|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2015/C 429/01 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2015/C 429/02 |
||
|
2015/C 429/03 |
||
|
2015/C 429/04 |
||
|
2015/C 429/05 |
||
|
2015/C 429/06 |
||
|
2015/C 429/07 |
||
|
2015/C 429/08 |
||
|
2015/C 429/09 |
||
|
2015/C 429/10 |
||
|
2015/C 429/11 |
||
|
2015/C 429/12 |
||
|
2015/C 429/13 |
||
|
2015/C 429/14 |
||
|
2015/C 429/15 |
||
|
2015/C 429/16 |
||
|
2015/C 429/17 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2015/C 429/18 |
||
|
2015/C 429/19 |
||
|
2015/C 429/20 |
||
|
2015/C 429/21 |
||
|
2015/C 429/22 |
||
|
2015/C 429/23 |
||
|
2015/C 429/24 |
||
|
2015/C 429/25 |
||
|
2015/C 429/26 |
||
|
2015/C 429/27 |
||
|
2015/C 429/28 |
||
|
2015/C 429/29 |
||
|
2015/C 429/30 |
||
|
2015/C 429/31 |
||
|
2015/C 429/32 |
||
|
2015/C 429/33 |
||
|
2015/C 429/34 |
||
|
2015/C 429/35 |
Kawża T-288/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Ezz et vs Il-Kunsill |
|
|
2015/C 429/36 |
Kawża T-601/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2015 – CEVA vs Il-Kummissjoni |
|
|
2015/C 429/37 |
Kawża T-27/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Elan vs Il-Kummissjoni |
|
|
2015/C 429/38 |
||
|
2015/C 429/39 |
Kawża T-260/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Ryanair vs Il-Kummissjoni |
|
|
|
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku |
|
|
2015/C 429/40 |
||
|
2015/C 429/41 |
||
|
2015/C 429/42 |
||
|
2015/C 429/43 |
||
|
2015/C 429/44 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2015/C 429/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-ewwel Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Martorell – Spanja) – BBVA SA, li kienet Unnim Banc SA vs Pedro Peñalva López, Clara López Durán, Diego Fernández Gabarro
(Kawża C-8/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Proċedura ta’ sekwestru - Kwistjoni ta’ oppożizzjoni - Termini ta’ dekadenza))
(2015/C 429/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 4 de Martorell
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BBVA SA, li kienet Unnim Banc SA
Konvenuti: Pedro Peñalva López, Clara López Durán, Diego Fernández Gabarro
Dispożittiv
L-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali tranżitorja, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta lill-konsumaturi, li fir-rigward tagħhom infetħet proċedura ta’ sekwestru ipotekarju qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi li taħtha din id-dispożizzjoni taqa’ u mhux magħluqa f’din id-data, għal terminu ta’ dekadenza ta’ xahar, li jibda mill-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni ta’ din il-liġi, sabiex titressaq oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni obbligatorja, ibbażata fuq in-natura allegatament inġusta ta’ klawżoli kuntrattwali.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias
(Kawża C-78/14 P) (1)
((Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Kuntratti relattivi għas-sostenn finanzjarju tal-Unjoni Ewropea mogħti għall-proġetti Perform u Oasis - Irregolaritajiet ikkonstatati fl-awditjar relattiv għal proġetti oħra - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi r-rimbors tal-ammonti mħallsa mill-benefiċjarju - Spejjeż eliġibbli - Żnaturament tal-provi tal-proċess))
(2015/C 429/03)
Lingwa tal-proċedura: il-Grieg
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou, B. Conte u R. Lyal, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (rappreżentanti: V. Christianos u S. Paliou, avukati)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal Administrativo – il-Portugall) – Saudaçor – Sociedade Gestora de Recursos e Equipamentos da Saúde dos Açores SA vs Fazenda Pública
(Kawża C-174/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 13(1) - Nuqqas ta’ ssuġġettar - Kunċett ta’ “korp irregolat bid-dritt pubbliku” - Kumpannija pubblika ta’ responsabbiltà limitata responsabbli mill-provvista ta’ servizzi fil-qasam tal-ippjanar u tal-amministrazzjoni ta’ servizz tas-saħħa tar-reġjun awtonomu ta’ Açores - Determinazzjoni tal-modalitajiet ta’ dawn is-servizzi, inkluż ir-remunerazzjoni tagħhom, f’kuntratti qafas konklużi bejn din il-kumpannija u dan ir-reġjun))
(2015/C 429/04)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Saudaçor – Sociedade Gestora de Recursos e Equipamentos da Saúde dos Açores SA
Konvenuta: Fazenda Pública
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi attività ekonomika fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti, għal kumpannija, li tipprovdi lil reġjun servizzi ta’ ppjanar u amministrazzjoni tas-servizz tas-saħħa konformement mal-kuntratti qafas konklużi bejn il-kumpannija u l-imsemmi reġjun. |
|
2) |
L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt ir-regola ta’ nuqqas ta’ ssuġġettar għat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista f’din id-dispożizzjoni, attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti, għal kumpannija, li tipprovdi lil reġjun servizzi ta’ ppjanar u ta’ amministrazzjoni tas-servizz reġjonali tas-saħħa konformement mal-kuntratti qafas konklużi bejn il-kumpannija u l-imsemmi reġjun, fil-każ fejn din l-attività tikkostitwixxi attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 9(1) ta’ din id-direttiva, jekk, u hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika dan, jista’ jiġi kkunsidrat li l-imsemmija kumpannija għandha tiġi kklassifikata bħala korp irregolat bid-dritt pubbliku u li hija twettaq l-imsemmija attività bħala awtorità pubblika, sakemm il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-eżenzjoni tal-attività msemmija ma hijiex tali li twassal għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ ċerta importanza. |
F’dan il-kuntest, il-kunċett ta’ “korpi oħra rregolati bid-dritt pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 13(1) tal-imsemmija direttiva ma għandux jiġi interpretat b’riferiment għad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “korpi rregolati bil-liġi pubblika” stabbilit fl-Artikolu 1(9) tad-Direttiva 2004/18 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi].
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – B&S Global Transit Center BV vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-319/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolamemt (KEE) Nru 2913/92 - Artikoli 203 u 204 - Proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikoli 365, 366 u 859 - Tnissil tad-dejn doganali - Tneħħija jew le mis-sorveljanza doganali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu - Ommissjoni li titwaqqaf il-proċedura ta’ tranżitu - Ħruġ tal-merkanzija mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea))
(2015/C 429/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: B&S Global Transit Center BV
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Dispożittiv
L-Artikoli 203 u 204 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li nuqqas li jitwettaq l-obbligu li merkanzija mqiegħda taħt il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni jagħti lok għal dejn doganali fuq il-bażi tal-Artikolu 203 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, u mhux fuq il-bażi tal-Artikolu 204 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 1791/2006, fil-każ li l-merkanzija kkonċernata tkun inħarġet mit-territorju doganali tal-Unjoni Ewropea u fil-każ li d-detentur tal-imsemmija proċedura ma jkunx f’pożizzjoni li jipproduċi dokumenti konformi mal-Artikolu 365(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 993/2001, tal-4 ta’ Mejju 2001, jew mal-Artikolu 366(2) u (3) tar-Regolament Nru 2454/93, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1192/2008, tas-17 ta’ Novembru 2008.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Freistaat Bayern vs Verlag Esterbauer GmbH
(Kawża C-490/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ġuridika tad-databases - Direttiva 96/9/KE - Artikolu 1(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Databases - Mapep topografiċi - Indipendenza tal-materjali li jikkostitwixxu database - Possibbiltà li jiġu sseparati l-imsemmija materjali mingħajr ma jiġi affettwat il-valur tal-kontenut informattiv tagħhom - Teħid inkunsiderazzjoni tal-iskop ta’ mappa topografika għall-utent))
(2015/C 429/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Freistaat Bayern
Konvenuta: Verlag Esterbauer GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-data ġeografika estratta minn terz minn mappa topografika għall-finijiet tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni minn terz ta’ mappa oħra żżomm, wara l-estrazzjoni tagħha, valur informattiv suffiċjenti sabiex tiġi kklassifikata bħala “materjal indipendenti” ta’ “database” fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Benjámin Dávid Nagy vs Vas Megyei Rendőr-főkapitányság
(Kawża C-583/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Artikolu 18 TFUE - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 20 TFUE - Moviment liberu tal-persuni - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Ċirkulazzjoni fit-toroq - Xufiera residenti fl-Istat Membru kkonċernat - Obbligu li jipproduċu immedjatament il-prova tar-regolarità tal-użu ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ieħor waqt ispezzjoni tal-pulizija))
(2015/C 429/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Benjámin Dávid Nagy
Konvenut: Vas Megyei Rendőr-főkapitányság
Dispożittiv
L-Artikolu 63(1) TFUE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, fil-prinċipju, jistgħu jintużaw biss fit-toroq tal-Istat Membru kkonċernat dawk il-vetturi li jkunu koperti minn awtorizzazzjoni amministrattiva u li jkollhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni maħruġa minn dan l-Istat Membru u li, jekk persuna residenti f’dan l-Istat Membru jkollha l-ħsieb li tipprevalixxi ruħha minn deroga għal din ir-regola, ibbażata fuq il-fatt li hija tuża vettura pprovduta lilha mill-operatur tal-imsemmija vettura stabbilt fi Stat Membru ieħor, din il-persuna residenti għandha tkun f’pożizzjoni li turi immedjatament, waqt spezzjoni tal-pulizija, li hija tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-deroga, kif previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni, u fin-nuqaas ta’ dan tiġi immedjatament imposta fuqha, mingħajr possibbiltà ta’ eżenzjoni, multa li tekwivali għal dik applikabbli f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ reġistrazzjoni.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju
(Kawża C-589/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Interessi relatati ma’ djun mhux irrappreżentati minn titoli - Withholding tax - Kumpanniji ta’ investiment benefiċjarji ta’ dawn l-interessi, li huma stabbiliti fil-Belġu - Kumpanniji ta’ investiment benefiċjarji ta’ dawn l-interessi, li huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz li huwa parti kontraenti fil-Ftehim ŻEE - Differenza fit-trattament - Oneru tal-prova - Interessi relatati ma’ djun irrappreżentati minn titoli ta’ oriġini Belġjana - Impożizzjoni ta’ dawn l-interessi meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fi Stat Membru jew fi Stat terz li huwa parti kontraenti fil-Ftehim ŻEE - Eżenzjoni meta t-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju))
(2015/C 429/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Billi żamm fis-seħħ id-dispożizzjonijiet skont liema l-interessi relatati mad-djun irrappreżentati mit-titoli ta’ oriġini Belġjana huma suġġetti għall-withholding tax meta dawn it-titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kontijiet ta’ istituzzjonijiet finanzjarji stabbiliti fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li ma huwiex ir-Renju tal-Belġju jew fi Stat terz li huwa parti kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea tat-2 ta’ Mejju 1992, filwaqt li dawn l-interessi huma eżenti mill-withholding tax meta l-imsmemija titoli jiġu ddepożitati jew iskritti fil-kont ta’ istituzzjoni finanzjarja stabbilita fil-Belġju, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 36 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Belġju għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/7 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Banco Privado Português, SA – em liquidação, Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA – em liquidação vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-93/15 P) (1)
((Appell - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Portugiża favur stabbiliment finanzjarju fil-forma ta’ garanzija tal-Istat assoċjata ma’ self - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern - Artikolu 107(1)TFUE - Artikolu 107(3)(b) TFUE - Appell manifestament inammissibbli u manifestament infondat))
(2015/C 429/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Appellanti: Banco Privado Português, SA – em liquidação, Massa Insolvente do Banco Privado Português, SA – em liquidação (rappreżentanti: M. Ferreira Santos u R Leandro Vasconcelos, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u L. Flynn, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Banco Privado Português, SA u Massa Insolvente do Banco Privado Português SA huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/8 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 minn Cantina Broglie 1 Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-153/11 – Cantina Broglie 1 Srl vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-33/15 P)
(2015/C 429/10)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Cantina Broglie 1 Srl (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona
B’digriet tal-15 ta’ Ottubru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-kumpannija Cantina Broglie 1 Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/8 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 minn Cantina Broglie 1 Srl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-27 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-154/11 – Cantina Broglie 1 vs UASI
(Kawża C-34/15 P)
(2015/C 429/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Cantina Broglie 1 Srl (rappreżentanti: A. Rizzoli, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Verona
B’digriet tal-15 ta’ Ottubru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Cantina Broglie 1 Srl tbati l-ispejjeż tagħha stess.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Settembru 2015 – Alphonse Eschenbrenner vs Bundesagentur für Arbeit
(Kawża C-496/15)
(2015/C 429/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landessozialgericht Rheinland-Pfalz, Mainz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Alphonse Eschenbrenner
Konvenuta: Bundesagentur für Arbeit
Domandi preliminari
|
1) |
Huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u/jew sekondarju tal-Unjoni [b’mod partikolari l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 492/2001 (1)] li, fir-rigward ta’ ħaddiem li inizjalment kien impjegat fil-Ġermanja, li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor, li ma huwiex suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja u li, skont dispożizzjonijiet li japplikaw għalih, ma huwiex responsabbli mill-ħlas tat-taxxa fuq benefiċċju għal insolvenza, li, f’każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjegah, titnaqqas b’mod fittizju, mis-salarju li sservi bħala bażi għall-kalkolu tal-benefiċċju għal insolvenza li għandu dritt għalih, it-taxxa li kienet tinġabar mir-remunerazzjoni kieku l-ħaddiem kien suġġett għat-taxxa fuq id-dħul fil-Ġermanja, meta huwa ma jistax iktar jitlob mingħand il-persuna li timpjegah parti mis-salarju gross li tibqa’ dovuta? |
|
2) |
F’każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ikun hemm kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju u/jew sekondarju tal-Unjoni, jekk il-ħaddiem li jsib ruħu fis-sitwazzjoni preċedentement deskritta jkun jista’ jibqa’ jinvoka kontra l-persuna li timpjegah id-dejn li jikkorrispondi mal-parti mis-salarju gross li tibqa’ dovuta? |
(1) Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, p. 1).
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van koophandel Brussel (il-Belġju) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Uber Belgium BVBA vs Taxi Radio Bruxellois NV, partijiet oħra: Uber NV et
(Kawża C-526/15)
(2015/C 429/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van koophandel Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Uber Belgium BVBA
Konvenuta: Taxi Radio Bruxellois NV
Intervjenjenti: Uber NV et, Brussels Hoofdstedelijk Gewest, Belgische Federatie van Taxis, Nationale Groepering van Ondernemingen met Taxi- en Locatievoertuigen met Chauffeur VZW
Domanda preliminari
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, sanċit fl-Artikolu 5 TUE u fl-Artikolu 52(1) tal-Karta (1), flimkien mal-Artikoli 15, 16 u 17 tal-Karta u mal-Artikoli 28 u 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni bħal dik prevista mill-Ordonnantie van het Brusselse Hoofstedelijk Gewest van 27 april 1995 betreffende de taxidiensten voor het verhuren van voertuigen met vervoerder (digriet tar-Reġjun Brussell-Kapitali, tas-27 ta’ April 1995, dwar is-servizzi ta’ taxis u s-servizzi ta’ kiri ta’ karozzi bix-xufier), interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “servizzi ta’ taxis” japplika wkoll għat-trasportaturi individwali mhux imħallsa li jipprattikaw ir-ride sharing (trasport kondiviż) billi jaċċettaw talbiet għal trasport offruti lilhom permezz ta’ applikazzjoni ta’ softwer tal-impriżi Uber BV et, stabbiliti fi Stat Membru ieħor?
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Galicia (Spanja) fit-18 ta’ Ottubru 2015 – Elda Otero Ramos vs Servicio Galego de Saúde, Instituto Nacional de la Seguridad Social
(Kawża C-531/15)
(2015/C 429/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Galicia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elda Otero Ramos
Konvenuti: Servicio Galego de Saúde u Instituto Nacional de la Seguridad Social
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-regoli dwar l-oneru tal-prova stabbiliti fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/54/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) huma applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ riskju waqt it-treddigħ previst fl-Artikolu 26(4) moqri flimkien mal-paragrafu 3 tal-Liġi 31/1995, tat-8 ta’ Novembru 1995, dwar il-prevenzjoni ta’ riskji fuq il-post tax-xogħol, peress li din ir-regola interna Spanjola ġiet introdotta sabiex timplementa l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE (2), tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu? |
|
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun affermattiva, jista’ jitqies li l-fatt li l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ infermier f’dipartiment tal-emerġenza fi sptar jinvolvi riskji għat-treddigħ, ikkonfermati fir-rapport motivat ta’ tabib, li huwa, barra minn hekk, il-kap tad-dipartiment tal-emerġenza fl-isptar fejn il-ħaddiema tipprovdi s-servizzi tagħha, jista’ jippreżumi li teżisti diskriminazzjoni diretta jew indiretta fis-sens tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/54? |
|
3) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, jista’ jitqies li l-fatt li l-pożizzjoni okkupata mill-impjegata hija indikata bħala ħielsa minn riskji fil-lista rikapitulattiva tal-pożizzjonijiet tax-xogħol magħmula mill-impriża wara konsultazzjoni minn qabel ma’ rappreżentanti tal-ħaddiema u li l-fatt li d-dipartiment ta’ mediċina preventiva u ta’ prevenzjoni ta’ riskji fuq il-post tax-xogħol fl-isptar ikkonċernat ħareġ dikjarazzjoni li hija kapaċi għax-xogħol, fejn l-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma fih iktar spjegazzjoni dwar il-mod kif huma laħqu dawn il-konklużjonijiet, huma biżżejjed sabiex jintwera, fil-każijiet kollha u mingħajr il-possibilita ta’ kontestazzjoni, li ma kienx hemm ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fis-sens tal-Artikolu 19 imsemmi iktar 'il fuq? |
|
4) |
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv u dik għat-tielet domanda tkun negattiva: ladarba jintwera li x-xogħol jinvolvi riskji għall-omm jew għat-tarbija li hija tredda’, liema waħda mill-partijiet, il-ħaddiema rikorrenti jew il-persuna li timpjega, għandha, skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2006/54, l-oneru li tipproduċi l-prova (1) li l-adattament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-ħinijiet tax-xogħol ma huwiex possibbli jew li, minkejja tali adattament, il-kundizzjonijiet ta’ pożizzjoni tax-xogħol jistgħu jinfluwenzaw b’mod negattiv is-saħħa tal-ħaddiema tqila jew tat-tarbija li tredda’ (Artikolu 26(2) tal-Liġi 31/1995, tat-8 ta’ Novembru 1995, dwar il-prevenzjoni ta’ riskji fuq il-post tax-xogħol, moqri flimkien mal-paragrafu 4 tal-istess artikolu, li jittrasponi l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 92/85), u (2) li l-bidla tal-pożizzjoni ma hijiex teknikament jew oġġettivament possibbli, jew ma tistax tiġi rikjesta b’mod raġonevoli għal motivi debitament iġġustifikati (Artikolu 26(3), moqri flimkien mal-paragrafu 4 tal-istess artikolu tal-Liġi 31/1995, tat-8 ta’ Novembru 1995, dwar il-prevenzjoni ta’ riskji fuq il-post tax-xogħol, li jittrasponi l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 92/85)? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 110
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zaragoza (Spanja) fid-9 ta’ Ottubru 2015 – Eurosaneamientos SL et vs ArcelorMittal Zaragoza, SA
(Kawża C-532/15)
(2015/C 429/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Zaragoza.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eurosaneamientos SL, Entidad Urbanística Conservación Parque Tecnológico de reciclado López Soriano, UTE PTR Acciona Infraestructuras SA
Konvenuta: ArcelorMittal Zaragoza SA
Domandi preliminari
|
1) |
Regola legali stabbilita mill-Istat li, filwaqt li tistabbilixxi permezz ta’ leġiżlazzjoni l-ammont preċiż u obbligatorju tad-drittijiet tal-prokuraturi legali u filwaqt li tagħti kompetenza, b’mod partikolari fil-każ ta’ kundanna għall-ispejjeż, lill-korpi ġudizzjarji sabiex jistħarrġu ulterjorment u każ b’każ l-applikazzjoni ta’ din ir-regoli għall-finijiet tal-istabbiliment tal-imsemmija drittijiet, tipprevedi l-kontroll mill-Istat tal-iffissar tad-drittijiet tal-prokuraturi legali, mingħajr ma huwa possibbli li, f’ċirkustanzi eċċezzjonali u permezz ta’ deċiżjoni debitament motivata, issir deroga mil-limiti stabbiliti fl-imsemmija regola legali stabbilita mill-Istat, hija konformi mal-Artikolu 4(3) [TUE] u mal-Artikolu 101 TFUE? |
|
2) |
Fil-każijiet fejn jeżisti qafas leġiżlattiv stabbilit mill-Istat li jistabbilixxi d-dritt li għandu jitħallas għal servizz u li jinkludi dikjarazzjoni impliċita, fl-assenza ta’ dispożizzjoni espliċita fir-regola ta’ traspożizzjoni, fir-rigward tal-eżistenza ta’ raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, minkejja li l-eżami ta’ din ir-raġuni fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Unjoni ma jippermettix li tiġi kkonstatata tali raġuni, id-delimitazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja bejn il-kunċetti ta’ “raġunijiet aktar importanti fir-rigward ta’ l-interess pubbliku [raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali]”, “proporzjonalità” u “bżonn” li jinsabu fl-Artikoli [4] u [15] tad-Direttiva dwar is-servizz fis-suq intern (1), tippermetti lill-qrati nazzjonali jikkonstataw, f’każ partikolari, limitazzjoni li ma tkunx iġġustifikata mill-interess ġenerali, u, għaldaqstant, ma japplikawx il-leġiżlazzjoni dwar ir-remunerazzjoni tal-prokuraturi legali jew japplikawha b’mod aġġustat? |
|
3) |
L-adozzjoni ta’ regola legali li jkollha dawn il-karatteristiċi tista’ tkun kuntrarja għad-dritt għal smigħ xieraq fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea? |
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Olot (Spanja) fil-15 ta’ Otturbu 2015 – Francesc de Bolós Pi vs Urbaser, S.A.
(Kawża C-538/15)
(2015/C 429/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia de Olot
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francesc de Bolós Pi
Konvenuta: Urbaser, S.A.
Domandi preliminari
|
1. |
L-Artikolu 101 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 10 u 4(3) TUE, huwa kompatibbli mar-regolament li jistabbilixxi t-tariffa li tapplika għar-rappreżentanti legali fil-qrati (procuradores), jiġifieri d-Digriet Irjali 1373/2003 tas-7 ta’ Novembru 2003, li jissuġġetta r-remunerazzjoni tagħhom għal tariffa jew għal skala minima, li tista’ tvarja ’l fuq jew ’l isfel bi 12 % meta la l-awtoritajiet tal-Istat Membru u lanqas il-qrati ma jistgħu jitbiegħdu minn dan l-ammont minimu anki fil-każ ta’ ċirkustanzi straordinarji? |
|
2. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-imsemmija skala legali mingħajr l-applikazzjoni tal-ammonti minimi stabbiliti fiha: il-fatt li l-ammont tat-tariffi dovuti li jirriżulta bl-applikazzjoni ta’ din l-iskala huwa sproporzjonat meta mqabbel max-xogħol effettivament imwettaq jista’ jiġi kkunsidrat bħala ċirkustanzi straordinarji? |
|
3. |
Id-Digriet Irjali 1373/2006 huwa kompatibbli mal-Artikolu 56 TFUE? |
|
4. |
Dan id-digriet irjali jissodisfa r-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità msemmija fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123/KE (1)? |
|
5. |
L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jinkludi d-dritt ta’ difiża effettiva quddiem determinazzjoni tat-tariffi ta’ rappreżentant legali (procurador) li jirriżultaw sproporzjonalment għolja u li ma jikkorrispondux max-xogħol li effettivament twettaq? |
(1) Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Sahar Fahimian vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-544/15)
(2015/C 429/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Berlin
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sahar Fahimian
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Parti oħra fil-proċeduri: Stadt Darmstadt
Domandi preliminari
|
1 |
|
|
2. |
Indipendentement mir-risposti mogħtija għad-domandi 1a u 1b: L-Artikolu 6(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE, tat-13 ta’ Diċembru 2004, dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju għandu jiġi interpretat fis-sens li f’każ bħal dan inkwistjoni fil-każ ineżami – fejn ċittadina ta’ pajjiż terz, l-Iran, li tkun kisbet id-diploma universitarja tagħha mix-Sharif University of Technology (Tehran), università li tispeċjalizza fit-teknoloġija, fix-xjenzi tal-inġinerija u fil-fiżika, fittex li tiġi ammessa fit-territorju sabiex tibda studji ta’ dottorat fil-qasam tar-riċerka dwar is-sigurtà tat-teknoloġiji tal-informazzjoni fl-ambitu tal-proġett “Sistemi affidabbli inkorporati jew mobbli”, speċifikament dwar l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi effikaċi ta’ protezzjoni tal-ismartphones – dan jawtorizza lill-Istati Membri li jirrifjutaw id-dħul fit-territorju billi jindikaw li ma jistax jiġi eskluż li l-kapaċitajiet miksuba fl-ambitu tal-proġett ta’ riċerka jintużaw fl-Iran għal skopijiet abbużivi, bħall-ġbir ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’pajjiżi tal-Punent, ir-repressjoni interna jew b’mod iktar ġenerali inkonnessjoni ma’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem? |
Il-Qorti Ġenerali
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Al-Faqih et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-134/11) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet fundamentali - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”))
(2015/C 429/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Al-Bashir Mohammed Al-Faqih (Birmingham, ir-Renju Unit); Ghunia Abdrabbah (Birmingham); Taher Nasuf (Manchester, ir-Renju Unit) u Sanabel Relief Agency Ltd (Birmingham) (rappreżentanti: E. Grieves, barrister u N. Garcia-Lora, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert, M. Konstantinidis, E. Paasivirta u T. Scharf, sussegwentement M. Konstantinidis, E. Paasivirta u T. Scharf, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment E. Finnegan, R. Szostak u G. Étienne, sussegwentement E. Finnegan u G. Étienne, aġenti) u ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment E. Jenkinson, sussegwentement L. Christie, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1138/2010, tas-7 ta’ Diċembru 2010, li jemenda għall-140 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 322, p. 4), u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1139/2010, tas-7 ta’ Diċembru 2010, li jemenda għall-141 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban (ĠU L 322, p. 6), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Al-Bashir Mohammed Al-Faqih, Ghunia Abdrabbah, Taher Nasuf huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Hammar Nordic Plugg vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-253/12) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Bejgħ u kiri ta’ art u ta’ sit tal-produzzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Assenza ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti - Determinazzjoni tal-prezz tas-suq - Kriterju ta’ investitur privat - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri”))
(2015/C 429/19)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrenti: Hammar Nordic Plugg AB (Trollhättan, l-Isvezja) (rappreżentanti: I. Otken Eriksson u U. Öberg, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan u P.-J. Loewenthal, aġenti, assistiti minn L. Sandberg-Morch, avukat)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/293/UE, tat-8 ta’ Frar 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28809 (C-29/10) (ex NN 42/10 & ex CP 194/09) implimentata mill-Isvezja favur Hammar Nordic Plugg AB (ĠU L 150, p. 78)
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hammar Nordic Plugg AB għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Rot Front vs UASI – Rakhat (Маска)
(Kawża T-96/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Маcка - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti mhux irreġistrata Маcка - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-UASI”])
(2015/C 429/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rot Front OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: inizjalment B. Térauda, sussegwentement O. Spuhler u M. Geitz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Rakhat AO (Almaty, il-Każakistan)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 893/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Rot Front OAO u Rakhat AO.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 893/2012-2), hija annullata. |
|
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Rot Front OAO. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Il-Litwanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-110/13) (1)
([“Programm għall-appoġġ tal-Komunità ta’ miżuri ta’ qabel l-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali fil-pajjiżi kandidati tal-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant (Sapard) - Finanzjament mill-Unjoni ta’ ċertu nfiq magħmul mil-Litwanja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teżiġi li l-Litwanja tirrimborsa parti mill-ammont imħallas - Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1268/1999 - Riferiment għall-prinċipji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 - Portata tal-ftehim multiannwali ta’ finanzjament relatat mal-programm Sapard - Kooperazzjoni leali”])
(2015/C 429/21)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė, D. Skara u V. Čepaitė, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher, A. Steiblytė u G. von Rintelen, aġenti)
Suġġett
Primarjament, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni FK/fa/D(2012)1707818, tal-10 ta’ Diċembru 2012, sa fejn in-nota ta’ debitu Nru 3241213460 annessa hija relatata ma’ proġetti li kellhom jitwettqu minn impriżi li fallew u mal-proġett P27010010.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika tal-Litwanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Direct Way u Direct Way Worldwide vs Il-Parlament
(Kawża T-126/13) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Trasport tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tiddikjara bla riżultat u li tagħlaq il-proċedura ta’ sejħa għal offerti u li tibda proċedura nnegozjata - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Ugwaljanza fit-trattament - Tibdil sostanzjali fil-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt”))
(2015/C 429/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Direct Way (Machelen, il-Belġju) u Directway Worldwide (Machelen) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament ta’ tliet deċiżjonijiet tal-Parlament dwar l-għoti tal-kuntratt ta’ servizzi ta’ trasport tal-Membri tal-Parlament fi Brussell.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Direct Way u Directway Worldwide huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Éditions Quo Vadis vs UASI – Gómez Hernández (“QUO VADIS”)
(Kawża T-517/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ‘QUO VADIS’ - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti QUO VADIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 429/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Éditions Quo Vadis (Carquefou, Franza) (rappreżentanti: F. Valentin u J. Canlorbe, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Francisco Gómez Hernández (Jacarilla, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1166/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Francisco Gómez Hernández u l-Éditions Quo Vadis.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
L-Éditions Quo Vadis huma kkundannati għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – NetMed vs UASI – Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik (SANDTER 1953)
(Kawża T-21/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SANDTER 1953 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Sander - Raġuni relattiva għal rifjut - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))
(2015/C 429/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NetMed Sàrl (Wasserbillig, il-Lussemburgu) (rappreżentant: S. Schafhaus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH (Baden-Baden, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1846/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NetMed Sàrl u Sander chemisch-pharmazeutische Fabrik GmbH.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
NetMed Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-199/14) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor - Ugwaljanza fit-trattament - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Telf ta’ opportunità - Sentenza interlokutorja”))
(2015/C 429/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vanbreda Risk & Benefits (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment P. Teerlinck u P. de Bandt, sussegwentement minn P. Teerlinck, P. de Bandt u M. Gherghinaru, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude et L. Cappelletti, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta sottomessa mir-rikorrenti għal-lott Nru 1 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti OIB.DR.2/PO/2013/062/591, dwar l-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni (ĠU 2013/S 155-269617), kif ukoll tat dan il-lott lil kumpannija oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet l-offerta sottomessa minn Vanbreda Risk & Benefits għal-lott Nru 1 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti OIB.DR.2/PO/2013/062/591, dwar l-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni (ĠU 2013/S 155-269617), u tat dan il-lott lil kumpannija oħra hija annullata. |
|
2) |
L-Unjoni Ewropea għandha tagħmel tajjeb għad-dannu sostnut minn Vanbreda Risk & Benefits għat-telf tagħha ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt fuq imsemmi u li tikseb ir-referenzi korrispondenti ta’ għoti tal-kuntratt. |
|
3) |
Il-kumplament tat-talba għal kumpens għad-danni hija miċħuda. |
|
4) |
Il-partijiet għandhom jittrażmettu lill-Qorti Ġenerali, f’terminu ta’ sitt xhur mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, l-ammont, stabbilit bi ftehim komuni, tal-kumpens dovut sabiex isir tajjeb għal dan id-dannu. |
|
5) |
Fin-nuqqas ta’ ftehim, il-partijiet għandhom jibagħtu lill-Qorti Ġenerali, fl-istess terminu, it-talbiet tagħhom espressi f’ċifri. |
|
6) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 29 ta’ Ottubru 2015 – Giuntoli vs UASI – Société des produits Nestlé (CREMERIA TOSCANA)
(Kawża T-256/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja CREMERIA TOSCANA - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti la Cremeria - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 429/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Andrea Giuntoli (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger Lenz u T. Bösling, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Frar 2014 (Każ R 886/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé SA u A. Giuntoli.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
A. Giuntoli huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2015 – Portnov vs Il-Kunsill
(Kawża T-290/14) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent - Rikors għal annullament - Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”))
(2015/C 429/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Andriy Portnov (Kiev, l-Ukrajna) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Piessevaux u J. P. Hix, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u T. Scharf, aġenti)
Suġġett
Annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 1), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), sa fejn isem ir-rikorrent ġie inkluż fil-lista ta’ persuni, entitajiet u organi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Andriy Portnov. |
|
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż tiegħu, għal dawk sostnuti minn A. Portnov. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Roca Sanitario vs UASI – Villeroy & Boch (Vit b’liver wieħed)
(Kawża T-334/14) (1)
([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta vit b’liver wieħed - Disinn Komunitarju preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Utent avżat - Grad ta’ libertà tal-kreatur - Saturazzjoni tat-teknika - Impressjoni globali differenti - Artikoli 6 u 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”])
(2015/C 429/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2014 (Każ R 812/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Villeroy & Boch AG u Roca Sanitario, SA.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Roca Sanitario, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI – Home Focus (MoMo Monsters)
(Kawża T-736/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MoMo Monsters - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti MONSTER u MONSTER ENERGY u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti MONSTER ENERGY - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ prodotti li jixxiebhu - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 429/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: E. Zaera Cuadrado, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Home Focus Development Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 1167/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Home Focus Development Ltd.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/23 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Vinotasia (VITASIA)
(Kawża T-124/10) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)))
(2015/C 429/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Marx u M. Schaeffer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vinotasia GmbH (Koblenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1054/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vinotasia GmbH et Lidl Stiftung & Co. KG.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
1) |
Lidl Stiftung & Co. KG u Vinotasia GmbH huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess, kif ukoll, kull waħda, nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Hipp vs UASI – Nestlé Nutrition (Praebiotik)
(Kawża T-315/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal revoka - Irtirar tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 429/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Hipp & Co. (Sachseln, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, A. Wagner u S. Brandstätter, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nestlé Nutrition GmbH (Franckfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Frar 2014 (Każ R 1171/2012-4 u Każ R 1326/2012-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Nestlé Nutrition GmbH u Hipp & Co.
Dispożittiv
|
1) |
Ma kienx għad hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
2) |
Hipp & Co. u Nestlé Nutrition GmbH huma kkundannati jħallsu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż tagħhom kif ukoll in-nofs tal-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2015 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-721/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Servizzi tal-logħob tal-ażżard online - Protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi u protezzjoni tal-minorenni minn dan il-logħob - Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Inammissibbiltà”))
(2015/C 429/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u F. Wilman, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2014/478/UE, tal-14 ta’ Lulju 2014, dwar prinċipji għall-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ġugaturi ta’ servizzi tal-logħob tal-azzard onlajn u għall-protezzjoni tal-minorenni mil-logħob tal-azzard onlajn (ĠU L 214, p. 38).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet tal-intervent tar-Repubblika Ellenika u tar-Repubblika Portugiża. |
|
3) |
Ir-Renju tal-Belġju għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
4) |
Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Portugiża u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talbiet tal-intervent. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Otturbu 2015 – Laboratorios Ern vs UASI –Dermogen Farma (ETERN JUVENTUS)
(Kawża T-60/15) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Limitazzjoni tas-servizzi li għalihom saret applikazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 429/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Dermogen Farma, SA (Madrid, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2414/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern, SA u Dermogen Farma, SA.
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Macchia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-80/15 P) (1)
((“Appell - Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - Interess tas-servizz - Dmir ta’ premura - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))
(2015/C 429/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Luigi Macchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2014, Macchia vs Il-Kummissjoni, F-63/11 RENV, ĠabraFP, EU:F:2014:272, intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Luigi Macchia għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din istanza. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/27 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Ezz et vs Il-Kunsill
(Kawża T-288/15)
(2015/C 429/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ahmed Abdelaziz Ezz (Giza, l-Eġittu), Abla Mohammed Fawzi Ali Ahmed Salama (il-Kajr, l-Eġittu), Khadiga Ahmed Ahmed Kamel Yassin (Giza, l-Eġittu), Shahinaz Abdel Azizabdel Wahab Al Naggar (Giza, l-Eġittu) (rappreżentanti: J. Lewis, QC, B. Kennelly u J. Pobjoy, Barristers, J. Binns, Solicitor, J. Bellis u S. Rowe, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/486, tal-20 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/172/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2015 L 77, p. 16), sa fejn tapplika għar-rikorrenti; u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli jidentifika bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Artikolu 29 TUE ma huwiex bażi legali xierqa għad-deċiżjoni kkontestata. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-drittijiet tar-rikorrenti skont l-Artikolu 6 TUE, moqri flimkien mal-Artikoli 2 u 3 TUE, u skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, billi assuma li l-proċeduri ġudizzjarji fl-Eġittu kienu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill naqas milli jissodisfa l-kriterju għall-inklużjoni tar-rikorrenti stabbilit mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/172/PESK, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2011 L 76, 22.3.2011, p. 63) (kif emendata) u mill-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 270/2011, tal-21 ta’ Marzu 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Eġittu (ĠU 2011 L 76, p. 4) (kif emendat). Ir-rikorrenti jsostnu li huma ma ġewx “identifikati bħala responsabbli” għal misapproprjazzjoni ta’ fondi tal-Istat Eġizzjan jew għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu, jew bħala persuni assoċjati ma’ persuni identifikati bħala tali. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, id-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill naqas milli jeżamina bir-reqqa u b’mod imparzjali jekk ir-raġunijiet allegati, adottati sabiex jiġġustifikaw l-indikazzjoni l-ġdida tagħhom, kinux fondati fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti qabel l-indikazzjoni l-ġdida tagħhom. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser, b’mod inġustifikat u sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inklużi d-drittijiet tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà u tar-reputazzjoni tagħhom. Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kunsill naqas milli juri li l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti jfittex li jilħaq għan leġittimu jew huwa ġġustifikat minnu, u inqas u inqas li huwa proporzjonat għal tali għan. |
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/28 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2015 – CEVA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-601/15)
(2015/C 429/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: E. De Boissieu, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lis-CEVA s-somma ta’ EUR 59 103,21 skont il-Grant Agreement; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-ewwel rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt SEABIOPLAS u tal-ftehim ta’ sussidji tagħha (“Grant Agreement”), dwar proġett ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam “L-alka li tirriżulta mill-akkwakultura sostenibbli bħala materja prima għall-bijoplastik bijodegradabbli”, wara tpaċija awtomatika għall-istess ammont magħmula minnha bħala rkupru, skont konklużjonijiet ta’ awditu finanzjarju tal-OLAF, tas-somom imħallsa lir-rikorrenti fil-kuntest tal-kuntratt PROTOP.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, motiv uniku, ibbażat fuq żbalji mwetttqa mill-Kummissjoni li jaffettwaw l-irkupru permezz ta’ tpaċija tal-ammonti riċevibbli tas-somom imħallsa mill-Kummissjoni lir-rikorrrenti. Ir-rikorrenti ssostni essenzjalment f’dan ir-rigward, li l-kundizzjonijiet ta’ tpaċija ma humiex issodisfatti. L-ewwel nett, l-ammont riċevibbli tal-Kummissjoni fuq ir-rikorrenti ma huwa la ċert u lanqas dovut. Sussegwentement, il-Kummissjoni ma osservatx l-Artikolu 87(2), dwar l-irkupru ta’ ammonti riċevibbli bi tpaċija, u l-Artikolu 88 dwar l-ikupru meta ma jsirx ħlas volontarju, tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma għandha ebda azzjoni kuntrattwali fir-rigward tagħha. Sussidjarjament, fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali tqis it-tpaċija bħala fondata, ir-rikorrenti ssostni li r-rimbors totali tas-sussidju li hija rċeviet imur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità u jirrappreżenta arrikkiment indebitu tal-Kummissjoni.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/29 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Elan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-27/13) (1)
(2015/C 429/37)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/29 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2015 – ECC Couture vs UASI – Ball Wholesale (Culture)
(Kawża T-28/13) (1)
(2015/C 429/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/29 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2015 – Ryanair vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-260/13) (1)
(2015/C 429/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/30 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Novembru 2015 – FL, FM u FO vs CEPOL
(Kawża F-41/15 DISS I)
(2015/C 429/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/30 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Novembru 2015 – HA vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/15) (1)
(2015/C 429/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 213, 29.6.2015, p. 45.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/30 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Novembru 2015 – GK u GH vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-80/15) (1)
(2015/C 429/42)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 279, 24.8.2015, p. 58.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/30 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-11 ta’ Novembru 2015 – GM u GN vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-81/15) (1)
(2015/C 429/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 262, 10.8.2015, p. 42.
|
21.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 429/31 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Novembru 2015 – FM u FO vs CEPOL
(Kawża F-105/15) (1)
(2015/C 429/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 320, 28.9.2015, p. 53.