ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 437

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
29 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 437/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7795 — Ratos/Varma/Real Estate JV) ( 1 )

1

2015/C 437/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7787 — Panasonic Healthcare/Bayer’s Diabetes Care Business) ( 1 )

1

2015/C 437/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7829 — Transgourmet/C+C Pfeiffer) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 437/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2015/C 437/05

Rata tal-kambju tal-euro

4

2015/C 437/06

L-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttawwal il-possibbiltà li jintużaw il-frieħ u ż-żerriegħa mhux organiċi minn imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi mhux organiċi sal-31 ta’ Diċembru 2016 fl-akkwakultura organika skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 437/07

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7871 — Bombardier/CDPQ/Bombardier Transportation UK) ( 1 )

6

2015/C 437/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7899 — Alimentation Couche Tard/Topaz Energy Group/Resource Property Investment Fund/Esso Ireland) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2015/C 437/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7835 — Randstad/Proffice) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 437/10

Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7795 — Ratos/Varma/Real Estate JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 437/01)

Fit-18 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7795. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7787 — Panasonic Healthcare/Bayer’s Diabetes Care Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 437/02)

Fit-23 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7787. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7829 — Transgourmet/C+C Pfeiffer)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 437/03)

Fil-21 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) -dokument li jġib in-numru 32015M7829. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Diċembru 2015

(2015/C 437/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0947

JPY

Yen Ġappuniż

131,83

DKK

Krona Daniża

7,4628

GBP

Lira Sterlina

0,73420

SEK

Krona Żvediża

9,1900

CHF

Frank Żvizzeru

1,0806

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5120

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,028

HUF

Forint Ungeriż

315,91

PLN

Zloty Pollakk

4,2412

RON

Leu Rumen

4,5285

TRY

Lira Turka

3,1990

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5074

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5183

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4849

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6052

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5396

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 279,40

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,6252

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0880

HRK

Kuna Kroata

7,6425

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 922,54

MYR

Ringgit Malażjan

4,6943

PHP

Peso Filippin

51,504

RUB

Rouble Russu

76,9500

THB

Baht Tajlandiż

39,442

BRL

Real Brażiljan

4,3142

MXN

Peso Messikan

18,9109

INR

Rupi Indjan

72,4801


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Diċembru 2015

(2015/C 437/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0962

JPY

Yen Ġappuniż

132,05

DKK

Krona Daniża

7,4631

GBP

Lira Sterlina

0,73535

SEK

Krona Żvediża

9,1863

CHF

Frank Żvizzeru

1,0838

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5380

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,022

HUF

Forint Ungeriż

314,13

PLN

Zloty Pollakk

4,2455

RON

Leu Rumen

4,5255

TRY

Lira Turka

3,1923

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5089

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5207

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4957

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6019

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5436

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 280,83

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,7163

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1114

HRK

Kuna Kroata

7,6295

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 967,37

MYR

Ringgit Malażjan

4,7119

PHP

Peso Filippin

51,566

RUB

Rouble Russu

78,8666

THB

Baht Tajlandiż

39,604

BRL

Real Brażiljan

4,3034

MXN

Peso Messikan

18,9347

INR

Rupi Indjan

72,4616


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/5


L-intenzjoni tal-Kummissjoni li ttawwal il-possibbiltà li jintużaw il-frieħ u ż-żerriegħa mhux organiċi minn imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi mhux organiċi sal-31 ta’ Diċembru 2016 fl-akkwakultura organika skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008

(2015/C 437/06)

1.

Skont l-Artikoli 25e(3) u 25o(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (1), il-persentaġġ massimu ta’ frieħ u żerriegħa minn imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra bivalvi mhux organiċi introdotti fl-azjenda għandu jkun 0 % sal-31 ta’ Diċembru 2015.

2.

L-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-informazzjoni disponibbli kienet diġà indikat li s-settur tal-akkwakultura organika jista’ jikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit. Madankollu, informazzjoni ġdida li waslet dan l-aħħar mingħand l-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati tissuġġerixxi li l-frieħ organiċi u ż-żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra, illum mhumiex fi kwantitajiet biżżejjed u li s-settur tal-akkwakultura organika kieku jkollha d-diffikultajiet biex tiżgura l-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura organika. Għalhekk, il-Kummissjoni tixtieq tinforma lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li qed tħejji Regolament tal-Kummissjoni biex jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li se jipposponi l-applikazzjoni tal-persentaġġ ta’ 0 % li hemm stipulat fl-Artikolu 25e(3) u fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25o(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 b’sena. Għaldaqstant, iż-0 % jibda japplika biss mill-31 ta’ Diċembru 2016.

Din l-estensjoni tal-possibbiltà li jintużaw il-frieħ u ż-żerriegħa mhux organiċi mill-imfaqas tal-frott tal-baħar bil-qoxra mhux organiċi sal-31 ta’ Diċembru 2016 għandha tevita li jkun hemm interruzzjoni tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika fl-Unjoni, u tagħti iktar ħin lis-suq għall-frieħ u ż-żerriegħa tal-frott tal-baħar bil-qoxra organiċi biex ikompli jiżviluppa.

3.

Ir-Regolament li qed jitħejja għandu jiġi nnotifikat l-ewwel lill-membri l-oħra tad-WTO skont il-Ftehim tad-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ. Ladarba tkun tlestiet din il-proċedura ta’ notifika, l-abbozz tar-Regolament jitressaq, skont l-Artikoli 15(2) u 37 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (2), lill-Kumitat dwar il-Produzzjoni Organika għall-opinjoni tiegħu. Dan isir wara l-1 ta’ Jannar 2016. Għalhekk, huwa ppjanat li l-modifika tal-Artikoli 25e(3) u 25o(1) tiġi applikata retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2016. Dan għandu jippermetti lill-operaturi, ladarba jkun adottat dan ir-Regolament, biex ibiegħu l-annimali tal-akkwakultura bħala organiċi sakemm ikunu rrispettaw ir-rekwiżit tal-50 % stipulat fl-Artikolu 25e(3) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25o(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

Madankollu, din il-modifika hija soġġetta għall-vot pożittiv tal-Kumitat dwar il-Produzzjoni Organika u l-adozzjoni sussegwenti mill-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91(ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7871 — Bombardier/CDPQ/Bombardier Transportation UK)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 437/07)

1.

Fis-17 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Caisse de dépôt et placement Québec (“CDPQ”, il-Kanada) u Bombardier Inc. (“Bombardier”, il-Kanada) takkwista l-kontroll konġunt fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, impriża ġdida, Bombardier Transportation (Investment) UK Limited (“BTUK”, ir-Renju Unit), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CDPQ: investiment u ġestjoni ta’ fondi pubbliċi għal pjanijiet ta’ pensjoni u assigurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi.

—   għal Bombardier: id-disinn, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ inġenji tal-ajru u tagħmir tat-trasport ferrovjarju.

—   għal BTUK: kumpanija azzjonarja prinċipali tal-entitajiet attwalment li jiffurmaw in-negozju tat-trasport bil-ferrovija ta’ Bombardier.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7871 — Bombardier/CDPQ/Bombardier Transportation UK, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7899 — Alimentation Couche Tard/Topaz Energy Group/Resource Property Investment Fund/Esso Ireland)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 437/08)

1.

Fit-18 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proporsta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE)Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża 9121-2738 Québec Inc., bażikament ikkontrollata minn Alimentation Couche-Tard Inc. (“ACT” tal-Kanada) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontrolt tal-impriżi Topaz Energy Group Limited (“Topaz” tal-Irlanda), Resource Property Investment Fund Plc. (“RPIF” tal-Irlanda) u Esso Ireland Limited (“Esso Ireland” tal-Irlanda) kollha kemm huma permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ACT hija operatur internazzjonali ta’ convenience store attiva fiż-ŻEE permezz tan-netwerk tagħha ta’ stazzjonijiet tal-petrol fin-Norveġja, l-Isvezja, id-Danimarka, il-Polonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Estonja;

Topaz hija attiva fil-provvista mhux bl-imut u bl-imnut ta’ fjuwil tal-karozzi, lubrikanti, żejt għat-tisħin u fjuwil tal-avjazzjoni fl-Irlanda u fl-Irlanda ta’ Fuq;

RPIF għandha investimenti f’għadd ta’ proprjetajiet ta’ Topaz fosthom stazzjonijiet ta’ servizzi u depots;

Esso Ireland hija ttiva fil-provvista mhux bl-imnut u bl-imnut ta’ prodotti taż-żejt fl-Irlanda.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7899 — Alimentation Couche Tard/Topaz Energy Group/Resource Property Investment Fund/Esso Ireland, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/8


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7835 — Randstad/Proffice)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 437/09)

1.

Fit-18 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Randstad Holding N.V. (“Randstad”, il-Pajjiżi l-Baxxi) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Proffice AB kollha kemm hi (publ) (“Proffice”, l-Isvezja) permezz ta’ sejħa pubblika mħabbra fit-30 ta’ Novembru 2015.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Randstad: fornitur internazzjonali ta’ servizzi ta’ impjieg temporanju, servizzi ta’ tqegħid fix-xogħol permanenti u servizzi oħra marbuta mar-riżorsi umani.

—   Proffice: fornitur ta’ servizzi ta’ impjieg temporanju, servizzi ta’ tqegħid fix-xogħol permamenti u servizzi oħra marbuta mar-riżorsi umani fid-Danimarka, il-Finlandja, l-Isvezja u n-Norveġja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 (2) tal-Kunsill, ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintabgħtu lill-Kummissjoni permezz tal-fax (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permez tal-posta, bin-numru tar-referenza M.7835 — Randstad/Proffice, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

29.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 437/9


Pubblikazzjoni ta’ talba għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 437/10)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt li wieħed joġġezzjona għat-talba għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI TAL-ORIĠINI PROTETTA JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEOGORAFIKA PROTETTA

Talba għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“SAUCISSON DE L’ARDECHE”

Nru tal-UE: FR-PGI-0105-01303 — 26.1.2015

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem il-konsorzju: Association de Défense et de Promotion des Produits de Charcuterie de l’Ardèche

Indirizz:

Chambre de Commerce et de l’Industrie

Parc des Platanes

07104 ANNONAY

FRANCE

Telefown: +33 475692727

Indirizz tal-posta elettronika: ellypteam@gmail.com

Dan il-grupp huwa assoċjazzjoni ggvernata bil-liġi tal-1 ta’ Lulju 1901 u d-digriet tas-16 ta’ Awwissu 1901, u jiggruppa l-produtturi li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni tas-“Saucisson de l’Ardèche”.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Iż-żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [Rekwiżiti nazzjonali - klassi tal-prodott - struttura ta’ kontroll]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

Emenda tal-Ispeċifikazzjoni ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

5.   Emenda/i

5.1.   Deskrizzjoni tal-prodott

Instabu xi żbalji fid-distinzjoni bejn iż-żewġ sottokategoriji tal-“petit chaudin”, għalkemm ma jaffettwawx id-deskrizzjoni ġenerali tal-prodott.

L-emendi li jmiss saru fil-Kapitolu IV.2.4 (li issa sar 2.2.4) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:

Isem il-prodott

Kisi

Kapuljat: daqs minimu tal-biċċiet

Piż taz-zalzett niexef

Dijametru tal-kisi

Tul tal-kisi

Perjodu minimu ta’ togħlija parzjali

Perjodu minimu ta’ tnixxif

 

 

(mm)

(gm)

(mm)

(cm)

(sigħat)

(jiem)

“Petit chaudin”

“Chaudin”

6

200 sa 350 250

45 sa 55

25 sa 35

36

18

250 350 sa 600

55 sa 70

30 sa 40

36

21

“Chaudin”

6

600 sa 2 000

70 sa 90

> 40

36

30

“Gros chaudin”

8

> 2 000

> 75

> 40

60

40

Il-piż ivarja skont id-dijametru tal-kisi. Għad-dijametri previsti fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, il-limitu bejn l-ewwel żewġ kategoriji tal-“petit chaudin” għandu jkun ta’ 250 g minflok 350 g.

It-tul minimu ta’ 25 cm japplika għaż-żewġ meded ta’ piż rettifikat, billi hija referenza standard komuni għal dawk kollha li jipproduċu l-kisi. Għal dan il-għan, id-distinzjoni bejn iż-żewġ sottokategoriji ta’ “petit chaudin” hija rrilevanti. Għalhekk għandu jintuża tul wieħed ta’ kisi ta’ bejn 25 sa 40 cm sabiex wieħed jikkonforma mal-istandards applikati.

5.2.   Iż-żona ġeografika

L-ortografija ta’ għadd ta’ muniċipalitajiet ġiet ikkoreġuta biex dawn jiġu konformi man-nomenklatura valida tal-INSEE (Institut National de la Statistique et des Études Économiques - L-Istitut Nazzjonali tal-Istatistika u tal-Istudji Ekonomiċi) fis-seħħ.

5.3.   Metodu ta’ produzzjoni

5.3.1.   Materja Prima

Fil-Kapitolu VII.1 (li issa sar 5.1) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-karatteristiċi tal-ħnieżer minn fejn tittieħed il-materja prima, speċifikament fir-rigward tal-età tal-ħnieżer, il-piż tal-karkassa sħuna u l-proporzjon tal-muskoli:

—   Età tal-ħnieżer

L-età tal-ħnieżer għall-qatla (età minima ta’ 172 jum għall-ħnieżer b’piż standard u età medja ta’ 182 jum għall-ħnieżer b’karkassa ta’ piż tqil) ġiet imħassra, minħabba li dawn il-kriterji m’għadhomx jikkonformaw aktar mas-settur tal-ħnieżer attwali.

B’konsegwenza tal-progress fil-ġenetika u fin-nutrizzjoni, il-ħnieżer issa qed jiġu maqtula ta’ età iżgħar iżda b’piż tal-karkassa li ħafna drabi huwa itqal milli fil-passat. Il-piż medju tal-karkassi żdied b’ħames kili f’10 snin.

Illum, il-kwalità tal-laħam m’għadhiex qed tiġi evalwata skont l-età tal-annimal. Għall-istess kwalità ta’ karkassa, l-età tal-annimali tista’ tvarja minn għaxart ijiem jew iktar, u għalhekk dan il-valur mhuwiex immonitorjat mill-viċin fil-proċess taċ-ċertifikazzjoni.

—   Piż tal-karkassa sħuna

Il-firxa tal-piż tal-karkassa għall-ħnieżer ta’ piż standard żdied bi 3 kg u l-piż tal-karkassa ta’ ħnieżer ta’ piż tqil żdied għal 92 kg (strettament iktar minn dan) minflok 90 (ugwali għalih jew iktar).

Iż-żieda fil-firxa ta’ piż tal-karkassi ta’ ħnieżer ta’ piż b’karkassa tqila u l-limitu massimu tal-piż tal-ħnieżer b’ piż standard huwa ġġustifikat bl-avvanzi fit-tkabbir u n-nutrizzjoni. Dan wassal għal żieda ta’ 4 kg fil-piż medju tal-ħnieżer bejn l-1997 u l-2009. Illum il-ġurnata l-piż medju tal-karkassi huwa ta’ madwar 91,5 kg.

Barra minn hekk, skont il-metodu ta’ produzzjoni tas-“Saucisson de l’Ardèche” IĠP, huwa previst li jkun hemm iktar minn 40 % ta’ laħam “immaturat”: kemm mill-ħnieżer nisa u kif ukoll mill-ħnieżer li għandhom piż tqil. Iktar mal-ħanżir ikun tqil, iktar mal-prodott ikun tipiku. Għalhekk, iż-żieda tal-piżijiet hija favorevoli.

—   Proporzjon tal-muskoli tal-karkassi (TMP)

Dan il-kunċett tal-proporzjon tal-muskoli, filwaqt li rilevanti għall-prodotti bħall-perżut għax jirrifletti t-tismin tal-annimal u l-karatteristiċi ta’ parti anatomika, mhuwiex utli għal prodott imqatta’ bħaż-żalzett, li fih, dawk li jieħdu ħsieb il-maturazzjoni iħalltu d-dgħif u x-xaħam fi proporzjonijiet varjabbli skont ir-riċetta li tintuża u l-kontenut tax-xaħam tal-prodott lest. Għalhekk, dan tneħħa mid-deskrizzjoni tal-materja prima.

5.3.2.   Stadji tal-produzzjoni

—   il-pH tal-biċċiet:

L-obbligu li jsir il-kejl tal-pH ġie mibdul bil-kejl viżwali għal freskezza u l-kwalità tal-biċċiet.

Fil-fatt, il-kejl tal-pH huwa rappreżentattiv biss meta jsir fuq biċċiet sħaħ, bħal ma huma dawk li jintużaw biex isir il-perżut imnixxef. Għal kuntrarju, ir-riċetta taz-zalzett niexef tgħaqqad biċċiet differenti, li jinkludu d-dgħif u x-xaħam li għandhom pH varjabbli ħafna minħabba l-biċċiet anatomiċi li jintużaw, il-kundizzjonijiet tal-kejl, u ż-żona tal-kejl.

Il-freskezza tal-laħam hija kkontrollata sew ma kull konsenja, iżda dan isir viżwalment, billi laħam ta’ kwalità ħażina jista’ jiġi identifikat malajr minħabba l-kulur abnormali tiegħu (laħam li għandu kulur ċar jew skur ħafna). Id-difetti tal-aspett viżwali li għandhom jiġu evitati huma elenkati fid-dettal fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

—   Doża ta’ salnitru awtorizzata:

Ir-referenza għal-livell residwu massimu fil-prodott lest ġiet imħassra minħabba li tikkonforma mar-regoli ġenerali fis-seħħ (id-Direttiva 2006/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006).

—   Tmelliħ minn qabel:

Il-kapitolu dwar l-istadju tat-tmelliħ minn qabel ġie emendat.

It-tmelliħ minn qabel jiffaċilita is-solubilizzazzjoni tal-proteini u biex jiżgura l-koeżjoni tajba tax-xaħam mad-dgħif kif ukoll konsistenza ratba, li tagħti pjaċir u ddub fil-ħalq. Proċessi differenti jippremettu li jinkisbu dawn l-effetti fil-laħam u fil-proprjetajiet tas-“Saucisson de l’Ardèche”. Madanakollu, fil-Kapitolu VII.2.3 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, id-deskrizzjoni inizjali ta’ dan l-istadju kienet limitata u ma koprietx il-prattiki tradizzjonali kollha li jirriżultaw f’dawn l-effetti.

Għalhekk, id-deskrizzjoni ta’ dan l-istadju ġiet emendata biex tippermetti li jsir it-tmelliħ minn qabel jew wara t-tqattigħ, billi jiġu applikati l-istess standards tekniċi u kundizzjonijiet ta’ ħżin sabiex jinkisbu l-istess riżultati: it-tmelliħ minn qabel għandu jsir fuq is-sit tal-ipproċessar, bl-istess ammont ta’ NaCL u tul ta’ żmien minimu ta’ 24 siegħa f’temperatura ta’ taħt l-4 °C.

Il-bidu tal-kapitolu ta’ wara, li jikkonċerna t-tfettit, ukoll ġie emendat biex jinkludi dawn il-bidliet.

—   Iċ-ċiklu tal-ħajja:

Iċ-ċiklu tal-ħajja ġie mmodifikat u ssimplifikat biex jieħu kont tal-kjarifiki pprovduti fl-istadju tat-tmelliħ minn qabel.

5.4.   Tikkettar

Fil-Kapitolu X (li issa sar il-Kapitolu 8) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ir-rekwiżit li juri l-kliem “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” tħassar, minħabba li dawn il-kliem kienu diġà qegħdin fil-logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea li jrid jintwera fuq it-tikkettar.

It-terminu “Logo tal-IĠP” ġie sostitwit bit-terminu “Logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea” skont it-terminoloġija rilevanti.

5.5.   Rekwiżiti nazzjonali

Fil-Kapitolu XI tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tabella bil-punti prinċipali li jridu jiġu kkontrollati ġiet aġġornata biex tieħu kont tal-bidliet ippreżentati hawn fuq.

5.6.   Oħrajn

L-intestatura tal-klassi tal-prodott ġiet ikkoreġuta biex tikkonforma mat-terminoloġija tal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 668/2014.

Il-kapitolu dwar ir-referenzi għall-korp tal-ispezzjoni ġie emendat.

DOKUMENT UNIKU

SAUCISSON DE L’ARDÈCHE

Nru tal-UE: FR-PGI-0105-01303 — 26.1.2015

DPO ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Saucisson de l’Ardèche”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2 Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Deskrizzjoni

Is-“Saucisson de l’Ardèche”, huwa zalzett niexef magħmul minn laħam frisk u xaħam iebes tal-majjal ikkapuljati u mqiegħda f’kisja naturali mill-imsaren stess tal-ħanżir. Jiġi msajjar fuq il-fwar u mbagħad imnixxef, skont riċetta partikolari u antika, li tinkludi laħam imsajjar u laħam minn ħnieżer ta’ piż standard (porc charcutier).

Is-“Saucisson de l’Ardèche” jiġi fil-forma ta’ diversi prodotti (zalzett niexef, “chaudins”, “rosettes”, “jésus”) li jsiru mill-istess riċetta li fiha jintużaw il-partijiet differenti tal-imsaren tal-ħanżir meħudin mill-intestin tiegħu (“Menu”, “Sac”, “Chaudins”, “Suivant”, “Fuseau”, “Rosette”) li, spiss, jagħtu isimhom lil tip ta’ prodott.

Dawn il-prodotti (forma u daqsijiet) ivarjaw skont it-tip u d-daqs tal-imsaren naturali li jintużaw, id-daqs tal-biċċiet tal-laħam, it-tul ta’ żmien minimu ta’ tnixxif.

Il-varjetajiet tas-saucisson de l’ardèche

Iz-zalzett niexef

Il-kisi użat huwa parti tal-imsaren tal-ħanżir ta’ dijametru ta’ 30 mm u aktar. It-tul tiegħu jvarja skont jekk iz-zalzett niexef ikunx dritt jew mgħawweġ, jew imdawwar diversi drabi (imdendel jew sħiħ). Hija kisja naturali marbuta.

Il-“petit chaudin”

Il-kisi użat jittieħed mill-musrana u mir-rektum, marbut bl-ispag fuq iż-żewġ naħat. Din il-kisja naturali tista’ tingħalaq bl-idejn.

Ix-“chaudin”

Dan iz-zalzett huwa twil u jista’ jkun dejjaq jew xi ftit jew wisq wiesa’ skont id-diametru tal-kisi (il-musrana l-kbira/ix-“chaudin”). Il-kontenut ta’ melħ tiegħu huwa ftit ogħla. Din il-kisja naturali tintrabat bl-ispag u tista’ tingħalaq bl-idejn jew titqiegħed f’xibka.

Il-“gros chaudin”

Il-kisi li jintuża jittieħed mill-intestina l-kbira, jitneħħa x-xaħam b’mod naturali, jitqaxxar u f’xi każijiet jiġi mirqum. Jistgħu jintużaw strixxi tal-imsaren. Id-dehra tiegħu tvarja skont jekk jitnixxifx imdendel jew fiċ-ċatt. It-togħma tiegħu hija kemxejn aċiduża u karatteristika ta’ maturazzjoni twila.

Ir-“rosette”

Dan iz-zalzett ingħata l-isem tal-kisi tiegħu li l-forma tiegħu tidjieq minn naħa u li t-tarf il-wiesa’ jinkludi r-“rosette” (il-fomm tal-musrana). Il-ħxuna tiegħu ttawwal ħafna ż-żmien ta’ tnixxif tiegħu u tagħtih togħma karatteristika minħabba l-iżvilupp differenti tal-maturazzjoni.

Il-“jésus”

Dan huwa zalzett imżaqqaq, f’forma ovali bħall-kisi tiegħu, il-borża jew il-musrana l-għamja. It-tradizzjoni tat l-isem ta’ “Jésus” lil dan iz-zalzett niexef u kbir “imgeżwer” u “ikkurat” bħal tarbija li kien jitfaċċa fuq il-mejda tal-bdiewa eżattament fi żmien il-Milied. It-togħma tiegħu hija kemm kemm aċiduża u karatteristika ta’ maturazzjoni twila, li ddum minħabba l-ħxuna tal-kisi tiegħu.

Tabella sommarja

Il-perjodu minimu ta’ tnixxif (jew maturazzjoni) huwa stabbilit skont il-piż tal-prodott u b’mod speċjali d-dijametru u l-konsistenza tal-kisi li, għal piż ekwivalenti, ifissru varjazzjoni fil-perjodu tat-tnixxif.

Il-karatteristiċi ta’ kull prodott huma ppreżentati f’din it-tabella:

Isem il-prodott

Kisi

Kapuljat: Id-dimensjoni minima tal-biċċiet

Piż taz-zalzett niexef

Dijametru tal-kisi

Tul tal-kisi

Perjodu minimu ta’ togħlija parzjali

Perjodu minimu ta’ tnixxif

 

 

(mm)

(gm)

(mm)

(cm)

(sigħat)

(jiem)

Zalzett niexef

Musrana ż-żgħira

6

200 sa 500

30 sa 45

36

17

> 500

> 45

36

21

“Petit chaudin”

“Chaudin”

6

200 sa 250

45 sa 55

25 sa 40

36

18

250 sa 600

55 sa 70

36

21

“Chaudin”

6

600 sa 2 000

70 sa 90

> 40

36

30

“Gros chaudin”

8

> 2 000

> 75

> 40

60

40

“Jésus”

Borża

8

400 sa 1 500

20 sa 35

36

32

> 1 500

> 35

60

63

“Rosette”

“Rosette”

8

> 1 000

> 40

60

56

Preżentazzjoni tal-prodott

Il-prodott, fil-varjetajiet tiegħu, jista’ jinbigħ kemm sħiħ (mingħajr ġilda jew marbut, fix-xibka jew fil-pakkett) bil-flora naturali tiegħu jew bit-trab, jew imqatta’ f’biċċiet għall-prodotti ta’ aktar minn 1,2 kg.

Karatteristiċi organolettiċi

Iz-zalzett maqtugħ huwa ta’ kulur ħamrani, kemm kemm skur, bix-xaħam, abjad, u jista’ jkun li ċerti ħwawar ikunu jidhru. Aktar ma l-biċċiet ikunu kbar iktar tkun ċara s-separazzjoni bejn ix-xaħam u d-dgħif.

It-togħmiet tat-taħlita, xi ftit melħin u mħawrin, huma assoċjati ma’ togħma qawwija ta’ laħam bi ftit aċidità jekk il-kisi jkun oħxon minħabba li dan itawwal iż-żmien tal-maturazzjoni.

Dawn it-togħmiet huma influwenzati mit-tmelliħ minn qabel tal-laħam li jiggarantixxi rbit perfett bejn id-dgħif u x-xaħam u li jiffavorixxi qatgħa nadifa tal-prodott u konsistenza ratba u pjaċevoli fil-ħalq.

Karatteristiċi fiżikokimiċi

Il-karatteristiċi taz-zalzett lest għall-bejgħ huma dawk taz-zalzett niexef ta’ kwalità għolja. B’mod parallel, l-Aw (l-attività tal-ilma) tal-prodott ma jistax jaqbeż iż-0,91.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-materja prima (dgħif u xaħam) li tintuża fir-riċetta tas-“Saucisson de l’Ardèche” tiġi esklussivament minn ħnieżer (ta’ piż standard jew kbir) u mil-laħam tal-ħanżira.

Il-laħam kollu huwa frisk u ta’ oriġini Ewropea (annimali mwielda, imrobbija u maqtula fl-Unjoni Ewropea).

Il-laħam misjur ġej minn ħnieżer b’karkassa tqila u/jew minn ħnieżer nisa, u jistgħu jitħalltu sa massimu ta’ 60 %. Il-laħam minn ħnieżer ta’ piż standard ukoll jista’ jitħallat sa massimu ta’ 60 %.

Il-biċċiet li jidher li jkunu difettużi ma jistgħux jaqbżu l-5 % tal-biċċiet kollha li jintużaw.

Għażla ta’ laħam tal-majjal (ħnieżer ta’ piż standard jew ħnieżer ta’ piż tqil):

Tal-inqas 60 % mill-għalf li jingħata lill-ħnieżer għandu jkun ċereali jew prodotti taċ-ċereali;

L-użu ta’ addittivi artifiċjali li fihom fattur tat-tkabbir huwa pprojbit fl-għalf matul il-ħajja kollha tal-annimal.

Speċifikazzjonijiet ġenetiċi: Il-ħnieżer huma mnissla minn ħnieżer magħżula mill-korpi ta’ selezzjoni tal-ħnieżer, jew minn ċentri ċċertifikati tal-inseminazzjoni artifiċjali. Fil-każijiet l-oħra, il-proporzjon tal-ħnieżer ta’ piż standard li huma sensittivi għall-“halothane” għandu jkun ta’ < 3 %, u l-annimali m’għandhomx ikunu milqutin mill-allel RN- (l-ebda każ).

Il-karkassi għandhom jissodisfaw mill-inqas il-kriterji li ġejjin:

għall-ħnieżer ta’ piż standard: piż tal-karkassa sħuna mal-qatla ta’ bejn il-75 u t-92 kg;

għall-ħnieżer ta’ piż kbir: piż tal-karkassa sħuna ta’ aktar minn 92 kg;

L-għażla tal-laħam tal-ħnieżer nisa

Il-laħam għandu jkun sod, misjur u b’ kulur sabiħ. Dawn il-karatteristiċi huma dovuti għall-ħtieġa li jintużaw qatgħat dgħifa: prieżet, spallejn, ġenbejn, xaħam tad-dahar, isdra. Il-laħam li jnixxi jew ta’ kulur aħmar jgħajjat u x-xaħam li mhuwiex ta’ kulur abjad jew sod jiġu mwarrba.

Fl-aħħar nett, għandu jkun hemm perjodu minimu ta’ ġimagħtejn bejn it-tmiem tal-ftim u l-kunsinna.

3.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona geografika definita

L-istadji kollha tal-produzzjoni mit-tmelliħ minn qabel tal-laħam sal-maturazzjoni taz-zalzett (tmelliħ minn qabel, il-fażi li fiha l-laħam jitħalla joqgħod, l-ikkapuljar, l-intaljar, it-togħlija parzjali, it-tnixxif/il-maturazzjoni).

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Isem: “Saucisson de l’Ardèche” flimkien mal-varjetà korrispondenti fejn meħtieġ: “saucisse sèche”, “petit chaudin”, “chaudin”, “chaudin large”, “rosette”, “jésus”, li magħha kull operatur jista’ jżid isem tal-għażla tiegħu.

Logo tal-IĠP tal-Unjoni Ewropea.

4.   Deskrizzjoni maż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tinsab fix-Xlokk ta’ Franza. Hija testendi fuq 326 muniċipalità tad-dipartiment tal-Ardèche, fir-reġjun ta’ Rhône-Alpes.

Iż-żona ġeografika tinkludi d-dipartiment kollu tal-Ardèche, minbarra l-muniċipalitajiet li ġejjin: Orgnac-l’Aven, Labastide-de-Virac, Vagnas, Salavas, Sampzon, Grospierres, Bessas, Beaulieu, Saint-André-de-Cruzières, Saint-Sauveur-de-Cruzières, Berrias-et-Casteljau, Banne, Saint-Paul-le-Jeune.

Il-fruntiera taż-żona ġeografika ġiet deċiża skont dawk il-muniċipalitajiet li jgawdu minn tradizzjoni antika u attwali ta’ manifattura taz-zalzett. Dawn jikkorrispondu għal dak li qabel kien il-Vivarais, li fl-1790 sar id-dipartiment tal-Ardèche. Dan id-dipartiment wara għadda minn diversi ċaqliq tal-fruntieri.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika li qabel kienet il-Vivarais huwa l-benniena tat-tradizzjonijiet, tad-drawwiet u tas-sengħa tas-salumerija li wiret l-Ardèche.

Iż-żona ġeografika hija magħmula minn żewġ tipi ta’ ambjenti. Il-“muntanji”, li l-għoli medju tagħhom ivarja minn 500 sa 1 700 metru, għandhom klima ħarxa. Filwaqt li sal-aħħar ta’ April il-borra tista’ tkun għadha nieżla sew fin-naħa tat-Tramuntana, il-klima ssir aktar moderata fin-naħa tan-Nofsinhar. F’dawn il-muntanji jaħkem riħ kiesaħ. L-altitudni tal-“art watja, l-għoljiet u l-pjanura”, tibda minn 400 metru sal-pjanura. Il-klima, li hawnhekk hija moderata, issir klima Mediterranja meta wieħed joqrob aktar lejn in-Nofsinhar.

Permezz tal-qatliet li kienu jseħħu fil-bidu tax-xitwa, f’dawn iż-żewġ ambjenti, setgħu jinħolqu prattiki ta’ tnixxif taz-zalzett.

Dan it-territorju baqa’ għal żmien twil protett mill-art tal-madwar u inaċċessibbli. Huwa dan l-iżolament li wassal sabiex it-tradizzjonijiet marbuta mal-majjal (“l-annimal provvidenzjali”) bħat-tuades (ċelebrazzjonijiet tal-qtil tal-ħnieżer) li jagħmlu l-bdiewa fil-bidu tax-xitwa, is-swieq, il-gastronomija u l-festi daħlu sew fil-kultura tal-poplu u baqgħu jinżammu.

It-tekniki ta’ tnixxif u ta’ konservazzjoni taz-zalzett, użati mill-bdiewa aktar tard ġew użati mill-artiġjani tas-salumeriji. Illum, iż-żona ġeografika għadha kkaratterizzata bil-preżenza qawwija ta’ intrapriżi tas-salumerija żgħar u ta’ daqs medju li ta’ spiss issib li ilhom jeżistu aktar minn mitt sena, u li għaddew l-istorja u l-għarfien tagħhom matul is-snin minn ġidd għal ġidd, f’żona li fiha l-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi kienu favorevoli għal ħidmiethom.

Is-“Saucisson de l’Ardèche”, taħt il-forom differenti tiegħu, ġej mill-istess riċetta.

Il-forma u d-daqs tat-tipi differenti ta’ zalzett, huma marbuta mal-użu ta’ partijiet differenti tal-imsaren tal-ħanżir li, spiss, jagħtu l-isem lit-tip ta’ prodott miksub. Id-daqs tal-biċċiet u l-perjodu minimu ta’ tnixxif ivarja skont id-diametru taz-zalzett u l-konsistenza tal-kisi.

Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tas-“Saucisson de l’Ardèche” tissejjes fuq ir-reputazzjoni antika kemm ta’ dan il-prodott stess kif ukoll fuq l-għarfien prattiku u speċifiku li jiggarantixxi l-aqwa espressjoni tal-ispeċifiċitajiet organolettiċi tal-prodott.

Fil-ħalq, it-togħmiet tat-taħlita, kemm kemm melħin u mħawrin, huma assoċjati ma’ togħma qawwija ta’ laħam. Jekk il-kisi jkun oħxon u mxaħħam, dan itawwal iż-żmien tal-maturazzjoni tal-prodott u jagħtih togħma kemm kemm aċiduża.

Dawn it-togħmiet huma kkumplimentati b’konsistenza ratba, li tagħti pjaċir u ddub fil-ħalq.

Rabta kawżali

Il-kwalità u l-fama tas-“Saucisson de l’Ardèche” huma marbuta sew mat-territorju: huwa f’dan l-ambjent, b’kundizzjonijiet klimatiċi ħorox, u mhux aċċessibbli, li żviluppat it-tradizzjoni tal-manifattura tas-“Saucisson de l’Ardèche”, forma ta’ preżervazzjoni tal-laħam tal-majjal, f’post fejn il-ħanżir, sal-bidu tas-seklu XX, kien l-uniku tip ta’ laħam disponibbli għall-familji tal-Ardèche. Tradizzjonalment, il-ħanżir kien jinqatel fil-Milied, u l-laħam u l-prodotti tas-salumerija li kienu jsiru minnu kienu jgħinu matul ix-xitwa.

Is-sengħa tradizzjonali llum tinsab fi: l-għażla tal-laħam, l-użu tal-imsaren naturali kollha tal-ħanżir, l-użu tas-salnitru bħala l-uniku addittiv, it-tmelliħ minn qabel…

Il-prattiki komuni li ġejjin li jikkontribwixxu sabiex jagħtu lis-“Saucisson de l’Ardèche” il-karatteristiċi organolettiċi tiegħu:

L-għażla ta’ laħam frisk u magħżul biss (taħlita ta’ laħam immaturat u laħam minn ħnieżer ta’ piż standard).

It-tmelliħ minn qabel tal-laħam, li jippermetti li l proteini jinħallu perfettament, li l-biċċiet jitħalltu sew flimkien u li jgħin biex jagħti konsistenza ratba liz-zalzett.

L-użu tal-imsaren naturali kollha tal-ħanżir. L-elastiċità tagħhom tiffaċilita l-proċess tal-mili u l-adeżjoni tal-laħam u tipprevjeni l-formazzjoni ta’ bżieżaq bl-arja. Il-permeabilità tagħhom tippermetti l-maturazzjoni bil-mod sakemm finalment il-prodott isir stabbli. In-natura u l-ħxuna tagħhom jikkontribwixxu għat-togħma taz-zalzett niexef.

Il-maturazzjoni tiġi adattata għall-biċċiet differenti.

Għaldaqstant, kien fil-qalba ta’ din l-art mogħnija bl-istorja, bit-tradizzjonijiet u bis-sengħa, li ssawret ir-reputazzjoni tas-“Saucisson de l’Ardèche”.

Fl-Ardèche, imlaqqam minn Curnonsky bħala “il-ġenna ta’ min jaf jiekol” (li ddeskriva r-raħal ta’ Saint-Agrève bħala “il-Mekka tas-salumerija”), teżisti kultura kbira tal-ħnieżer, u ta’ produzzjoni tas-salumerija mnixxfa, imsejsa fuq it-tradizzjonijiet sa mis-seklu XVI.

Bosta rakkonti jagħtu xhieda ta’ dan, fosthom dawk ta’ Olivier de Serre, magħruf bħala missier l-agrikoltura Franċiża (fis-seklu XVI), u ta’ Charles Forot, kittieb u poeta magħruf mill-Ardèche (fis-seklu XIX).

Charles Albin Mazon faħħar dan iz-zalzett u għall-oriġini tiegħu fl-1890 fil-ktieb tiegħu “Voyage fantaisiste et sérieux à travers l’Ardèche” (“vjaġġ fantastiku u serju fl-Ardèche”) li fih stagħġeb bis-“soqfa miksija bil-bejken, bil-perżut, bil-koxox tal-majjal u l-ħbula taz-zalzett”.

Skont Michel Carlat “It-tuade hija festa […] Fil-kċina, taħt il-ħarrieġa tal-fuklar, indendlu l-perżut u z-zalzett. Imbagħad għal ġimgħat twal dawn jgħaddu minn proċess ta’ tnixxif u ta’ affumikazzjoni”. Skont Pierre Charrie, matul Lejlet il-Milied: “…konna nagħmlu festa bil-‘jésus’, zalzett kbir […] miżmum għall-okkażjoni”.

Il-kummerċ beda fis-seklu XVII. Is-swieq żviluppaw fil-bidu tas-seklu XX u, skont Guy Dürrenmatt, għenu sabiex is-“Saucisson de l’Ardèche” isir ferm aktar magħruf.

Mill-bidu tas-seklu XX, bl-iżvilupp tat-turiżmu gastronomiku, is-“Saucisson de l’Ardèche” ġie rikonoxxut bħala prodott tat-territorju

Huwa msemmi fl-“Inventarju tal-wirt kulinari ta’ Franza” ippubblikat fl-1995.

“Voyage gourmand en Rhône-Alpes” (pubblikazzjoni Glénat — 2006) jiddedika kapitolu sħiħ lill-Ardèche, lill-“Art watja tas-salumerija” tiegħu u lill-“prodotti nobbli tal-majjal” tiegħu fosthom ir-“rosette”, iz-zalzett, ix-“chaudin”, eċċ…

Għalhekk l-awturi ta’ “Le Génie de l’Ardèche” jiktbu “Sur le plateau ardéchois où souffle un vent propice au séchage des salaisons, de nombreux charcutiers perpétuent le savoir-faire d’autrefois en proposant des produits du terroir de qualité” (“Fl-art watja tal-Ardèche fejn jonfoħ riħ ideali għat-tnixxif tas-salumi, bosta artiġjani tas-salumi jkomplu s-sengħa ta’ dari billi joffru prodotti lokali ta’ kwalità”).

Huwa magħruf u rikonoxxut fi Franza kollha (artiklu ta’ Gault u Millau 1986, medalji miksuba fil-kompetizzjoni ġenerali agrikola ta’ Pariġi 2008 u 2009) u fl-Ewropa (medalji fid-DLG – kompetizzjoni agrikola Ġermaniża).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDC-IGP-SaucissonArdeche.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.