, tat-togħlija qawwija

Il-dalijiet mill-estratt taż-Żejt ħafif, tat-togħlija intermedja

Iż-Żejt ħafif iddistillat mill-ġdid, tat-togħlija baxxa

Iż-Żejt Metilnaftalin

Il-fdalijiet mill-estratt taż-Żejt Metilnaftalin

In-Nafta (faħam), l-estrazzjoni tas solvent, idrokkrakkjata

Iż-Żejt tan-Naftalin

Il-fdalijiet mill-estrazzjoni taż-Żejt tan-Naftalin

Id-distillat mill-ġdid taż-Żejt tan-Naftalin

Iż-Żift

Id-distillat mill-ġdid taż-Żift

Il-fdal taż-Żift

Il-fdal taż -Żift, ittrattat bis-sħana

Il-fdal taż-Żift, ossidat

Il-prodotti tal-Pirolisi

Id-Distillati mill-ġdid

Il-fdalijiet (faħam), l-estrazzjonijiet tas-solvent likwidu

Il-Faħam tal-Qatran kannella

Il-Faħam tal-Qatran kannella, ta' temperatura baxxa

Iż-Żejt tal-Qatran, tat-togħlija għolja

Iż-Żejt tal-Qatran, tat-togħlija intermedja

Iż-Żejt tal-ħasil

Il-fdal ta' l-estratt taż-Żejt tal-ħasil

Iż-Żejt tal-ħasil iddistillat mill-ġdid

649

Id-Derivati kumplessi taż-Żejt

 

Iż-Żejt mhux maħdum

Il-gass tal-petroleum

In-Nafta bil-punt tat-togħlija baxx

In-Nafta mmodifikata tal-punt tat-togħlija baxx

I-Nafta mixquqa bil-frosta tal-punt tat-togħlija baxx

In-Nafta rriformata bil-frosta tal-punt tat-togħlija baxx

In-Nafta mixquqa termament tal-punt tat-togħlija baxx

In-Nafta ttratta bl-idroġenu tal-punt tat-togħliha baxx

Nafta mhux speċifikata tal-punt tat-togħlija baxx

Il-Pitrolju li jiġri fid-dritt

Pitrolju mhux speċifikat

Iż-Żejt mixquq tal-gass

Iż-Żejt tal-gass mhux speċifikat

Iż-Żejt tqil tal-karburant

Il-xaħam lubrikant

Iż-Żejt tal-bażi mhux irraffinat jew irraffinat ħafif

Iż-Żejt tal-bażi mhux speċifikat

L-estratt tad-Distillat aromatiku

L-estratt tad-Distillat aromatiku (ittrattat)

Iż-Żejt “Foots”

Ix-Xama “merħi”

Il-Petrolatum

650

Sustanzi varji

 

Tużax din il-familja Minflok, uża l-familji jew sub-familji msemmija hawn fuq.

4.   L-applikazzjoni prattika

Wara li tkun ġiet kondotta tfittxija biex jiġi muri jekk is-sustanza tagħmilx parti minn familja jew sub-familja jew aktar fuq il-lista, l-isem ġeneriku jista' jiġi stabbilit bil-mod li ġej:

4.1.

Jekk l-isem ta' familja jew tas-sub-familja jkunu biżżejjed sabiex jikkaratterizzaw l-elementi kimiċi jew il-gruppi funzjonali importanti, dan l-isem għandu jingħażel bħala l-isem ġeneriku.

Eżempji:

Il-1,4 Didrossibenżin

il-familja 604

:

il-fenoli u d-derivati

l-isem ġeneriku

:

derivati tal-fenol

Il-Butanol

il-familja 603

:

l-alkoli u d-derivati

is-sub-familja

:

l-alkoli alifatiċi

l-isem ġeneriku

:

alkol alifatiku

It-2-Isopropossietanol

il-familja 603

:

l-alkoli u d-derivati

is-sub-familja

:

il-glikoleteri

l-isem ġeneriku

:

Glikoletere

il-Metakrilat

il-familja 607

:

l-aċidi organiċi u d-derivati

is-sub-familja

:

l-akrilati

l-isem ġeneriku

:

Akrilat

4.2.

Jekk l-isem ta’ familja jew ta’ sub-familja ma jkunux biżżejjed sabiex jikkaratterizzaw l-elementi kimiċi tal-gruppi funzjonali importanti, l-isem ġeneriku għandu jkun għaqda ta' l-ismijiet differenti li jikkorrispondu mal-familja jew is-sub-familja:

Eżempji:

il-Klorobenżinil

familja 602

:

l-idrokarbonji aloġenati

is-sub-familja

:

l-idrokarbonji aloġenati aromatiċi

il-familja 017

:

il-komposti tal-klorin

l-isem ġeneriku

:

idrokarbonju klorinat aromatiku

it-2,3,6-Aċidu triklorofenilaċetiku

il-familja 607

:

l-aċidi organiċi

is-sub-familja

:

l-aċidi aloġenati aromatiċi(*)

il-familja 017

:

il-komposti tal-klorin

l-isem ġeneriku

:

aċidu kklorinat aromatiku

il-1-Kloro-1-nitropropanil

Familja 610

:

id-derivati kkloronitrati

il-familja 601

:

l-idrokarbonji

is-sub-familja

:

l-idrokarbonji alifatiċi

l-isem ġeneriku

:

idrokarbonju kklorinat alifatiku

id-Ditjopirofosfat tat-tetrapropil

il-familja 015

:

il-komposti tal-fosfru

is-sub-familja

:

l-esteri fosforiċi

il-familja 016

:

il-komposti tal-kubrit

l-isem ġeneriku

:

l-esteru tijofosforiku

NB:

Fil-każ ta' ċerti elementi, notevolment il-metalli, l-isem tal-familja jew tas-sub-familja jista’ “jiġi indikat bil-kliem” organiku “jew” inorganiku.

Eżempji:

il-Klorur tad-Dimerkurju

il-familja 080

:

il-komposti tal-merkurju

l-isem ġeneriku

:

kompost inorganiku tal-merkurju: – l-Aċetat tal-Barju

in-Nitrit ta' l-Etil

il-familja 056

:

il-komposti tal-barju

l-isem ġeneriku

:

il-komponent organiku tal-barju

in-Nitrit tal-Etil

il-familja 007

:

il-komposti tan-nitroġenu

is-sub-familja

:

in-nitriti

l-isem ġeneriku

:

nitrit organiku

l-Idrosulfit tas-Sodju

il-familja 016

:

il-komposti tal-kubrit

l-isem ġeneriku

:

kompost inorganiku tal-kubrit

(L-eżempji ċċitati huma sustanzi meħuda m3 il-parti 3 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 (id-19-il addattament) li dwarhom jistgħu jiġu ssottomessi talbiet għall-kunfidenzjalità).

ANNESS VII

IL-PREPARAZZJONIJIET KOPERTI B'ARTIKOLU 12(2)

Il-preparazzjonijiet kif speċifikati bil-punt 9.3 ta’ Anness VI mad-Direttiva 67/548/KEE.

ANNESS VII

Parti A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 22)

Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1)

 

Direttiva tal-Kummissjoni 2001/60/KE

(ĠU L 226, 22.8.2001, p. 5)

 

Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Punt 90 tal-Anness III biss

Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE

(ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35)

F’dak li jirrigwarda r-referenza għad-Direttiva 1999/45/KE fl-Artikolu 1 u fil-punt I.B tal-Anness

Direttiva tal-Kummissjoni 2006/8/KE

(ĠU L 19, 24.1.2006, p. 12)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

F’dak li jirrigwarda r-referenza għad-Direttiva 1999/45/KE fl-Artikolu 1 u t-taqsima G tal-Anness

Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1)

Artikolu 140 biss

Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)

Punt 3.5 tal-Anness biss

Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1)

Artikolu 56 biss

Parti B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 22)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

1999/45/KE

30 ta’ Lulju 2002

2001/60/KE

30 ta’ Lulju 2002

2004/66/KE

1 ta’ Mejju 2004

2006/8/KE

1 ta’ Marzu 2007

2006/96/KE

1 Jannar 2007

ANNESS IX

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 1999/45/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), it-tieni inċiż

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1), il-kliem tal-aħħar

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 1(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 1(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(2)(a)

Artikolu 1(2), it-tieni inċiż

Artikolu 1(2)(b)

Artikolu 1(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3), it-tieni inċiż

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3), it-tielet inċiż

Artikolu 1(3), il-kliem tal-aħħar

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(6), il-kliem introduttiv

Artikolu 1(6), il-kliem introduttiv

Artikolu 1(6), l-ewwel inċiż

Artikolu 1(6)(a)

Artikolu 1(6), it-tieni inċiż

Artikolu 1(6)(b)

Artikolu 2(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(1)(a), (b) u (c)

Artikolu 2(1)(a), (b) u (c)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1)(h)

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(2)(a), (b) u (c)

Artikolu 2(2)(a), (b) u (c)

Artikolu 2(2)(d), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(2)(d), il-kliem introduttiv

Artikolu 2(2)(d), l-ewwel inċiż

Artikolu 2(2)(d)(i)

Artikolu 2(2)(d), it-tieni inċiż

Artikolu 2(2)(d)(ii)

Artikolu 2(2)(d), it-tielet inċiż

Artikolu 2(2)(d)(iii)

Artikolu 2(2)(d), ir-raba’ inċiż

Artikolu 2(2)(d)(iv)

Artikolu 2(2)(e) sa (o)

Artikolu 2(2)(e) sa (o)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)

Artikolu 3(1), it-tieni u it-tielet subparagrafi

Artikolu 3(1), it-tieni u t-tielet subparagrafi

Artikolu 3(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 3(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 3(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 3(2)(a)

Artikolu 3(2), it-tieni inċiż

Artikolu 3(2), it-tielet inċiż

Artikolu 3(2)(b)

Artikolu 3(2), ir-raba’ inċiż

Artikolu 3(2), il-ħames inċiż

Artikolu 3(2), is-sitt inċiż

Artikolu 3(2), il-kliem tal-aħħar

Artikolu 3(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2), l-ewwel kliem introduttiv

Artikolu 5(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 5(2), it-tieni kliem introduttiv

Artikolu 5(2), il-kliem introduttiv

Artikolu 5(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 5(2)(a)

Artikolu 5(2), it-tieni inċiż

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 5(2), it-tielet inċiż

Artikolu 5(2)(c)

Artikolu 5(3), (4) u (5)

Artikolu 5(3), (4) u (5)

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 6(1) u (2)

Artikolu 6(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 6(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż, l-ewwel parti

Artikolu 6(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż, it-tieni parti

Artikolu 6(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 6(3), it-tieni inċiż

Artikolu 6(3), it-tieni inċiż

Artikolu 6(3), it-tielet inċiż

Artikolu 6(3), it-tieni inċiż

Artikolu 6(4)

Artikolu 6(4)

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 8(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 8(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 8(3), l-ewwel inċiż

Artikolu 8(3)(a)

Artikolu 8(3), it-tieni inċiż

Artikolu 8(3)(b)

Artikolu 8(3), it-tielet inċiż

Artikolu 8(3)(c)

Artikolu 8(4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9, punt 1, il-kliem introduttiv

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 9, punt 1.1, il-kliem introduttiv

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a), il-kliem introduttiv

Artikolu 9, punt 1.1, l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(i)

Artikolu 9, punt 1.1, it-tieni inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(ii)

Artikolu 9, punt 1.1, it-tielet inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iii)

Artikolu 9, punt 1.1, ir-raba’ inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a)(iv)

Artikolu 9, punt 1.2, il-kliem introduttiv

Article 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b), il-kliem introduttiv

Artikolu 9, punt 1.2, l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)(i)

Artikolu 9, punt 1.2, it-tieni inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b)(ii)

Artikolu 9, punt 1.3, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c), il-kliem introduttiv

Artikolu 9, punt 1.3, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)(i)

Artikolu 9, punt 1.3, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 9(1), l-ewwel subparagrafu, punt (c)(ii)

Artikolu 9, punt 1.3, it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10, punt 1.1, il-kliem introduttiv

Artikolu 10(1), il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 1.1(a)

Artikolu 10(1)(a)

Artikolu 10, punt 1.1(b)

Artikolu 10(1)(b)

Artikolu 10, punt 1.2

Artikolu 10(2)

Artikolu 10, punt 2, il-kliem introduttiv

Artikolu 10(3), il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 2.1

Artikolu 10(3)(a)

Artikolu 10, punt 2.2

Artikolu 10(3)(b)

Artikolu 10, punt 2.3, il-kliem introduttiv

Artikolu10(3)(c), il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 2.3.1

Artikolu 10(3)(c)(i)

Artikolu 10, punt 2.3.2

Artikolu 10(3)(c)(ii)

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, il-ħames inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, is-sitt inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, is-sitt inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.3, l-ewwel subparagrafu, il-kliem tal-aħħar

Artikolu 10(3)(c)(iii), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 2.3.3, it-tieni subparagrafu

Artikolu 10(3)(c)(iii), it-tieni subparagrafu

Artikolu 10, punt 2.3.4, il-kliem introduttiv

Artikolu 10(3)(c)(iv), il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 2.3.4, l-ewwel inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iv), l-ewwel inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.4, it-tieni inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iv), it-tieni inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.4, it-tielet inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iv), it-tielet inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.4, ir-raba’ inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iv), ir-raba’ inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.4, il-ħames inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iv), il-ħames inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.4, is-sitt inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iv), is-sitt inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.4, is-seba’ inċiż

Artikolu 10(3)(c)(iv), is-seba’ inċiż

Artikolu 10, punt 2.3.4, il-kliem tal-aħħar

Artikolu 10(3)(c)(iv), il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 2.3.5

Artikolu 10(3)(c)(v)

Artikolu 10, punt 2.4, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10(3)(d), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 10, punt 2.4, it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 10(3)(d), it-tieni subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 2.4. it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 10(3)(d), it-tieni subparagrafu, punt (i)

Artikolu 10, punt 2.4. it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 10(3)(d), it-tieni subparagrafu, punt (ii)

Artikolu 10, punt 2.4. it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 10(3)(d), it-tieni subparagrafu, punt (iii)

Artikolu 10, punt 2.4. it-tieni subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 10(3)(d), it-tieni subparagrafu, punt (iv)

Artikolu 10, punt 2.4. it-tielet subparagrafu

Artikolu 10(3)(d), it-tielet subparagrafu

Artikolu 10, punt 2.5

Artikolu 10(3)(e)

Artikolu 10, punt 2.6

Artikolu 10(3)(f)

Artikolu 10, punt 2.7

Artikolu 10(3)(g)

Artikolu 10, punt 3

Artikolu 10(4)

Artikolu 10, punt 4, il-kliem introduttiv

Artikolu 10(5), il-kliem introduttiv

Artikolu 10, punt 4, l-ewwel inċiż

Artikolu 10(5)(a)

Artikolu 10, punt 4, it-tieni inċiż

Artikolu 10(5)(b)

Artikolu 10, punt 5

Artikolu 10(6)

Artikolu 11(1) sa (5)

Artikolu 11(1) sa (5)

Artikolu 11(6), il-kliem introduttiv

Artikolu 11(6), il-kliem introduttiv

Artikolu 11(6)(a)

Artikolu 11(6)(a)

Artikolu 11(6)(b), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 11(6)(b), l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttiv

Artikolu 11(6)(b), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 11(6)(b), l-ewwel subparagrafu, punt (i)

Artikolu 11(6)(b), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 11(6)(b), l-ewwel subparagrafu, punt (ii)

Artikolu 11(6)(b), it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(6)(b), it-tieni subparagrafu

Artikoli 12 u 13

Artikoli 12 u 13

Artikolu 15

Artikolu 14, l-ewwel paragrafu sal-ħames

Artikolu 14, is-sitt paragrafu

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 17

Artikolu 16

Artikolu 18

Artikolu 17

Artikolu 19

Artikolu 18

Artikolu 20

Artikolu 19

Artikolu 20a(1) u (2)

Artikolu 21

Artikolu 20a(3)

Artikolu 20

Artikolu 22

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 23

Artikolu 24

Artikolu 24

Anness I – VII

Anness I – VII

Anness VIII

Anness IX

Anness VIII

Anness IX


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/186


P7_TA(2013)0009

Sfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (COM(2011)0479 – C7-0216/2011 – 2011/0218(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2015/C 440/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0479),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0216/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-7 ta' Diċembru 2011 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0180/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 56.


P7_TC1-COD(2011)0218

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz ta' att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(-1)

Sabiex jiġu riflessi l-bidliet konsegwenti mid-dħul fis-seħħ ta' Liżbona, huwa neċessarju li jsir allinjament ġenerali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006  (3) . [Em. 2]

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 jikkonferixxi setgħat lill-Kummissjoni sabiex timplimenta xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu.

(2)

Is-setgħat mogħtija skont ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 lill-Kummissjoni jeħtieġ ikunu allinjati mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(3)

Sabiex jiġu applikati wħud mid-dispożizzjonijiet jiġu emendati jew issupplimentati elementi mhux essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006, is-setgħa biex jiġu adotti atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej: [Em. 3]

l-għoti ta' derogi meta dawn ikun pprovduti b’mod speċifiku f'dan ir-Regolament;

l-għażla ta’ żona protetta tas-sajd fl-ibħra territorjali tal-Istati Membri jew l-iffissar ta’ miżuri ta’ ġestjoni tas-sajd b’rabta mal-ibħra kkonċernati jekk il-miżuri ta' ġestjoni tas-sajd tal-Istat Membri ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent; [Em. 4]

id-deċiżjoni li tkun konfermata, imħassra jew emendata żona protetta tas-sajd li jkollha mnejn tolqot il-bastimenti ta' Stat Membru ieħor; [Em. 5]

l-emenda tad-deroga li tawtorizza l-użu tax-xbieki tat-tkarkir; [Em. 6]

l-emenda ta’ pjan ta’ ġestjoni ta’ Stat Membru jekk dak il-pjan ta’ ġestjoni ma jkunx biżżejjed ħalli jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent; [Em. 7]

id-deċiżjoni li jkun konfermat, imħassar jew emendat pjan ta’ ġestjoni ta’ Stat Membru li jkollu mnejn jolqot il-bastimenti ta' Stat Membru ieħor; [Em. 8]

id-distribuzzjoni tal-eċċess tal-kapaċità tas-sajd disponibbli bejn l-Istati Membri fiż-żona ta' ġestjoni ta' 25 mil madwar Malta, u [Em. 9]

jiġu stabbiliti l-kriterji li għandhom ikunu applikati biex ikun stabbilit u allokat l-apparat aggregattiv tas-sajd (FAD) għas-sajd tal-lampuki fiż-żona ta’ ġestjoni ta’ 25 mil madwar Malta.

l-adozzjoni ta' regoli dettaljati għal speċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri ta’ xbieki ta' malji kwadri li għandhom jiddaħħlu fix–xbieki rmunkati; [Em. 10]

l-adozzjoni ta' speċifikazzjonijiet tekniċi li jillimitaw id-dimensjoni massima tal-linja tal-float, il-ħabel ta’ taħt, iċ-ċirkomferenza jew il-perimetru tax-xbieki tat-tkarkir flimkien mal-għadd massimu tax-xbieki fi xbieki tat-tkarkir multirig, u [Em. 11]

l-emendi għall-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. [Em. 12]

Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trażmissjoni xierqa tad-dokumenti rilevanti fl-istess ħin u f’ħin ġust lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(5)

Ir-referenza għall-qigħan ta' algi tal-Posidonia oceanica għandha tiġi ċċarata.

(6)

Hija meħtieġa informazzjoni teknika u xjentifika ulterjuri biex jitqiesu kif suppost il-kundizzjonijiet tas-sajd fil-Mediterran biex il-Kummissjoni tkun tista' tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi possibbli li jillimitaw id-daqs massimu tax-xbieki tat-tkarkir u l-għadd massimu ta' xbieki fi xbieki tat-tkarkir multirig; [Em. 13]

(6a)

Il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran hija ta’ importanza partikolari u għandha għalhekk tissemma fit-titolu tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. [Em. 14]

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 għandu għalhekk ikun emendat kif xieraq,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 huwa emendat kif ġej:

(-1)

It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran”

[Em. 1]

(1)

Fl-Artikolu 4(5), il-frażi introduttorja għandha tinbidel b’dan li ġej:

“5.   B'deroga mis-subparagrafu 1 tal-paragafu 1, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30a, li jawtorizzaw is-sajd permezz ta’ bastimenti li t-tul globali tagħhom ikun anqas jew daqs 12-il metru u l-qawwa tal-magna tkun anqas jew daqs 85 kW bix-xbieki tal-qiegħ irmunkati li tradizzjonalment jitwettaq fuq qigħan tal-alga tat-tip Posidonia oceanica, sakemm:”

(1a)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.     Wara l-perjodu preskritt fil-paragrafu 1 u sat-30 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill jista' jagħżel żoni ta' sajd protetti addizzjonali, jew jibdel il-delimitazzjonijiet u r-regoli ta' ġestjoni stabbiliti għalihom, abbażi ta' informazzjoni xjentifika rilevanti ġdida.

Mill-1 ta’ Diċembru 2009, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħżlu żoni ta’ sajd protetti addizzjonali, jew jibdlu d-delimitazzjoni tagħhom u r-regoli ta’ ġestjoni ddelineati fihom, fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika relevanti ġdida.”

[Em. 15]

(1b)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.     Jekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd innotifikati skont it-termini tal-paragrafu 3 ma humiex biżżejjed biex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent, tista’, wara li tikkonsulta mal-Istat Membru kkonċernat, titlob lill-istess Stat Membru jemenda l-miżura fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tat-talba.

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-Istat Membru ma ġewx mibdula, jew li ġew emendati kif ma kellhomx ikunu, u għadhom ma humiex biżżejjed biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent, hija għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont it-termini tal-Artikolu 30a, billi tiddenomina żona tas-sajd protetta jew tippreskrivi miżuri ta' ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd fir-rigward tal-ilmijiet ikkonċernati.”

(b)

il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.     Kull meta Stat Membru jipproponi li jiddenomina żona tas-sajd protetta fl-ilmijiet territorjali tiegħu li jkollha mnejn tolqot il-bastimenti ta’ Stat Membru ieħor, dak l-ewwel Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-Istat Membru l-ieħor u lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali, qabel ma jadotta dik id-denominazzjoni.

L-Istati Membri u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali kkonċernati jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni dwar l-għażla proposta fi żmien 30 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika tad-denominazzjoni proposta.

Wara li tqis tali kummenti hekk sottomessi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont it-termini tal-Artikolu 30a, li jikkonfermaw, iħassru jew jemendaw id-denominazzjoni fi żmien 60 ġurnata tax-xogħol minn dik id-data tan-notifika tad-denominazzjoni proposta.”

[Em. 16]

(2)

L-Artikolu 13 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 5 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“5.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu għal deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30a, li jippermettu li jingħataw derogi bħal dawn bil-kundizzjoni li jkunu ġustifikati permezz ta’ karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi taż-żoni tal-baħar ikkonċernati, bħad-daqs limitat tal-blata kontinentali tul il-kosta kollha ta' Stat Membru jew safejn ikunu limitati ż-żoni tas-sajd bit-tkarkir, meta s-sajd ma jkollux impatt sinifikanti fuq l-ambjent marittimu u jaffettwa grupp determinat ta’ bastimenti tal-Istat Membru jew, jekk ikun il-każ, ta’ Stati Membri oħra, u sakemm dak is-sajd ma jsirx b’tagħmir ieħor u jkun soġġett għal pjan ta’ ġestjoni kif imsemmi fl-Artikoli 18 jew 19. L-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi aġġornati għal tali derogi.”

(b)

il-paragrafu 10 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“10.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30, li jippermettu sajd li jkun jibbenefika minn deroga skont l-Artikolu 4(5).”

(ba)

fil-paragrafu 11, is-subparagrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Jekk il-Kummissjoni, abbażi tan-notifiki pprovduti mill-Istati Membri skond is-subparagrafi 2 u 3, jew skond avviż xjentifiku ġdid, tikkunsidra li l-kondizzjonijiet għal deroga ma ntlaħqux, tista' wara li tkun ikkonsultat ma’ l-Istati Membru kkonċernat, titolbu jemenda d-deroga fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tat-talba. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-Istat Membru ma jkunx emenda d-deroga, jew ikun emendaha b'mod mhux xieraq, il-Kummissjoni tingħatalha s-setgħa tadotta atti ddelegati skont it-termini tal-Artikolu 30a, billi temenda d-delega ħalli tiżgura l-protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent.”

[Em. 17]

(2a)

Fl-Artikolu 14, jitħassar il-paragrafu 3. [Em. 18]

(2b)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(1), il-parti introduttorja tinbidel b’dan li ġej:

“1.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadottaw pjanijiet ta’ ġestjoni għal sajd Meditteranju speċifiku, b’mod partikolari, f’żoni totalment jew parzjalment lil hinn mill-ibħra territorjali tal-Istati Membri. Dawn il-pjanijiet jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu:”

[Em. 19]

(2c)

L-Artikolu 19 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 8 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“8.     Jekk il-Kummissjoni, abbażi tan-notifika msemmija fil-paragrafu 7 jew ta’ parir xjentifiku ġdid, tikkunsidra li pjan ta’ ġestjoni adottat jew skont il-paragrafu 1 jew skont il-paragrafu 2 mhuwiex suffiċjenti sabiex jiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tar-riżorsi u l-ambjent, tista’, wara li tkun ikkonsultat mal-Istat Membru kkonċernat, titolbu jemenda l-pjan fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tat-talba.

Jekk il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta’ ġestjoni tal-Istat Membru ma ġiex mibdul, jew li ġie emendat b'mod li mhuwiex xieraq, u li għadu mhuwiex biżżejjed biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent, għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 30a, u temenda l-pjan ta’ ġestjoni ħalli tiżgura l-protezzjoni tar-riżorsi u tal-ambjent.”

(b)

il-paragrafu 9 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“9.     Fejn Stat Membru jipproponi li jiġi adottat pjan ta' ġestjoni li jkollu mnejn jaffettwa l-bastimenti ta’ Stat Membru ieħor, dak l-ewwel Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, lil dak l-Istat Membru l-ieħor u lill-Kunsill Konsultattiv Reġjonali, qabel ma jadotta dak il-pjan ta' ġestjoni.

L-Istati Membri u l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali kkonċernati jistgħu jissottomettu l-kummenti tagħhom bil-miktub lill-Kummissjoni dwar il-pjan ta’ ġestjoni propost fi żmien 30 ġurnata tax-xogħol mid-data tan-notifika tal-adozzjoni proposta.

Wara li tqis tali kummenti hekk sottomessi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti ddelegati, skont it-termini tal-Artikolu 30a, li jikkonfermaw, iħassru jew jemendaw il-pjan fi żmien 60 ġurnata tax-xogħol minn dik id-data tan-notifika tal-pjan ta’ ġestjoni propost.”

[Em. 20]

(3)

Fl-Artikolu 26(3), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Jekk il-kapaċità ta' sajd globali imsemmija fil-paragrafu 2(a) taqbeż il-kapaċità tas-sajd globali għall-bastimenti tat-tkarkir b’tul globali daqs jew anqas minn 24 metru u li jkunu joperaw fiż-żona ta’ ġestjoni fil-perjodu ta’ referenza 2000-2001 (‘kapaċità ta’ sajd ta’ referenza’), il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 30a, li jqassmu dak l-ammont żejjed ta’ kapaċità tas-sajd disponibbli bejn l-Istati Membri filwaqt li jkun ikkunsidrat l-interess tal-Istati Membri li jkunu qed jitolbu awtorizzazzjoni.”

(4)

Fl-Artikolu 27(3), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30a, li jistabbilixxu l-kriterji li għandhom jiġu applikati għall-istabbiliment u l-allokazzjoni tar-rotot FAD.”

(4a)

Jitħassar l-Artikolu 28. [Em. 21]

(4b)

Jitħassar l-Artikolu 29. [Em. 22]

(5)

L-Artikolu 30 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“L-Annessi għandhom jiġu emendati permezz tal-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 30a." Jitħassar l-Artikolu 30.”

[Em. 23]

(6)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 30a

It-twettiq tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega tas-setgħat imsemmija Is-setgħa tal-adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 4(5), 7(4) u (5),  13(5) u (10), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(11), l-Artikolu 19(8) u (9), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3), it-tieni u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3), l-Artikolu 30, l-Anness I(B)(3) u l-Anness II(7) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. ta’ tliet snin minn …  (*) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu. [Em. 24]

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 4(5),  7(4) u (5), 13(5) u (10), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(11), l-Artikolu 19(8) u (9), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3), tista tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Id-Deċiżjoni għandha sseħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard li tkun speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li jkun diġà qiegħed fis-seħħ.

4.   Malli att iddelegat ikun adottat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill b'dan.

5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 4(5), 7(4) u (5), 13(5) u (10), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 13(11), l-Artikolu 19(8) u (9), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk kemm il-Parlament Ewropew u kemm il-Kunsill ma jkunux esprimew oġġezzjoni għal dak l-att fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.”

(7)

Fl-Anness I, it-taqsima B tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Xbieki b'malji kwadri jistgħu jiddaħħlu f'kull xibka rmunkata u għandhom jitqiegħdu fuq quddiem ta’ kull parti tal-estensjoni jew f’kull punt bejn il-parti ta’ quddiem ta’ kull estensjoni u fuq wara tat-tarf magħluq. Dan ma għandu jkun imfixkel bl-ebda mod minn żidiet interni jew esterni. Din għandha tintrama bi xbieki mingħajr għoqod jew bi xbieki magħmula b’għoqod li ma jiżolqux, u għandha tiddaħħal b’tali mod li t-toqob jibqgħu kompletament miftuħa f’kull ħin waqt is-sajd. Regoli dettaljati għal speċifikazzjonijiet tekniċi ulterjuri tax-xbieki b'malji kwadri għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 30a .”

[Em. 25]

(b)

jitħassar il-punt 4. [Em. 26]

(c)

il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:

“5.

Il-ġarr abbord jew l-użu ta’ kwalunkwe xibka rmunkata li t-tarf magħluq tagħha huwa magħmul kollu kemm hu jew f’parti minnu minn materjal ta’ xbieki magħmula minn malji li mhumiex malji kwadri jew malji djamant għandu jkun projbit.”
[Em. 27]

(8)

Fl-Anness II, il-punt 7 għandu jinbidel b’dan li ġej: jitħassar.

“7.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jillimitaw id-dimensjoni massima tal-linja ta' float, il-ħabel ta' taħt, iċ-ċirkomferenza jew perimetru tax-xbieki tat-tkarkir flimkien man-numru massimu ta’ xbieki fi xbieki tat-tkarkir multirig jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz tal-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 30a.”
[Em. 28]

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 43, 15.2.2012, p. 56.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013.

(3)   ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.

(*)   Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/192


P7_TA(2013)0010

Il-konklużjoni tal-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya – Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunisll dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya – Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza (13582/2012 – C7-0323/2012 – 2012/0120(NLE))

(Approvazzjoni)

(2015/C 440/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (13582/2012),

wara li kkunsidra l-Protokoll Supplimentari ta' Nagoya-Kuala Lumpur dwar ir-Responsabbiltà u r-Rimedju għall-Protokoll ta’ Kartaġena dwar il-Bijosikurezza adottat fil-15 ta' Ottubru 2010 fis-sessjoni plenarja finali tal-ħames laqgħa tal-Partijiet għall-Konferenza li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet (COP/MOP 5) f'Nagoya u ffirmata mill-Unjoni fil-11 ta' Mejju 2011 (13583/2012),

wara li kkunsidra t-talba min-naħa tal-Kunsill għal approvazzjoni b'konformità mal-Artikolu 192 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0323/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0429/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/193


P7_TA(2013)0012

Aġenziji li jiggradaw il-kreditu ***I

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (COM(2011)0747 – C7-0420/2011 – 2011/0361(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2015/C 440/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0747),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0420/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mil-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġislattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0221/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 167, 13.6.2012, p. 2.

(2)  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 68..


P7_TC1-COD(2011)0361

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 462/2013.)


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/194


P7_TA(2013)0013

Impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi ***I

Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu (COM(2011)0746 – C7-0419/2011 – 2011/0360(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2015/C 440/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0746),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0419/2011),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta' April 2012 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta’ Mejju 2012 (2),

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2012, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0220/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 167, 13.6.2012, p. 2.

(2)  ĠU C 229, 31.7.2012, p. 64.


P7_TC1-COD(2011)0360

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva 2013/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/41/KE dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, id-Direttiva 2009/65/KE dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u d-Direttiva 2011/61/UE dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi fir-rigward tad-dipendenza eċċessiva fuq il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att finali, d-Deċiżjoni 2013/14/UE.)


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/195


P7_TA(2013)0014

Pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (COM(2012)0155 – C7-0090/2012 – 2012/0077(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2015/C 440/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0155),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0090/2012),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0395/2012),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 145.


P7_TC1-COD(2012)0077

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal Regolament (UE) Nru …/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Biex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità u tkun żgurata l-konsistenza mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni għall-ksib ta' rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet eżawriti, l-għanijiet ta’ pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (3), għandhom jiġu kjarifikati skont il-każ.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jipprovdi għal segwitu u reviżjoni tar-rati minimi ta’ mortalità mis-sajd speċifikati hemmhekk fil-każ ta’ insuffiċjenza ta’ dawk ir-rati biex jintħaħqu l-għanijiet ta’ dak il-pjan.

(3)

Skont l-Artikolu 290 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista' tingħata s-setgħa li tissupplimenta jew temenda elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv permezz ta' atti delegati. [Em. 1]

(4)

Sabiex jintlaħqu b’mod effiċjenti l-miri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 u sabiex ikun hemm reazzjoni rapida għall-bidliet fil-kundizzjonijiet tal-istokk jew fis-sajd, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni tal-iffissar tal-perjodi meta s-sajd b’ċerti tipi ta’ rati minimi ta’ mortalità mis-sajd, meta d-dejta xjentifika tindika li r-rati ma għadhomx xierqa u l-miżuri mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-għanijiet tal-pjan. rkaptu huwa permess b’rabta ma’ ċerti żoni ġeografiċi Huwa partikolarment importanti ferm li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa adatti mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku u l-partijiet interessati rilevanti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 2]

(6)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat tal-implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.  (4) [Em. 3]

(7)

Biex tiġi żgurata l-effiċjenza ta' evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-pjan, l-iskeda taż-żmien ta’ evalwazzjoni pprovduta fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandha tiġi modifikata.

(8)

Barra minn hekk, il-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandha tiġi ċċarata wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(9)

Għalhekk, l-emendi proposti huma mmirati primarjament għal bidliet li jippermettu li l-pjan jaħdem b'mod efficjenti fil-qafas il-ġdid tad-Deċiżjoni stabbilit bit-Trattat ta' Lisbona.

(10)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Għan u miri

Il-pjan għandu jiżgura l-isfruttament sostenibbli tal-istokkijiet tal-merluzz ikkonċernati abbażi tar-rendiment massimu sostenibbli billi gradwalment inaqqas u jżomm ir-rati ta’ mortalità mis-sajd f’livelli mhux aktar baxxi ogħla minn: [Em. 4]

(a)

0,25 għall-etajiet bejn tliet snin u sitt snin għall-istokk tal-merluzz fiż-Żona A; kif ukoll [Em. 5]

(b)

0,3 għall-etajiet bejn 4 u 7 snin għall-istokk tal-merluzz fiż-Żoni B u Ċ.”

(2)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Kull sena, il-Kunsill għandu jiddeċiedi skont it-Trattat dwar it-TACs għall-istokkijiet tal-merluzz ikkonċernati għas-sena ta' wara.”[Em. 6]

(3)

L-Artikolu 8 jinbidel b’dan li ġej:

(a)

il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 29a, u tiddefinixxi, għal kull sena, skont it-Trattat dwar l-għadd massimu ta’ jiem nieqsa mill-port minbarra l-perjodi speċifikati fil-paragrafu  fil-paragrafu 1 fis-sena ta’ wara meta s-sajd bl-irkaptu msemmi fil-paragrafu 1 fil-paragrafu 1 ikun permessibbli, skont ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 4 fil-paragrafi 4 u 5.”

4.     Fejn ir-rata ta' mortalità tal-ħut għall-waħda mill-ħażniet tal-merluzz konċernati kienet stmata mill-STECF li hija tal-inqas 10 % akbar mir-rati fil-mira ta' mortalità tal-ħut mis-sajd definiti fl-Artikolu 4, in-numru total ta' jiem meta s-sajd bl-irkaptu msemmi fil-paragrafu 1 huwa permess għandu jitnaqqas b'10 % meta mqabbel man-numru total ta' jiem permessi fis-sena attwali." [Em. 8]

(b)

fil-paragrafu 6, is-subparagrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“6.     Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, bastimenti tas-sajd b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru għandhom ikunu permessi jistadu b’irkaptu statiku fiż-żona ta’ mhux aktar minn 10-il mil nawtiku mkejla mil-linji ta’ bażi. Il-ħin ta’ immersjoni għall-irkapti statiċi m’għandux jaqbeż it-48 siegħa.” [Em. 9]

(4)

L-Artikolu 26 jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 26

Evalwazzjoni tal-pjan

"Kull ħames snin mit-18 ta' Settembru 2007, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-operat u l-prestazzjoni ta' dan il-pjan multiannwali. Fejn huwa xieraq, Għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni il-Kummissjoni tista' tipproponi adattamenti għall-pjan multiannwali jew tadotta atti delegati għandha tfittex il-parir tal-STECF u tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Baħar Baltiku. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti xierqa, għall-adozzjoni skont l-Artikolu 27 il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ta' emendi għallpjan pluriennali. [Em. 10]

(5)

L-Artikolu 27 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Reviżjoni tar-rati minimi ta’ mortalità mis-sajd

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29a biex tirrevedi Meta l-Kummissjoni ssib li r-rati minimi fil-mira ta’ mortalità mis-sajd stabbiliti indikati fl-Artikolu 4, meta d-dejta xjentifika tindika li l-valuri għar-rati minimi m’għadhomx xierqa biex jinkisbu l-għanijiet tal-pjan ta’ ġestjoni , il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-parir mill-STECF u wara konsultazzjoni mal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali għall-Baħar Baltiku u mal-parteċipanti interessati rilevanti, tressaq proposta, għall-adozzjoni skont l-proċedura leġiżlattiva ordinarja, ta' reviżjoni tar-rati fil-mira ta’ mortalità mis-sajd mhumiex skont l-għanijiet tal-pjan ta' ġestjoni stabbiliti fl-Artikolu 4. [Em. 11]

(6)

Fl-Artikolu 29, il-paragrafi 2, 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 27 u/jew 28.2 jekk ikun hemm evidenza li l-qabdiet tal-merluzz f'dawk is-Subdiviżjonijiet tal-ICES ikunu inqas minn 3 % tal-qabdiet totali tal-merluzz fiż-Żona B.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li kull sena, il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni u tadotta abbażi tar-rapporti mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 u ta' dejta fil-paragrafu 1 u tad-data xjentifika, għandha atti delegati skont l-Artikolu 29a, filwaqt li tikkonferma jekk teżistix din l-evidenza u, konsegwentement, jekk ir-restrizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) japplikawx fis-Subdiviżjonijiet ikkonċernati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29b(2). [Em. 12]

3.   L-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) għandhom japplikaw biss għas-Subdiviżjonijiet tal-ICES 28.1, jekk ikun hemm evidenza li l-qabdiet tal-merluzz huma iktar minn 1,5 % tal-qabdiet totali tal-merluzz fiż-Żona B. . Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li kull sena, il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni u abbażi tar-rapporti mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 u ta' dejta fil-paragrafu 1 u tad-data xjentifika,għandha, atti delegati skont l-Artikolu 29a, filwaqt li tikkonferma jekk teżistix din l-evidenza u, konsegwentement, jekk ir-restrizzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) japplikawx fis-subdiviżjoni kkonċernata. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 29b(2) fis-subdiviżjoni kkonċernata . [Em. 13]

4.   L-atti ta' implimentazzjoni ddelegati msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara.”[Em. 14]

(7)

Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

“Kapitolu VIa

Artikolu 29a

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Id-delega ta' setgħa Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 26 u 27 għandha tingħata fl-Artikolu 8(3), l-Artikolu 27 u l-Artikolu 29(2) u (3) għandhom jingħataw lill-Kummissjoni għal perjodu ta' tliet snin minn …  (*) . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħat sa mhux aktar tard minn disa ' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' tliet snin. Id-delegazzjoni tas-setgħa għandha tiġi estiża bi qbil għal perjodi tal-istess tul ta’ żmien indeterminat sakemm il-Parlament jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux aktar minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu . [Em. 15]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 26 u 27 fl-Artikoli 8(3u 29(2) u 29(3) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti li tkun speċifikata fiha. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 16]

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b’mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 27 u l-Artikolu 29(2) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

‘Artikolu29b

Il-proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura mwaqqaf bl-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.’ [Em. 17]

Artikolu 29c

Deċiżjonijiet tal-Kunsill

Fejn dan ir-Regolament jipprovdi għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill, il-Kunsill għandu jaġixxi skont it-Trattat.”,

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 145.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2013.

(3)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(4)   ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(*)   ĠU jekk jogħġbok inserixxi l-ġurnata tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.


Il-Ħamis 17 ta’ Jannar 2013

30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/200


P7_TA(2013)0019

Strument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (Deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (COM(2011)0750 – C7-0441/2011 – 2011/0365(COD) – (2013/2503(RSP))

(2015/C 440/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikolu 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

Emenda 1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a.     Jinnota li l-pakkett finanzjarju li ġie speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit qabel ma jinkiseb ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

Emenda 2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b.     Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”  (1) ; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tikseb il-prijoritajiet eżistenti tal-politika u tissodisfa l-kompiti l-ġodda previsti fit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jindika li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-kisba tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jistgħu jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom;

Emenda 3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c.     Jenfasizza li, fid-dawl tal-kompiti diġà identifikati u konklużi mill-Unjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrifletti dawk il-prijoritajiet politiċi fil-proposta, b'mod prudenti u adegwat;

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-objettiv tal-Unjoni li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (l-Artikolu 67 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni) għandu jinkiseb, inter alia, permezz ta’ miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viża bħala parti minn sistema b’bosta saffi li għandha l-għan li tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u l-ittrattar tal-immigrazzjoni illegali .

(1)

L-objettiv tal-Unjoni li tiżgura livell għoli ta' sigurtà fi spazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (l-Artikolu 67 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni) għandu jinkiseb, inter alia, permezz ta' miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viża bħala parti minn sistema konverġenti, li tippermetti l-iskambju ta' dejta, għarfien komplut tas-sitwazzjoni u li għandha l-għan li tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu fl-Unjoni u l-iskambji internazzjonali li jinkoraġġixxu u jiżviluppaw id-diversità kulturali u l-fehim interkulturali, u l-ittrattar tal-immigrazzjoni irregolari . Fit-twettiq ta’ dan l-objettiv huwa meħtieġ li jkunu żgurati r-rispett għad-drittijiet fundamentali (Artikolu 67(1) tat-TFUE) u d-dinjità tal-bniedem skont id-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u, rigward l-iżvilupp ta’ politika komuni tal-asil, l-immigrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri esterni, it-trattament ġust taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (Artikolu 67(2) tat-TFUE), ir-rispett għad-dritt tagħhom għall-ażil u għall-protezzjoni internazzjonali, il-prinċipju tan-non-refoulement u s-salvataġġ tal-migranti fuq il-baħar u l-konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li joriġinaw mill-istrumenti internazzjonali, pereżempju l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra (dwar l-Istatus tar-Rifuġjati) tat-28 ta’ Lulju 1951, kif supplimentati mill-Protokoll ta’ New York tal-31 ta’ Jannar 1967 (“il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra”), li tagħhom huma firmatarji.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

L-Unjoni teħtieġ approċċ aktar koerenti għall-aspetti interni u esterni tal-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà interna, u għandha tistabbilixxi korrelazzjoni bejn il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u t-titjib tas-sigurtà tal-fruntiera esterna, u kooperazzjoni u djalogu aħjar ma' pajjiżi terzi biex tkun indirizzata l-immigrazzjoni illegali u tkun promossa l-migrazzjoni legali.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

Jeħtieġ li jkun żviluppat approċċ integrat għall-kwistjonijiet li joriġinaw mill-pressjoni tal-applikazzjonijiet tal-migrazzjoni u l-asil u għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u li jiġu pprovduti baġit u riżorsi adegwati biex wieħed ilaħħaq mal-emerġenzi fl-ispirtu ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri kollha, filwaqt li wieħed jibqa’ konxju tar-responsabbiltajiet nazzjonali u jiżgura diviżjoni ċara tal-inkarigi.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011  (2) , il-Parlament Ewropew ikompli jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati sinerġiji aħjar bejn il-fondi u l-programmi differenti u jindika l-fatt li s-semplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi u l-possibilità ta’ finanzjament transkonfinali jippermettu l-allokazzjoni ta’ aktar fondi għal objettivi komuni, jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas in-numru totali ta’ strumenti baġitarji fil-Politika tal-Intern għal struttura b’żewġ pilastri u bi tmexxija kondiviża fejn ikun possibbli; jemmen li dan l-approċċ għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal aktar semplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni, konsolidazzjoni u trasparenza tal-fondi u l-programmi attwali; Jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jkun żgurat li l-objettivi differenti tal-politiki tal-intern ma jitħawdux;

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 109 tar-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Skont l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-Unjoni, il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja huma objettivi li għandhom jiġu segwiti b’mod parallel, u bil-għan li jinkisbu l-libertà u l-ġustizzja, is-sigurtà għandha dejjem tiġi segwita skont il-prinċipji tat-Trattati, l-istat tad-dritt u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar id-diviżjoni tal-inkarigi, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt kif ukoll enfasi qawwija fuq il-perspettiva globali u  r-rabta inseparabbli mas-sigurtà esterna huma prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna.

(3)

Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar id-diviżjoni tal-inkarigi, ir-rispett għal-libertajiet fundamentali u għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt kif ukoll enfasi qawwija fuq il-perspettiva globali u  r-rispett sħiħ tal-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tal-politika barranija kif preskritti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) huma prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)

Il-Fond għas-Sigurtà Interna għandu jqis b'mod speċjali l-Istati Membri li qed jiffaċċjaw piżijiet sproporzjonati mill-flussi migratorji minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Ir-riżorsi globali għal dan ir-Regolament u għar-Regolament (UE) Nru XXX/2012, li jistabbilixxu, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskji, għandhom jistabbilixxu b’mod konġunt il-pakkett finanzjarju matul il-perjodu kollu tal-Fond, li għandu jikkostitwixxi r-referenza primarja għall-awtorità baġitarja waqt il-proċedura baġitarja annwali skont il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja soda.

Ġustifikazzjoni

Biex tkun riflessa l-premessa 8 tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tar-riskji (COM(2011)0753).

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Il-Fond għas-Sigurtà Interna għandu jesprimi solidarjetà permezz ta’ assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni kif ukoll lil dawk li qed jippreparaw għall-parteċipazzjoni sħiħa.

(8)

Il-Fond għas-Sigurtà Interna għandu jesprimi solidarjetà permezz ta’ assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni kif ukoll lil dawk li qed jippreparaw għall-parteċipazzjoni sħiħa f’Schengen , u li jirrispettaw il-liġi internazzjonali billi jipprovdu għajnuna u protezzjoni lil dawk fil-bżonn .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Fl-eżekuzzjoni ta’ inkarigi fil-fruntieri esterni u l-konsulati skont l-acquis ta’ Schengen dwar il-fruntieri u l-viża, l-Istati Membri jwettqu attivitajiet fl-interess ta' u f'isem l-Istati Membri l-oħra kollha fiż-żona Schengen u għalhekk jagħmlu servizz pubbliku għall-Unjoni. Biex jesprimi solidarjetà, l-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-kontroll tal-fruntieri u l-poltika dwar il-viża u jippermetti li l-Istati Membri sistematikament iżommu kapaċitajiet kruċjali għal dak is-servizz għal kulħadd. . Tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ għażla ta’ spejjeż relatati mal-objettivi taħt dan l-istrument u se jifforma parti integrali mill-programmi nazzjonali.

(11)

Fl-eżekuzzjoni ta’ inkarigi fil-fruntieri esterni u l-konsulati skont l-acquis ta’ Schengen dwar il-fruntieri u l-viża, l-Istati Membri jwettqu attivitajiet fl-interess ta' u f'isem l-Istati Membri l-oħra kollha fiż-żona Schengen u għalhekk jagħmlu servizz pubbliku għall-Unjoni. L-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-kontroll tal-fruntieri u l-poltika dwar il-viża u jippermetti li l-Istati Membri sistematikament iżommu kapaċitajiet kruċjali għal dak is-servizz għal kulħadd. Tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ għażla ta’ spejjeż speċifiċi relatati mal-objettivi taħt dan l-istrument u se jifforma parti integrali mill-programmi nazzjonali. Sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u l-ineffiċjenza tal-ispejjeż, l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) għandha tikkoordina l-attivitajiet tal-Istati Membri li jiġu ffinanzjati fl-ambitu tal-appoġġ operattiv.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Dan l-istrument għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(13)

Ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u r-rifuġjati huwa ta' importanza fundamentali għall-Unjoni. L-istrument għandu jiġi implimentat b'rispett sħiħ mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea , il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni ta' Ġinevra, il-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, it-trattati tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali .

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Il-kontroll tal-fruntieri esterni uniformi u ta' kwalità huwa essenzjali għat-tisħiħ taż-Żona ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Il-Kummissjoni għandha, għalhekk, tipprovdi linji gwida speċifiċi li jiżguraw il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-infrastruttura, it-tagħmir, il-mezzi ta' trasport, is-sistemi tal-IT u jikkontribwixxu għal standards komuni sodisfaċenti tas-sigurtà.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b)

Skont l-Artikolu 3 tat-TUE, l-Istrument għandu jappoġġja attivitajiet li jiżguraw il-ħarsien tat-tfal li jinsabu f’riskju li jiġrilhom xi ħsara fil-fruntieri esterni.

B’mod partikolari, l-attivitajiet tal-Istrument għandhom jippromwovu l-identifikazzjoni, l-għajnuna immedjata u r-referenza lis-servizzi ta’ protezzjoni tat-tfal li jinsabu f’riskju, inkluża d-dispożizzjoni ta’ protezzjoni u għajnuna speċjali għat-tfal li ma jkunux akkumpanjati.

Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni regolari, inkluż il-monitoraġġ tan-nefqa, għandhom isiru biex jiġi vvalutat il-mod li bih qed tiġi indirizzata l-protezzjoni tat-tfal fl-attivitajiet tal-Istrument.

Ġustifikazzjoni

L-UE impenjat ruħha biex tħares id-drittijiet tat-tfal. Dawn l-isforzi jeħtieġ li jsiru viżibbli fl-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Biex jiġi żgurat kontroll tal-fruntieri esterni uniformi u ta’ kwalità għolja u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu fost il-fruntieri esterni fil-qafas tal-istrateġija tas-sigurtà interna tal-UE, għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sistema komuni Ewropea ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri, li tinkludi l-miżuri kollha dwar il-politika, il-leġiżlazzjoni, il-kooperazzjoni sistematika, id-distribuzzjoni tal-piż, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħudin f'livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jaġixxu f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Frontex, ma' terzi pajjiżi u, fejn meħtieġ, ma’ atturi oħra, bl-użu, inter alia, tal-mudell ta’ sigurtà tal-fruntieri tal-erba' livelli u l-analiżi tar-riskju integrat tal-Unjoni Ewropea.

(14)

Biex jiġi żgurat kontroll tal-fruntieri esterni uniformi u ta’ kwalità għolja u biex jiġu organizzati u ffaċilitati l-migrazzjoni regolari u l-mobilità fil-qafas tal-istrateġija tas-sigurtà interna tal-UE, għandu jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ sistema komuni Ewropea ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri, li tinkludi l-miżuri kollha dwar il-politika, il-leġiżlazzjoni, il-kooperazzjoni sistematika, id-distribuzzjoni tal-piż , il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u taċ-ċirkostanzi li jkunu qed jinbidlu rigward il-punti ta’ qsim għall-migranti illegali, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħudin f'livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li jaġixxu f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Frontex, ma' terzi pajjiżi u, fejn meħtieġ, ma’ atturi oħra, bl-użu, inter alia, tal-mudell ta’ sigurtà tal-fruntieri tal-erba' livelli u l-analiżi tar-riskju integrat tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Għandu jinkludi l-appoġġ għall-miżuri nazzjonali u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-politika dwar il-viża u attivitajiet oħra ta’ qabel il-fruntieri li jsiru qabel il-kontrolli tal-fruntieri esterni. Il-ġestjoni effiċjenti ta’ attivitajiet organizzati mis-servizzi tal-Istati Membri f'pajjiżi terzi hija fl-interess tal-politika komuni dwar il-viża bħala parti minn sistema b’bosta livelli li għandha l-għan li tiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u tittratta l-immigrazzjoni irregolari fl-Unjoni Ewropea, u tikkostitwixxi parti integrali mis-sistema komuni Ewropea ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri.

(16)

Għandu jinkludi l-appoġġ għall-miżuri nazzjonali u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-politika dwar il-viża u attivitajiet oħra ta’ qabel il-fruntieri li jsiru qabel il-kontrolli tal-fruntieri esterni , partikolarment dawk li jipprijoritizzaw il-fruntieri marittimi sikuri u jiffaċilitaw il-migrazzjoni regolari u l-mobilità, filwaqt li jagħmlu użu sħiħ mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biex tiġi promossa l-kosteffiċjenza u jiġi evitat l-infiq doppju . Il-ġestjoni effiċjenti ta’ attivitajiet organizzati mis-servizzi tal-Istati Membri f'pajjiżi terzi hija fl-interess tal-politika komuni dwar il-viża bħala parti minn sistema b’bosta livelli li għandha l-għan li tiffaċilita l-migrazzjoni u l-mobilità regolari u tipprevjeni l-immigrazzjoni irregolari fl-Unjoni Ewropea, ikunu salvati n-nies li jinsabu f’periklu kbir fuq il-baħar u tikkostitwixxi parti integrali mis-sistema komuni Ewropea ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Barra dan, għandha tappoġġja miżuri fit-territorju bħala parti mill-iżvilupp ta’ sistema komuni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri li ssaħħaħ il-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen.

(17)

Barra dan, għandha tappoġġja miżuri fit-territorju bħala parti mill-iżvilupp ta’ sistema komuni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri li ssaħħaħ il-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen. L-Istati Membri għandhom jiddedikaw il-finanzjament meħtieġ, b’mod partikolari lill-EUROSUR biex ikun żgurat il-funzjonament tajjeb tan-netwerk.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Dan l-istrument għandu jappoġġja wkoll l-iżvilupp mill-Unjoni Ewropea ta’ sistemi tal-IT li jarmaw l-Istati Membri bl-għodod biex jiġġestixxu l-moviment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn il-fruntieri b’mod aktar effiċjenti u biex jiżguraw identifikazzjoni u verifika aħjar tal-vjaġġaturi (“fruntieri intelliġenti”). B'dan il-għan, għandu jiġi stabbilit programm li l-għan tiegħu huwa li jkopri l-ispejjeż għall-iżvilupp kemm tal-komponenti ċentrali kif ukoll dawk nazzjonali ta' dan it-tip ta' sistemi, li jiżgura konsistenza teknika, iffrankar u implimentazzjoni bla xkiel fl-Istati Membri.

(18)

Dan l-istrument għandu jappoġġja wkoll l-iżvilupp mill-Unjoni ta' sistemi tal-IT li jarmaw l-Istati Membri bl-għodod biex jiġġestixxu l-moviment ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bejn il-fruntieri b'mod aktar effiċjenti u biex jiżguraw identifikazzjoni u verifika aktar effikaċi tal-vjaġġaturi (“fruntieri intelliġenti”) , u b'hekk itejbu s-sigurtà mal-fruntieri u joħolqu impatti ekonomiċi pożittivi . B’dan il-għan, għandu jiġi stabbilit programm li l-għan tiegħu huwa li jkopri l-ispejjeż għall-iżvilupp kemm tal-komponenti ċentrali kif ukoll dawk nazzjonali ta' dan it-tip ta' sistemi, li jiżgura konsistenza teknika, interoperabilità ma’ sistemi oħra tal-IT tal-Unjoni, iffrankar u implimentazzjoni bla xkiel fl-Istati Membri.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Sabiex tiġi indirizzata pressjoni migratorja mhux prevista u  theddid għas-sigurtà tal-fruntieri għandu jkun possibbli li tiġi provduta assistenza ta’ emerġenza f’konformità mal-qafas stabbilit fir-Regolament … 2012/UE li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi.

(19)

Sabiex jiġu indirizzati pressjoni migratorja mhux prevista u  riskji għas-sigurtà tal-fruntieri għandu jkun possibbli li tiġi provduta assistenza ta’ emerġenza f’konformità mal-qafas stabbilit fir-Regolament … 2012/UE li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Barra minn hekk, fl-interess tas-solidarjetà msaħħa fiż-żona Schengen b'mod sħiħ, meta jiġu identifikati nuqqasijiet jew theddid possibbli, b’mod partikolari wara evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat għandu jsegwihom b’mod adegwat bl-użu tar-riżorsi taħt il-programmi tiegħu skont il-prijorità, fejn applikabbli, fejn jikkomplimenta l-azzjonijiet ta’ emerġenza.

(20)

Barra minn hekk, fl-interess tas-solidarjetà msaħħa fiż-żona Schengen b'mod sħiħ, meta jiġu identifikati nuqqasijiet jew riskji possibbli, b’mod partikolari wara evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat għandu jsegwihom b’mod adegwat bl-użu tar-riżorsi taħt il-programmi tiegħu skont il-prijorità, fejn applikabbli, fejn jikkomplimenta l-azzjonijiet ta’ emerġenza.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Biex tissaħħaħ is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, għandhom ikunu mħeġġa li jużaw parti mir-riżorsi disponibbli taħt il-programmi għall-prijoritajiet speċifiċi definiti mill-UE, bħax-xiri ta’ tagħmir tekniku meħtieġ mill-Aġenzija Frontex u l- iżvilupp tal-kooperazzjoni konsulari għall-Unjoni.

(21)

Biex tissaħħaħ is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, għandhom ikunu mħeġġa li jużaw parti mir-riżorsi disponibbli taħt il-programmi għall-prijoritajiet speċifiċi definiti mill-UE, bħax-xiri ta’ tagħmir tekniku meħtieġ mill-Aġenzija Frontex u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni konsulari għall-Unjoni u l-assistenza lin-nies li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali .

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)

L-Istati Membri għandhom jevitaw li jsegwu l-interessi nazzjonali tagħhom meta jużaw l-ammont allokat fl-ambitu tal-Istrument tal-programm nazzjonali tagħhom.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Sabiex tiġi salvagwardjata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fiż-żona Schengen kollha, l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex tkun ivverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen għandha tkun appoġġata wkoll taħt dan ir-Regolament, bħala għodda essenzjali li takkumpanja l-politiki li jiżguraw in-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq persuni;

(22)

Sabiex tiġi salvagwardjata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fiż-żona Schengen kollha, l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex tkun ivverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen għandha tkun appoġġata wkoll taħt dan ir-Regolament, bħala għodda essenzjali li takkumpanja l-politiki li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-fruntieri esterni u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq persuni fl-ambitu taż-żona ta’ Schengen .

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Fid-dawl tal-esperjenzi miksuba mill-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-iżvilupp tas-SIS u l-VIS, huwa meqjus xieraq li tkun permessa l-flessibbiltà rigward it-trasferimenti possibbli ta’ riżorsi bejn il-mezzi differenti ta’ implimentazzjoni tal-objettivi segwiti taħt dan l-istrument, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li tiġi żgurata mill-bidu massa kritika u stabbiltà finanzjarja għall-programmi u l-appoġġ operattiv għall-Istati Membri.

(23)

Fid-dawl tal-esperjenzi miksuba mill-Fond għall-Fruntieri Esterni u l-iżvilupp tas-SIS II u l-VIS, huwa meqjus xieraq li jkun permess ċertu grad ta’ flessibbiltà rigward it-trasferimenti possibbli ta’ riżorsi bejn il-mezzi differenti ta’ implimentazzjoni tal-objettivi segwiti taħt dan l-istrument, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li tiġi żgurata mill-bidu massa kritika u stabbiltà finanzjarja għall-programmi u l-appoġġ operattiv għall-Istati Membri u l-iskrutinju tal-awtorità baġitarja .

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Bl-istess mod, l-ambitu tal-azzjonijiet u l-limitu għar-riżorsi li jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-UE (“azzjonijiet tal-Unjoni”) għandhom jiżdiedu biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li twettaq f'sena baġitarja partikolari bosta attivitajiet fuq il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tal-politika komuni dwar il-viża fl-interess tal-Unjoni kollha, meta u sakemm jinħolqu l-ħtiġijiet. Azzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn jinkludu studji u proġetti pilota biex titkompla l-politika u l-applikazzjoni tagħha, miżuri jew arranġamenti fil-pajjiżi terzi li jindirizzaw il-pressjonijiet migratorji minn dawk il-pajjiżi fl-interess tal-ġestjoni ottimali tal-flussi migratorji fl-UE u organizzazzjoni effiċjenti tal-inkarigi relatati fil- fruntieri esterni u l-konsulati.

(24)

Bl-istess mod, l-ambitu tal-azzjonijiet u l-limitu għar-riżorsi li jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-UE (“azzjonijiet tal-Unjoni”) għandhom jiżdiedu biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-UE li twettaq f'sena baġitarja partikolari bosta attivitajiet fuq il-ġestjoni tal-fruntieri esterni u tal-politika komuni dwar il-viża fl-interess tal-Unjoni kollha, meta u sakemm jinħolqu l-ħtiġijiet. Azzjonijiet tal-Unjoni bħal dawn jinkludu studji u proġetti pilota biex titkompla l-politika u l-applikazzjoni tagħha, it-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, miżuri jew arranġamenti fil-pajjiżi terzi li jindirizzaw il-pressjonijiet migratorji minn dawk il-pajjiżi fl-interess tal-ġestjoni ottimali tal-flussi migratorji fl-UE u organizzazzjoni effiċjenti tal-inkarigi relatati fil-fruntieri esterni u l-konsulati.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

It-TFUE jipprevedi atti delegati biss bħala atti mhux leġiżlattivi b' applikazzjoni ġenerali relatati ma' elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv. Kwalunkwe element essenzjali għandu jiġi stabbilit fl-att leġiżlattiv inkwistjoni.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)

L-infiq tal-fondi f'dan il-qasam għandu jiġi kkoordinat aħjar bil-għan li jiġu żgurati kumplementarjetà, effiċjenza u viżibilità aħjar, kif ukoll li jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 26c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26c)

Hemm il-ħtieġa ta' massimizzazzjoni tal-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni permezz ta' mobilizzazzjoni, ġbir komuni u tisħiħ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 26d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26d)

Għandhom ikunu garantiti trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku massimi għal strumenti u mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 26e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26e)

It-titjib tal-implimentazzjoni u tal-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-Istrument, waqt li jkun żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 26f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26f)

Huwa importanti li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-Istrument u l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u faċli għall-utent, filwaqt li għandha tiġi żgurata wkoll iċ-ċertezza ġuridika u l-aċċessibilità tal-Istrument għall-parteċipanti kollha.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 26 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26 g)

Kull sena, il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-implementazzjoni tal-Istrument bl-għajnuna ta' indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatti. L-indikaturi, inklużi x-xenarji bażi relevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima għall-valutazzjoni ta’ kemm inkisbu l-objettivi tal-Istrument.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 26h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26h)

Meta l-Kummissjoni timplementa l-baġit permezz ta’ ġestjoni kondiviża, il-kompiti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu delegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni u jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni meta jamministraw fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi ta' kontroll u ta' awditjar rispettivi tagħhom u jieħdu fuqhom ir-responsabilitajiet li jirriżultaw u li huma stabbiliti f'dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet komplementari għandhom jiġu stabbiliti f'regoli speċifiċi għas-settur.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(28)

Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti kollha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

“standards komuni tas-sigurtà” tfisser l-applikazzjoni ta’ miżuri operattivi b’mod komuni u mhux ifframmentat biex jinkiseb livell ta’ sigurtà ddefinit tajjeb fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri, li ssegwi l-linji gwida għall-governanza tajba fuq il-fruntieri u l-viża, skont il-katalgu ta' Schengen għall-kontroll tal-fruntieri esterni, il-Manwal Prattiku għall-gwardji tal-fruntieri u l-Manwal dwar il-viża, u l-linji gwida tal-EUROSUR;

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-objettiv ġenerali tal-Istrument għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni Ewropea .

1.   L-objettiv ġenerali tal-Istrument għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà u kontroll tal-fruntieri esterni uniformi u ta' kwalità għolja filwaqt li jiffaċilita l-mobilità f’ambjent sikur, f’konformità mal-impenn tal-Unjoni għal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem . Dan l-objettiv għandu jinkiseb f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha rigward il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-protezzjoni tat-tfal ta’ ċittadini minn terzi pajjiżi, il-prinċipju ta’ non-refoulement, id-dritt tal-asil rikonoxxut skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra; u r-regoli tal-Unjoni għall-protezzjoni tad-dejta.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fi ħdan l-objettiv ġenerali stabbilit fl-ewwel paragrafu, l-Istrument għandu jikkontribwixxi – skont il-prijoritajiet definiti fl-Istrateġiji, programmi valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju relevanti tal-UE – għal dawn l-objettivi speċifiċi:

2.   Fi ħdan l-objettiv ġenerali stabbilit fl-ewwel paragrafu, l-Istrument għandu jikkontribwixxi – skont il-prijoritajiet definiti fl-Istrateġiji, programmi u valutazzjonijiet tar-riskju relevanti tal-Unjoni – għal dawn l-objettivi speċifiċi:

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-appoġġ għal politika komuni dwar il-viża għall-iffaċilitar tal-ivjaġġar leġittimu, l-iżgurar tat-trattament ugwali ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u  l-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari

(a)

l-appoġġ għal politika komuni dwar il-viża għall-iffaċilitar tal-ivjaġġar leġittimu u l-mobilità , il-provvista ta’ servizz ta’ kwalità għolja għall-applikanti tal-viża, l-iżgurar tat-trattament ugwali b’rispett għaċ-ċittadini tal-Unjoni min-naħa u b’rispett għal ċittadini minn pajjiżi terzi min-naħa l-oħra, l-prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, in-numru ta' postijiet konsulari mgħammra, sikuri u/jew imtejjba biex jiżguraw l-ipproċessar effiċjenti ta' applikazzjonijiet dwar il-viżi u jipprovdu kwalità ta' servizz għall-applikanti għall-viżi.

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, il-perċentwal ta' postijiet konsulari mgħammra, sikuri u/jew imtejjba biex jiżguraw l-ipproċessar effiċjenti ta' applikazzjonijiet għall-viżi u jipprovdu kwalità ta' servizz għall-applikanti għall-viżi , il-perċentwal ta’ overstayers (persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta) ta’ kull ċittadinanza, l-għadd ta’ ċentri komuni fejn isiru l-applikazzjonijiet tal-viżi, kif ukoll it-tul medju ta’ żmien li wieħed idum jistenna biex tittieħed deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża, is-sehem ta’ viżi għal dħul multiplu u l-ispiża medja tal-viża għal kull post konsulari.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-appoġġ ta' ġestjoni għall-fruntieri , biex jiġi żgurat, minn naħa waħda, livell għoli ta' protezzjoni tal-fruntieri esterni u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta' Schengen

(b)

l-appoġġ ta’ ġestjoni tal-fruntieri integrati tal-UE , il-promozzjoni ta’ aktar armonizzazzjoni u standardizzazzjoni biex jiġi żgurat, minn naħa waħda, livell għoli ta’ kontroll tal-fruntieri esterni u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta' Schengen , filwaqt li jiġi garantit l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali lil dawk li jeħtiġuha, skont l-obbligi kkuntrattati mill-Istati Membri fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-prinċipju ta’ non-refoulement .

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, l-iżvilupp ta' tagħmir għall-kontrol tal-fruntieri u l-qbid ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi irregolari fil-fruntieri esterni fil-korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna.

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel fuq indikaturi bħal, fost oħrajn, l-għadd ta' punti tal-qsim tal-fruntieri mgħammra b'sistemi tal-IT, infrastruttura tal-komunikazzjoni u tagħmir li jappoġġa l-ġestjoni tal-flussi migratorji, il-qbid ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi irregolari fil-fruntieri esterni fil-korrispondenza mar-riskju tat-taqsima relevanti tal-fruntiera esterna u ż-żmien medju ta’ stennija fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri .

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

it-titjib tas-sorveljanza tal-fruntieri permezz tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-Frontex bil-għan li jitnaqqas it-telf ta’ ħajjiet fuq il-baħar u l-għadd ta’ immigranti irregolari u tiżdied is-sigurtà interna permezz tal-prevenzjoni ta’ reati transkonfinali, bħalma huma t-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu tad-drogi.

Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandha titkejjel ma’ indikaturi bħalma huma, inter alia, l-effiċjenza tal-intervent tat-tiftix u s-salvataġġ għall-persuni li jittantaw jaqsmu l-fruntiera b’mod illegali, il-għadd ta’ azzjonijiet ta’ traffikar u kuntrabandu li jiġu interċettati u l-għadd ta' allarmi identifikati fl-Istampa tas-Sitwazzjoni tal-Ewropa.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – l-aħħar subparagrafu (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni t-tagħrif meħtieġ għall-valutazzjoni ta' dak li jkun inkiseb, meta jitkejjel mal-indikaturi. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni ta’ dak li jkun inkiseb.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki li jiżguraw in-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-persuni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni, it-twettaq ta’ kontrolli fuq il-persuni u l-monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni;

(a)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-politiki li jiżguraw in-nuqqas ta’ kwalunkwe kontroll fuq il-persuni, tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, meta jaqsmu l-fruntieri interni, it-twettiq ta’ kontrolli fuq il-persuni u l-monitoraġġ effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni;

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

il-promozzjoni tal-identifikazzjoni, l-għajnuna immedjata u r-referenza għal servizzi tal-protezzjoni tat-tfal li jinsabu f’riskju, inkluża d-dispożizzjoni ta’ protezzjoni u għajnuna speċjali għat-tfal li ma jkunux akkumpanjati;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-istabbiliment b’mod gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni, inkluż ir-rinfurzar ta’ kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn awtoritajiet tal-migrazzjoni u tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni u l-miżuri fit-territorju u l-miżuri neċessarji ta’ akkumpanjament relatati mas-sigurtà tad-dokumenti u l-ġestjoni tal-identità;

(b)

l-istabbiliment b'mod gradwali ta' sistema ta' ġestjoni integrata li hi bbażata, fost l-oħrajn, fuq solidarjetà u responsabbiltà, għall-fruntieri esterni, inkluż ir-rinfurzar tal-kontrolli fil-fruntieri tal-Unjoni u tas-sistemi ta’ sorveljanza, il-kooperazzjoni ta’ bejn l-aġenziji bejn l-awtoritajiet tal-migrazzjoni , tal-asil u tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni u l-miżuri fit-territorju , inkluż fiż-żona tal-fruntieri tal-baħar, u l-miżuri neċessarji ta’ akkumpanjament relatati mas-salvataġġ tal-ħajjiet fuq il-baħar, is-sigurtà tad-dokumenti , il-ġestjoni tal-identità u l-interoperabilità tat-tagħmir tekniku akkwistat, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità sħiħa mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-rispett sħiħ għad-drittijiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ;

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi u permessi oħra ta’ residenza għal permanenza qasira, inkluża l-kooperazzjoni konsulari;

(c)

il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi u permessi oħra ta' residenza għal permanenza qasira, inkluża l-kooperazzjoni konsulari u l-kopertura konsulari, il-promozzjoni ta' prattiki investigattivi komuni dwar applikazzjonijiet għal viżi, proċeduri amministrattivi uniformi u deċiżjonijiet fil-qasam tal-viżi, u l-iżvilupp ta' ċentri komuni għal applikazzjoni għall-viżi, filwaqt li jintużaw bis-sħiħ it-titjib prattiku u l-flessibilità previsti mill-Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi ;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

it-twaqqif u t-tmexxija ta’ sistemi tal-IT, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom u tagħmir li jappoġġja l-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni;

(d)

it-twaqqif u t-tmexxija ta' sistemi tal-IT, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom u tagħmir li jappoġġja l-kontroll tal-qsim tal-fruntieri esterni tal-Unjoni u jirrispetta b'mod sħiħ il-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tad-dejta personali ;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

l-armonizzazzjoni tal-kwalità tas-sistemi tal-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Istati Membri differenti;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

it-tisħiħ tal-għarfien dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni u l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni tal-Istati Membri;

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)

it-titjib tal-kapaċità u l-kwalifiki tal-awtoritajiet kollha u tal-gwardji mal-fruntieri li joperaw f'punti ta' qsim tal-fruntiera fir-rigward tat-twettiq tal-ħidmiet ta' sorveljanza, ta’ konsulenza u ta’ kontroll tagħhom f'dak li għandu x'jaqsam mal-liġi internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-acquis tal-UE dwar il-fruntieri u l-viża, inkluż il-funzjonament tal-mekkaniżmu tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ Schengen;

(e)

l-iżgurar tal-applikazzjoni effiċjenti u uniformi tal-acquis tal-UE dwar il-fruntieri , l-asil l-viżi, b’mod partikolari billi jiġi żgurat il-funzjonament effikaċi tal-mekkaniżmu tal-evalwazzjoni u l-monitoraġġ ta’ Schengen;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li joperaw f'pajjiżi terzi fir-rigward tal-flussi ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi f'dan ir-rigward.

(f)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li joperaw f'pajjiżi terzi fir-rigward tal-finanzjament għal miżuri f’pajjiżi terzi mill-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi, il-flussi ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi fit-territorju tal-Istati Membri, kif ukoll il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi f'dan ir-rigward , f’konformità sħiħa mal-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna u l-politika ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni .

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fi ħdan l-objettivi definiti fl-Artikolu 3, u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu politiku kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [Ir-Regolament Orizzontali], l-Istrument għandu jappoġġja azzjonijiet fi jew mill-Istati Membri u b’mod partikolari dan li ġej:

1.   Fi ħdan l-objettivi definiti fl-Artikolu 3, u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu politiku kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [Ir-Regolament Orizzontali], l-Istrument għandu jappoġġja azzjonijiet fi jew mill-Istati Membri , billi jikkontribwixxu għall-ksib ta’ livell adegwat ta’ protezzjoni fil-fruntieri esterni b'konformità mal-istandards ta' sigurtà komuni u b'mod partikolari dan li ġej:

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-infrastrutturi, il-bini u s-sistemi tal-qsim tal-fruntieri meħtieġa f'punti tal-qsim tal-fruntieri u għas-sorveljanza bejn punti tal-qsim tal-fruntieri u l-indirizzar effettiv ta' qsim illegali tal-fruntieri esterni;

(a)

l-infrastrutturi, il-bini u s-sistemi tal-qsim tal-fruntieri meħtieġa f'punti tal-qsim tal-fruntieri u għas-sorveljanza bejn punti tal-qsim tal-fruntieri u l-indirizzar effettiv ta' qsim irregolari tal-fruntieri esterni;

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-tagħmir operattiv, il-mezzi tat-trasport u s-sistemi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-kontroll effettiv tal-fruntieri u t-tisjib ta’ persuni, bħal terminali fissi għall-VIS, SIS u s-Sistema Ewropea ta’ Arkivjar ta’ Immaġni (FADO), inkluż teknoloġija avvanzata;

(b)

it-tagħmir operattiv, il-mezzi tat-trasport u s-sistemi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-kontroll effettiv u sikur tal-fruntieri , it-tfittxija u s-salvataġġ u t-tisjib ta’ persuni, bħal terminali fissi għall-VIS, SIS u s-Sistema Ewropea ta’ Arkivjar ta’ Immaġni (FADO), inkluż teknoloġija avvanzata;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

l-infrastrutturi, il-bini u t-tagħmir operattiv meħtieġ għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viżi u l-kooperazzjoni konsulari;

(d)

l-infrastrutturi, il-bini u t-tagħmir operattiv meħtieġ għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viżi u l-kooperazzjoni konsulari , kif ukoll azzjonijiet oħra mmirati biex itejbu l-kwalità tas-servizz lill-applikanti għall-viżi ;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

it-taħriġ rigward l-użu ta' sistemi relatati u l-promozzjoni ta' standards ta' ġestjoni ta' kwalità;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

studji, proġetti pilota u azzjonijiet li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-istandards operattivi u l-aħjar prattiċi li jirriżultaw mill-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE.

(e)

studji, proġetti , inizjattivi konġunti, taħriġ u azzjonijiet dwar kwistjonijiet trażversali bħalma huma d-drittijiet fundamentali li jinkludu l-protezzjoni tat-tfal ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, l-interoperabilità u l-armonizzazzjoni ta’ sistemi għall-ġestjoni tal-fruntieri, u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet, l-istandards operattivi u l-aħjar prattiċi li jirriżultaw mill-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-Aġenziji tal-UE.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

inizjattivi dwar it-taħriġ tal-għassiesa tal-fruntieri fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem inkluża l-identifikazzjoni tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fi ħdan l-objettivi definiti fl-Artikolu 3, dan l-istrument għandu jappoġġja azzjonijiet fir-rigward ta’ u fil-pajjiżi terzi u b'mod partikolari dan li ġej:

2.   Fi ħdan l-objettivi definiti fl-Artikolu 3, u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu politiku kif previsti fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [Regolament Orizzontali], dan l-istrument għandu jappoġġja azzjonijiet fir-rigward ta' u fil-pajjiżi terzi u b'mod partikolari dan li ġej:

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

proġetti f'pajjiżi terzi bil-għan tat-titjib tas-sistemi ta' sorveljanza biex tkun żgurata l-kooperazzjoni man-netwerk tal-EUROSUR;

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

studji , avvenimenti , taħriġ, tagħmir u proġetti pilota li jipprovdu kompetenza teknika u operattiva lill-pajjiżi terzi;

(c)

studji, taħriġ, tagħmir u proġetti pilota li jipprovdu kompetenza teknika u operattiva lill-pajjiżi terzi;

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

studji , avvenimenti , taħriġ, tagħmir u proġetti pilota li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards operattivi u l-aħjar prattiċi, li jirriżultaw mill-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE f'pajjiżi terzi.

(d)

studji, taħriġ, tagħmir u proġetti pilota dwar kwistjonijiet trażversali bħalma huma d-drittijiet fundamentali, inkluż il-ħarsien tat-tfal, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, li jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards operattivi u l-aħjar prattiki, li jirriżultaw mill-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE f'pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jista’ jkun meħtieġ li jissaħħu l-kontrolli tal-fruntieri, il-ħtiġiet partikolari ta' nies u gruppi vulnerabbli, bħalma huma l-minorenni mhux akkumpanjati, ma għandhomx jintesew.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

inizjattivi għat-taħriġ ta’ għassiesa tal-fruntieri rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandha tiġi żgurata l-koordinazzjoni tal-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u dawk marbuta magħhom, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, kif stabbilit fl-Artikolu 3(4a) tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [ir-Regolament Orizzontali].

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju .

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għall-Fond għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxu l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba .

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-baġit allokat taħt dan l-istrument għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 55 (1) (b) tar-Regolament (UE) Nru … ./2012 [Ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid] , bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13, l-azzjonijiet ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 16 (1) .

4.   Il-baġit allokat taħt dan l-istrument għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta (partikolarment l-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 13, l-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 14 u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 16(1) jew ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 55(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru …/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid].

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża għandha tkun l-eċċezzjoni, mhux ir-regola.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-metodu(i) ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT ġodda għandhom jiġu stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 15(2) .

Il-metodu(i) ta’ implimentazzjoni tal-baġit għall-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT ġodda għandhom jiġu stabbiliti fl-att(i) delegati .

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni tibqa' tkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 317 TFUE u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet imwettqa mill-entitajiet minbarra l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-formulazzjoni mar-Regolament finanzjarju rivedut.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Ir-riżorsi globali għandhom jintużaw kif ġej:

5.    Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, ir-riżorsi globali għandhom jintużaw kif ġej:

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    EUR 2,000 miljun għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kif ġej:

1.    67 % tar-riżorsi globali previsti għall-programmi nazzjonali għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri kif ġej:

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR 1,200 miljun, kif indikat fl-Anness I;

(a)

34 % kif ġej:

(i)

ammont bażiku ta' EUR 5 miljun għal kull Stat Membru fil-bidu tal-perjodu finanzjarju; kif ukoll

(ii)

ammont varjabbli għal kull Stat Membru kkalkulat fuq il-bażi tal-medja tal-ammont riċevut skont id-Deċiżjoni 574/2007/KE għas-snin 2011, 2012 u 2013 ;

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR 450 miljun , ibbażati fuq ir-riżultati tal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 7;

(b)

13 %, ibbażati fuq ir-riżultati tal-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 7;

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

Fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u għall-perjodu mis-sena baġitarja 2018, EUR 350 miljun , il-bqija tal-approprjazzjonijiet disponibbli taħt dan l-Artikolu jew ammont ieħor, kif determinat skont il-paragrafu 2, ibbażati fuq ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 8.

(c)

Fil-qafas tar-reviżjoni ta' nofs it-terminu u għall-perjodu mis-sena baġitarja 2018, 10 % , il-bqija tal-approprjazzjonijiet disponibbli taħt dan l-Artikolu jew ammont ieħor, kif determinat skont il-paragrafu 2, ibbażati fuq ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 8.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-deċiżjoni finanzjarja li timplimenta l-punt (a) ta' paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     L-Istati Membri għandhom jiddedikaw il-finanzjament meħtieġ għal EUROSUR biex jiżguraw il-funzjonament tajjeb ta' din is-sistema.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-paragrafu 6(1)(b), jirċievu ammont addizzjonali, sakemm ikun allokat bħala tali fil-programm u għandu jintuża biex jinkisbu azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II.

1.   L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-paragrafu 6(1)(b), jirċievu ammont addizzjonali, sakemm ikun allokat bħala tali fil-programm nazzjonali u għandu jintuża biex jinkisbu azzjonijiet speċifiċi elenkati fl-Anness II.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 17 għar-reviżjoni tal-Anness II , jekk jitqies xieraq . Fuq il-bażi tal-azzjonijiet speċifiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jirċievu ammont addizzjonali kif stipulat fil-paragrafu 1, bla ħsara għar-riżorsi disponibbli.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 17 għar-reviżjoni tal-Anness II. Fuq il-bażi tal-azzjonijiet speċifiċi ġodda, l-Istati Membri jistgħu jirċievu ammont addizzjonali kif stipulat fil-paragrafu 1, bla ħsara għar-riżorsi disponibbli u sakemm l-awtorità baġitarja tkun infurmata fil-ħin .

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sabiex jiġi allokat l-ammont indikat fl-Artikolu 6(1)(c), sal-1 ta’ Ġunju 2017 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-input u f'konsultazzjoni mal-Aġenzija Frontex, rapport li, skont l-analiżi tar-riskju tal-Frontex, għandu jistabbilixxi l-livelli ta’ theddid fil-fruntieri esterni għall-perjodu 2017-2020. Il-livelli ta’ theddid se jkunu bbażati fuq il-piż fil-ġestjoni tal-fruntieri u fuq it-theddid li effettwa s-sigurtà fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri fl-2014-2016 u dawn ser iqisu fost oħrajn it-tendenzi futuri possibbli dwar flussi migratorji u attivitajiet illegali fil-fruntieri esterni filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi probabbli politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati, b’mod partikolari fil-pajjiżi ġirien.

1.   Sabiex jiġi allokat l-ammont indikat fl-Artikolu 6(1)(c), sal-1 ta' Jannar 2017 il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, fuq il-bażi tal-input u f'konsultazzjoni mal-Aġenzija Frontex u l-EASO , rapport li, skont l-analiżi tar-riskju tal-Frontex, għandu jistabbilixxi l-livelli ta' theddid fil-fruntieri esterni għall-perjodu 2017-2020. Il-livelli ta’ theddid se jkunu bbażati fuq il-piż fil-ġestjoni tal-fruntieri , ir-rapporti ta’ valutazzjoni mfassla bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u ta’ monitoraġġ ta’ Schengen u fuq it-theddid li effettwa s-sigurtà u s-sikurezza, inklużi l-operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ fuq il-baħar, fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri fl-2014-2016 u dawn ser iqisu fost oħrajn it-tendenzi futuri possibbli dwar flussi migratorji u attivitajiet illegali fil-fruntieri esterni filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi probabbli politiċi, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi terzi kkonċernati, b’mod partikolari fil-pajjiżi ġirien.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport għandu jiddetermina l-livell ta’ theddid għal kull sezzjoni tal-fruntiera esterna billi jiġi mmultiplikat it-tul tas-sezzjoni tal-fruntiera kkonċernata mal-piż mogħti lilha kif ġej:

Ir-rapport għandu jiddetermina l-livell ta’ riskju għal kull sezzjoni tal-fruntiera esterna billi jiġi mmultiplikat it-tul tas-sezzjoni tal-fruntiera kkonċernata mal-piż mogħti lilha kif ġej:

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

fattur 1 għal theddid normali

(i)

fattur 1 għal riskju normali

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

fattur 3 għal theddid medju

(ii)

fattur 3 għal riskju medju

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

fattur 5 għal theddid għoli;

(iii)

fattur 5 għal riskju għoli;

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

fattur 1 għal theddid normali

(i)

fattur 1 għal riskju normali

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)

fattur 3 għal theddid medju

(ii)

fattur 3 għal riskju medju

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)

fattur 5 għal theddid għoli;

(iii)

fattur 5 għal riskju għoli;

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq il-bażi tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tiddetermina liema Stati Membri se jirċievu l-ammont addizzjonali. Dawk l-Istati Membri li għandhom livell ta’ theddid akbar meta mqabbel mal-livell ta’ theddid stabbilit għall-kalkolu magħmula għas-sena tal-baġit 2013 taħt id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE ser jirċievu riżorsi addizzjonali pro rata.

Fuq il-bażi tar-rapport, u wara li tinforma lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tiddetermina liema Stati Membri se jirċievu l-ammont addizzjonali. Dawk l-Istati Membri li għandhom livell ta' riskju akbar meta mqabbel mar-riskji identifikati għall-kalkolu magħmula għas-sena tal-baġit 2013 taħt id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE ser jirċievu riżorsi addizzjonali pro rata.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-fruntieri marittimi esterni għandhom ifissru l-limitu estern tal-baħar territorjali tal-Istati Membri kif definit skont l-Artikoli 4 sa 16 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Madankollu, f'każijiet fejn ikunu meħtieġa operazzjonijiet ta’ medda twila fuq bażi regolari sabiex tiġi evitata l-migrazzjoni irregolari/dħul illegali , dan għandu jkun il-limitu estern ta' żoni ta’ theddid għoli . Dan għandu jkun determinat billi titqies id-dejta relevanti dwar dawn l-operazzjonijiet fl-2014-2016 kif ipprovdut mill-Istati Membri inkwistjoni.

(b)

il-fruntieri marittimi esterni għandhom ifissru l-limitu estern tal-baħar territorjali tal-Istati Membri kif definit skont l-Artikoli 4 sa 16 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Madankollu, fejn ikunu meħtieġa operazzjonijiet ta’ medda twila fuq bażi regolari fil-każ ta’ żoni ta’riskju għoli , dan jista’ jkun il-limitu estern taż-żona kontigwa kif definit skont l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar . Dan għandu jkun determinat billi titqies id-dejta relevanti dwar dawn l-operazzjonijiet fl-2014-2016 kif ipprovdut mill-Istati Membri inkwistjoni.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 għar-reviżjoni tal-prijoritajiet speċifiċi tal-UE.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-parti tħassret għax l-istess test diġà jeżisti fl-Artikolu 7(2).

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-programm nazzjonali li għandu jiġi ppreparat taħt dan l-Istrument u  dawk li għandhom jiġu ppreparati taħt ir-Regolament Nru …/2012/UE li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi għandhom isiru b'mod konġunt mill-Istati Membri u proposti lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali wieħed għall-Fond u skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru …./2012/UE [ir-Regolament Orizzontali].

1.   Il-programm nazzjonali li għandu jiġi ppreparat , abbażi tal-konklużjonijiet tad-djalogu politiku msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …./2012 [ir-Regolament Orizzontali], taħt dan l-Istrument u  dak li għandu jiġi ppreparat taħt ir-Regolament Nru …/2012/UE li jistabbilixxi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi għandhom isiru b'mod konġunt mill-Istati Membri u proposti lill-Kummissjoni bħala programm nazzjonali wieħed għall-Fond u skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru …./2012/UE [ir-Regolament Orizzontali].

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-appoġġ u l-espansjoni tal-kapaċità eżistenti fil-livell nazzjonali fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, filwaqt li jitqiesu inter alia teknoloġija ġdida , żviluppi u/jew standards fir-rigward tal-ġestjoni tal-flussi migratorji;

(b)

l-appoġġ u l-espansjoni tal-kapaċità eżistenti fil-livell nazzjonali fil-politika dwar il-viżi u fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, bl-iskop tal-prevenzjoni tal-migrazzjoni illegali u t-telf ta’ ħajjiet fuq il-baħar u biex ikun iffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu, inkluż il-qsim tal-fruntieri minn persuni li jeħtieġu l-protezzjoni internazzjonali, filwaqt li jitqiesu inter alia, żviluppi u/jew standards b’relazzjoni mal-ġestjoni tal-flussi migratorji;

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tal-ġestjoni tal-flussi migratorji minn servizzi konsulari u oħrajn tal-Istat Membru f'pajjiżi terzi, bil-ħsieb li jkun iffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu lejn u ssir prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari fl-Unjoni;

(c)

l-appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tal-ġestjoni tal-flussi migratorji minn servizzi konsulari u oħrajn tal-Istat Membru f'pajjiżi terzi, bil-ħsieb li jkun iffaċilitat l-ivvjaġġar skont il-liġi tal-UE jew tal-Istat Membru kkonċernat u ssir prevenzjoni tal-migrazzjoni irregolari fl-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

It-terminu “leġittimu” huwa ambigwu u jeħtieġ li jkun hemm aktar preċiżjoni.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

l-iżvilupp ta' proġetti li jsegwu r-rakkomandazzjoni tal-aġenziji relevanti tal-Unjoni bil-għan li jiġi żgurat il-kontroll uniformi u ta' kwalità għolja tal-fruntieri esterni u li jkun immirat lejn l-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità tas-sistemi tal-ġestjoni tal-fruntieri bejn l-Istati Membri;

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)

l-appoġġ ta' azzjonijiet, taħt is-superviżjoni u bil-koordinazzjoni tal-Aġenzija Frontex, bil-għan li jiġu armonizzati, fil-livell tal-Unjoni, il-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-ġestjoni esterna tal-fruntieri.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

l-iżgurar tal-konformità sħiħa mal-obbligi internazzjonali u Ewropej, inklużi l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem u l-monitoraġġ tagħhom, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi terzi u s-soċjetà ċivili;

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

iż-żieda tal-kapaċità biex ikunu ffaċċjati l-isfidi li ġejjin inkluż theddid preżenti u futur u l-pressjonijiet fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, filwaqt li b'mod partikolari jitqies l-analiżi tar-riskju tal-Frontex.

(f)

il-bini tal-kapaċità biex ikunu ffaċċjati l-isfidi li ġejjin inkluż theddid preżenti u futur u l-pressjonijiet fil-fruntieri esterni tal-Unjoni, filwaqt li b'mod partikolari jitqies l-analiżi tar-riskju tal-Frontex.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Stat Membru jista’ juża sa 50 % tal-ammont allokat taħt dan l-istrument għall-programm nazzjonali tiegħu biex jiffinanzja l-appoġġ operattiv lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-twettiq tal-inkarigi u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni. Dawn jirrelataw ma’ wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2) (a), (c) u (d) .

1.   Stat Membru jista’ juża sa 30 % tal-ammont allokat taħt dan l-istrument għall-programm nazzjonali tiegħu biex jiffinanzja l-appoġġ operattiv lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għat-twettiq tal-inkarigi u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni. Dawn jirrelataw ma' wieħed jew aktar mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(3) (a), (b), (c) u (d) .

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

konformità mal-acquis tal-Unjoni dwar il-fruntieri u l-viża;

(a)

konformità mal-acquis tal-Unjoni dwar il-fruntieri, l-asil u l-viża;

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

konformità mal-objettivi tal-programm nazzjonali;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

il-konformità ma’ lista ta’ prijoritajiet definiti mill-Aġenzija Frontex biex jintlaħqu l-istandards komuni ta’ sigurtà u tkun żgurata l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, ikunu evitati d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u l-ineffiċjenza tal-kostijiet fil-qasam tal-kontroll tal-fruntieri;

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Jekk in-nuqqasijiet jiġu identifikati permezz tal-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, l-appoġġ operattiv jiġi sospiż u dawn ir-riżorsi jistgħu jiġu riallokati bl-iskop li jissewwew in-nuqqasijiet identifikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni , proċeduri ta’ rappurtar dwar l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u kwalunkwe arranġamenti prattiċi oħra, li għandhom isiru bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) .

6.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, permezz ta’ atti delegati , proċeduri ta’ rappurtar dwar l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u kwalunkwe arranġamenti prattiċi oħra, li għandhom isiru bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 17 .

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     L-Aġenzija Frontex tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet iffinanzjati skont l-appoġġ operattiv.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-riżorsi allokati lil-Litwanja għal dan l-iskop m'għandhomx jaqbżu EUR 150 miljun għall-perjodu 2014-2020 u għandhom isiru disponibbli bħala appoġġ operattiv speċifiku addizzjonali għal-Litwanja.

2.   Ir-riżorsi allokati lil-Litwanja għal dan l-iskop m'għandhomx jaqbżu 4 % tar-riżorsi globali għall-perjodu 2014-2020 u għandhom isiru disponibbli bħala appoġġ operattiv speċifiku addizzjonali għal-Litwanja.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen, kif adottat skont ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Frontex, fejn xieraq, kif jiġu indirizzati s-sejbiet u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet fil-qafas tal-programm nazzjonali tiegħu.

Wara rapport ta' evalwazzjoni ta' Schengen, kif adottat skont ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Frontex, fejn xieraq, kif jiġu indirizzati n-nuqqasijiet u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet fil-qafas tal-programm nazzjonali tiegħu.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn meħtieġ, Stat Membru għandu jirrevedi l-programm nazzjonali tiegħu biex iqis is-sejbiet u rakkomandazzjonijiet.

Stat Membru għandu jirrevedi l-programm nazzjonali tiegħu biex iqis is-sejbiet u rakkomandazzjonijiet.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi djalogu mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Frontex, fejn xieraq, hu għandu jalloka mill-ġdid ir-riżorsi taħt il-programm tiegħu, inkluż , fejn meħtieġ, dawk programmati għall-appoġġ operattiv, u/jew jintroduċi jew jemenda azzjonijiet li għandhom l-għan li jirrimedjaw għan-nuqqasijiet skont is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen.

Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-finanzjament tal-azzjonijiet korrettivi. Fi djalogu mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Frontex, l-Istat Membru kkonċernat għandu jalloka mill-ġdid ir-riżorsi taħt il-programm tiegħu, inkluż dawk programmati għall-appoġġ operattiv, u/jew jintroduċi jew jemenda azzjonijiet li għandhom l-għan li jirrimedjaw għan-nuqqasijiet skont is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen. Kwalunkwe spiża addizzjonali għandha tkun eliġibbli għal finanzjament fl-ambitu ta' dan l-Istrument.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

itejbu l-għarfien u fehim tas-sitwazzjoni prevalenti fl-Istati Membri permezz ta’ analiżi, evalwazzjoni u monitoraġġ mill-qrib tal-politiki;

(b)

itejbu l-għarfien u fehim tas-sitwazzjoni prevalenti fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi permezz ta' analiżi, evalwazzjoni u monitoraġġ mill-qrib tal-politiki;

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi u indikaturi komuni;

(c)

jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ għodod u metodi statistiċi komuni u indikaturi komuni;

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

jappoġġjaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fl-Istati Membri, u jevalwaw l-effikaċja u l-impatt tagħhom;

(d)

jappoġġjaw u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-objettivi tal-politika tal-Unjoni fl-Istati Membri, u jevalwaw l-effikaċja u l-impatt tagħhom , inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali ;

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jippromwovu n-networking, it-tagħlim reċiproku, l-identifikazzjoni u t-tixrid ta’ prattiki tajba u approċċi innovattivi fil-livell Ewropew;

(e)

jippromwovu n-networking, it-tagħlim reċiproku, l-identifikazzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattiki u ta’ approċċi innovattivi fost partijiet interessati differenti fil-livell Ewropew;

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

jippromwovu proġetti mmirati lejn l-istandardizzazzjoni, l-armonizzazzjoni u l-interoperabilità bil-għan li tiġi żviluppata sistema ta’ ġestjoni tal-fruntieri Ewropej;

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

iqawwu l-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jippromwovu, jappoġġjaw u jiżviluppaw aktar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni;

(g)

iqawwu l-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġjaw u jiżviluppaw aktar il-politiki u l-objettivi tal-Unjoni;

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

jappoġġjaw attivitajiet ta' koordinazzjoni u kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-EUROPOL, l-Aġenzija Frontex u l-Aġenzija għal Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira.

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    L-ammont allokat għall-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT ġodda li jiġġestixxi l-moviment ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi bejn il-fruntieri huwa stabbilit għal EUR 1,100 miljun . Il-programm għandu jiġi implimentat skont il-leġislazzjoni tal-Unjoni li tiddefinixxi s-sistemi tal-IT ġodda u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom bil-għan, b'mod partikolari, li tittejjeb il-ġestjoni u l-kontroll ta' flussi ta' ivvjaġġar fil-fruntieri esterni billi jissaħħu l-kontrolli filwaqt li jsir aktar mgħaġġel il-qsim tal-fruntieri għal vjaġġaturi regolari.

1.    Il-programm dwar l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT ġodda jista’ jibni fuq strutturi eżistenti u għandu jiġi implimentat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tiddefinixxi s-sistemi tal-IT ġodda u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom bil-għan, b'mod partikolari, li tittejjeb il-ġestjoni u l-kontroll ta' flussi ta' ivvjaġġar fil-fruntieri esterni billi jissaħħu l-kontrolli filwaqt li jsir aktar mgħaġġel il-qsim tal-fruntieri għal vjaġġaturi regolari u jiġu żgurati s-sinerġiji mas-sistemi eżistenti ta’ IT u jiġi evitat l-infiq doppju .

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-azzjonijiet ewlenin li jridu jitwettqu għandhom ikopru b’mod partikolari, l-iżvilupp u l-ittestjar tal-komponent ċentrali u tal-applikazzjonijiet komuni għall-komponenti nazzjonali tas-sistemi, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn komponenti ċentrali u nazzjonali, il-koordinazzjoni sabiex jitqiegħdu f’operazzjoni, u l-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistemi.

L-azzjonijiet ewlenin li jridu jitwettqu għandhom ikopru b'mod partikolari, l-iżvilupp u l-ittestjar tal-komponent ċentrali u tal-applikazzjonijiet komuni għall-komponenti nazzjonali tas-sistemi, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn komponenti ċentrali u nazzjonali, il-koordinazzjoni sabiex jitqiegħdu f'operazzjoni, il-koordinazzjoni u l-interoperabilità mas-sistemi l-oħra tal-IT fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, u l-ġestjoni tas-sigurtà tas-sistemi.

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta , permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-qafas strateġiku u kwalunkwe reviżjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 18(2) .

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 dwar il-qafas strateġiku u kwalunkwe reviżjoni.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-iżvilupp ta’ sistemi ġodda ta’ IT mill-anqas darba fis-sena u kull meta jkun xieraq.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

2.   Id-delega tas-setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandha tkun mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 21

Artikolu 22

Reviżjoni

Reviżjoni

Fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020 .

Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tipproponi reviżjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu finanzjarju l-ġdid .

Emenda 125

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness imħassar

Emenda 126

Proposta għal regolament

Anness III – Objettiv 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

spiża tal-personal

spejjeż tal-persunal , inkluż għat-taħriġ

Emenda 127

Proposta għal regolament

Anness III – Objettiv 2 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

spiża tal-personal

spejjeż tal-persunal , inkluż għat-taħriġ

Emenda 128

Proposta għal regolament

Anness III – Objettiv 3 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

spiża tal-personal

spejjeż tal-persunal , inkluż għat-taħriġ

Emenda 129

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettiv 3: it-twaqqif u t-tmexxija ta’ sistemi tal-IT, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom u tagħmir ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni

Objettiv 3: it-twaqqif u t-tmexxija ta’ sistemi sikuri tal-IT, l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom u tagħmir ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-flussi migratorji bejn il-fruntieri esterni tal-Unjoni

Emenda 130

Proposta għal regolament

Anness III – paragrafu 3 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

infrastruttura ta’ komunikazzjoni u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà

infrastruttura ta’ komunikazzjoni u kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u mal-protezzjoni tad-dejta


(1)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(2)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/238


P7_TA(2013)0020

Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil (Deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali).

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil (COM(2011)0751 – C7-0443/2011 – 2011/0366(COD) – (2013/2504(RSP))

(2015/C 440/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 70(2) u l-Artikolu 70a tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

Emenda 1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Kunsiderazzjoni 6 a (ġdida)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2010 dwar l-istabbiliment ta’ programm konġunt tal-UE dwar ir-risistemazzjoni  (1) u b'mod partikolari l-paragrafi dwar il-ħolqien ta’ Unità Ewropea ta’ Risistemazzjoni;

Emenda 2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a.     Jinnota li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u dan ma jistax jiġi stabbilit qabel ma jintlaħaq ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

Emenda 3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b.     Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”  (2) ; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-MFF li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda previsti mit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jindika li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma’ dan l-approċċ, biex jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

Emenda 4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c.     Jenfasizza li, fid-dawl tal-kompiti diġà identifikati u konklużi mill-Unjoni, jeħtieġ li l-Kummissjoni tirrifletti dawk il-prijoritajiet politiċi b'mod prudenti u adegwat fil-proposta;

Emenda 5

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4) , u 80 tiegħu,

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva  (3) , il-Parlament Ewropew enfasizza l-ħtieġa għal approċċ integrat fir-rigward ta’ kwistjonijiet urġenti dwar l-immigrazzjoni u l-asil kif ukoll dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, b’finanzjament u għodod ta’ appoġġ biżżejjed għall-immaniġġjar ta’ sitwazzjonijiet ta’ emerġenza li jkunu disponibbli fi spirtu ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-solidarjetà fost l-Istati Membri kollha, li jirrispetta r-responsabbiltajiet nazzjonali u b’definizzjoni ċara tal-kompiti. Barra minn hekk innota wkoll li, f’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati b’mod xieraq l-isfidi li qed jiżdiedu għall-FRONTEX, għall-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ għall-Asil u l-Fondi għas-Solidarjetà u l-Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 107 tar-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011  (4) , il-Parlament Ewropew enfasizza aktar il-ħtieġa li jiġu żviluppati sinerġiji aħjar bejn fondi u programmi differenti u jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li s-simplifikazzjoni ta’ ġestjoni tal-fondi u billi jkun permess il-finanzjament reċiproku, tkun permessa l-allokazzjoni ta’ aktar fondi għal objettivi komuni, laqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tnaqqas l-għadd totali ta’ strumenti baġitarji fl-affarijiet interni fi struttura magħmula minn żewġ pilastri u fejn possibbli taħt ġestjoni konġunta, u esprima l-opinjoni tiegħu li dan l-approċċ għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal aktar simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni, konsolidazzjoni u trasparenza tal-fondi u l-programmi attwali. Jenfasizza, madankollu, l-ħtieġa li jkun żgurat li l-objettivi differenti tal-politiki tal-intern ma jitħawdux;

Ġustifikazzjoni

Paragrafu 109 tar-riżoluzzjoni tat-8 ta’ Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva”

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)

Il-Fond għandu jipprovdi appoġġ għall-istabbiliment ta’ miżuri li jippermettu li persuni li jfittxu l-asil jaċċessaw is-sistema ta’ asil tal-Unjoni b’mod sikur mingħajr ma jirrikorru għal kuntrabandisti tal-bnedmin jew netwerks kriminali u mingħajr ma jpoġġu ħajjithom fil-periklu.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Ir-riżorsi tal-Fond għandhom jintużaw f'koerenza mal-prinċipji bażiċi komuni dwar l-integrazzjoni, kif speċifikat fl-Aġenda komuni għall-integrazzjoni.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Il-Fond għandu jappoġġja l-Istati Membri fit-twaqqif ta’ strateġiji għall-organizzazzjoni ta’ migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni kollha għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-istrumenti legali tal-Unjoni. Il-Fond għandu jappoġġja wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiċi u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni kif ukoll ma’ Stati Membri oħra.

(16)

Il-Fond għandu jappoġġja l-Istati Membri fit-twaqqif ta’ strateġiji għall-organizzazzjoni ta’ migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni kollha għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-istrumenti legali tal-Unjoni. Il-Fond għandu jappoġġja wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiċi u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni kif ukoll ma’ Stati Membri oħra. L-assistenza teknika hija essenzjali sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom, jgħinu lil benefiċjarji biex ikunu konformi mal-obbligi tagħhom u mal-liġi tal-Unjoni u b’hekk tiżdied il-viżibilità tal-fondi tal-UE u l-aċċessibilità għalihom.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Il-Fond għandu jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Aġenzija Frontex) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004, li wieħed mill-inkarigi tagħha huwa li tipprovdi l-appoġġ neċessarju għall-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti tal-Istati Membri u tidentifika l-aħjar prattiki dwar l-akkwist ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-tneħħija ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu preżenti illegalment fit-territorji tal-Istati Membri.

(23)

Il-Fond għandu jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Aġenzija Frontex) stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004, li wieħed mill-inkarigi tagħha huwa li tipprovdi l-appoġġ neċessarju għall-organizzazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ ritorn konġunti tal-Istati Membri u tidentifika l-aħjar prattiki dwar l-akkwist ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-tneħħija ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu preżenti illegalment fit-territorji tal-Istati Membri. Dan għandu jippermetti wkoll lill-Aġenzija li tissodisfa l-obbligi tagħha u dawk tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tas-salvataġġ fuq il-baħar.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-Fond għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, azzjonijiet eliġibbli għandhom iqisu s-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni vulnerabbli , b'mod partikolari, b’ attenzjoni speċjali u risponsi ddedikati lill-minorenni mhux akkumpanjati u minorenni oħra f'riskju.

(24)

Il-Fond għandu jiġi implimentat b’rispett sħiħ tad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-istrumenti internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni ta’ Ġinebra tat-28 ta’ Lulju 1951 , id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, il-Patt Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni Razzjali, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familja Tagħhom. Azzjonijiet eliġibbli għandhom iqisu l-approċċ tal-protezzjoni tal-migranti, refuġjati u persuni li jfittxu l-asil abbażi tad-drittijiet tal-bniedem, u b’mod partikolari s-sitwazzjoni speċifika ta' persuni vulnerabbli billi tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa, lill-minorenni mhux akkumpanjati u minorenni oħra f'riskju billi jingħataw risponsi ddedikati .

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġjati permezz tal-Fond għandhom jittieħdu f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġjati permezz ta' strumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi u tematiċi; B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet għandha titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. M’għandhomx ikunu intiżi sabiex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, fejn xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz ta' strumenti tal-għajnuna esterna. Se tiġi żgurata wkoll il-koerenza mal-politika umanitarja tal-Unjoni , b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ emerġenza .

(25)

Miżuri f'pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġjati permezz tal-Fond għandhom jittieħdu f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġjati permezz ta' strumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni, kemm ġeografiċi u tematiċi; B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet għandha titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. M'għandhomx ikunu intiżi sabiex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkumplimentaw, fejn xieraq, l-assistenza finanzjarja provduta permezz ta’ strumenti tal-għajnuna esterna fir-rispett tal-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp kif stabbilit mill-Kunsens għall-Iżvilupp (Art 35). Se tiġi żgurata wkoll li l-implimentazzjoni tal-assistenza ta' emerġenza tkun koerenti u komplimentari mal-politika umanitarja tal-Unjoni u tirrispetta l-prinċipji umanitarji kif stabbiliti mill-Kunsens dwar l-għajnuna umanitarja .

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Parti kbira tar-riżorsi disponibbli taħt il-Fond għandha tiġi allokata b’mod proporzjonali mar-responsabbiltà merfugħa minn kull Stat Membru permezz tal-isforzi tiegħu fil-ġestjoni tal-flussi migratorji abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Għal dak l-għan, għandha tintuża l-aktar dejta statistika reċenti disponibbli dwar il-flussi migratorji, bħalma huwa l-għadd ta’ applikazzjonijiet tal-ewwel ażil, l-għadd ta' deċiżjonijiet pożittivi li jagħtu protezzjoni għar-refuġjati jew sussidjarja, l-għadd ta' refuġjati risistemati, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru sabiex jirrisjedu, l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali u l-għadd ta’ ritorni effettwati.

(26)

Parti kbira tar-riżorsi disponibbli taħt il-Fond għandha tiġi allokata b’mod proporzjonali mar-responsabbiltà merfugħa minn kull Stat Membru permezz tal-isforzi tiegħu fil-ġestjoni tal-flussi migratorji abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Għal dak l-għan, għandha tintuża l-aktar dejta statistika reċenti disponibbli dwar il-flussi migratorji, bħalma huwa l-għadd ta’ applikazzjonijiet tal-ewwel asil, l-għadd ta' deċiżjonijiet pożittivi li jagħtu protezzjoni għar-refuġjati jew sussidjarja, l-għadd ta' refuġjati risistemati, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment, l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru sabiex jirrisjedu, in-numru ta’ migranti irregolari maqbuda fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri, l-għadd ta’ deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali u l-għadd ta’ ritorni effettwati. Barra minn hekk, madankollu, huwa importanti li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżorsi ekonomiċi ta’ kull Stat Membru kif ukoll id-daqs ġeografiku tiegħu. Riċerka fil-fond hija wkoll neċessarja biex jiġu identifikati u kkwantifikati l-ispejjeż reali għall-Istati Membri.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Fid-dawl tal-istabbiliment progressiv ta’ Programm dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni, il-Fond għandu jipprovdi assistenza mmirata fil-forma ta’ inċentivi finanzjarji (sommom sħiħa) għal kull refuġjat risistemat.

(29)

Fid-dawl tal-istabbiliment progressiv ta’ Programm dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni, il-Fond għandu jipprovdi assistenza mmirata fil-forma ta’ inċentivi finanzjarji (sommom sħiħa) għal kull refuġjat risistemat. Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-EASO, u skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni effettiva ta’ operazzjonijiet ta’ risistemazzjoni appoġġati mill-Fond.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Biex tiġi mtejba s-solidarjetà u tiġi kondiviża aħjar ir-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi tal-ażil, mekkaniżmu simili bbażat fuq inċentivi finanzjarji għandu jiġi stabbilit ukoll għar-rilokazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali.

(33)

Biex tiġi mtejba s-solidarjetà u tiġi kondiviża aħjar ir-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi tal-asil, mekkaniżmu simili bbażat fuq inċentivi finanzjarji għandu jiġi stabbilit ukoll għar-rilokazzjoni ta’ benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali. Il-mekkaniżmu għandu jkollu riżorsi biżżejjed biex jikkumpensa lill-Istati Membri li qed jirċievu numri akbar ta’ persuni li jfittxu l-asil u benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, kemm jekk f’termini assoluti jew proporzjonali, u biex jgħinu lil dawk b’sistemi ta’ asil anqas żviluppati.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)

Għal dan il-għan, l-għajnuna teknika hija essenzjali sabiex l-Istati Membri jkunu f’pożizzjoni li jimplimentaw il-programmi nazzjonali tagħhom, li jgħinu lill-benefiċjarji sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u, għaldaqstant, li jsaħħu l-viżibilità u l-aċċessibilità tal-finanzjament tal-UE.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 35b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35b)

Filwaqt li tirrispetta l-kriterji ta' flessibilità, is-simplifikazzjoni strutturali tal-istrumenti u tal-infiq għandha tibqa' tissodisfa r-rekwiżiti ta’ prevedibilità u ta’ affidabilità u tiżgura tqassim ekwu u trasparenti tar-riżorsi taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 35c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35c)

Is-simplifikazzjoni tal-istrutturi ta’ finanzjament – filwaqt li tipprovdi flessibbiltà – għandha żżomm il-prevedibbiltà u l-affidabilità u għandu jiġi żgurat sehem bilanċjat għal kull objettiv tal-fond permezz tal-programmi nazzjonali. Għaldaqstant, sehem ekwu tar-riżorsi finanzjarji għandu jiġi allokat taħt il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020 biex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ tal-objettivi tal-Fond għar-Refuġjati u l-Fond għall-Integrazzjoni tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Huwa importanti għas-solidarjetà msaħħa li l-Fond jipprovdi appoġġ addizzjonali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta’ emerġenza ta' pressjoni migratorja qawwija fi Stati Membri jew pajjiżi terzi jew fil-każ ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn, permezz ta’ assistenza ta’ emerġenza.

(36)

Huwa importanti għas-solidarjetà msaħħa li l-Fond jipprovdi , f'koordinazzjoni u sinerġija mal-assistenza umanitarja mmexxija mid-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili (ECHO), appoġġ addizzjonali biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet ta' emerġenza ta' pressjoni migratorja qawwija fi Stati Membri jew pajjiżi terzi jew fil-każ ta' influss bil-massa ta' persuni spostati, skont id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn, permezz ta' assistenza ta' emerġenza.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura l-kontinwazzjoni tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet tiegħu f’konformità mal-objettivi u l-kompiti tiegħu kif stabbilit f’dan ir-Regolament.

(37)

Dan ir-Regolament għandu jiżgura l-kontinwazzjoni tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet tiegħu f’konformità mal-objettivi u l-kompiti tiegħu kif stabbilit f’dan ir-Regolament. F’dan ir-rigward, salvagwardji għandhom jiddaħħlu fil-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil għall-prevenzjoni tal-allokazzjoni eċċessiva ta' fondi lil qasam ta’ politika wieħed biss għad-detriment tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil kollha kemm hi.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)

In-nefqa tal-fondi f'dan il-qasam għandha tiġi kkoordinata aħjar sabiex jiġu garantiti l-komplementarjetà, viżibilità u effiċjenza akbar, kif ukoll sabiex jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 42b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42b)

Jeżisti bżonn ta' massimizzazzjoni tal-impatt tal-finanzjamenti tal-UE permezz ta' mobilizzazzjoni, akkomunament u ingranaġġ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 42c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42c)

Għandu jkun garantit il-massimu tat-trasparenza, tar-responsabilità u tal-iskrutinju demokratiku għall-istrumenti u l-mekkaniżmi finanzjarji innovattivi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 42d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42d)

Implimentazzjoni aħjar u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fond, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 42e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42e)

Huwa importanti li tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda tal-Fond, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-iktar mod effikaċi u faċli sabiex jintuża, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-Fond għall-parteċipanti kollha.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 42f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42f)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja kull sena l-implimentazzjoni tal-Fond permezz ta' indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u l-impatti. Dawn l-indikaturi, inklużi linji ta' referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt intlaħqu l-għanijiet tal-Fond.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)

Għall-għan tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tiegħu, il-Fondu għandu jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-koperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi.

(43)

Għall-għan tal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tiegħu, il-Fondu għandu jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil u dwar l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-koperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżi. Għall-iskop ta’ dan il-Fond, madankollu, is-sħubija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament Orizzontali] għandha tinkludi fost l-awtoritajiet parteċipanti, l-awtoritajiet reġjonali, lokali u muniċipali kompetenti, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi u sħab soċjali.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Dan ir-Regolament jipprovdi għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru …/… [Ir-Regolament Orizzontali].

3.   Dan ir-Regolament jipprovdi għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru …/… [Ir-Regolament Orizzontali] , mingħajr ħsara għall-Artikolu 4a ta' dan ir-Regolament .

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

“risistemazzjoni” tfisser il-proċess li bih, fuq talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) ibbażata fuq il-ħtieġa ta’ persuna għall-protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkollhom status definit mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra tat-28 ta’ Lulju 1951 u li jkunu awtorizzati jirresjedu bħala refuġjati f'wieħed tal-Istati Membri jkunu trasferiti minn pajjiż terz u stabbiliti fi Stat Membru fejn ikunu permessi jirresjedu b'wieħed mill-istati li ġejjin:

(a)

“risistemazzjoni” tfisser il-proċess li bih, fuq talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) ibbażata fuq il-ħtieġa ta’ persuna għall-protezzjoni internazzjonali, ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat ikunu trasferiti minn pajjiż terz u stabbiliti fi Stat Membru fejn ikunu permessi jirresjedu b'wieħed mill-istati li ġejjin:

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

status ta’ refuġjat fis-sens tal-punt ( d ) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/83/KE , jew

(i)

status ta’ refuġjat fis-sens tal-punt ( e ) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE , jew

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a – sottopunt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

l-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja fis-sens tal-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2011/95/UE, jew

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

'rilokazzjoni' tfisser il-proċess li bih, persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4 (1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali lejn Stat Membru ieħor fejn huma jingħataw protezzjoni ekwivalenti, jew persuni li jaqgħu taħt il-kategorija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħhom lejn Stat Membru ieħor fejn l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tiġi eżaminata.

(b)

'rilokazzjoni' tfisser il-proċess li bih, persuni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4 (1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li tahom protezzjoni internazzjonali lejn Stat Membru ieħor fejn huma jingħataw minnufih protezzjoni ekwivalenti, jew persuni li jaqgħu taħt il-kategorija msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4(1) jiġu trasferiti mill-Istat Membru li huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tagħhom lejn Stat Membru ieħor fejn l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali tiġi eżaminata.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru wieħed jew aktar karatterizzata minn fluss ta’ dħul kbir u sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jpoġġu piżijiet sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, sistemi u proċeduri tal-ażil tagħhom,

(i)

pressjonijiet partikolari fi Stat Membru wieħed jew aktar karatterizzati minn wasla f'daqqa ta’ numru kbir ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jpoġġu piżijiet sinifikanti u urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, sistemi u proċeduri tal-asil tagħhom,

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-objettiv ġenerali tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għal ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji fl-Unjoni bħala parti mill-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, skont il-politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja u  l-politika komuni dwar l-immigrazzjoni.

1.   L-objettiv ġenerali tal-Fond għandu jkun, bħala parti mill-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-asil, il-protezzjoni sussidjarja u l-protezzjoni temporanja kif ukoll it-tiħsiħ l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-immigrazzjoni , filwaqt li jiġu osservati l-koerenza ta’ politika għall-iżvilupp kif ukoll l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem lejn il-protezzjoni tal-migranti, ir-refuġjati u l-persuni li jfittxu l-asil .

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv se tiġi mkejjela permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, il-livell ta' titjib fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza fil-qasam tal-ażil, fil-kwalità tal-proċeduri tal-ażil, fil-konverġenza tar-rati ta' rikonoxximent fl-Istati Membri, u l-isforzi ta' risistemazzjoni mill-Istati Membri .

Il-kisba ta' dan l-objettiv se tiġi mkejla mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi , fost oħrajn il-livell ta' titjib fil-kundizzjonijiet ta' akkoljenza fil-qasam tal-asil, fil-kwalità tal-proċeduri tal-asil u konverġenza miżjuda tat-teħid ta’ deċiżjonijiet fi profili ta’ każijiet simili , fl-għoti ta ’ informazzjoni affidabbli, oġġettiva u aġġornata dwar il-pajjiżi ta ' oriġini u l-isforzi ta' risistemazzjoni.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-appoġġ ta’ miżuri għal aċċess sikur għas-sistema ta’ asil tal-Ewropa;

Il-kisba ta’ dan l-objettiv għandu jitkejjel permezz ta’ indikaturi, fost oħrajn, l-opportunitajiet li persuni li jfittxu l-asil għandhom li jaċċessaw is-sistema ta’ asil tal-Unjoni b’mod sikur mingħajr ma jirrikorru għall-kuntrabandisti tal-bnedmin jew netwerks kriminali u mingħajr ma jpoġġu ħajjithom fil-periklu.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-appoġġ ta’ migrazzjoni legali għall-Unjoni f’konformità mal-bżonnijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż dawk li jfittxu l-ażil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;

(b)

l-appoġġ ta’ migrazzjoni legali għall-Unjoni f’konformità mal-bżonnijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u t-tisħiħ tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti , b’mod partikolari dawk li jfittxu l-asil u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali;

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv se tiġi mkejjla permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, il-livell ta' parteċipazzjoni miżjuda ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-impjieg, l-edukazzjoni u f'proċessi demokratiċi.

Il-kisba ta' dan l-objettiv hija mkejla mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi , fost oħrajn, il-livell ta' parteċipazzjoni miżjuda ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u ta’ persuni mingħajr stat fl-impjieg, l-edukazzjoni u fi proċessi demokratiċi , l-aċċess tagħhom għall-akkomodazzjoni u għall-kura tas-saħħa .

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha tiġi mkejjla permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, in-numru ta' persuni rritornati.

Il-kisba ta' dan l-objettiv hija mkejla mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi bħal , fost oħrajn, in-numru ta' persuni rritornati , in-numru ta' persuni li bbenefikaw minn miżuri ta' reintegrazzjoni (jew qabel jew wara r-ritorn), in-numru ta' ritorni volontarji, u l-kwalità tas-sistemi ta' kontroll tar-ritorni sfurzati .

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b‘mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-ażil.

(d)

it-titjib tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji u tal-asil , anki permezz tal-kooperazzjoni prattika .

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel permezz ta' indikaturi, fost oħrajn, il-livell ta' għajnuna reċiproka miżjuda bejn l-Istati Membri inkluż permezz ta' kooperazzjoni prattika u rilokazzjoni.

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel mill-Kummissjoni permezz ta' indikaturi kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi , fost oħrajn, il-livell ta' għajnuna reċiproka miżjuda bejn l-Istati Membri inkluż permezz ta' kooperazzjoni prattika u rilokazzjoni , u l-livell ta’ riżorsi umani li jsiru disponibbli permezz tal-EASO .

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kisbiet, kif imkejla mill-indikaturi.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-kisba ta' dawn l-objettivi speċifiċi kif imsemmija fil-paragrafu 2 titkejjel permezz ta' indikaturi trasversali kwalitattivi kif ukoll kwantitattivi, fost oħrajn, it-titjib tad-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tat-tfal, il-promozzjoni tar-rispett tal-ħajja tal-familja, l-aċċess għas-servizzi bażiċi u ta' assistenza għall-minorenni mhux akkumpanjati irrispettivament mis-sitwazzjoni ta' residenza tagħhom.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Miżuri meħuda biex jinkisbu l-objettivi definiti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu totalment koerenti ma' u komplementari għall-miżuri appoġġjati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni u jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     Il-kisba tal-objettivi definiti fil-paragrafi 1 u 2 issir fir-rispett tal-objettivi u l-prinċipji tal-azzjoni esterna u l-politika umanitarja tal-Unjoni. Il-konsistenza u l-komplimentarjetà mal-miżuri ffinanzjati permezz tal-istrumenti esterni ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom ikunu żgurati skont l-Artikolu 24a.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jgawdu minn forma ta' protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2004/83/KE ;

(b)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jgawdu minn forma ta' protezzjoni sussidjarja fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE ;

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa residenti legalment fi Stat Membru jew li huwa fil-proċess li jikseb residenza legali fi Stat Membru;

(f)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li huwa residenti legalment fi Stat Membru jew li huwa fil-proċess li jikseb residenza legali fi Stat Membru;

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun fit-territorju ta’ pajjiż terz, li għandu l-ħsieb li jemigra lejn l-Unjoni u li jikkonforma ma’ miżuri u/jew kundizzjonijiet ta’ qabel it-tluq speċifiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali, inklużi dawk dwar l-abbiltà li jintegraw fis-soċjetà ta’ Stat Membru;

(g)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jkun fit-territorju ta’ pajjiż terz, li għandu l-ħsieb li jemigra lejn l-Unjoni u li jikkonforma ma’ miżuri u/jew kundizzjonijiet ta’ qabel it-tluq speċifiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali, inklużi dawk dwar l-abbiltà li jintegraw fis-soċjetà ta’ Stat Membru;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li għadu ma rċeviex deċiżjoni negattiva finali fir-rigward tat-talba tagħhom għal permanenza, residenza legali u/jew protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru u li jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunux kisbu nazzjonalità ġdida u ma jkunux ħallew it-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(h)

kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li għadu ma rċeviex deċiżjoni negattiva finali fir-rigward tat-talba tagħhom għal permanenza, residenza legali u/jew protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru u li jistgħu jagħżlu li jagħmlu użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunux kisbu nazzjonalità ġdida u ma jkunux ħallew it-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi mid-dritt ta’ permanenza, residenza legali jew forma ta' protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2004/83/KE jew protezzjoni temporanja fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE fi Stat Membru, u li jkun għażel li jagħmel użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunx kiseb nazzjonalità ġdida u ma jkunx ħalla t-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

(i)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jgawdi mid-dritt ta’ permanenza, residenza legali jew forma ta' protezzjoni internazzjonali fis-sens tad-Direttiva 2011/95/UE jew protezzjoni temporanja fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE fi Stat Membru, u li jkun għażel li jagħmel użu mir-ritorn volontarju, sakemm ma jkunx kiseb nazzjonalità ġdida u ma jkunx ħalla t-territorju ta’ dak l-Istat Membru;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax jew m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul u/jew permanenza fi Stat Membru.

(j)

kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jissodisfax jew m’għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul u/jew permanenza fi Stat Membru inklużi persuni minn pajjiżi terzi li l-proċess ta’ ritorn tagħhom ikun ġie pospost formalment jew informalment .

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Sħubija

 

Għall-iskop ta’ dan il-Fond, madankollu, is-sħubija msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament Orizzontali] għandha tinkludi fost l-awtoritajiet parteċipanti, l-awtoritajiet reġjonali, lokali u muniċipali kompetenti, organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi u sħab soċjali.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

provvista ta’ għajnuna materjali, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' appoġġ, saħħa u kura psikoloġika;

(a)

provvista ta’ għajnuna materjali, inkluża assistenza umanitarja fil-fruntiera, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' appoġġ, saħħa u kura psikoloġika;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

it-twaqqif u t-titjib ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal u awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji rilevanti biex jiġi żgurat aċċess bla xkiel għall-proċeduri tal-asil għal persuni li jfittxu l-asil u proċeduri tal-asil effiċjenti u ta’ kwalità.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi u s-servizzi ta' akkomodazzjoni eżistenti;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ trafikkar, persuni b’mard fiżiku serju, mard mentali jew kundizzjonijiet post-trawmatiċi, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali;

(d)

assistenza speċifika għal persuni vulnerabbli bħal minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ trafikkar, persuni b’mard fiżiku serju, mard mentali jew kundizzjonijiet post-trawmatiċi, persuni fir-riskju ta’ vjolenza minħabba karatteristika personali msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali;

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

informazzjoni għall-komunitajiet lokali kif ukoll taħriġ għall-persunal ta’ awtoritajiet lokali, li jkunu qed jitħalltu ma' dawk li jintlaqgħu;

(e)

informazzjoni għall-komunitajiet lokali kif ukoll taħriġ għall-persunal ta’ awtoritajiet lokali, li jkunu se jinteraġixxu ma' dawk li jintlaqgħu , speċjalment fir-rigward tal-konformità mad-drittijiet fundamentali ta’ dawk li jfittxu asil ; dan jinkludi taħriġ għall-persunal li se jkun qed jinteraġixxi ma’ persuni vulnerabbli msemmija fil-punt (d);

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni;

(a)

l-istabbiliment, it-twettiq tal-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura u s-servizzi ta’ akkomodazzjoni;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal u awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti biex jiġi żgurat aċċess bla xkiel għall-proċeduri tal-ażil għal persuni li jfittxu l-ażil u proċeduri tal-ażil effiċjenti u ta’ kwalità.

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal u awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji rilevanti biex jiġi żgurat aċċess bla xkiel għall-proċeduri tal-asil għal persuni li jfittxu l-asil u proċeduri tal-asil effiċjenti u ta’ kwalità.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu dejta u statistika dwar proċeduri tal-ażil, kapaċitajiet ta’ akkoljenza, azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni;

(a)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri – inkluż b’rabta mal-mekkaniżmu ta’ twissija bikrija, tlestija u ġestjoni tal-kriżi stabbilit fir-Regolament (UE) Nru […/…] [ir-Regolament ta’ Dublin] -li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu data kwalitattiva u kwantitattiva dwar proċeduri tal-asil, kapaċitajiet ta’ akkoljenza, azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxi direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-ażil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira, l-iżvilupp ta’ indikaturi u benchmarking.

(b)

azzjonijiet li jikkontribwixxi direttament għall-evalwazzjoni tal-politiki dwar l-asil, bħall-valutazzjonijiet nazzjonali tal-impatt, stħarriġ fost il-gruppi fil-mira u l-partijiet interessati l-oħra rilevanti , l-iżvilupp ta’ indikaturi u benchmarking.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li l-prattiki ta' valutazzjoni jkunu kemm jista' jkun inklussivi.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-istabbiliment ta’ infrastruttura u servizzi xierqa biex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni;

(b)

l-istabbiliment ta’ infrastruttura u servizzi xierqa biex tkun żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u effettiva ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni u rilokazzjoni , inkluż għajnuna lingwistika u konformità mad-drittijiet fundamentali tal-persuni kkonċernati ;

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-azzjonijiet maħsuba biex jipproċedu għar-riunifikazzjoni tal-familja tal-persuni li huma soġġetti għal risistemazzjoni fi Stat Membru;

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

it-tisħiħ ta’ infrastruttura u servizzi fil-pajjiżi deżinjati għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali.

(g)

it-tisħiħ ta’ infrastruttura u servizzi rilevanti għall-migrazzjoni u l-asil fil-pajjiżi deżinjati għall-implimentazzjoni tal-Programmi ta’ Protezzjoni Reġjonali.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

l-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ strateġiji dwar ir-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni, inklużi l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi u l- evalwazzjoni.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)

il-ħolqien ta’ kundizzjonijiet li jwasslu għall-integrazzjoni, l-awtonomija u l-awtodipendenza ta’ refuġjati risistemati fuq bażi fit-tul.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u sabiex jitħejjew aħjar il-persuni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 4(1) għall-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà riċeventi fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal–Artikolu 3(2) u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu dwar il-politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament Orizzontali], l-azzjonijiet li ġejjin li jseħħu fil-pajjiż ta’ oriġini, għandhom b'mod partikolari jkunu eliġibbli:

Sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni legali lejn l-Unjoni u sabiex jitħejjew aħjar il-persuni msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 4(1) għall-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà riċeventi fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal–Artikolu 3(2) u fid-dawl tal-konklużjonijiet maqbula tad-djalogu dwar il-politika kif previst fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament Orizzontali], l-azzjonijiet li ġejjin li jseħħu fil-pajjiż ta’ oriġini, għandhom b'mod partikolari jkunu eliġibbli , filwaqt li jiġu osservati l-koerenza tal-politika għall-iżvilupp u, b’mod partikolari, l-impenji tal-UE f’appoġġ għall-ġlieda kontra l-eżodu tal-imħuħ :

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

kampanji b’pakketti ta’ informazzjoni u ta’ żieda fl-għarfien, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni faċli għall-utent u  t-teknoloġija tal-informatika u websajts ;

(a)

pakketti ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, inkluż permezz ta’ komunikazzjoni u ta’ informazzjoni u websajts faċli għall-utent , imxerrda fil-pajjiżi differenti b’mod koordinat skont messaġġ komuni Ewropew ;

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi, awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F’dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej:

1.   Fi ħdan l-objettiv speċifiku definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2), l-azzjonijiet eliġibbli għandhom isiru fil-qafas ta’ strateġiji konsistenti, implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet mhux governattivi u awtoritajiet lokali u/jew reġjonali u ddisinjati speċifikament għall-integrazzjoni, fil-livell lokali u/jew reġjonali, kif xieraq, tal-persuni msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-Artikolu 4(1). F’dan il-kuntest, l-azzjonijiet eliġibbli għandhom partikolarment jinkludu dan li ġej:

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-twaqqif u l-iżvilupp tat-tali strateġiji ta’ integrazzjoni, inkluż l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi u l-evalwazzjoni;

(a)

it-twaqqif u l-iżvilupp tat-tali strateġiji ta’ integrazzjoni bil-parteċipazzjoni ta’ atturi lokali u/jew reġjonali , inkluż l-analiżi tal-bżonnijiet, it-titjib tal-indikaturi dwar l-integrazzjoni, u l-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet partikolari għal dawk li jfittxu l-asil, inklużi valutazzjonijiet parteċipattivi, bil-għan li jiġu identifikati l-aħjar prattiki ;

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

pariri u assistenza f'oqsma bħall-akkomodazzjoni fi djar, mezzi ta’ sussistenza, gwida amministrattiva u legali, kura medika, psikoloġika u soċjali, kura tat-tfal;

(b)

pariri u assistenza f'oqsma bħall-akkomodazzjoni fi djar, mezzi ta’ sussistenza, l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, il-gwida amministrattiva u legali, kura medika, psikoloġika u soċjali, kura tat-tfal u r-riunifikazzjoni tal-familja ;

Emenda 74

Proposta għal regolament

L-Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kategoriji differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, inklużi dawk li jidħlu jew jirrisjedu għal skopijiet ta’ impjieg jew impjieg indipendenti u ta’ riunifikazzjoni tal-familja, il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, dawk li jfittxu l-ażil, il-persuni risistemati jew riallokati u gruppi vulnerabbli ta’ migranti, b'mod partikolari, minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ traffikar, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

2.   L-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ kategoriji differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-membri tal-familja tagħhom, inklużi dawk li jidħlu jew jirrisjedu għal skopijiet ta’ impjieg jew impjieg indipendenti u ta’ riunifikazzjoni tal-familja, il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali, dawk li jfittxu l-asil, il-persuni risistemati jew riallokati u gruppi vulnerabbli ta’ migranti, b'mod partikolari, minorenni, minorenni mhux akkumpanjati, persuni b'diżabilità, anzjani, nisa tqal, ġenituri weħidhom bi tfal minorenni, vittmi ta’ traffikar, persuni f’riskju ta’ vjolenza minħabba karatteristika personali msemmija fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u persuni li kienu soġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġiji, politiki u miżuri tal-immigrazzjoni tagħhom fil-livelli differenti u d-dipartimenti tal-amministrazzjonijiet, partikolarment it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu dejta u statistika dwar il-proċeduri u l-flussi migratorji, permessi ta’ residenza u l-iżvilupp ta' għodda ta’ monitoraġġ, skemi ta’ evalwazzjoni, indikaturi u livelli għall-kejl tal-kisbiet ta’ dawn l-istrateġiji;

(b)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw l-istrateġiji, politiki u miżuri tal-immigrazzjoni tagħhom fil-livelli differenti u d-dipartimenti tal-amministrazzjonijiet, partikolarment it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu dejta dettaljata sistematika u statistika dwar il-proċeduri u l-flussi migratorji, permessi ta’ residenza u l-iżvilupp ta' għodda ta’ monitoraġġ, skemi ta’ evalwazzjoni, indikaturi u livelli għall-kejl tal-kisbiet ta’ dawn l-istrateġiji;

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

kapaċitajiet interkulturali ulterjuri ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi li jipprovdu servizzi pubbliċi u privati, inklużi istituzzjonijiet edukattivi, il-promozzjoni tal-iskambju ta' esperjenza u prattiċi tajba, kooperazzjoni u netwerking;

(c)

kapaċitajiet ulterjuri ta’ organizzazzjonijiet implimentattivi li jipprovdu servizzi pubbliċi u privati, inklużi istituzzjonijiet edukattivi fil-qasam tal-interkulturalità u tad-drittijiet tal-bniedem; il-promozzjoni tal-iskambju ta' esperjenza u prattiċi tajba, kooperazzjoni u netwerking;

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

l-istabbiliment, l-iżvilupp u t-titjib ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u t-taħriġ tal-persunal sabiex ikunu żgurati proċeduri ta’ ritorn mingħajr xkiel ;

(b)

it-twaqqif ta’ strutturi amministrattivi, sistemi u taħriġ tal-persunal sabiex ikun żgurat li l-proċeduri ta’ ritorn ikunu mingħajr problemi u jħarsu totalment id-drittijiet fundamentali tal-migranti ;

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-appoġġ għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ indipendenti tal-operazzjonijiet ta' ritorn min-naħa tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, biex tiġi garantita l-konformità mad-drittijiet tal-bniedem;

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-provvista ta’ għajnuna materjali, kura tas-saħħa u psikoloġika;

(c)

il-provvista ta’ għajnuna materjali, kura tas-saħħa u psikoloġika , inkluż għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-espulsjoni tagħhom ġiet posposta skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 14, paragrafu 1, tad-Direttiva 2008/115/KE ;

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

l-istabbiliment u t-titjib tas-sistemi indipendenti u effikaċi tal-kontroll tar-ritorn sfurzat, kif previst fl-Artikolu 8, paragrafu 6, tad-Direttiva 2008/115/KE.

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

miżuri biex jitnieda l-progress ta’ riintegrazzjoni għall-iżvilupp personali tar-ripatrijat, bħal inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal tqegħid u impjiegi u appoġġ fil-bidu għal attivitajiet ekonomiċi;

(c)

miżuri biex jitnieda l-progress ta’ riintegrazzjoni għall-iżvilupp personali tar-ripatrijat, bħal inċentivi ta’ flus, taħriġ, assistenza għal tqegħid u impjiegi u appoġġ fil-bidu għal attivitajiet ekonomiċi , inklużi miżuri għal qabel ir-ritorn ;

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta u statistika dwar proċeduri u miżuri ta’ ritorn, kapaċitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, ritorni infurzati u volontarji, il-monitoraġġ u r-riintegrazzjoni;

(d)

azzjonijiet li jsaħħu l-kapaċità tal-ġbir, l-analiżi u t-tixrid ta’ dejta dettaljata u sistematika u statistika dwar proċeduri u miżuri ta’ ritorn, kapaċitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni, ritorni infurzati u volontarji, il-monitoraġġ u r-riintegrazzjoni;

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu ta’ EUR 3,869 miljun.

1.    Il-pakkett finanzjarju ta’ referenza prinċipali kif definit fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2014 sal-2020 għandu jkun ta’ EUR 3 869 miljun.

Emenda 85

Proposta għal regolament

L-Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għall-Fond għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għall-Fond għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxu l-qafas finanzjarju multiannwali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba .

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.    Ir-riżorsi globali għandhom jiġu implimentati bil-mezzi li ġejjin:

3.    Il-pakkett finanzjarju ta’ referenza primarja għandu jiġi implimentat bil-mezzi li ġejjin:

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4 .     Ir-riżorsi globali disponibbli taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati taħt il-ġestjoni kondiviża skont [punt (b) tal-Artikolu 55  (5) tar-Regolament Finanzjarju l-Ġdid], bl-eċċezzjoni ta’ azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 21, l-assistenza ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 22, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni msemmi fl-Artikolu 23, u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 24 .

4.    Il-pakkett finanzjarju ta’ referenza prinċipali disponibbli taħt dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta (b’mod partikolari l-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 21, l-assistenza ta’ emerġenza msemmija fl-Artikolu 22, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni msemmi fl-Artikolu 23, u l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 24) jew taħt il-ġestjoni kondiviża skont il-punt (c) tal-Artikolu 58  (6) tar-Regolament Finanzjarju l-Ġdid.

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE fl-ambitu tal-ġestjoni kondiviża għandha tkun l-eċċezzjoni, mhux ir-regola.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni tibqa' responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont l-Artikolu 317 TFUE u tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet imwettqa mill-entitajiet differenti mill-Istati Membri.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.    Ir-riżorsi globali għandhom jintużaw b’mod indikattiv kif ġej:

5.    Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, il-pakkett finanzjarju ta’ referenza primarja għandu jintuża b’mod indikattiv kif ġej:

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR 3,232 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

(a)

83 % għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet tekniċi, l-ammonti inbidlu f' persentaġġ.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR 637 miljun għall-azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-assistenza teknika tal-Kummissjoni.

(b)

17 % għall-azzjonijiet tal-Unjoni, assistenza ta’ emerġenza, in-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u l-assistenza teknika tal-Kummissjoni.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    EUR 3,232 miljun għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:

1.    Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, riżorsi ppjanati għal programmi nazzjonali għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR 2,372 miljun kif indikat fl-Anness I;

(a)

73 % kif indikat fl-Anness I;

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

EUR 700 miljun ibbażati fuq il-mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni għal azzjonijiet speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 16, għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 u għar-rilokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18;

(b)

22 % bbażati fuq il-mekkaniżmu ta’ distribuzzjoni għal azzjonijiet speċifiċi kif imsemmi fl-Artikolu 16, għall-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17 u għar-rilokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 18;

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

EUR 160 miljun fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u mill-perjodu mis-sena baġitarja 2018 , sabiex jitqiesu bidliet importanti fil-flussi migratorji u/jew ikunu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni provduti fl-Artikolu 19 .

(c)

5 % fil-qafas tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu u mill-perjodu mis-sena baġitarja 2017 , sabiex jitqiesu bidliet importanti fil-flussi migratorji u/jew ikunu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni provduti fl-Artikolu 19 .

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-finanzjament allokat għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3(2) għandu jiġi mqassam fuq bażi ġusta, bilanċjata u trasparenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonijiet kollha ffinanzjati mill-Fond ikunu kompatibbli mal-acquis tal-Unjoni fl-oqsma tal-asil u l-immigrazzjoni, anki jekk dawn ma jkunux marbuta minn miżuri assoċjati jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħhom.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 6,000 għal kull persuna risistemata.

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 4 000 għal kull persuna risistemata minfuqa fuq attivitajiet ta’ risistemazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 . L-implimentazzjoni effettiva tal-attivitajiet għandha tiġi ssorveljata u evalwata mill-Unità ta’ Risistemazzjoni tal-EASO.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied b’EUR 3 000 għal kull persuna risistemata minbarra l-kwota preċedenti ta’ risistemazzjoni tal-Istat Membru, jew fil-każ li l-persuna tkun ġiet risistemata fi Stat Membru li ma jkunx wettaq minn qabel risistemazzjoni b’fondi tal-Unjoni.

Emenda 99

Proposta għal regolament

L-Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied għal EUR 10,000 għal kull persuna risistemata skont il-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 4 u elenkati fl-Anness III.

2.   Is-somma sħiħa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiżdied ukoll bi EUR 3 000 għal kull persuna risistemata skont il-prijoritajiet komuni ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 4 u elenkati fl-Anness III.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     L-Istati Membri li jiġbru flimkien il-wegħdiet tagħhom f'impenn mingħajr limiti jieħdu somom u appoġġ addizzjonali għal kull persuna risistemata sabiex jinkisbu l-għanijiet kwantitattivi u kwalitattivi tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni, billi jintlaħqu mill-anqas 20 000 risistemazzjoni kull sena sas-sena 2020 u jiġu stabbiliti prattiki tajba u standards komuni għall-integrazzjoni tar-reguġjati. Dawn l-Istati Membri għandhom jaħdmu mill-qrib mal-Unità ta’ Risistemazzjoni tal-EASO sabiex jistabbilixxu, itejbu u jirrivedu regolarment il-linji gwida għal dawn l-għanijiet kwantitattivi u kwalitattivi.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

il-persuni vittmi ta' atti ta' vjolenza u/jew ta' tortura;

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza jew risistemazzjoni ta’ urġenti għal ħtiġijiet ta’ protezzjoni legali jew fiżika.

persuni li għandhom bżonn ta’ risistemazzjoni ta’ emerġenza għal raġunijiet legali u/jew ta’ protezzjoni fiżika.

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4 – inċiż 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

persuni li kienu suġġetti għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

Emenda 104

Proposta għal regolament

L-Artikolu 17 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Sabiex effettivament issegwi l-objettivi tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 26 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, is-somom sħaħ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 .

8.   Sabiex effettivament issegwi l-objettivi tal-Programm ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 26 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, is-somom sħaħ imsemmija fil-paragrafi 1 , 2 u 3a .

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu, meta jitqies xieraq, ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 6,000 għal kull persuna rilokati minn Stat Membru ieħor.

1.   L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 15(1), jirċievu, meta jitqies xieraq, ammont addizzjonali kif stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 15(2) li jkun ibbażat fuq is-somma sħiħa ta’ EUR 4 000 għal kull persuna rilokati minn Stat Membru ieħor.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi garanziji proċedurali stretti u kriterji ċari fir-rigward ta' miżuri ta' rilokazzjoni. Dawn il-garanziji proċedurali jinkludu, fost oħrajn, l-istabbiliment ta' kriterji ta' għażla trasparenti u mhux diskriminatorji; l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-benefiċjarji potenzjali tar-rilokazzjoni; il-komunikazzjoni bil-miktub tal-għażla jew in-nuqqas ta' għażla tal-kandidati interrogati; it-tul ta' żmien mogħti sabiex il-kandidati għar-rilokazzjoni jieħdu d-deċiżjoni tagħhom u fejn xieraq, ikunu jistgħu jippreparaw għat-tluq tagħhom b'mod adegwat; il-ħtieġa għall-kunsens volontarju tagħhom biex jibbenefikaw mill-miżuri ta’ rilokazzjoni.

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Il-miżuri ta' rilokazzjoni huma akkumpanjati minn pjan ta' azzjoni maħsub biex iżomm u/jew itejjeb il-kwalità tas-sistemi tal-asil u l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u ta' integrazzjoni fl-Istat Membru ta' tluq ikkonċernat.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2017 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal- ażil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2016 u l-iżviluppi mistennija.

1.   Sabiex talloka l-ammont indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15(1), sal-31 ta’ Mejju 2016 il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtiġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tas-sistemi tal-asil u l-akkoljenza tagħhom, is-sitwazzjoni tagħhom rigward il-flussi migratorji fil-perjodu 2014 sa 2015 u l-iżviluppi mistennija.

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

pressjoni migratorja :

(b)

pressjonijiet partikolari :

Emenda 110

Proposta għal regolament

L-Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Fuq il-bażi ta’ dak il-mudell, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ atti implimentattivi l-Istati Membri li għandhom jirċievu ammont addizzjonali u tistabbilixxi matriċi ta’ distribuzzjoni għall-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli fost dawn l-Istati Membri skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27 (3) .

2.   Fuq il-bażi ta’ dak il-mudell, il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ atti delegati adottati f'konformità mal-Artikolu 26, l-Istati Membri li għandhom jirċievu ammont addizzjonali u tistabbilixxi matriċi ta’ distribuzzjoni għall-allokazzjoni tar-riżorsi disponibbli fost dawn l-Istati Membri.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni, dwar l-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3.

1.   Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista' jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet transnazzjonali jew azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni, dwar l-objettivi ġenerali u speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3 , fir-rispett tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp .

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

iż-żieda fil-kooperazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u prattiċi tajbin fil-qasam tal-ażil, inklużi r-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni, il-migrazzjoni legali, inkluż l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u r-ritorn;

(a)

iż-żieda fil-kooperazzjoni tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u prattiċi tajbin fil-qasam tal-asil, inklużi r-risistemazzjoni u r-rilokazzjoni, il-migrazzjoni legali, inkluż l-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat , u r-ritorn;

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni, sħubiji ta’ mobilità u l-programmi ta’ protezzjoni reġjonali.

(f)

kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi abbażi tal-Approċċ Globali dwar il-Migrazzjoni , b’mod partikolari fil-qafas tal-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ riammissjoni, sħubijiet ta’ mobilità , programmi ta’ protezzjoni reġjonali u aċċess sikur għas-sistema tal-asil tal-Unjoni, skont l-Artikolu 24a .

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta l-azzjonijiet tal-Unjoni jitwettqu b’ġestjoni ċentralizzata indiretta mill-aġenziji tal-Unjoni attivi fil-qasam tal-affarijiet interni, il-Kummissjoni tiżgura tqassim ġust, ekwu u trasparenti tal-finanzjamenti bejn l-aġenziji differenti. Dawn l-azzjonijiet jiġu implimentati fil-qafas tal-missjonijiet ta’ dawn l-aġenziji, b’komplementarità mal-programmi ta’ ħidma tagħhom.

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura distribuzzjoni ġusta u ekwa ta’ fondi fir-rigward ta’ kull wieħed mill-objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2).

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta’ emerġenza.

1.   Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta’ emerġenza kif definit fl-Artikolu 2(f) . Il-miżuri implimentati fil-pajjiżi terzi b’konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu koerenti u komplimentari mal-politika umanitarja tal-Unjoni u jirrispettaw il-prinċipji umanitarji hekk kif stabbiliti mill-Kunsens dwar l-għajnuna umanitarja.

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

li jservi bħala kunsill konsultattiv tal-Unjoni għall-migrazzjoni u l-ażil permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni f’livell kemm nazzjonali u tal-Unjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, id-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili, gruppi ta’ riflessjoni u entitajiet tal-Unjoni/internazzjonali oħra;

(a)

li jservi bħala kunsill konsultattiv tal-Unjoni għall-migrazzjoni u l-asil permezz ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni f’livell kemm nazzjonali u tal-Unjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri, id-dinja akkademika, is-soċjetà ċivili, gruppi ta’ riflessjoni u entitajiet tal-Unjoni/internazzjonali oħra u b’mod partikolari dawk li huma speċjalizzati fil-kwistjonijiet tal-asil u tal-immigrazzjoni ;

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali bl’informazzjoni msemmija fil-punt (b).

(c)

li jipprovdi lill-pubbliku ġenerali l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) , flimkien mas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi involuti fl-oqsma tal-immigrazzjoni u tal-ażil .

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

Bord ta’ Tmexxija biex jipprovdi gwida politika fuq u japprova l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, li jikkonsisti mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti wieħed minn Stati Membri, il-Parlament Ewropew u minn entitajiet oħra rilevanti;

(b)

Bord ta’ Tmexxija biex jipprovdi gwida politika fuq u japprova l-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni, li jikkonsisti mill-Kummissjoni flimkien ma’ esperti wieħed minn Stati Membri, il-Parlament Ewropew u minn entitajiet indipendenti oħra rilevanti;

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(3) u, jekk possibbli, ikkumbinat mal-programm ta' ħidma ta' azzjonijiet tal-Unjoni u l-għajnuna għall-emerġenza..

7.   L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 26 u, jekk possibbli, ikkumbinat mal-programm ta' ħidma ta' azzjonijiet tal-Unjoni u l-għajnuna għall-emerġenza..

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 24a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 24a

 

Koordinazzjoni

 

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandhom jiżguraw koordinazzjoni fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u marbuta magħhom. B’mod partikolari għandhom jiżguraw li dawk l-azzjonijiet:

 

(a)

jikkonformaw mal-politika esterna tal-UE u b’mod partikolari mal-prinċipju tal-Koerenza fil-Politika għall-iżvilupp u jkunu koerenti mad-dokumenti ta’ programmazzjoni strateġika għar-reġjun jew il-pajjiż inkwistjoni;

 

(b)

jiffukaw fuq miżuri mhux orjentati lejn l-iżvilupp;

 

(c)

ikunu parti minn approċċ ta' żmien qasir jew possibbilment ta' żmien medju, skont in-natura tal-azzjonijiet u l-prijoritajiet;

 

(d)

essenzjalment iservu l-interessi tal-Unjoni, li għandhom effett dirett fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u jipprovdu l-kontinwità neċessarja mal-attivitajiet imwettqa fl-Unjoni.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – inċiż 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

użati għall-benefiċċju ta’ azzjonijiet ta’ risistemazzjoni jew rilokazzjoni.

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament(EU) Nru …/…] għandhom japplikaw għal dan il-Fond.

Id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament(EU) Nru …/…] għandhom japplikaw għal dan il-Fond , mingħajr ħsara għall-Artikolu 4a ta' dan ir-Regolament .

Emenda 124

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

L-istabbiliment ta’ Unità ta’ Risistemazzjoni fi ħdan l-EASO b’persunal adatt allokat biex iwettaq il-koordinazzjoni neċessarja bejn l-attivitajiet kollha ta’ risistemazzjoni li għaddejjin fl-Istati Membri, iwettaq missjonijiet għall-pajjiżi terzi u/jew Stati Membri oħra, jassisti fit-twettiq ta’ intervisti, skrinjar mediku u ta’ sigurtà, jiġbor kompetenzi, jippermetti l-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni, jistabbilixxi kuntatt mill-qrib mal-UNHCR u l-NGOs lokali, ikollu rwol importanti fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-effettività u l-kwalità tal-programmi, jippromwovi kuxjenza u jiżgura netwerking madwar l-Unjoni u skambju ta’ prattiki tajba fost il-partijiet interessati fir-risistemazzjoni, inklużi sħubijiet bejn organizzazzjonijiet internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u s-soċjetà ċivili.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Anness II – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Biex jippermettu l-possibbiltà għall-awtoritajiet u l-imsieħba lokali tal-Istati Membri biex jitolbu appoġġ finanzjarju mill-Fond fil-kuntest ta’ programmi lokali ta’ integrazzjoni li jinkludu appoġġ mal-wasla, proċedura ta’ segwitu fuq il-wasliet, strutturi ta’ ppjanar u koordinazzjoni u attivitajiet biex jinfurmaw u jippromwovu r-risistemazzjoni mal-komunitajiet li jkunu se jilqgħu r-refuġjati risistemati.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.

Inizjattivi fil-qasam tal-integrazzjoni maħsuba biex itejbu l-koordinazzjoni f'diversi livelli tal-politiki kkonċernati bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet

Emenda 127

Proposta għal regolament

Anness II – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Inizjattivi konġunti mmirati lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda li jikkonċernaw il-proċeduri tal-ewwel laqgħa u l-istandards ta’ protezzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjati

(4)

Inizjattivi konġunti mmirati lejn l-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ approċċi ġodda li jikkonċernaw il-proċeduri tal-ewwel laqgħa, l-istandards ta’ protezzjoni u l-assistenza tal-minorenni mhux akkumpanjati

Emenda 128

Proposta għal regolament

Anness II – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

Inizjattivi konġunti mmirati biex jirrestawraw l-unità tal-familja u r-riintegrazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom

(7)

Inizjattivi konġunti mmirati biex jirrestawraw l-unità tal-familja u r-riintegrazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati fil-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom jekk dan ikun fl-interess superjuri ta' dawn tal-aħħar

Emenda 129

Proposta għal regolament

Anness III – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Ir-refuġjati Sirjani fit-Turkija, il-Ġordan u l-Libanu

(1)   ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 1.

(2)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(3)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(4)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

(5)   Il-proposta tal-Kummissjoni – Ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni (COM(2010)815 finali tat-22.12.2010). Din il-proposta tikkostitwixxi rtirar formali mill-Kummissjoni tal-proposti leġiżlattivi preċedenti COM(2010)71 finali u COM(2010)260 finali

(6)   Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1 .


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/276


P7_TA(2013)0021

Strument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (Deċiżjoni dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali).

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-ftuħ u l-mandat ta' Negozjati Interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (COM(2011)0753 – C7-0445/2011 – 2011/0368(COD) – (2013/2505(RSP))

(2015/C 440/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 70(2) u l-Artikolu 70(a) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

Emenda 1

Abbozz ta' regolament

Paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Modifika

 

1a.     Jindika li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jagħti biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u li ma jistax jiġi ffissat sakemm jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020;

Emenda 2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011“Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva” (1); itenni li hemm bżonn ta' riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' twettaq il-prijoritajiet attwali tal-politika tagħha u l-kompiti l-ġodda stipulati fit-TFUE, kif ukoll sabiex tindirizza avvenimenti mhux previsti; jistieden lill-Kunsill, sabiex jekk ma jaqbilx ma’ dan l-approċċ, jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew proġetti tiegħu jistgħu jiġu skartati għal kollox, minkejja l-valur miżjud Ewropej ippruvat tagħhom; jindika li anke b'żieda ta' mill-anqas 5 % fil-livell ta' riżorsi għall-QFP li jmiss, meta mqabbel mal-livell tal-2013, il-kontribut għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni jista' jkun biss wieħed limitat;

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

L-għan tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (Artikolu 67 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni) għandu jinkiseb, inter alia, permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta’ miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi rilevanti.

(1)

L-għan tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (Artikolu 67 (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni) għandu jinkiseb, inter alia, permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta’ miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri , awtoritajiet nazzjonali korpi rilevanti tal-Unjoni oħrajn u ma’ pajjiżi terzi rilevanti u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali . Dan l-objettiv għandu jinkiseb billi jkun żgurat ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u bi qbil mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Sabiex jinkiseb dan l-għan, għandhom jittieħdu azzjonijiet imtejba fuq livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ persuni u oġġetti minn theddidiet transnazzjonali dejjem jiżdiedu u għall-appoġġ tax-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, il-korruzzjoni, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, inter alia, jibqgħu jisfidaw is-sigurtà interna tal-Unjoni.

(2)

Sabiex jinkiseb dan l-għan, għandhom jittieħdu azzjonijiet imtejba fuq livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ persuni u oġġetti minn theddidiet transnazzjonali dejjem jiżdiedu u għall-appoġġ tax-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, il-korruzzjoni, iċ-ċiberkriminalità, iċ-ċibersigurtà , it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, inter alia, jibqgħu jisfidaw is-sigurtà interna tal-Unjoni.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar id-diviżjoni tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt kif ukoll l-iffukar b'saħħtu fuq il-perspettiva globali u  l-konnessjoni inestrikabbli mas-sigurtà esterna għandhom ikunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna.

(4)

Is-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar id-diviżjoni tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt kif ukoll l-iffukar b'saħħtu fuq il-perspettiva globali u  dwar il-konnessjoni u l-koerenza neċessarja mas-sigurtà esterna għandhom ikunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tas-Sigurtà Interna.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew diġà għamel talba għall-koerenza fl-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna u esterna fir-rapport dwar l-Istrateġija tas-Sigurtà Interna.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Għall-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Sigurtà Interna u sabiex jiġi żgurat li din issir realtà operazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu provduti b'appoġġ finanzjarju xieraq tal-Unjoni billi jiġi stabbilit Fond għas-Sigurtà Interna.

(5)

Għall-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Sigurtà Interna u sabiex jiġi żgurat li din issir realtà operazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu provduti b'appoġġ finanzjarju xieraq tal-Unjoni billi jiġi stabbilit u mmaniġġjat Fond għas-Sigurtà Interna.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)

Ir-reati transkonfinali, bħat-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali minn organizzazzjonijiet kriminali, jistgħu jkunu ttrattati b'mod effikaċi permezz tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija.

Ġustifikazzjoni

L-infiltrazzjoni tal-kriminalità fl-ekonomija leċita tirrappreżenta kawża ta' distorsjoni tas-suq intern.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Il-ġlieda effikaċi kontra l-kriminalità organizzata hi essenzjali biex l-ekonomija leċita tiġi protetta minn attivitajiet kriminali tipiċi bħall-ħasil tal-flus mill-kriminalità.

Ġustifikazzjoni

L-infiltrazzjoni tal-kriminalità fl-ekonomija leċita tirrappreżenta kawża ta' distorsjoni tas-suq intern.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Fi żminijiet ta' awsterità finanzjarja għall-politiki tal-Unjoni, id-diffikultajiet ekonomiċi jingħelbu permezz ta' flessibilità mġedda, ta' miżuri organizzattivi innovattivi, ta' użu aħjar tal-istrutturi eżistenti uta' koordinament bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-aġenziji u l-awtoritajiet nazzjonali flimkien mal-pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

Il-kriżi ekonomika timponi risposti flessibbli u innovattivi li jippermettu l-ġlieda, bl-istess effikaċja, kontra l-kriminalità organizzata.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Fi ħdan il-qafas komprensiv tal-Fond għas-Sigurtà Interna, l-għajnuna finanzjarja provduta taħt dan l-Istrument għandha tappoġġja l-kooperazzjoni tal-pulizija, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha, il-prevenzjoni kontra l-kriminalità, il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi t-terroriżmu, il-protezzjoni tan-nies u l-infrastruttura kritika kontra l-inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskju u kriżijiet marbuta mas-sigurtà filwaqt li jiġu kkunsidrati l-politiki komuni (strateġiji, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni), il-leġiżlazzjoni u l-kooperazzjoni prattika.

(9)

Fi ħdan il-qafas komprensiv tal-Fond għas-Sigurtà Interna, l-għajnuna finanzjarja provduta taħt dan l-Istrument għandha tappoġġja l-kooperazzjoni tal-pulizija, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha, il-prevenzjoni kontra l-kriminalità, il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi t-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament sesswali tat-tfal u d-distribuzzjoni ta' immaġini ta' abbuż ta' tfal, il-protezzjoni tan-nies u l-infrastruttura kritika kontra l-inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskju u kriżijiet marbuta mas-sigurtà filwaqt li jiġu kkunsidrati l-politiki komuni (strateġiji, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni), il-leġiżlazzjoni u l-kooperazzjoni prattika.

Ġustifikazzjoni

It-traffikar tal-bnedmin u l-isfruttament sesswali tat-tfal huma fost l-agħar forom ta' kriminalità serja u organizzata. Għandhom ikunu msemmija b'mod speċifiku f'din il-Premessa.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

L-għajnuna finanzjarja f’dawn l-oqsma għandha b’mod partikolari tappoġġja azzjonijiet għall-promozzjoni ta’ operazzjonijiet transkonfinali konġunti, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha, l-iskambju tal-aħjar prattiċi, komunikazzjoni u koordinazzjoni faċilitati u siguri, it-taħriġ u l-iskambju tal-persunal, attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, valutazzjonijiet komprensivi ta’ theddid u riskji, attivitajiet li jżidu l-għarfien, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, ir-riċerka tax-xjenza forensika u l-akkwist ta’ tagħmir interoperabbli tekniku.

(10)

L-għajnuna finanzjarja f’dawn l-oqsma għandha b’mod partikolari tappoġġja l-azzjonijiet immirati biex itejbu l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (EUROPOL). Dawn l-azzjonijiet għandhom jippromwovu operazzjonijiet transkonfinali konġunti, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha, l-iskambju tal-aħjar prattiki, komunikazzjoni u koordinazzjoni faċilitati u siguri, it-taħriġ u l-iskambju tal-persunal, attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, valutazzjonijiet komprensivi ta’ theddid u riskji, kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-korpi rilevanti tal-UE, attivitajiet li jżidu l-għarfien, l-ittestjar u l-validazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, ir-riċerka tax-xjenza forensika u l-akkwist ta’ tagħmir interoperabbli tekniku. L-assistenza finanzjarja f'dawn l-oqsma għandha tappoġġja biss dawk l-azzjonijiet li jikkonformaw mal-prijoritajiet u l-inizjattivi tal-Unjoni li ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Fil-pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom għandhom jittieħdu miżuri permezz ta' dan l-istrument b’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni bl-appoġġ tal-istrumenti ta’ għajnuna esterna tal-Unjoni, kemm dawk ġeografiċi kif ukoll tematiċi. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, se jiġi mfittex li jkun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija marbuta mal-pajjiż jew reġjun inkwistjoni. M’għandhomx ikunu maħsuba biex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkomplimentaw, meta xieraq, assistenza finanzjarja pprovduta permezz tal-istrumenti tal-għajnuna esterna. Se jkun hemm ukoll sforzi għal koerenza fil-politika umanitarja tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza.

(11)

Fil-pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom għandhom jittieħdu miżuri permezz ta' dan l-istrument b’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni bl-appoġġ tal-istrumenti ta’ għajnuna esterna tal-Unjoni, kemm dawk ġeografiċi kif ukoll tematiċi. B'mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, se jiġi mfittex li jkun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika barranija marbuta mal-pajjiż jew reġjun inkwistjoni , mal-prinċipji u l-valuri demokratiċi, il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, l-istat tad-dritt u s-sovranità tal-pajjiżi terzi . M’għandhomx ikunu maħsuba biex jappoġġjaw azzjonijiet direttament orjentati lejn l-iżvilupp u għandhom jikkomplimentaw, meta xieraq, assistenza finanzjarja pprovduta permezz tal-istrumenti tal-għajnuna esterna. Se jkun hemm ukoll sforzi għal koerenza fil-politika umanitarja tal-Unjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' miżuri ta' emerġenza.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)

Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istrument għandu jkollu l-għan li jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal, inkluż il-protezzjoni tat-tfal kontra l-vjolenza, l-abbuż, l-isfruttament u n-negliġenza.

L-Istrument għandu jappoġġa b'mod partikolari s-salvagwardji u l-assistenza ta' xhieda u vittmi li huma tfal, u jagħti protezzjoni u appoġġ speċjali għal tfal mhux akkumpanjati jew tfal li b'xi mod jew ieħor għandhom bżonn ta' kurazija.

Għandhom jitwettqu monitoraġġ u evalwazzjoni regolari, inkluż il-monitoraġġ tal-infiq, biex ikun ivvalutat il-mod kif qed tiġi indirizzata l-protezzjoni tat-tfal fl-attivitajiet tal-Istrument.

Ġustifikazzjoni

L-UE impenjat ruħha biex tħares id-drittijiet tat-tfal. Dawn l-isforzi jeħtieġ li jingħataw prominenza akbar fl-implimentazzjoni u fl-eżekuzzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni unformi tal-Fond għas-Sigurtà Interna, il-baġit tal-Unjoni allokat għal dan l-istrument finanzjarju għandu jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni ta’ azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni (azzjonijiet tal-Unjoni) , għajnuna ta’ emerġenza u għajnuna teknika, li huma implimentati f’ġestjoni diretta u indiretta .

(13)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni unformi tal-Fond għas-Sigurtà Interna u l-ġestjoni effiċjenti ta' azzjonijiet ta' interess partikulari għall-Unjoni (azzjonijiet tal-Unjoni) , għajnuna ta' emerġenza u għajnuna teknika, il-baġit tal-Unjoni allokat għal dan l-istrument finanzjarju għandu jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta, bl-eċċezzjoni ta’ azzjonijiet li jirrikjedu flessibilità amministrattiva u programmi nazzjonali , li huma implimentati f’ġestjoni kondiviża .

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-ġestjoni kondiviża għandha tkun l-eċċezzjoni u mhux ir-regola (Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju).

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Għar-riżorsi implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri jkunu allinjati bis-sħiħ mal-prijoritajiet u objettivi fil-livell tal-UE.

Ġustifikazzjoni

It-tagħlimiet meħuda mir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien u mill-konsulenza mal-partijiet interessati jissuġġerixxu li l-ġestjoni kondiviża għandha tkun aktar orjentata fuq ir-riżultati u li għandu jitfassal qafas regolatorju komuni.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom għandhom jitqassmu abbażi ta’ kriterji ċari u oġġettivi marbuta mal-ġid pubbliku li għandu jiġi protett mill-Istati Membri u l-livell tal-kapaċità finanzjarja tagħhom sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna, bħad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom, id-daqs territorjali tagħhom, in-numru ta’ passiġġieri u merkanzija li jgħaddi mill-ajruporti internazzjonali u dawk tal-baħar, in-numru ta’ infrastruttura kritika Ewropea u l-prodott gross domestiku tagħhom.

(14)

Ir-riżorsi allokati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni permezz tal-programmi nazzjonali tagħhom għandhom jitqassmu abbażi ta’ kriterji ċari, oġġettivi u li jistgħu jitkejlu, marbuta mal-ġid pubbliku li għandu jiġi protett mill-Istati Membri u l-livell tal-kapaċità finanzjarja tagħhom sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà interna, bħad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom, id-daqs territorjali tagħhom, in-numru ta’ passiġġieri u merkanzija li jgħaddi mill-ajruporti internazzjonali u dawk tal-baħar, u l-prodott gross domestiku tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-modifiki huma koerenti ma' dak li huwa propost mill-Artikolu 10 mir-Rapporteur.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Il-limitu massimu għal riżorsi li jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-Unjoni għandu jkun ugwali għar-riżorsi allokati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom. Dan se jiżgura li l-Unjoni hija kapaċi tappoġġja f’sena baġitarja partikolari, azzjonijiet li huma ta’ interess partikolari għall-Unjoni, bħal studji, ittestjar u validazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, proġetti transnazzjonali, netwerking u skambju tal-aħjar prattiċi, monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt rilevanti tal-Unjoni u l-politiki u l-azzjonijiet tal-Unjoni b’rabta ma’ pajjiżi terzi u fihom. L-azzjonijiet appoġġjati għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, il-programmi, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-valutazzjonijiet tar-riskji u t-theddid rilevanti tal-Unjoni.

(16)

Il-limitu massimu għal riżorsi allokati lill-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom għandu jkun ogħla mir-riżorsi li jinsabu għad-dispożizzjoni għall-azzjonijiet tal-Unjoni Ewropea . Jeħtieġ, għal dan il-għan, li tiġi żgurata kapaċità akbar ta' użu tal-fondi għad-dispożizzjoni permezz ta' taħriġ aħjar għall-awtoritajiet kompetenti ikkonċernati tal-Istati Membri. Madankollu l-Unjoni għandu jkollha garanzija ta' disponibilità adegwata ta’ riżorsi li hija kapaċi tappoġġja f’sena baġitarja partikolari, azzjonijiet li huma ta’ interess partikolari għall-Unjoni, bħal studji, ittestjar u validazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda, proġetti transnazzjonali, netwerking u skambju tal-aħjar prattiċi, monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt rilevanti tal-Unjoni u l-politiki u l-azzjonijiet tal-Unjoni b’rabta ma’ pajjiżi terzi u fihom. L-azzjonijiet appoġġjati għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, inkluż strateġija ta' ċibersigurtà, il-programmi, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-valutazzjonijiet tar-riskji u t-theddid rilevanti tal-Unjoni.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a)

It-TFUE jipprevedi atti delegati biss bħala atti non-leġiżlattivi ta’ applikazzjoni ġenerali fir-rigward ta’ elementi non-essenzjali ta’ att leġiżlattiv; Kwalunkwe element essenzjali għandu jiġi stabbilit fl-att leġiżlattiv in kwistjoni.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)

In-nefqa tal-UE u tal-Istati Membri f'dan il-qasam għandha tkun ikkoordinata aħjar sabiex ikun żgurat li jkun hemm kumplimentarjetà, effiċjenza u viżibilità akbar, kif ukoll biex jinkisbu sinerġiji baġitarji aħjar.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 18c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18c)

Hemm bżonn li l-impatt tal-fondi tal-UE jkun massimizzat bil-mobilizzazzjoni, l-ippuljar u l-ġbir tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 18d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18d)

Għandu jkun żgurat li l-mekkaniżmi li jinvolvu l-baġit tal-UE jkollhom l-ogħla trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku possibbli.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 18e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18e)

It-titjib fl-implimentazzjoni u fil-kwalità tan-nefqa għandhom jikkostitwixxu l-prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-programm, filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 18f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18f)

Meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit tal-Unjoni b’ġestjoni kondiviża, il-kompiti implimentattivi għandhom ikunu delegati lill-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda, trasparenza u nondiskriminazzjoni u jiżguraw il-viżibilità tal-azzjoni tal-Unjoni fl-amministrazzjoni tal-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jissodisfaw l-obbligi ta' kontroll u ta' awditjar rispettivi tagħhom u għandhom jassumu ir-responsabilitajiet konsegwenti stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet komplementari fir-regoli speċifiċi għas-settur.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 18 g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18 g)

Jeħtieġ li tiġi żgurata l-ġestjoni finanzjarja soda tal-programm, kif ukoll l-implimentazzjoni tiegħu bl-aktar mod effikaċi u sempliċi għall-utent possibbli, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibilità tal-programm għall-parteċipanti kollha.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 18h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18h)

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja kull sena l-implimentazzjoni tal-Istrument bl-għajnuna ta' indikaturi ewlenin għall-valutazzjoni tar-riżultati u tal-impatti. Dawn l-indikaturi, inklużi l-linji ta' referenza rilevanti, għandhom jipprovdu l-bażi minima sabiex jiġi vvalutat sa liema punt ikunu intlaħqu l-objettivi tal-programm.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqa’ fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, Punt H tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja fir-rigward tal-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvulupp tal-acquis ta’ Schengen.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament ma jikkostitwixxix żvilupp tal-acquis ta' Schengen.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punt H tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament ma jikkostitwixxix żvilupp tal-acquis ta' Schengen.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schangen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropa, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punt H tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Protokoll.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament ma jikkostitwixxix żvilupp tal-acquis ta' Schengen.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

“skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha” tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, b’mod partikolari kriminalitajiet transkonfinali, serji u organizzati.

(b)

“skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha” tfisser il-ġbir b'sigurtà il-ħażna , l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-Unjoni f’rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, b’mod partikolari kriminalitajiet transkonfinali, serji u organizzati.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

“kriminalità organizzata” tfisser imġiba kastigabbli mwettqa minn grupp strutturat ta’ tlieta jew aktar pesuni, li jeżisti għal perjodu ta’ żmien u  jaġixxi flimkien sabiex jikseb , direttament jew indirettament, benefiċċju finanzjarju jew ieħor materjali.

(d)

“kriminalità organizzata” tfisser imġiba mwettqa minn grupp strutturat li jeżisti għal perjodu ta' żmien suffiċjenti sabiex l-imġiba ma tkunx biss okkażjonali, li jinkludi aktar minn żewġ pesuni, li huma marbutin flimkien b'obbigu ta' sħubija u li jaġixxu flimkien bil-għan li jwettqu delitti li huma kastigabbli bit-tneħħija tal-libertà jew b'ordni ta' detenzjoni ta' massimu ta ' mill-anqas erba' snin jew b'piena aktar severa u meta l-għan ta' dik l-imġiba hu li jinkiseb , direttament jew indirettament, inkluż b'intimidazzjoni, benefiċċju finanzjarju jew ieħor materjali.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

“ġestjoni tar-riskji u  l-kriżi ” tfisser kwalunkwe miżura marbuta mal-valutazzjoni, il-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu u riskji oħra marbuta mas-sigurtà.

(f)

“ġestjoni tar-riskji u  l-kriżijiet ” tfisser kwalunkwe miżura marbuta mal-valutazzjoni, il-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu , kriminalità organizzata u riskji oħra marbuta mas-sigurtà.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

h)

“ġestjoni ta’ konsegwenzi” tfisser il-koordinazzjoni effettiva ta’ miżuri meħuda sabiex ikun hemm intervent u għat-tnaqqis tal-impatt tal-effetti ta’ attakk terroristiku jew kwalunkwe inċident ieħor marbut mas-sigurtà sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet fil-livell nazzjonali u/jew tal-UE .

h)

“ġestjoni ta’ konsegwenzi” tfisser il-koordinazzjoni effettiva ta’ azzjonijiet meħuda fil-livell nazzjonali u/jew tal-UE sabiex ikun hemm intervent u għat-tnaqqis tal-impatt tal-effetti ta’ attakk terroristiku jew kwalunkwe inċident ieħor marbut mas-sigurtà.

Ġustifikazzjoni

Ir-riformulazzjoni proposta sservi biex it-test isir aktar komprensibbli.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i)

“infrastruttura kritika” tfisser kwalunkwe riżorsi fiżiċi, servizzi, faċilitajiet ta’ teknoloġija tal-informatika, netwerks u assi ta’ infrastruttura li, jekk imfixkla jew meqruda, ikollhom impatt serju fuq funzjonijiet kritiċi tas-soċjetà, inklużi l-katina tal-provvista, is-saħħa, is-sigurtà, il-benessri ekonomiku jew soċjali tan-nies jew tal-funzjonament tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

i)

“infrastruttura kritika” tfisser assi, netwerk, sistema jew parti minnhom li jinsabu fl-Istati Membri essenzjali għall-manteniment ta’ funzjonijiet vitali tas-soċjetà, is-saħħa, is-sigurtà, is-sikurezza, il-benesseri ekonomiku jew soċjali tal-poplu u li t-tfixkil, il-ksur, jew il-qerda tagħhom ikollu impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni bħala riżultat tal-falliment biex jinżammu dawk il-funzjonijiet;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u ma’ pajjiżi terzi rilevanti.

a)

il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu, , it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali, l-isfruttament sesswali tat-tfal, distribuzzjoni ta’ immaġini ta’ abbuż ta' tfal, iċ-ċiberkriminalità l-ħasil tal-flus minn rikavati tal-kriminalità, u t-tisħiħ tal-koordinament u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri , l-entitajiet kompetenti tal-Unjoni u ma' pajjiżi terzi rilevanti u l-organizzazzjonijiet internazzjonali .

Emenda 35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel kontra indikaturi bħal, fost l-oħrajn, in-numru ta' operazzjonijiet transkonfinali-konġunti u n-numru ta' dokumenti dwar l-aħjar prattika u avvenimenti organizzati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ġiet proposta emenda speċifika li tiddeskrivi l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi

Emenda 36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri biex jikkooperaw mal-Europol u biex jagħmlu użu aħjar tal-prodotti u s-servizzi tal-Europol.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kisba ta' dan l-objettiv għandha titkejjel kontra indikaturi bħal, fost l-oħrajn, in-numru ta’ għodod fis-seħħ u/jew aġġornati ulterjorment sabiex jiffaċilitaw il-protezzjoni ta' infrastruttura kritika permezz tal-Istati Membri fis-setturi kollha tal-ekonomija u n-numru ta' valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju prodotti fil-livell tal-Unjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ġiet proposta emenda speċifika li tiddeskrivi l-indikaturi għall-kejl tal-kisba tal-objettivi

Emenda 38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Sabiex jikseb dawn l-għanijiet, l-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet operazzjonali li ġejjin billi jipromwovi u jiżviluppa :

3.   Sabiex jikseb dawn l-għanijiet, l-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet operattivi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-bidla tikkonforma ma' emendi oħrajn għall-Artikolu 3(3).

Emenda 39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

miżuri (metodoloġiji, għodod, strutturi) li jsaħħu l-kapaċità tal-Istati Membri biex jevitaw u jiġġieldu l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi t-terroriżmu , b’mod partikolari permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi, aċċess għad-dejta, teknoloġiji interoperabbli, statistika komparabbli, kriminoloġija applikata, komunikazzjoni pubblika u żieda ta’ għarfien.

a)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' miżuri (metodoloġiji, għodod, strutturi) li jsaħħu l-kapaċità tal- Istati Membri biex jevitaw u jiġġieldu l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata li tinkludi, iċ-ċiberkriminalità jew it-terroriżmu, b’mod partikolari permezz ta’ sħubijiet pubbliċi-privati, l-iskambju tal-informazzjoni u l-aħjar prattiċi, aċċess għad-dejta, teknoloġiji interoperabbli, statistika komparabbli, kriminoloġija applikata, komunikazzjoni pubblika u żieda ta’ għarfien.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b)

koordinazzjoni amministrattiva u operazzjonali , kooperazzjoni, ftehim reċiproku u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, awtoritajiet nazzjonali oħra, entitajiet tal-Unjoni rilevanti u, fejn xieraq, ma’ pajjiżi terzi.

b)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta' koordinament amministrattiv u operattiv , kooperazzjoni, ftehim reċiproku u l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, awtoritajiet nazzjonali oħra, entitajiet tal-Unjoni rilevanti u, fejn xieraq, ma' pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali .

Emenda 41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

skemi ta’ taħriġ fl-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ taħriġ Ewropej, inkluż permezz ta’ programmi tal-Unjoni speċifiċi ta’ skambju tal-infurzar tal-liġi, sabiex titrawwem kultura Ewropea ġenwina ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi.

(c)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ skemi ta’ taħriġ rigward l-għarfien dwar l-obbligi fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali u fl-implimentazzjoni tal-politiki ta’ taħriġ Ewropej, inkluż permezz ta’ programmi tal-Unjoni speċifiċi ta’ skambju tal-infurzar tal-liġi, sabiex titrawwem kultura Ewropea ġenwina ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi.

 

(L-emenda tapplika wkoll għall-punti minn (d) sa (g); għandhom isiru aġġustamenti tekniċi għall-punti msemmija.)

Emenda 42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

miżuri u l-aħjar prattiċi għall-protezzjoni u l-appoġġ tax-xhieda u l-vittmi tal-kriminalità.

(d)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ miżuri , mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għax-xhieda u l-vittmi tal-kriminalità , b'mod partikolari s-salvagwardji u l-assistenza ta' xhieda u vittmi li huma tfal, u l-protezzjoni u l-appoġġ speċjali għal tfal mhux akkumpanjati jew tfal li b'xi mod jew ieħor għandhom bżonn ta' kurazija .

Ġustifikazzjoni

Ix-xhieda u l-vittmi tal-kriminalità mhux biss għandhom bżonn protezzjoni u appoġġ iżda għandhom bżonn ukoll li jiġu identifikati kemm jista' jkun kmieni. L-UE impenjat ruħha biex tħares id-drittijiet tat-tfal. Dawn l-isforzi jeħtieġ li jsiru viżibbli fl-implimentazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

miżuri (metodoloġiji, għodod u strutturi) li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva u operazzjonali tal-Istati Membri u l-Unjoni biex jiżviluppaw valutazzjonijiet komprensivi ta’ theddid u riskji sabiex jippermettu lill-Unjoni tiżviluppa approċċi integrati bbażati fuq apprezzamenti komuni u kondiviżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u biex ittejjeb il-ftehim reċiproku tad-definizzjonijiet varji tal-livelli ta’ theddid tal-Istati Membri u l-pajjiżi msieħba.

(g)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ miżuri (metodoloġiji, għodod u strutturi) li jsaħħu l-kapaċità amministrattiva u operazzjonali tal-Istati Membri u l-Unjoni biex jiżviluppaw valutazzjonijiet komprensivi ta’ theddid u riskji , li huma bbażati fuq evidenza u li jikkonformaw mal-prijoritajiet u l-inizjattivi li jkunu ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, sabiex jippermettu lill-Unjoni tiżviluppa approċċi integrati bbażati fuq apprezzamenti komuni u kondiviżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u biex ittejjeb il-ftehim reċiproku tad-definizzjonijiet varji tal-livelli ta’ theddid tal-Istati Membri u l-pajjiżi msieħba

Ġustifikazzjoni

L-ebda fond m'għandu jintuża bħala mezz għall-finanzjament ta' miżuri jew prattiki li ma jkunux ġew approvati minn qabel bi qbil politiku fil-livell tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill l-ewwel.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Indikaturi

 

Il-kisba tal-indikaturi tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3 għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi ta' indikaturi tar-rendiment definiti minn qabel, trasparenti u kwantifikabbli, b'mod partikolari bħal:

 

a)

in-numru ta' operazzjonijiet transkonfinali konġunti;

 

b)

in-numru u l-perċentwal ta' persunal tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li pparteċipaw f'attivitajiet ta' taħriġ, skambji ta' persunal, żjarat ta' studju, konferenzi u seminars iffinanzjati mill-programm;

 

c)

in-numru u l-kwalità ta' kodiċijiet ta' prattiki tajba elaborati u ta' avvenimenti organizzati;

 

d)

in-numru ta' strumenti introdotti u/jew imsaħħa biex jiffaċilitaw il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika min-naħa tal-Istati Membri fis-setturi ekonomiċi kollha u n-numru ta' valutazzjonijiet tar-riskji u tat-theddid li jkunu saru fil-livell tal-Unjoni.

e)

in-numru ta' kontribuzzjonijiet mibgħuta lil bażijiet ta' dejta tal-Europol u n-numru ta' każijiet mibdija.

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni neċessarja li hi meħtieġa għall-valutazzjoni tal-kisbiet, kif imkejla skont l-indikaturi.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inklużi skwadri ta’ investigazzjoni konġunta u kwalunkwe forma oħra ta’ operazzjoni transkonfinali konġunta, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha u teknoloġiji interoperabbli;

(a)

attivitajiet li jtejbu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-pulizija bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u kollaborazzjoni bejn l-aġenziji , inklużi skwadri ta’ investigazzjoni konġunta u kwalunkwe forma oħra ta’ operazzjoni transkonfinali konġunta, l-aċċess għall-informazzjoni u l-iskambju tagħha u teknoloġiji interoperabbli , bħall-estensjoni tal-Applikazzjoni ta' Netwerk Sikur għall-Iskambju ta' Informazzjoni(SIENA) jew l-implimentazzjoni ta' loaders tad-dejta għas-sistema ta' informazzjoni tal-Europol ;

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi studji u valutazzjonijiet ta’ theddid, riskju u impatt;

(c)

attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi studji u valutazzjonijiet ta’ theddid, riskju u impatt li huma bbażati fuq l-evidenza u li jikkonformaw mal-prijoritajiet u l-inizjattivi li jkunu ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill ;

Ġustifikazzjoni

L-ebda fond m'għandu jintuża bħala mezz għall-finanzjament ta' miżuri jew prattiki li ma jkunux ġew approvati minn qabel bi qbil politiku fil-livell tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill l-ewwel.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandha jkun żgurat il-koordinament tal-Kummissjoni u l-Istati Membri fir-rigward ta’ azzjonijiet f’pajjiżi terzi u relatati magħhom, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, kif stabbilit fl-Artikolu 3(4a) tar-Regolament (UE) Nru …/2013 [ir-Regolament Orizzontali].

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fi ħdan il-limiti tal-Qafas Finanzjarju.

2.   L-approprjazzjonijiet annwali għall-Fond għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fil-kwestjonijiet baġitarji u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba .

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-baġit allokat taħt l-Istrument għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 55 (1)(b)] tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Finanzjarju Ġdid], bl-eċċezzjoni tal-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7, l-għajnuna teknika msemmija fl-Artikolu 8(1) u  l-għajnuna ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 9 .

4.   Il-baġit allokat taħt l-istrument għandu jiġi implimentat taħt ġestjoni diretta jew indiretta (l-azzjonijiet tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7, l-assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 8(1) u  l-assistenza ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 9) jew taħt ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 55(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju l-Ġdid] .

Ġustifikazzjoni

L-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-ġestjoni kondiviża għandha tkun l-eċċezzjoni u mhux ir-regola (Artikolu 55 tar-Regolament Finanzjarju).

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Bi qbil mal-Artikolu 317 TFUE, ir-responsabilità aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit hija tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 317 TFUE, ir-responsabilità aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit hija tal-Kummissjoni.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Ir-riżorsi globali għandhom jintużaw b’mod indikattiv kif ġej:

5.    Mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja, ir-riżorsi globali għandhom jintużaw b'mod indikattiv kif ġej:

a)

EUR 564 miljun għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

a)

55 % għall-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

b)

EUR 564 miljun għal azzjonijiet tal-Unjoni, l-għajnuna ta’ emerġenza u l-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

b)

45 % għal azzjonijiet tal-Unjoni, l-għajnuna ta’ emerġenza u l-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.     Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Istrument skont dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament ma jirrappreżentax żvilupp tal-acquis ta' Schengen.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.     Għandhom jiġu konklużi arranġamenti dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn il-pajjiżi lill-Istrument u r-regoli supplimentari meħtieġa għal din il-parteċipazzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-setgħa tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawn il-pajjiżi għandha tiżdied mar-riżorsi globali disponibbli mill-baġit tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament ma jirrappreżentax żvilupp tal-acquis ta' Schengen.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Taħt il-programmi nazzjonali li għandhom jiġu eżaminati u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Orizzontali], l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni elenkati fl-anness ma’ dan ir-Regolament.

2.   Taħt il-programmi nazzjonali li għandhom jiġu eżaminati u approvati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Regolament Orizzontali], l-Istati Membri għandhom jimplimentaw proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni elenkati fl-anness ma’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-programmi nazzjonali għandhom ikunu ffukati fuq proġetti li jindirizzaw il-prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni mniżżla fl-Anness għar-Regolament.

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, dan l-Istrument jista’ jintuża sabiex jiffinanzja azzjonijiet transnazzjonali u azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni (“azzjonijiet tal-Unjoni”) li jikkonċernaw l-għanijiet ġenerali, speċifiċi u operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 3.

1.   Fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, dan l-Istrument jista’ jintuża sabiex jiffinanzja azzjonijiet transnazzjonali u azzjonijiet ta’ interess partikolari għall-Unjoni (“azzjonijiet tal-Unjoni”) li jikkonċernaw l-għanijiet ġenerali, speċifiċi u operazzjonali stabbiliti fl-Artikolu 3. L-azzjonijiet kollha bħal dawn għandhom jikkonformaw mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet legali dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali u aġenziji u korpi ta' sorveljanza relevanti oħra jistgħu jivvalutaw dawn l-azzjonijiet biex jiżguraw konformità.

Ġustifikazzjoni

Suppost li superviżjoni indipendenti għandha tiggarantixxi l-konformità tal-azzjonijiet kollha mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-privatezza u l-konformità mal-istandards tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġiji, programmi, valutazzjonijiet ta’ theddid u riskju rilevanti tal-Unjoni, u appoġġ b’mod partikolari:

2.   Sabiex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu konformi mal-prijoritajiet identifikati u maqbula mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-istrateġiji, programmi, valutazzjonijiet ta’ theddid u riskju rilevanti tal-Unjoni, u appoġġ b’mod partikolari

Ġustifikazzjoni

L-ebda fond m'għandu jintuża bħala mezz għall-finanzjament ta' miżuri jew prattiki li ma jkunux ġew approvati minn qabel bi qbil politiku fil-livell tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill l-ewwel.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi valutazzjonijiet ta' theddid, riskju u  tal-impatt u proġetti li jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u għanijiet ta' politika tal-Unjoni fl-Istati Membri;

(c)

attivitajiet analitiċi, ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi studji u valutazzjonijiet ta’ theddid, riskju u  impatt li huma bbażati fuq evidenza f'konformità mal-prijoritajiet u l-inizzjattivi li jkunu ġew approvati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, u proġetti li jissorveljaw l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u għanijiet ta' politika tal-Unjoni fl-Istati Membri;

Ġustifikazzjoni

L-ebda fond m'għandu jintuża bħala mezz għall-finanzjament ta' miżuri jew prattiki li ma jkunux ġew approvati minn qabel bi qbil politiku fil-livell tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill l-ewwel.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

l-akkwist u/jew ammeljorament ulterjuri ta’ tagħmir tekniku, faċilitajiet siguri, infrastrutturi, bini u sistemi relatati speċjalment sistemi tal-ICT u l-komponenti tagħhom fuq livell tal-Unjoni, inkluż għall-fini tal-kooperazzjoni Ewropea fuq iċ-ċiberkriminalità, notevolment Ċentru Ewropew għaċ-Ċiberkriminalità;

(f)

l-akkwist u/jew ammeljorament ulterjuri ta’ tagħmir tekniku, kompetenza, faċilitajiet siguri, infrastrutturi, bini u sistemi relatati speċjalment sistemi tal-ICT u l-komponenti tagħhom fuq livell tal-Unjoni, inkluż għall-fini tal-kooperazzjoni Ewropea fuq iċ-ċiberkriminalità, notevolment Ċentru Ewropew għaċ-Ċiberkriminalità;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    EUR 564 miljun għandhom jiġu allokati għall-Istati Membri b’mod indikattiv kif ġej:

1.    Ir-riżorsi allokati għall-programmi nazzjonali jitqassmu kif ġej:

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a)

30 % fi proporzjon tad-daqs tal-popolazzjoni totali tagħhom;

a)

35 % fi proporzjon tad-daqs tal-popolazzjoni totali tagħhom;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c)

10 % fi proporzjon għan-numru ta’ passiġġieri u t-tunnellati ta’ merkanzija li jgħaddi mill-ajruporti internazzjonali l-portijiet tagħhom;

c)

20 % fi proporzjon għan-numru ta’ passiġġieri u t-tunnellati ta’ merkanzija li jgħaddi mill-ajruporti internazzjonali l-portijiet tagħhom;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d)

10 % fi proporzjon għan-numru ta’ Infrastruttura Kritika Ewropea ddeżinjata skont id-Direttiva 2008/114/KE;

imħassar

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e)

40 % fi proporzjon invers għall-Prodott Gross Domestiku tiegħu (standard tas-setgħa tax-xiri għal kull abitant).

e)

35 % fi proporzjon invers għall-Prodott Gross Domestiku tiegħu (standard tas-setgħa tax-xiri għal kull abitant).

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-delega tas-setgħat imsemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 7 snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta’ żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni mhux iżjed tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

2.   Id-delega tas-setgħat imsemmija f’dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ 7 snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill f'perjodu ta’ xahrejn (2) min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill f'perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Imkien ma saret referenza għall-Artikolu 12(2) fit-test partikolari.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2015, rapport dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI, għall-perjodu 2011 sal-2013.

5.   Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, sal-31 ta’ Diċembru 2015, rapport dwar ir-riżultati miksuba u dwar l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI, għall-perjodu 2011 sal-2013. F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea għandha tipprovdi evidenza konkreta, jekk din tkun disponibbli, tal-komplementarjetà u s-sinerġiji akkwistati bejn il-fondi tal-UE u l-baġits tal-Istati Membri u tal-effetti skattatur fuq l-Istati Membri tal-baġit tal-UE sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Evalwazzjoni

 

Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' valutazzjoni dwar l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Bħala parti minn approċċ ibbażat fuq ir-riżultati, għandha titwettaq reviżjoni ta' nofs iż-żmien tat-tħaddim ta' dan ir-Regolament.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sa mhux iżjed tard mit-30  ta' Ġunju 2020.

Abbażi ta’ proposta mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sa mhux iżjed tard mill-1  ta' Ġunju 2020.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Anness 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, b’mod partikolari t-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin, l-abbuż sesswali tat-tfal u proġetti li jidentifikaw u jżarmaw netwerks kriminali, jipproteġu l-ekonomija kontra l-infiltrazzjoni kriminali u jnaqqsu l-inċentivi finanzjarji billi jissekwestraw, jiffriżaw u jikkonfiskaw assi kriminali.

Miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, b’mod partikolari t-traffikar tad-droga, it-traffikar tal-bnedmin, l-abbuż sesswali tat-tfal u  d-distribuzzjoni ta' immaġini ta' abbuż fuq it-tfal u proġetti li jidentifikaw u jżarmaw netwerks kriminali, jipproteġu l-ekonomija kontra l-infiltrazzjoni kriminali u jnaqqsu l-inċentivi finanzjarji billi jissekwestraw, jiffriżaw u jikkonfiskaw assi kriminali.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Anness 1 – punt ġdid wara l-aħħar punt

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Miżuri intenzjonati biex jiksbu sħubija eqreb bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi (b'mod partikolari l-pajjiżi li qegħdin fil-fruntieri esterni tagħha) u t-tfassil u l-implimentazzjoni ta' programmi operattivi ta' azzjoni għall-kisba tal-prijoritajiet strateġiċi tal-UE msemmija hawn fuq.


(1)   Testi adottati, P7_TA(2011)0266.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/301


P7_TA(2013)0023

Ftehim ta' Sħubija u Koperazzjoni bejn l-UE u l-Iraq ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (10209/2012 – C7-0189/2012 – 2010/0310(NLE))

(Approvazzjoni)

(2015/C 440/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10209/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Iraq, min-naħa l-oħra (05784/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 79(3), 91, 100, 192(1), 194, 207 u 209 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0189/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0411/2012),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Iraq.


30.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 440/302


P7_TA(2013)0025

Ftehima interim li tistabbilixxi qafas għal Ftehima ta' Sħubija Ekonomika bejn il-KE u l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2013 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (11699/2012 – C7-0193/2012 – 2008/0251(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2015/C 440/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (11699/2012),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar minn naħa u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-Artikolu 209(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0193/2012),

wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0431/2012),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istati tal-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles u ż-Żimbabwe.


(1)  ĠU L 111, 24.4.2012, p. 2.