ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 425

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
18 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2015/C 425/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Diċembru 2015 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2015/45)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 425/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 425/03

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

5

2015/C 425/04

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 425/05

Rata tal-kambju tal-euro

7

2015/C 425/06

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2015 — Ħatra ta’ Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT

8

2015/C 425/07

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2015 rigward abbozz preliminari ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-Każ AT.40055 — Il-Ħiters tal-Ipparkjar — Relatur: il-Bulgarija

12

2015/C 425/08

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Ħiters tal-ipparkjar (AT.40055)

13

2015/C 425/09

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2015 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Il-Każ AT.40055 — ħiters tal-ipparkjar) (notifikat bin-numru tad-dokument C(2015) 3981)

14

2015/C 425/10

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

17

2015/C 425/11

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

18

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 425/12

Addozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għal pjan nazzjonal tranżitorju imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emissjonijiet industrijali

19


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 425/13

Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

20

2015/C 425/14

Avviż dwar l-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan

21

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 425/15

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7855 — Ageas/AXA Portugal) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

22


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Diċembru 2015

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

(BĊE/2015/45)

(2015/C 425/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti ta’ Národná banka Slovenska, Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2014. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2015.

(3)

Národná banka Slovenska għażel lil Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2015 u 2016,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat li Ernst & Young Slovakia, spol. s r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-snin finanzjarji 2015 u 2016.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Diċembru 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco

(2015/C 425/02)

Il-kumitat imħallat, magħmul minn rappreżentanti tal-Prinċipat ta’ Monaco u tal-Unjoni Ewropea, aġġorna l-lista li tinsab fl-Anness B għall-Ftehim Monetarju skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monaco (1).


(1)  ĠU C 23, 28.1.2012, p. 13.


ANNESS

“ANNESS B

 

Id-dispożizzjonijiet ġuridiċi li għandhom jiġu implimentati

Skadenza għall-implementazzjoni

Il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus

1

Id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15)

 

 

Emendata mis-segwenti:

 

2

Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, fejn jidħlu d-dispożizzjonijiet tat-Titoli I u II tad-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)

 

3

Id-Direttiva 2008/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2005/60/KE dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu, fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46)

 

4

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7)

 

5

Id-Direttiva 2010/78/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttivi 98/26/KE, 2002/87/KE, 2003/6/KE, 2003/41/KE, 2003/71/KE, 2004/39/KE, 2004/109/KE, 2005/60/KE, 2006/48/KE, 2006/49/KE, u 2009/65/KE fir-rigward tas-setgħat tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 120)

 

 

Issupplimentata u implimentata permezz ta’:

 

6

Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin jew ħerġin mill-Komunità (ĠU L 309, 25.11.2005, p. 9)

 

7

Id-Direttiva 2006/70/KE tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2006 li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 214, 4.8.2006, p. 29)

 

8

Ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar informazzjoni dwar il-pagatur li għandha takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi (ĠU L 345, 8.12.2006, p. 1)

 

9

Ir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta’ fondi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 1).

It-30 ta’ Ġunju 2017 (2)

10

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73)

It-30 ta’ Ġunju 2017 (2)

Il-prevenzjoni tal-frodi u tal-falsifikar

11

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill Nru 2001/413/ĠAI tat-28 ta’ Mejju 2001 li tiġġieled frodi u ffalsifikar ta’ mezzi ta’ ħlas bi flus mhux kontanti (ĠU L 149, 2.6.2001, p. 1)

 

12

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabbilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6)

 

 

Emendata bis-segwenti:

13

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 1)

14

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/887/ĠAI tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (ĠU L 329, 14.12.2001, p. 1)

 

15

Ir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1)

 

 

Emendata bis-segwenti:

16

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro (ĠU L 17, 22.1.2009, p. 5)

17

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37)

 

18

Id-Direttiva 2014/62/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar il-protezzjoni tal-euro u muniti oħra kontra l-iffalsifikar permezz tal-liġi kriminali, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2000/383/ĠAI (ĠU L 151, 21.5.2014, p. 1)

It-30 ta’ Ġunju 2016 (1)

Il-leġiżlazzjoni fl-oqsma bankarji u finanzjarji

19

Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 1997 dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU L 84, 26.3.1997, p. 22)

 


(1)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2014 skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monako.

(2)  Il-Kumitat Konġunt qabel dwar din l-iskadenza fl-2015 skont l-Artikolu 11(5) tal-Ftehim Monetarju bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipat ta’ Monako.”


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/5


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

(2015/C 425/03)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

Il-Kunsill biħsiebu jġedded il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/72/PESK. Il-Kunsill għandu fil-fajl tiegħu elementi ġodda li jikkonċernaw il-persuni kollha elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 101/2011. Il-persuni kkonċernati huma b’dan infurmati li huma jistgħu jagħmlu talba lill-Kunsill biex jiksbu l-informazzjoni marbuta magħhom, qabel l-1 ta’ Jannar 2016, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/6


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

(2015/C 425/04)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li wieħed jista' jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 101/2011.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (3).

Id-data personali se tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Diċembru 2015

(2015/C 425/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0841

JPY

Yen Ġappuniż

132,82

DKK

Krona Daniża

7,4612

GBP

Lira Sterlina

0,72660

SEK

Krona Żvediża

9,3022

CHF

Frank Żvizzeru

1,0807

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5110

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,031

HUF

Forint Ungeriż

315,96

PLN

Zloty Pollakk

4,2959

RON

Leu Rumen

4,5048

TRY

Lira Turka

3,1674

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5097

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4995

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4050

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6078

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5351

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 285,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,2600

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0330

HRK

Kuna Kroata

7,6530

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 204,89

MYR

Ringgit Malażjan

4,6780

PHP

Peso Filippin

51,434

RUB

Rouble Russu

76,5023

THB

Baht Tajlandiż

39,125

BRL

Real Brażiljan

4,2031

MXN

Peso Messikan

18,3649

INR

Rupi Indjan

71,8400


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Diċembru 2015

Ħatra ta’ Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT

(2015/C 425/06)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni C(2015) 3261 finali tad-19 ta’ Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Pjattaforma REFIT,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (1) (minn issa ‘l quddiem “id-Deċiżjoni”) li tistabbilixxi l-pjattaforma REFIT (minn issa ‘l quddiem “il-Pjattaforma”) tipprovdi għal Pjattaforma li jkollha mandat biex (i) tistieden u tiġbor suġġerimenti mis-sorsi kollha disponibbli għat-tnaqqis tal-piż regolatorju u amministrattiv, li jinħoloq mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri; (ii) tevalwa l-mertu tas-suġġerimenti miġbura f’termini tal-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-piż regolatorju u amministrattiv mingħajr ma tiġi pperikolata l-kisba tal-għanijiet tal-leġiżlazzjoni u, fejn xieraq, tipprovdi rimarki supplimentari dwar is-suġġerimenti; (iii) tibgħat għall-kummenti dawk is-suġġerimenti li jitqiesu li jimmeritaw l-aktar attenzjoni, kif ukoll kull rimarka supplimentari, lis-servizzi tal-Kummissjoni konċernati jew, skont il-każ, lill-Istat Membru konċernat; u (iv) tirrispondi lil kull persuna li tagħmel suġġeriment u tagħmel pubbliċi suġġerimenti li tirċievi, il-kummenti supplimentari u l-kummenti li jaslu għand is-servizzi tal-Kummissjoni jew mill-Istat Membru kkonċernat.

(2)

Id-Deċiżjoni tipprovdi li l-Pjattaforma tkun tinkludi Grupp tal-Gvern u Grupp ta’ Partijiet Interessati u li l-membri tal-“Grupp ta’ Partijiet Interessati” għandu jikkonsisti minn mhux aktar minn 20 espert, tnejn minnhom li jirrappreżentaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u l-bqija minn negozji, inkluż mill-SMEs, u mis-sħab soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. L-esperti fil-grupp tal-partijiet interessati għandhom jinħatru fil-kapaċità personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż minn numru ta’ partijiet interessati.

(3)

Din id-Deċiżjoni tistipula li l-Kummissjoni, fuq proposta tal-Ewwel Viċi President tal-Kummissjoni, għandha taħtar il-membri tal-grupp tal-partijiet interessati magħżula minn applikanti li għandhom esperjenza diretta fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jkunu wieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Il-ħatriet għandhom jiżguraw, sa fejn possibbli, rappreżentazzjoni bilanċjata tad-diversi setturi, interessi u reġjuni tal-Unjoni u tas-sess. Il-membri għandhom jinħatru sal-31 ta’ Ottubru 2019.

(4)

L-applikazzjonijiet kollha li jaslu fuq il-bażi tal-kriterji msemmija hawn fuq ġew eżaminati bir-reqqa.

(5)

Jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi President għandu jkollu s-setgħa li jinnomina sostitut abbażi tal-kriterji stabbiliti mid-Deċiżjoni għall-ħolqien tal-Pjattaforma sabiex jiġi evitat dewmien fis-sostituzzjoni ta’ kwalunkwe Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati, jew żbilanċ tal-membri tiegħu,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Membri tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tal-Pjattaforma REFIT huma elenkati f’ordni alfabetiku fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi-President jista’ jinnomina sostitut minn lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex isir Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2019.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  C(2015) 3261 finali.


ANNESS

Membri maħtura

Il-Membri tal-“Grupp tal-Partijiet Interessati” tal-Pjattaforma REFIT, elenkati f’ordni alfabetiku b’indikazzjoni ta’ jekk dawn ġewx maħtura fil-kapaċità personali tagħhom jew biex jirrappreżentaw interess komuni kondiviż minn numru ta’ partijiet interessati.

Isem

Nazzjonalità

Jirrappreżentaw interess komuni kondiviż mill-partijiet interessati f’qasam ta’ politika partikolari

Impjegatur attwali

Is-Sur Alanko Risto

FI

IVA

Il-Federazzjoni tal-Industriji tat-Teknoloġija Finlandiżi

Is-Sur Baussand Pierre

FR

IVA

Il-Pjattaforma Soċjali AISBL

Is-Sa Beekmans-Pols Fenna

NL

LE

Europa Decentraal

Is-Sur Christensen Geert Laaier

DK

IVA

Dansk Erhverv — Il-Kamra tal-Kummerċ Daniża

Is-Sur Clarke Mike

UK

IVA

Royal Society of Bird Protection (RSPB)

Is-Sa Hanula-Bobbitt Katarzyna

PL

IVA

Finance Watch

Is-Sur Hedström Jens

SE

IVA

BusinessEurope

Is-Sa Kavrakova Assya

BG

IVA

Is-Servizz ta’ Azzjoni taċ-Ċittadini Ewropej (ECAS)

Is-Sur Krivošík Juraj

SK

LE

SEVEn, the “Energy Efficiency Center”

Is-Sur Lasiauskas Linas

LT

LE

L-Assoċjazzjoni Litwana tal-Industrija tat-Tessuti u tal-Ħwejjeġ

Is-Sur Loosen Peter

DE

IVA

Bund für Lebensmittelrecht und Lebensmittelkunde e.V. (federazzjoni nazzjonali)

Is-Sur Naslin Jean

FR

IVA

Kumitat Ewropew tal-Industrija Bankarja (EBIC)

Is-Sa Pachl Ursula

AT

IVA

L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Konsumaturi (BEUC)

Is-Sa Roenne Moeller Heidi

DK

IVA

Il-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC)

Is-Sa Ronzitti Valeria

IT

IVA

Ċentru Ewropew tal-Impjegaturi u l-Intrapriżi li jipprovdu servizzi pubbliċi (CEEP)

Is-Sa Santiago Cid María Elena

ES

IVA

Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) u (l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika) CENELEC

Is-Sa Stoczkiewicz Magdalena

PL

IVA

Friends of the Earth Europe

Is-Sur van Straalen Michaël Angelo

NL

IVA

Koninklijke Vereniging MKB

Lista ta’ riżerva

Jekk xi Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati jieqaf milli jkun Membru matul il-mandat tal-Pjattaforma, l-Ewwel Viċi-President jista’ jinnomina sostitut mil-lista inizjali ta’ kandidati li wieġbu għas-Sejħa għal espressjonijiet ta’ interess biex wieħed isir Membru tal-Grupp tal-Partijiet Interessati.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/12


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2015 rigward abbozz preliminari ta’ deċiżjoni li tikkonċerna l-Każ AT.40055 — Il-Ħiters tal-Ipparkjar

Relatur: il-Bulgarija

(2015/C 425/07)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni tikkostitwixxi ftehim u/jew prattika konċertata bejn l-impriżi fit-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prodott u l-ambitu ġografiku tal-ftehim u/jew il-prattika konċertata li hemm fl-abbozz tad-deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi kkonċeernati bl-abbozz tad-deċiżjoni ħadu sehem fi ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummisjoni li l-għan tal-ftehim u/jew tal-prattika konċertata kient li tkun ristretta l-kompetizzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehim u/jew il-prattika konċertata kienet kapaċi taffettwa sew il-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE u ż-ŻEE.

6.

Il-Kumitati Konsultattivi jaqblu mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward it-tul ta’ żmien kemm dam il-ksur.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz tad-deżizjoni tal-Kummissjoni fir-rigward id-destinarji.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandha tkun imposta multa fuq id-destinarji ta-abbozz tad-deċiżjoni.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu li jkunu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mad-determinazzjoni tat-tul ta’ żmien għall-fini tal-kalkolu tal-multi.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemm ebda ċirkostanzi ta’ aggravament jew ta’ mitigazzjoni applikabbla għal dan il-każ.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-multi bbażat fuq l-Avviż ta’ Klemenza 2006.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni rigward it-tnaqqis tal-multi bbażat fuq l-Avviż ta’ Riżolviment 2008.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi.

16.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/13


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Ħiters tal-ipparkjar

(AT.40055)

(2015/C 425/08)

Fl-24 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni Ewropea bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra Webasto SE, Webasto Thermo & Comfort SE u Webasto Fahrzeugtechnik GmbH (kollettivament “Webasto”) u Eberspächer Gruppe GmbH & Co.KG, Eberspächer Climate Control Systems GmbH & Co.KG u Eberspächer GmbH (kollettivament “Eberspächer”) (flimkien “il-Partijiet”).

Wara diskussjonijiet dwar riżolviment u sottomissjonijiet dwar riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3), fis-6 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Ewropea adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lill-Partijiet, li tiddikjara li kienu pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

Skont l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, li l-ksur kien jikkonsisti f’koordinazzjoni tal-prezzijiet u l-allokazzjoni ta’ provvisti ta’ ħiters tal-ipparkjar fiż-Żona Ekonomika Ewropea mit-13 ta’ Settembru 2001 sal-15 ta’ Settembru 2011.

It-tweġibiet rispettivi tal-Partijiet għad-DO kkonfermaw li d-DO indirizzata lilhom kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jiena eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom. Nikkonkludi li dan hu minnu.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u wara li tqies li l-Partijiet ma indirizzawli l-ebda talba jew ilment (4), nikkunsidra li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-parteċipanti kollha fil-proċedimenti f’dan il-każ ġie rrispettat.

Brussel, il-15 ta’ Ġunju 2015.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE, (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2013, (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74) (“ir-Regolament (KE) Nru 773/2004”).

(4)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-Partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta f’kull stadju tal-proċedura ta’ riżolviment biex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C-167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżolviment f’konsiderazzjoni tal-adozzjoni ta’ Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għall-każijiet ta’ kartell, (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/14


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Ġunju 2015

li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

(Il-Każ AT.40055 — ħiters tal-ipparkjar)

(notifikat bin-numru tad-dokument C(2015) 3981)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(2015/C 425/09)

Fis-17 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda b’dan tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, fosthom kwalunkwe pieni imposti, wara li qieset l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE fir-rigward il-provvista ta’ ħiters tal-ipparkjar imħaddma bil-fjuwil u ħiters awżiljarji mħaddma bil-fjuwil għall-karozzi u t-trakkijiet.

(2)

Ħiters tal-ipparkjar imħaddma bil-fjuwil isaħħnu karozza u trakk ipparkjati u/jew isaħħnu l-magna tagħhom minn qabel. Il-ħiters awżiljarji mħaddma bil-fjuwil jappoġġaw is-sistemi tat-tisħin ta’ karozzi u trakkijiet moderni li ma jipproduċux biżżejjed sħana mormija biex iżommu l-karozzi u t-trakkijiet sħan. Il-ħiters tal-ipparkjar imħaddma bil-fjuwil u l-ħiters awżiljarji mħaddma bil-fjuwil huma riferuti f’dan is-sommarju bħala “ħiters tal-ipparkjar”.

(3)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Webasto (2) u Eberspächer (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa flimkien bħala “il-partijiet”).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(4)

Wara l-applikazzjoni għall-immunità ta’ Webasto, il-Kummissjoni wettqet spezzjoni mmirata fil-bini ta’ Eberspächer f’Lulju 2013. Immedjatament wara l-ispezzjoni, Eberspächer applikat għall-klemenza f’Awwissu 2013.

(5)

Fl-24 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra l-partijiet bil-għan li jidħlu magħhom f’diskussjonijiet dwar ir-riżolviment. Bejn l-10 ta’ Settembru 2014 u l-10 ta’ Marzu 2015 saru diskussjonijiet ta’ riżolviment. Sussegwentement, il-partijiet ippreżentaw it-talba formali ta’ riżolviment tagħhom lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4).

(6)

Il-Kummissjoni adottat id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet fis-6 ta’ Mejju 2015 u ż-żewġ partijiet mingħajr ekwivoku kkonfermaw li hija kienet tikkorrispondi mal-kontenut ta’ sottomissjonijiet għal riżolviment tagħhom u li għalhekk kienu impenjati li jsegwu l-proċedura għar-riżolviment.

(7)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ppubblika opinjoni favorevoli fil-15 ta’ Ġunju 2015. Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fis-17 ta’ Ġunju 2015.

2.2.   Destinatarji u durata

(8)

L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE billi pparteċipaw, waqt il-perjodi indikati hawn taħt, fi prattiċi antikompetittivi fir-rigward tal-provvista ta’ ħiters tal-ipparkjar.

L-impriża

Il-perjodu ta’ parteċipazzjoni

Webasto

13 ta’ Settembru 2001–15 ta’ Settembru 2011

Eberspächer

13 ta’ Settembru 2001–15 ta’ Settembru 2011

2.3.   Sommarju tal-ksur

(9)

Il-partijiet ikkoordinaw il-prezzijiet u allokaw klijenti rigward it-Talbiet għall-Kwotazzjonijiet (requests for quotations, “RFQs”) maħruġa minn klijenti tal-OEM (5) u semi-OEM (6) li jimmanifatturaw karozzi u trakkijiet fiż-ŻEE. Il-partijiet issuplimentaw ukoll il-koordinazzjoni tal-prezz u l-attivitajiet tal-allokazzjoni tagħhom permezz ta’ skambji regolari ta’ informazzjoni sensittiva dwar is-suq, fosthom informazzjoni dwar il-prezzijiet li kienu ġew ippreżentati fil-qafas tat-tweġibiet tagħhom għall-RFQs.

(10)

L-aġir kien estiż ukoll għall-bejgħ fis-suq ta’ wara lin-negozjanti tal-karozzi u tat-trakkijiet u negozjanti indipendenti fil-Ġermanja u fl-Awstrija u ħadu l-forma, pereżempju, ta’ listi tal-prezzijiet annwali armonizzati u l-ammont ta’ skontijiet.

(11)

Il-prattiċi antikompetittivi tal-partijiet iffurmaw ksur wieħed u kontinwu tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.

2.4.   Rimedji

(12)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (7).

2.4.1.   Ammont bażiku tal-multa

(13)

Fil-kalkolu tal-multi, il-Kummissjoni tat kas tal-bejgħ ta’ ħiters tal-ipparkjar fornuti lill-manifatturi tal-karozzi u t-trakkijiet fiż-ŻEE (klijenti tal-OEM u semi-OEM) u l-bejgħ ta’ ħiters tal-ippakkjar fil-Ġermanja u l-Awstrija magħmula mill-partijiet matul l-aħħar sena sħiħa kummerċjali tal-ksur (2010).

(14)

L-ammont bażiku tal-multa huwa stabbilit għal 18 % tal-valur tal-bejgħ kif definit fil-punt (13) hawn fuq, immultiplikat bin-numru ta’ snin li fihom l-impriżi ħadu sehem fil-ksur u billi jiżdied l-ammont addizzjonali ta’ 18 % tal-valur tal-bejgħ.

2.4.2.   Aġġustamenti tal-ammont bażiku

(15)

Il-Kummissjoni ma applikat ebda ċirkustanza aggravanti jew mitiganti f’dan il-każ.

(16)

Il-Kummissjoni lanqas ma żiedet il-multi bħala dissważjoni.

2.4.3.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(17)

L-ammont bażiku ta’ Webasto kien limitat għal 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali tagħha ġġenerat matul is-sena kummerċjali li kienet ippreċediet l-adozzjoni tad-Deċiżjoni (2014).

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006: tnaqqis ta’ multi

(18)

Il-Kummissjoni kkonċediet immunità sħiħa mill-multa lil Webasto u tnaqqis ta’ 45 % tal-multa għal Eberspächer.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(19)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq Eberspächer tnaqqas b’10 %. Dan it-tnaqqis ġie miżjud mal-gwadann tal-klemenza tagħha.

3.   KONKLUŻJONI

(20)

Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Webasto SE, Webasto Thermo & Comfort SE u Webasto Fahrzeugtechnik GmbH, responsabbli flimkien u in solidum: EUR 0;

Eberspächer Gruppe GmbH & Co. KG, Eberspächer Climate Control Systems GmbH & Co. KG u Eberspächer GmbH, responsabbli flimkien u in solidum: EUR 68 175 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  L-entitajiet legali kkonċernati huma Webasto SE, Webasto Thermo & Comfort SE u Webasto Fahrzeugtechnik GmbH.

(3)  L-entitajiet legali kkonċernati huma Eberspächer Gruppe GmbH & Co. KG, Eberspächer Climate Controll Systems GmbH & Co. KG u Eberspächer GmbH.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċedimenti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(5)  Manifattur tat-tagħmir oriġinali (original equipment manufacturer, OEM).

(6)  Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, semi-OEM tfisser li l-ħiter tal-ipparkjar mhuwiex inkluż fil-linja tal-produzzjoni, fejn il-karozza jew it-trakk jiġu immuntati iżda mibnija mill-OEM b’talba speċifika tal-klijent, pereżempju f’sala ta’ fabbrikazzjoni separata.

(7)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/17


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 425/10)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta' EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Spanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Is-Siti ta' Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-UNESCO — Segovia

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn fih fuq quddiem l-akkwadott ta' Segova. Fin-naħa ta' fuq taċ-ċirku ta' ġewwa miktub għad-dawra hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “ESPAÑA” u taħtu hemm is-sena tal-ħruġ “2016”. Fil-parti ta' fuq, fuq in-naħa tal-lemin hemm il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li jridu jinħarġu : 8 miljuni

Data tal-ħruġ : L-1 ta' Frar 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/18


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 425/11)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta' EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta' EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : l-Estonja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : il-100 anniversarju mit-twelid tal-granmastru Estonjan famuż taċ-ċess Paul Keres

Deskrizzjoni tad-disinn : Il-munita fiha ritratt mill-ġenb tal-plejer kbir Estonjan taċ-ċess Paul Keres b'xi biċċiet taċ-ċess. Fil-parti ta' fuq, fuq ix-xellug f'nofs ċirku hemm l-iskrizzjoni “PAUL KERES”. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “EESTI” u taħtu hemm is-sena tal-ħruġ “2016”.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li jridu jinħarġu :

Data tal-ħruġ : Jannar 2016


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/19


Addozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għal pjan nazzjonal tranżitorju imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emissjonijiet industrijali

(2015/C 425/12)

Fis-17 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni adottat id-deċizjoni tal-Kummisjoni C(2015) 9317, dwar in-notifika mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għal pjan nazzjonal tranżitorju imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar emissjonijiet industrijali (1).

Dan id-dokument huwa disponibbli fuq is-sit tal-Internet li ġej: https://circabc.europa.eu/w/browse/36205e98-8e7a-47d7-808d-931bc5baf6ee


(1)  ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/20


Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2015/C 425/13)

1.   Kif stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tinnotifika li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussels, BELGIUM (2) fi kull żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Madum taċ-ċeramika

Ir-Repubblika Tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 238, 15.9.2011, p. 1).

16.9.2016


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/21


Avviż dwar l-iskadenza tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan

(2015/C 425/14)

Kif previst fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakistan (1), il-Kummissjoni Ewropea tavża li r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1340/2008 skada fit-30 ta’ Novembru 2015 wara l-adeżjoni tal-Kazakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’din id-data.


(1)  ĠU L 348, 24.12.2008, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7855 — Ageas/AXA Portugal)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 425/15)

1.

Fil-11 ta’ Diċembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Ageas Portugal Holdings SGPS, SA (“Ageas Portugal”, il-Portugall), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà indiretta ta’ Ageas SA/NV (“Ageas”, il-Belġju), takkwista fit-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’: (i) AXA Portugal, Companhia de Seguros, SA; (ii) AXA Portugal, Companhia de Seguros de Vida, SA; u (iii) n-negozju mhux inkorporat ta' asikurazzjoni diretta tal-proprjetà u għad-disgrazzji mmexxija minn AXA Global Direct Seguros y Reaseguros SAU permezz tal-fergħa Portugiża tagħha (flimkien “AXA Portugal”, il-Portugall).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Ageas: il-provvista ta’ servizzi ta’ assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja għall-individwi, in-negozji u klijenti istituzzjonali f’diversi pajjiżi taż-ŻEE u fl-Asja.

—   għal AXA Portugal: il-forniment ta’ prodotti u servizzi ta’ assikurazzjoni, kemm fis-settur tal-assikurazzjoni tal-ħajja kif ukoll dawk mhux tal-ħajja fil-Portugall.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7855 — Ageas/AXA Portugal, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.