|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2015/C 414/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2015/C 414/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado Contencioso-Administrativo no6 de Bilbao – Spanja) – Grupo Hospitalario Quirón SA vs Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco, Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad
(Kawża C-552/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 2004/18/KE - Artikolu 23(2) - Ġestjoni ta’ servizzi pubbliċi tas-saħħa - Provvista ta’ servizzi tas-saħħa hija koperta mill-isptarijiet pubbliċi, fi ħdan l-istabbilimenti privati - Rekwiżit li s-servizzi jiġu pprovduti fil-muniċipalità speċifika))
(2015/C 414/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Contencioso-Administrativo no6 de Bilbao
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Grupo Hospitalario Quirón SA
Konvenuti: Departamento de Sanidad del Gobierno Vasco, Instituto de Religiosas Siervas de Jesús de la Caridad
Dispożittiv
L-Artikolu 23(2) tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], jipprekludi rekwiżit, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ifformulat bħala speċifikazzjoni teknika fl-avviż tal-kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw il-provvista ta’ servizzi tas-saħħa, li skontu l-provvisti mediċi li huma s-suġġett tas-sejħiet għal offerti għandhom jiġu pprovduti minn stabbilimenti tal-isptarjiet privati li jinsabu biss f’muniċipalità speċifika, li tista’ ma tkunx dik tad-domiċilju tal-pazjenti kkonċernati minn dawn is-servizzi, peress li dan ir-rekwiżit jinkludi esklużjoni awtomatika tal-offerenti li ma jistgħux jipprovdu dawn is-servizzi f’tali stabbiliment li jinsab f’din il-muniċipalità, iżda li jissodisfaw il-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dawn is-sejħiet għal offerti.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundespatentgericht – Il-Ġermaja) – BGW Beratungs-Gesellschaft Wirtschaft mbH, li qabel kienet BGW Marketing- & Management-Service GmbH vs Bodo Scholz
(Kawża C-20/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Raġunijiet supplimentari ta’ rifjut jew ta’ invalidità - Trade mark verbali - L-istess sekwenza ta’ ittri bħal trade mark preċedenti - Żieda ta’ sintamma deskrittiva - Eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni))
(2015/C 414/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BGW Beratungs-Gesellschaft Wirtschaft mbH, li qabel kienet BGW Marketing- & Management-Service GmbH
Konvenut: Bodo Scholz
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2008/95 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ prodotti u ta’ servizzi identiċi jew li jixxiebhu, tista’ teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni fil-ħsieb tal-pubbliku rilevanti bejn trade mark preċedenti komposta minn sekwenza ta’ ittri, li għandha karattru distintiv u li huwa l-element dominanti ta’ din it-trade mark mogħnija b’karattru distintiv medju, u trade mark sussegwenti komposta minn din is-sekwenza ta’ ittri li biswitha titqiegħed sintamma deskrittiva komposta minn kliem li l-inizjali tagħhom jikkorrispondu għall-ittri tal-imsemmija sekwenza, b’tali mod li din tiġi pperċepita minn dan il-pubbliku bħala l-akronimu tal-imsemmija sintamma.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – “Sveda” UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-126/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168 - Dritt għal tnaqqis - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa fuq l-akkwist jew il-produzzjoni ta’ beni ta’ investiment - Passaġġ ta’ rikreazzjoni intiż direttament għall-użu mingħajr ħlas mill-pubbliku - Użu tal-passaġġ ta’ rikreazzjoni bħala mod biex jitwettqu tranżazzjonijiet intaxxati))
(2015/C 414/04)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“Sveda” UAB
Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
fil-preżenza ta’: Klaipėdos apskrities valstybinė mokesčių inspekcija
Dispożittiv
L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa għall-akkwist jew għall-produzzjoni ta’ beni ta’ investiment għall-finijiet ta’ attività ekonomika prevista, marbuta mat-turiżmu rurali u rikreattiv, li huma, minn naħa, direttament intiżi sabiex jintużaw mingħajr ħlas mill-pubbliku u, min-naħa l-oħra, jistgħu jippermettu li jitwettqu tranżazzjonijiet intaxxati, jekk tiġi stabbilita rabta diretta u immedjata bejn l-ispejjeż marbuta mat-tranżazzjonijiet input u tranżazzjoni jew numru ta’ tranżazzjonijiet output li jagħtu dritt għal tnaqqis jew mal-attività kollha tal-persuna taxxabbli, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika abbażi ta’ elementi oġġettivi.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – “EasyPay” AD, “Finance Engineering” AD vs Ministerski savet na Republika Bulgaria, Natsionalen osiguritelen institut
(Kawża C-185/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizz ta’ ħlas postali - Direttiva 97/67/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti dritt esklużiv għall-għoti tas-servizz ta’ ħlas postali - Għajnuna mill-Istat - Attività ekonomika - Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali)
(2015/C 414/05)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“EasyPay” AD, “Finance Engineering” AD
Konvenut: Ministerski savet na Republika Bulgaria, Natsionalen osiguritelen institut
Dispożittiv
|
1) |
Id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, kif emendata bid-Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li servizz ta’ ħlas postali li permezz tiegħu l-kunsinnatur, f’dan il-każ l-Istat, jibgħat somom ta’ flus lil destinatarju, permezz tal-intermedjarju tal-operatur responsabbli mis-servizz postali universali, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
|
2) |
L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn l-attività ta’ ħlas postali li tippermetti l-ħlas tal-pensjonijiet tal-irtirar tikkostitwixxi attività ekonomika, xorta waħda ma jaqax taħt din id-dispożizzjoni l-għoti minn Stat Membru tad-dritt esklużiv ta’ ħlas tal-pensjonijiet tal-irtirar permezz ta’ ħlas postali lil impriża bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dan is-servizz jikkostitwixxi servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali li l-kumpens għalih jirrappreżenta l-korrispettiv tas-servizzi mogħtija minn din l-impriża sabiex teżegwixxi l-obbligu tagħha ta’ servizz pubbliku. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 – AC-Treuhand AG vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-194/14 P) (1)
((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa u stabilizzanti tat-temperatura ESBO/esteri - Artikolu 81(1) KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Impriża ta’ konsulenza li ma toperax fis-swieq inkwistjoni - Kunċetti ta’ “ftehim bejn impriżi” u ta’ ‘prattika miftiehma’ - Kalkolu tal-ammont tal-multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tas-sena 2006 - Ġurisdizzjoni sħiħa))
(2015/C 414/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: AC-Treuhand AG (rappreżentanti: C. Steinle, I. Bodenstein u C. von Köckritz, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Leupold, F. Ronkes Agerbeek u R. Sauer, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
AC-Treuhand AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Handelsgericht Wien – l-Awstrija) – Thomas Cook Belgium NV vs Thurner Hotel GmbH
(Kawża C-245/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Regolament (KE) Nru 1896/2006 - Proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas - Oppożizzjoni tardiva - Artikolu 20(2) - Talba għal eżaminazzjoni mill-ġdid tal-ordni ta’ ħlas Ewropea - Eċċezzjoni ta’ karenza ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-oriġini - Ordni ta’ ħlas Ewropea maħruġa b’mod żbaljat fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti mir-regolament - Assenza ta’ natura ‘manifesta’ - Assenza ta’ ċirkustanzi “eċċezzjonali”))
(2015/C 414/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Handelsgericht Wien
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Thomas Cook Belgium NV
Konvenuta: Thurner Hotel GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, kif emendata bir-Regolament tal Kummissjoni (UE) Nru 936/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li konvenut, li jkun ġie nnotifikat, skont dan ir-regolament, b’ordni ta’ ħlas Ewropea, ikun jista’ jitlob eżaminazzjoni mill-ġdid ta’ din l-ordni billi jsostni li l-qorti tal-oriġini ddikjarat b’mod żbaljat li għandha ġurisdizzjoni billi bbażat ruħha fuq informazzjoni allegatament falza pprovduta mill-applikant fil-formola ta’ applikazzjoni.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Iżvezja) – Skatteverket vs David Hedqvist
(Kawża C-264/14) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 2(1)(ċ) u 135(1)(d) sa (f) - Servizzi bi ħlas - Tranżazzjonijiet ta’ skambju tal-munita virtwali “bitcoin” kontra muniti tradizzjonali - Eżenzjoni)
(2015/C 414/08)
Lingwa tal-kawża: Iż-Żvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta förvaltningsdomstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Skatteverket
Konvenut: David Hedqvist
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu provvisti ta’ servizzi bi ħlas, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tranżazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fl-iskambju ta’ valuti tradizzjonali kontra unitajiet tal-valuta virtwali “bitcoin”, u viċe versa, li jsiru kontra l-ħlas ta’ somma li tikkorrispondi għall-marġni magħmul mid-differenza bejn, minn naħa, il-prezz li fih l-operatur ikkonċernat jixtri l-valuti u, min-naħa l-oħra, il-prezz li fih ibiegħhom lill-klijenti tiegħu. |
|
2) |
L-Artikolu 135(1)(e) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li provvisti ta’ servizzi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsistu fl-iskambju ta’ valuta tradizzjonali kontra unitajiet tal-valuta virtwali “bitcoin”, u viċe versa, li jsiru kontra l-ħlas ta’ somma li tikkorrispondi għall-marġni magħmul mid-differenza bejn, minn naħa, il-prezz li fih l-operatur ikkonċernat jixtri l-valuti u, min-naħa l-oħra, il-prezz li fih ibiegħ lill-klijenti tiegħu, jikkostitwixxu tranżazzjonijiet eżentati mill-VAT, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. L-Artikolu 135(1)(d) u (f) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li tali provvisti ta’ servizzi ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – PPUH Stehcemp sp. j Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi
(Kawża C-277/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Sitt Direttiva - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Bejgħ minn entità meqjusa ineżistenti))
(2015/C 414/09)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PPUH Stehcemp sp. j Florian Stefanek, Janina Stefanek, Jarosław Stefanek
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE, tas-7 ta’ Mejju 2002, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta lil persuna taxxabbli d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal oġġetti li ġew provduti lilha minħabba li l-fattura nħarġet minn operatur li għandu jitqies, fid-dawl tal-kriterji previsti minn din il-leġiżlazzjoni, li huwa operatur ineżistenti u li huwa impossibbli li tiġi stabbilita l-identità tal-fornitur reali tal-oġġetti, ħlief jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma l-persuna taxxabbli tiġi obbligata twettaq verifiki li ma hijiex obbligata twettaq, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li l-imsemmija provvista kienet involuta fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – New Media Online GmbH vs Bundeskommunikationssenat
(Kawża C-347/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2010/13/UE - Kunċetti ta’ “programm” u ta’ “servizz tal-media awdjoviżiva” - Determinazzjoni tal-għan prinċipali ta’ servizz tal-medja awdjoviżiva - Paragunabbiltà tas-servizz max-xandir televiżiv - Inklużjoni ta’ vidjos qosra f’sezzjoni ta’ sit ta’ gazzetta disponibbli fuq l-internet))
(2015/C 414/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: New Media Online GmbH
Konvenut: Bundeskommunikationssenat
Dispożittiv
|
1) |
Il-kunċett ta’ “programm”, fis-sens tal-Artikolu 1(b) tad-Direttiva 2010/13/UE, tal-10 ta’ Marzu 2010, dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (“Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva”), għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi l-għoti tal-aċċess, f’sub-sezzjoni ta’ sit tal-internet ta’ gazzetta, għal vidjos qosra li jikkorrispondu għal sekwenzi qosra estratti minn bullettini ta’ informazzjoni lokali, tal-isports jew ta’ divertiment. |
|
2) |
L-Artikolu 1(a)(i) tad-Direttiva 2010/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-evalwazzjoni tal-għan prinċipali ta’ servizz tal-għoti tal-aċċess għall-vidjos offrut fil-kuntest tal-verżjoni elettronika ta’ gazzetta għandha teżamina jekk dan is-servizz bħala tali għandux kontenut u funzjoni awtonomi meta mqabbla ma’ dawk tal-attività ġurnalistika tal-amministratur tas-sit tal-internet inkwistjoni, u ma huwiex biss element indiviżibbli ta’ din l-attività, b’mod partikolari minħabba rabtiet li jkollha l-offerta awdjoviżiva mal-offerta testwali. Din l-evalwazzjoni għandha ssir mill-qorti tar-rinviju. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Sachsen vs Tomislaw Trapkowski
(Kawża C-378/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 67 - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 60(1) - Għoti ta’ benefiċċji tal-familja fil-każ ta’ divorzju - Kunċett ta’ ‘persuna kkonċernata’ - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi l-għoti ta’ allowances tal-familja lill-ġenitur li jilqa’ l-wild f’daru - Residenza ta’ dan il-ġenitur fi Stat Membru ieħor - Astensjoni ta’ dan il-ġenitur li jitlob l-għoti ta’ allowances tal-familja - Dritt eventwali tal-ġenitur l-ieħor li jitlob l-għoti ta’ dawn l-allowances tal-familja))
(2015/C 414/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Sachsen
Konvenut: Tomislaw Trapkowski
Dispożittiv
|
1) |
It-tieni sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-fictio juris previst f’din id-dispożizzjoni jista’ jwassal għall-għoti tad-dritt għall-benefiċċji tal-familja lil persuna li ma tirrisjedix fit-territorju tal-Istat Membru kompetenti għall-ħlas ta’ dawn il-benefiċċji, meta l-kundizzjonijiet l-oħra kollha għall-għoti tal-imsemmija benefiċċji, previsti mid-dritt nazzjonali, huma ssodisfatti, liema fatt għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju. |
|
2) |
It-tielet sentenza tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament Nruo987/2009 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma timplikax li l-ġenitur tal-wild li fir-rigward tiegħu jingħataw il-benefiċċji, li jirresjedi fl-Istat Membru li huwa obbligat iħallas dawn il-benefiċċji, għandu jingħata d-dritt għal dawn il-benefiċċji għar-raġuni li l-ġenitur l-ieħor, li jirrisjedi fi Stat Membru ieħor, ma jkunx ressaq talba għal benefiċċji tal-familja. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana – l-Italja) – Impresa Edilux srl, bħala mandatarja ta’ ATI, Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF) vs Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Soprintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana
(Kawża C-425/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2004/18/KE - Raġunijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti - Kuntratt li ma jilħaqx il-limitu għall-applikazzjoni ta’ din id-direttiva - Regoli fundamentali tat-Trattat FUE - Dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni ta’ protokoll ta’ legalità rigward il-ġlieda kontra l-attivitajiet kriminali - Esklużjoni minħabba nuqqas ta’ preżentata ta’ tali dikjarazzjoni - Ammissibbiltà - Proporzjonalità))
(2015/C 414/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Giustizia Amministrativa per la Regione siciliana
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Impresa Edilux srl, bħala mandatarja ta’ ATI, Società Italiana Costruzioni e Forniture srl (SICEF)
Konvenuti: Assessorato Beni Culturali e Identità Siciliana – Servizio Soprintendenza Provincia di Trapani, Assessorato ai Beni Culturali e dell’Identità Siciliana, UREGA – Sezione provinciale di Trapani, Assessorato delle Infrastrutture e della Mobilità della Regione Siciliana
fil-preżenza ta’: Icogen Srl
Dispożittiv
Ir-regoli fundamentali u l-prinċipji ġenerali tat-trattat FUE, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll l-obbligu tat-trasparenza li jirriżulta minnhom, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li bis-saħħa tagħha awtorità kontraenti tista’ tipprovdi li kandidat jew offerent jiġi eskluż awtomatikament minn proċedura tas-sejħa għal offerti dwar kuntratt pubbliku talli ma ppreżentax, flimkien mal-offerta tiegħu, aċċettazzjoni bil-miktub tal-impenji u tad-dikjarazzjonijiet li jinsabu fil-protokoll ta’ legalità, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-għan tiegħu huwa li jiġġieled kontra l-infiltrazzjonijiet tal-kriminalità organizzata fis-settur tal-kuntratti pubbliċi. Madankollu, sa fejn dan il-protokoll jinkludi dikjarazzjonijiet skont liema l-kandidat jew l-offerent ma humiex f’relazzjoni ta’ kontroll jew ta’ assoċjazzjoni ma’ kandidati jew offerenti oħra, ma kkonkludiex u mhux ser jikkonkludi ftehim ma’ parteċipanti oħra fil-proċedura tas-sejħa għal offerti u ma huwiex ser jagħmel subappalti għal ebda tip ta’ obbligu lill-impriżi oħra li qed jipparteċipaw f’din il-proċedura, l-assenza ta’ tali dikjarazzjonijiet ma jistax ikollha bħala konsegwenza l-esklużjoni awtomatika ta’ kandidat jew ta’ offerent mill-imsemmija proċedura.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Gelderland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA vs VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren
(Kawża C-523/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ilment b’kostituzzjoni parti ċivili - Artikolu 27 - Lis alibi pendens - Talba mressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor - Istruttorja ġudizzjarja pendenti - Artikolu 30 - Data li fiha qorti titqies li ġiet adita))
(2015/C 414/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA
Konvenuti: VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li lment b’kostituzzjoni parti ċivili mressaq quddiem qorti istruttorja jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sa fejn dan huwa intiż għall-kumpens pekunjarju għad-dannu allegat mil-lanjant. |
|
2) |
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba titressaq, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta lment b’kostituzzjoni parti ċivili jkun tressaq quddiem qorti istuttorja, anki jekk l-istruttorja tal-kawża inkwistjoni tkun għadha ma ngħalqitx. |
|
3) |
L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interprtat fis-sens li, meta persuna tressaq ilment b’kostituzzjoni parti ċivili quddiem qorti istruttorja permezz tal-preżentata ta’ att li ma għandux, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, jiġi nnotifikat qabel din il-preżentata, id-data li għandha titqies sabiex jiġi kkunsidrat li din il-qorti hija adita hija dik li fiha tressaq dan l-ilment. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven kasatsionen sad – il-Bulgarija) – Vasilka Ivanova Gogova vs Ilia Dimitrov Iliev
(Kawża C-215/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(1)(b) - Attribuzzjoni, eżerċizzju, delegazzjoni, restrizzjoni jew terminazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenituri - Artikolu 2 - Kunċett ta’ “responsabbiltà tal-ġenituri” - Tilwima bejn il-ġenituri li tirrigwarda l-vjaġġ tal-minuri tagħhom u l-ħruġ ta’ passaport lil din tal-aħħar - Estensjoni tal-ġurisdizzjoni - Artikolu 12 - Kundizzjonijiet - Aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-qrati aditi - Nuqqas ta’ dehra tal-konvenut - Assenza ta’ kontestazzjoni tal-ġurisdizzjoni, mill-mandatarju tal-konvenut maħtur ex officio mill-qrati aditi))
(2015/C 414/14)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vasilka Ivanova Gogova
Konvenuta: Ilia Dimitrov Iliev
Dispożittiv
|
1) |
L-azzjoni li permezz tagħha wieħed mill-ġenituri jitlob lill-qorti tagħti rimedju għan-nuqqas ta’ kunsens tal-ġenitur l-ieħor għall-vjaġġ tal-minuri tagħhom barra mill-Istat Membru ta’ residenza tagħha u għall-ħruġ ta’ passaport f’isem din il-minuri jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, u dan meta d-deċiżjoni mogħtija fi tmiem din l-azzjoni għandha tittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn l-imsemmija minuri hija residenti fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva li tirrigwarda l-ħruġ ta’ dan il-passaport. |
|
2) |
L-Artikolu 12(3)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ġurisdizzjoni tal-qrati aditi sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ talba fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri ma tistax titqies li ġiet “espressament aċċettata jew xort’oħra f’mod inekwivokabbli mill-partijiet kollha fil-proċedimenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għas-sempliċi raġuni li l-mandatarju ad litem li jirrappreżenta lill-konvenut, maħtur ex officio minn dawn il-qrati fid-dawl tal-impossibbiltà li dan tal-aħħar jiġi nnotifikat bir-rikors promotur, ma qajjimx l-eċċezzjoni tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-imsemmija qrati. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 6 (ir-Repubblika Ċeka) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Marcela Pešková, Jiří Peška vs Travel Service a.s.
(Kawża C-315/15)
(2015/C 414/15)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Obvodní soud pro Prahu 6
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marcela Pešková, Jiří Peška
Konvenuta: Travel Service a.s.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur tikkostitwixxi avveniment fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea [fil-Kawża] C-549/07 [EU:C:2008:771] (iktar 'il quddiem is-“sentenza Wallentin-Hermann”) jew tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tal-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (2) (iktar 'il quddiem ir-“Regolament”), jew [tali kolliżjoni] ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kunċetti ċċitati iktar 'il fuq? |
|
2) |
Jekk il-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur hija ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tar-Regolament, it-trasportatur bl-ajru jista’ jikkunsidra bħala miżuri raġonevoli maħsuba sabiex tiġi evitata tali kolliżjoni, il-mekkaniżmi ta’ kontroll fuq bażi preventiva implementati, b’mod partikolari madwar l-ajruporti (bħal pereżempju, deterrenti tal-għasafar bil-ħsejjes, kooperazzjoni mal-ornitologi, l-eliminazzjoni ta’ spazji li fihom tipikament jinġabru jew itiru l-għasafar, deterrenti tal-għasafar bid-dawl, eċċ)? X’jikkostitwixxi f’dan il-każ avveniment fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza Wallentin-Hermann? |
|
3) |
Jekk il-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur tikkostitwixxi avveniment fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza Wallentin-Hermann, din tista’ tiġi kkunsidrata wkoll bħala avveniment fis-sens tal-premessa 14 tar-regolament u jista’, f’tali każ, jiġi kkunsidrat bħala ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tar-regolamentl, l-assjem ta’ miżuri tekniċi u amministrattivi li t-trasportatur bl-ajru għandu jadotta wara l-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur li ma tkunx madankollu għamlet ħsara lill-ajruplan? |
|
4) |
Jekk il-miżuri tekniċi u amministrattivi kollha adottati wara l-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur li ma tkunx madankollu għamlet ħsara lill-ajruplan jikkostitwixxu ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tar-regolament, it-trasportatur bl-ajru jista’ jkun rikjest li jieħu inkunsiderazzjoni, anki waqt l-ippjanar tat-titjiriet, ir-riskju li jkun neċessarju li jeżegwixxi dawn il-miżuri tekniċi u amministrattivi wara l-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur u li huwa jeħodhom inkunsiderazzjoni fil-ħinijiet tat-titjira fil-kuntest ta’ miżuri raġonevoli? |
|
5) |
Kif għandu jiġi evalwat l-obbligu tat-trasportatur ta’ kumpens għad-danni fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament fil-każ fejn id-dewmien jiġi kkawżat mhux biss mill-miżuri amministrattivi u tekniċi adottati wara l-kolliżjoni tal-ajruplan ma’ għasfur li ma tkunx għamlet ħsara lill-ajruplan, iżda wkoll, f’parti kbira tagħha, mit-tiswija ta’ ħsara teknika li ma hijiex marbuta mal-kolliżjoni ċċitata iktar 'il fuq tal-ajruplan ma’ għasfur? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 1, p. 306.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/13 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 minn Louis Vuitton Malletier mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-21 ta’ April 2015 fil-Kawża T-359/12 – Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG
(Kawża C-363/15 P)
(2015/C 414/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Louis Vuitton Malletier (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi, N. Parrotta, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-21 ta’ April 2015, fil-Kawża T-359/12, innotifikata lill-appellanti fid-29 ta’ April 2015; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri; |
|
— |
tikkundanna lil Nanu-Nana għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
Permezz ta’ dan l-appell, Louis Vuitton Malletier (iktar ’il quddiem “Louis Vuitton” jew l-“appellanti”) titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-21 ta’ April 2015, fil-Kawża T-359/12 (is-“sentenza appellata”), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ Louis Vuitton kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 1855/2011-1, li kienet iddikjarat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 370445 invalida kollha kemm hi, minħabba assenza ta’ karattru distintiv. |
|
2. |
Dan l-appell huwa intiż li juri li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) hija applikabbli għat-trade mark ikkontestata, kif ukoll meta kkonkludiet li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(3) u tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ma japplikawx għall-każ ineżami. |
|
3. |
L-ewwel nett, billi kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li kienet iddikjarat it-trade mark ikkontestata bħala invalida minħabba li ma kinitx distintiva b’mod inerenti, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli dwar l-oneru tal-prova fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità. |
|
4. |
B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li sabiex tikkonforma ruħha mal-prinċipji dwar il-preżunzjoni ta’ validità li jgawdu minnha t-trade marks Komunitarji rreġistrati u t-tqassim tal-oneru tal-prova f’azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, il-Qorti Ġenerali messha bidlet id-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi li Nanu-Nana ma kinitx issodisfat l-oneru tagħha, peress li hija ma kinitx kapaċi turi x’kienu n-normi u l-użanzi tas-settur rilevanti fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata u għaldaqstant li t-trade mark ikkontestata ma kinitx titbiegħed minnhom b’mod sinjifikattiv. |
|
5. |
It-tieni nett, billi ħtieġet li tingħata prova ta’ karattru distintiv miksub għal kull wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali manifestament kisret is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża Lindt & Sprüngli vs UASI (C-98/11 P, EU:C:2012:307), fejn intqal li “anki jekk huwa minnu […] li l-kisba, minn trade mark, ta’ karattru distintiv bl-użu għandha tiġi pprovata għal dik il-parti tal-Unjoni li fiha din it-trade mark ma kellhiex ab initio dan il-karattru, ikun eċċessiv li jintalab li l-prova ta’ tali kisba tiġi prodotta għal kull Stat membru meħud individwalment” (punt 62). |
|
6. |
B’mod partikolari, l-appellanti tindika li kieku l-Qorti Ġenerali applikat is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża Lindt b’mod korrett, hija kienet tasal għall-konklużjoni li t-trade mark ikkontestata kienet kisbet karattru distintiv permezz tal-użu u, konsegwentement, hija kienet tibdel id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell dwar dan il-punt. |
|
7. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata u tikkundanna lill-UASI u lil Nanu-Nana għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/14 |
Appell ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 minn Louis Vuitton Malletier mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-21 ta’ April 2015 fil-Kawża T-360/12 – Louis Vuitton Malletier vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG
(Kawża C-364/15 P)
(2015/C 414/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Louis Vuitton Malletier (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi, N. Parrotta, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nanu-Nana Handelsgesellschaft mbH für Geschenkartikel & Co. KG
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-21 ta’ April 2015, fil-Kawża T-360/12, innotifikata lill-appellanti fid-29 ta’ April 2015; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri; |
|
— |
tikkundanna lil Nanu-Nana għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
Permezz ta’ dan l-appell, Louis Vuitton Malletier (iktar ’il quddiem “Louis Vuitton” jew l-“appellanti”) titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla), tal-21 ta’ April 2015, fil-Kawża T-360/12 (is-“sentenza appellata”), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ta’ Louis Vuitton kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Mejju 2012, fil-Każ R 1854/2011-1, li kienet iddikjarat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva Nru 658751 invalida kollha kemm hi, minħabba assenza ta’ karattru distintiv. |
|
2. |
Dan l-appell huwa intiż li juri li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonkludiet li d-dispożizzjoni tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) hija applikabbli għat-trade mark ikkontestata. |
|
3. |
Billi kkonfermat id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell li kienet iddikjarat it-trade mark ikkontestata bħala invalida minħabba li ma kinitx distintiva b’mod inerenti, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli dwar l-oneru tal-prova fi proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità. |
|
4. |
B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li sabiex tikkonforma ruħha mal-prinċipji dwar il-preżunzjoni ta’ validità li jgawdu minnha t-trade marks Komunitarji rreġistrati u t-tqassim tal-oneru tal-prova f’azzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, il-Qorti Ġenerali messha bidlet id-deċiżjoni kkontestata, fuq il-bażi li Nanu-Nana ma kinitx issodisfat l-oneru tagħha, peress li hija ma kinitx kapaċi turi x’kienu n-normi u l-użanzi tas-settur rilevanti fid-data tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata u għaldaqstant li t-trade mark ikkontestata ma kinitx titbiegħed minnhom b’mod sinjifikattiv. |
|
5. |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata u tikkundanna lill-UASI u lil Nanu-Nana għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti matul dawn il-proċeduri. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/15 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2015 minn Pensa Pharma, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-544/12:Pensa Pharma, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ferring BV, Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S
(Kawża C-442/15 P)
(2015/C 414/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Pensa Pharma, SA (rappreżentanti: R. Kunze, G. Würtenberger, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Ferring BV, Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S
Talbiet tal-appellanti
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-każijiet konġunti T-544/12 u T-546/12, |
|
— |
tilqa’ l-azzjoni għall-annullament ippreżentata minn Pensa Pharma S.A. kontra d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell fil-Każ R-1883/2011-5 kif ukoll il-Każ R-1884/2011-S |
|
— |
tikkundanna l-Uffiċċju u l-partijiet l-oħra għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi kbir meta ċaħdet il-pretensjoni tal-appellanti li s-sottomissjonijiet magħmula waqt is-seduta quddiem il-Qorti Ġenerali kienu ammissibbli billi ma kienux ġodda iżda kienu jkabbru biss l-argumenti legali sottomessi preċedentement lill-Bord tal-Appell kif ukoll lill-Qorti Ġenerali. |
|
2. |
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali naqqset milli ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Bord tal-Appell kien naqas milli jagħti r-raġunijiet għaliex ikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Kanċellament li tilqa’ l-applikazzjoni tal-appellata għall-invalidità fil-proċedimenti kkonsolidati li inizjalment kienu jikkonsistu minn erba’ applikazzjonijiet separati and li tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż tal-erba’ proċedimenti mressqa quddiem l-Uffiċċju minkejja l-fatt li d-deċiżjonijiet ikkonsolidati t-tnejn kienu bbażati biss fuq drittijiet invokati u/jew posseduti minn wieħed miż-żewġ applikanti rispettivi. |
|
3. |
Minbarra dan, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li qed tiġi mistħarrġa hija bbażata wkoll fuq distorsjoni ta’ fatti u ta’ evidenza kif ukoll fuq kunċett żbaljat u misapproprjazzjoni tal-kompetenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn naqqset li tapplika b’mod xieraq il-fatti disponibbli u l-liġi fl-ambitu tat-tieni aggravju, jiġifieri, il-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009 (1). Li kieku l-Qorti Ġenerali rrispettat il-prinċipji fundamentali tal-liġi, inkluż id-dritt għal smigħ xieraq kif ukoll id-dritt li jingħataw raġunijiet insostenn ta’ deċiżjoni, kienet tilqa’ l-azzjoni miġjuba quddiemha. Dan jgħodd iktar billi l-Qorti Ġenerali kkonfermat id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell b’għarfien sħiħ tal-fatt li l-bażi tad-deċiżjonijiet, b’mod partikolari l-eżistenza tat-trade mark nazzjonali tal-Benelux u dik Franċiża, fiż-żmien tad-deċiżjoni taħt appell quddiem il-Qorti Ġenerali ma kienet la ppruvata mill-appellata u lanqas ma kienu ngħataw. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1) kif ukoll l-Artikolu 53(1) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja Nru 207/2009 sa fejn applikat kriterji legali żbaljati fl-istabbiliment li r-reġistrazzjonijiet għat-trade mark tal-appellanti kellhom jiġu kkanċellati bbażat fuq reġistrazzjonijiet għal trade mark tal-Benelux u dik Franċiża preċedenti. |
|
4. |
L-iżbalji mwettqa huma kemm ta’ natura ta’ proċedura kif ukoll ta’ liġi sostantiva. Għaldaqstant l-appellanti l-ewwel nett ser turi n-nuqqas tal-Qorti Ġenerali li tammetti s-sottomissjonijiet li saru fis-seduta u t-tieni nett tistabbilixxi r-raġunijiet għalfejn il-Qorti Ġenerali wasslet għall-konklużjoni li t-tieni aggravju mqajjem quddiemha kien fondat minħabba ksur tal-prinċipji rikonoxxuti ta’ proċess xieraq tal-liġi kif ukoll fid-dawl tal-fatti mogħtija. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Aeroporto Valerio Catullo di Verona Villafranca SpA vs Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA)
(Kawża C-485/15)
(2015/C 414/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aeroporto Valerio Catullo di Verona Villafranca SpA
Konvenuta: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA)
Domanda preliminari
Il-prinċipji tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea ta’ nondiskriminazzjoni, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ trasparenza, ta’ pubbliċità u ta’ kompetizzjoni jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik ikkostitwita mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10 tal-Liġi Nru 537/93, tal-Artikoli 6, 7, 8 u 17 tad-Digriet Ministerjali Nru 521/1997, tal-Artikolu 17 tad-Digriet Liġi Nru 67/97, tal-Artikolu 3(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 96/2005, tal-Artikolu 11 tad-Digriet Liġi Nru 216/2011 u tal-Artikolu 6 tad-Digriet Liġi Nru 78/2010, meħuda flimkien, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali jistgħu jippermettu li l-għoti ta’ konċessjoni ta’ erbgħin sena għal operazzjoni sħiħa ta’ ajruport isir billi jiġi evitat l-għoti permezz ta’ proċedura pubblika ta’ sejħa għal offerti?
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fil-21 ta’ Settembru 2015 – Tommy Hilfiger Licensing LLC et vs DELTA CENTER a.s.
(Kawża C-494/15)
(2015/C 414/20)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší soud České republiky
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tommy Hilfiger Licensing LLC et
Konvenuta: DELTA CENTER a.s.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kerrej ta’ art fejn jinżamm suq li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ diversi negozjanti stands u spazji li fuqhom jistgħu jintramaw l-istands huwa intermedjarju li s-servizzi tiegħu jintużaw minn terzi sabiex jippreġudikaw dritt ta’ proprjetà intelletwali fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali? |
|
2) |
Il-kerrej ta’ art fejn jinżamm suq li jqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ diversi negozjanti stands u spazji li fuqhom jistgħu jintramaw l-istands jistga’ jiġi suġġett għall-impożizzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk ifformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tat-12 ta’ Lulju 2011, mogħtija fil-Kawża C-324/09, L’Oréal et, fir-rigward tal-impożizzjoni tal-imsemmija miżuri fuq operaturi ta’ suq online? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vilniaus miesto apylinkės teismas (il-Litwanja) fit-22 ta’ Settembru 2015 – W u V vs X
(Kawża C-499/15)
(2015/C 414/21)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus miesto apylinkės teismas (qorti distrettwali ta’ Vilnius)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: W u V
Konvenuta: X
Domanda preliminari
Skont l-Artikoli 8 u 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, liema Stat Membru (ir-Repubblika tal-Litwanja jew ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi) għandu ġurisdizzjoni fir-rigward tal-wild minuri V, li għandu r-residenza abitwali fil-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex jieħu konjizzjoni ta’ talba għal bidla fir-residenza tiegħu u fl-obbligi ta’ manteniment u fid-dritt ta’ aċċess fir-rigward tiegħu?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/18 |
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-24/13 – Cactus S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-501/15 P)
(2015/C 414/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Cactus S.A.
Talbiet
|
— |
tilqa’ l-appell fl-intier tiegħu; |
|
— |
tannulla s-sentenza appellata |
|
— |
tikkkundanna lil Cactus S.A. għall-ispejjeż sostnuti mill-UASI. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Skont is-sentenza “IP Translator”, id-denominazzjoni tal-intesatura ta’ klassi tista’ tkopri l-prodotti jew servizzi kollha inklużi fil-lista alfabetika ta’ din il-klassi. Madankollu, din id-denominazzjoni ma tistax titqies bħala talba għall-prodotti u għas-servizzi kollha ta’ klassi partikolari. Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat is-sentenza “IP Translator” u kisret l-Artikolu 28 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) u r-Regola 2 tar-Regolament Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, billi pparagunat il-kopertura tal-intestatura ta’ klassi fil-klassi 35 mas-servizzi kollha f’din il-klassi. Peress li la s-servizzi bl-imnut inkwantu tali u lanqas is-servizzi ta’ “bejgħ bl-imnut ta’ pjanti naturali ħajjin u fjuri, ċereali; frott u ħxejjex friski” ma huma inklużi fil-lista alfabetika fil-klassi 35, it-trade marks Komunitarji preċedenti ma humiex protetti fir-rigward ta’ dawn is-servizzi. Ir-rekwiżit li jiġu speċifikati l-prodotti jew tipi ta’ prodotti li għalihom is-servizzi bl-imnut jirrelataw, li japplika għat-trade marks kollha inklużi dawk li għalihom saret applikazzjoni qabel is-sentenza “Praktiker” huwa ostakolu ieħor għall-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li d-denominazzjoni astratta tal-intestatura ta’ klassi fil-klassi 35 testendi għal servizzi bl-imnut fir-rigward tal-prodotti possibbli kollha.
Il-konstatazzjoni li l-użu biss tal-kaktus stilizzat ma jbiddilx il-karattru distintiv tat-trade mark figurattiva preċedenti, skont it-tifsira tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, hija vvizzjata b’erba’ żbalji ta’ liġi. Meta bbażat il-konklużjoni tagħha biss fuq il-konkordanza semantika bejn il-logo u l-element verbali, il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina sa fejn l-element verbali “Cactus” kien distintiv u importanti fit-trade mark kumplessa preċedenti. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-differenzi viżivi u (possibbli) fonetiċi bejn il-logo u t-trade mark kumplessa, billi bi żball ibbażat id-deċiżjoni tagħha fuq għarfien preċedenti li l-pubbliku fil-Lussemburgu għandu tat-trade mark kumplessa preċedenti u naqset milli tikkunsidra l-perċezzjoni tal-pubbliku Ewropew bħala ħaġa waħda.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer de Terrassa (Spanja) fit-23 ta’ Settembru 2015 – Ramón Margarit Panicello vs Pilar Hernández Martínez
(Kawża C-503/15)
(2015/C 414/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Secretario Judicial del Juzgado de Violencia sobre la Mujer de Terrassa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ramón Margarit Panicello
Konvenuta: Pilar Hernández Martínez
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikoli 34, 35, 207(2) u 207(4) (Liġi 1/2000), li jirregolaw il-proċedura amministrattiva għall-irkupru ta’ onorarji mhux imħallsa (Jura de Cuentas) huma inkompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), sa fejn jipprekludu l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv: Fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) is-Secretario Judicial huwa “qorti jew tribunal”, fis-sens tal-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea? |
|
2) |
L-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) huma inkompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(2) tad-Direttiva 93/13/KEE (2) u mal-Artikoli 6(1)(d), 11 u 12 tad-Direttiva 2005/29/KE (3), sa fejn jipprekludu l-verifika ex officio tal-eventwali klawżoli inġusti jew prattiċi kummerċjali żleali inklużi f’kuntratti bejn avukati u persuni fiżiċi li jaġixxu b’għan barra mill-isfera tal-attività professjonali tagħhom? |
|
3) |
L-Artikoli 34 u 35 (Liġi 1/2000) huma inkompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(2) u mal-punt 1(q) tal-Anness għad-Direttiva 93/13/KEE, sa fejn jipprekludu l-produzzjoni tal-prova fil-proċedura amministrattiva għall-irkupru ta’ onorarji mhux imħallsa bil-għan tar-riżoluzzjoni tat-tilwima? |
(2) Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
(3) Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22)
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van Koophandel Gent (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2015 – Agro Foreign Trade & Agency Ltd vs Petersime NV
(Kawża C-507/15)
(2015/C 414/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van Koophandel Gent
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agro Foreign Trade & Agency Ltd
Konvenuta: Petersime NV
Domanda preliminari
Sa fejn il-liġi Belġjana dwar l-aġenzija kummerċjali, li tittrasponi fid-dritt nazzjonali Belġjan id-Direttiva dwar l-aġenzija kummerċjali (1), tipprevedi li hija tapplika unikament għall-aġenti kummerċjali li jkollhom is-sede tagħhom fil-Belġju, filwaqt li hija ma tapplikax jekk prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija jkunu għażlu espressament id-dritt Belġjan bħala d-dritt applikabbli, din il-liġi Belġjana dwar l-aġenzija kummerċjali hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li l-għan espress tiegħu huwa l-adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea jew mal-obbligi bejn it-Turkija u l-Unjoni Ewropea li bejniethom jitneħħew ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?
(1) Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177).
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja), fil-25 ta’ Settembru 2015, fil-proċeduri amministrattivi għal stħarriġ ta’ legalità bejn Agrodetalė UAB vs Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija
(Kawża C-513/15)
(2015/C 414/25)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Partijiet ikkonċernati: Agrodetalė UAB, Lietuvos Respublikos žemės ūkio ministerija
Domandi preliminari
|
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 2003/37/KE (1), tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, japplikaw għat-tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea u għar-reġistrazzjoni tal-karozzi użati jew second-hand prodotti barra mill-Unjoni, jew l-Istati Membri jistgħu jirregolaw permezz ta’ regoli nazzjonali speċjali r-reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi fi Stat Membru u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet applikabbli għar-reġistrazzjoni tagħhom (pereżempju, l-obbligu li jkunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2003/37/KE)? |
|
2) |
Huwa possibbli li l-Artikolu 23(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 2(q) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru. 2003/37/KE, tas-26 ta’ Mejju 2003, dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ tratturi għall-agrikoltura jew għall-foresti, il-karrijiet tagħhom u makkinarju irmunkat interkambjabbli, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u r-revoka tad-Direttiva 74/150/KEE, jiġi interpretat fis-sens li jipprovdi li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva japplikaw għal makkinarju fil-kategoriji T1, T2 u T3 prodott wara l-1 ta’ Lulju 2009? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 311.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fit-28 ta’ Settembru 2015 – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak
(Kawża C-518/15)
(2015/C 414/26)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ville de Nivelles
Konvenut: Rudy Matzak
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 17(3)(ċ)(iii) tad-Direttiva 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), għandu jiġi interpretat bħala li jawtorizza lill-Istati Membri sabiex jeskludu ċerti kategoriji ta’ pompiera rreklutati mis-servizzi pubbliċi tat-tifi tan-nar, mid-dispożizzjonijiet kollha li jiżguraw it-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva, inkluża dik li tiddefinixxi l-ħin tax-xogħol u l-perijodi ta’ mistrieħ? |
|
2) |
Sa fejn id-Direttiva Ewropea 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, tipprevedi biss normi minimi, għandha tiġi interpretata bħala li ma tostakolax li l-leġiżlatur nazzjonali jżomm jew jadotta definizzjoni inqas retrittiva tal-ħin tax-xogħol? |
|
3) |
B’teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 153(5) TFUE u tal-għanijiet tad-Direttiva 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, l-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, sa fejn dan jiddefinixxi l-kunċetti prinċipali użati minnha u, b’mod partikolari, dawk tal-ħin tax-xogħol u tal-perijodi ta’ mistrieħ, għandu jiġi interpretat bħala li ma huwiex applikabbli għall-kunċett ta’ ħin tax-xogħol li għandu jippermetti li jiġu ddeterminati r-remunerazzjonijiet dovuti fil-każ ta’ ħin ta’ disponibbiltà mid-dar (“home-based on-call time”)? |
|
4) |
Id-Direttiva 2003/88, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, tipprekludi li l-ħin ta’ disponibbiltà mid-dar jitqies bħala ħin tax-xogħol meta, minkejja li d-disponibbiltà tiġi eżegwita fid-dar tal-ħaddiem, il-limitazzjonijiet fuq dan tal-aħħar matul id-disponibbiltà (bħall-obbligu li jirrispondi t-telefonati tal-persuna li timpjegah f’mhux iktar minn tmien minuti), ikunu jirrestrinġu b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet ta’ attivitajiet oħra? |
(1) Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bergamo (l-Italja) fl-1 ta’ Ottubru 2015 – proċeduri kriminali kontra Menci Luca
(Kawża C-524/15)
(2015/C 414/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bergamo
Parti fil-kawża prinċipali
Menci Luca
Domanda preliminari
L-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u tal-ġurisprudenza relatata tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, tipprekludi l-possibbiltà ta’ proċeduri kriminali rigward fatt (in-nuqqas ta’ ħlas tal-VAT) li għalih il-persuna suġġetta għal proċeduri kriminali diġà ġiet imposta fuqha sanzjoni amministrattiva definittiva?
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Álava (Spanja) fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Laboral Kutxa vs Esmeralda Martínez Quesada
(Kawża C-525/15)
(2015/C 414/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial de Álava
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Laboral Kutxa
Konvenuta: Esmeralda Martínez Quesada
Domanda preliminari
Il-limitazzjoni tal-konsegwenzi tal-ineffettività ta’ klawżola minħabba n-natura abbużiva tagħha, li tirrestrinġi l-effetti tar-restituzzjoni tas-sommom irċevuti indebitament billi tapplikaha minn data minflok milli tapplikaha mill-mument li l-klawżola inġusta u nulla ġiet applikata, hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ natura mhux vinkolanti stabbilit fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2015 – Melitta France SAS et vs Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie
(Kawża C-530/15)
(2015/C 414/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Melitta France SAS, Cofresco Frischhalteprodukte GmbH & Co. KG, Délipapier, Gopack SAS, Industrie Cartarie Tronchetti SpA, Industrie Cartarie Tronchetti Ibérica, SL, Kimberly-Clark SAS, Lucart France, Paul Hartmann AG, SCA Hygiène Products, SCA Tissue France, Group’Hygiène syndicat professionnel
Konvenut: Ministre de l’Écologie, du Développement durable et de l'Énergie
Domandi preliminari
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija mitluba tiddeċiedi dwar il-kwistjoni jekk bil-fatt li inkludiet “il-mandrini” (rollijiet, tubi, ċilindri) li jitkebbu magħhom prodotti flessibbli bħall-karta u folji tal-plastik, mibjugħin lill-konsumatur fost l-eżempji ta’ imballaġġ, id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013 (1), kisritx il-kunċett ta’ imballaġġ kif ġie ddefinit fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/62/KE, tal-20 ta’ Diċembru 1994 (2), u eċċedietx il-portata tal-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kompetenzi ta’ implementazzjoni tagħha.
(1) Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I għad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 37, p. 10).
(2) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 13, p. 349).
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/23 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda
(Kawża C-552/15)
(2015/C 414/30)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier, J. Tomkin, aġenti)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
|
— |
tiddikjara li, billi imponiet ammont sħiħ ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq ir-reġistrazzjoni minn resident Irlandiż ta’ vettura bil-mutur mogħtija b’leasing jew mikrija fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni t-tul tal-użu, fejn il-vettura ma hija intiża la biex tintuża essenzjalment fl-Irlanda fuq bażi permanenti u lanqas fil-fatt ma ntużat b’dan il-mod, u billi stabbilixxiet kundizzjonijiet għal rimbors ta’ din it-taxxa li jmorru lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju u proporzjonat, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
— |
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni
Il-liġi tal-finanzi tal-Irlanda tal-1992 (Ireland’s Finance Act, 1992) (kif emendata) tipprovdi għall-impożizzjoni ta’ taxxa fuq ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur importati fl-Istat. Skont dan l-att, l-importaturi ta’ vetturi huma obbligati li jħallsu, mar-reġistrazzjoni, it-taxxa kollha applikabbli għal reġistrazzjoni permanenti. Dan ir-rekwiżit japplika għall-karozzi importati kollha irrispettivament mit-tul intiż u reali tal-użu tagħhom fl-Istat u jinkludi karozzi li huma mikrija jew mogħtija b’leasing barra mill-pajjiż għal perijodi ta’ żmien limitati stabbiliti minn qabel. Filwaqt li l-awtoritajiet Irlandiżi introduċew il-possibbiltà li jiksbu rimbors sussegwenti ta’ taxxa eċċessiva mħallsa, dan ir-rimbors jista’ jingħata biss wara ispezzjoni u esportazzjoni tal-vettura inkwistjoni. Ma hemm ebda dispożizzjoni dwar l-interessi li għandhom jitħallsu fuq taxxa eċċessiva li kienet inżammet u ħlas ta’ EUR 500 huwa impost għall-amministrazzjoni tal-proċedura ta’ rimbors.
Argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sistema tal-Irlanda għall-intaxxar tar-reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur timponi ċirkulazzjoni tal-flus u piż finanzjarju sproporzjonati fuq residenti Irlandiżi li jkunu qed ifittxu li jimportaw karozzi mikrija jew mogħtija b’leasing għal perijodi ta’ żmien limitati stabbiliti minn qabel. Fil-fehma tal-Kummissjoni, ir-regoli nazzjonali inkwistjoni jagħmlu kunsiderevolment iktar diffiċli u li jiswa iktar flus li karozzi jinkrew jew jingħataw b’leasing minn Stati Membri oħra milli li karozzi jinkrew jew jingħataw b’leasing minn impriżi stabbiliti fl-Irlanda. Il-Kummissjoni ssostni li t-taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi tal-Irlanda tista’ tostakola l-provvista u li persuni jirċievu servizzi ta’ leasing u ta’ kiri, hija sproporzjonata, u għalhekk tikser l-Artikolu 56 TFEU.
Il-Qorti Ġenerali
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Oil Turbo Compressor vs Il-Kunsill
(Kawża T-552/13) (1)
((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li tixxekkel il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà - Talba għad-danni - Inammissibbiltà”))
(2015/C 414/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J.-P. Hix, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), sa fejn dawn ir-regolamenti jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Calida vs UASI – Quanzhou Green Garments (dadida)
(Kawża T-597/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva dadida - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CALIDA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 414/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Calida Holding AG (Sursee, l-Isvizzera) (rappreżentanti: R. Kaase u H. Dirksmeier, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, Quanzhou Green Garments Co. Ltd (Quanzhou, iċ-Ċina)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1190/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Calida Holding AG u Quanzhou Green Garments Co. Ltd.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Calida Holding AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Trekstor vs UASI – MSI Technology (MovieStation)
(Kawża T-636/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali MovieStation - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 414/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MSI Technology GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Lieb, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1914/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor Ltd u MSI Technology GmbH.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
TrekStor Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
3) |
MSI Technology GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – TrekStor vs UASI (SmartTV Station)
(Kawża T-649/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonji għat-trade mark Komunitarja verbali SmartTV Station - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 414/34)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker u M. Alber, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Fischer, sussegwentement minn G. Schneider u A. Schifko, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 128/2013-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SmartTV Station bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
TrekStor Ltd għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)
(Kawża T-96/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VIMEO - Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti meo - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ koeżistenza tat-trade marks - Probabbiltà ta’ konfużjoni”])
(2015/C 414/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vimeo LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Macdonald, solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: PT Comunicações, SA (Lisbona, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1092/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn PT Comunicações, SA u Vimeo LLC.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Vimeo LLC hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kunsill vs Simpson
(Kawża T-130/14 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Avvanz fil-grad - Klassifikazzjoni fi grad - Deċiżjoni li l-persuna kkonċernata ma tingħatax il-grad AD 9 wara li għaddiet minn kompetizzjoni ġenerali ta’ grad AD 9 - Żnaturament tal-provi”))
(2015/C 414/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment M. Bauer u A. Bisch, sussegwentement M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)
Appellat: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11, ĠabraSP, EU:F:2013:201), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, Simpson vs Il-Kunsill (F-142/11, ĠabraSP, EU:F:2013:201), hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċaħad it-talba ta’ Erik Simpson intiża sabiex jikseb avvanz għall-grad AD 9 minħabba li kien għadda mill-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 u sa fejn hija kkundannat lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha (punti 1 u 3 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza). |
|
2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Ottubru 2015 – I Castellani vs UASI – Chomarat (Rappreżentazzjoni ta’ ċirku)
(Kawża T-137/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva li tirrappreżenta ċirku - Użu ġenwin tat-trade mark - Portata tal-użu - Artikolu 15(1)(a), u Artikolu 51(1)(a) tar-Reoglament (KE) Nru 207/2009 - Forma li hija differenti minħabba elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv - Drittijiet tad-difiża - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 414/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: I Castellani Srl (Meldola, l-Italja) (rappreżentanti: M. Caramelli, F. Boscariol de Roberto, I. Gatto u D. Martucci, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie Chomarat (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1001/2012-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Compagnie Chomarat u I Castellani Srl.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
I Castellani Srl hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Hansen vs UASI
(Kawża T-264/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WIN365 - Raġuni assoluta għal rifju t - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 414/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Robert Hansen (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Frar 2014, (Każ R 908/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIN365 bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Robert Hansen huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2015 – Volkswagen vs UASI (CHOICE)
(Kawża T-431/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHOICE - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 414/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ April 2014 (Każ R 2019/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CHOICE bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Ottubru 2015 – Bonney vs UASI (ATHEIST)
(Kawża T-714/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ATHEIST - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti athé - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b)u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 414/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: David Bonney (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Rampini, sussegwentement minn D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vanessa Bruno (Pariġi, Franza)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Awwissu 2015 (Każ R 803/2013-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vanessa Bruno u David Bonney.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Bonney huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2015 – Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung vs UASI (Cottonfeel)
(Kawża T-822/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Talba għat-trade mark Komunitarja verbali Cottonfeel - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 414/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung GmbH (Gerolstein-Müllenborn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Straub, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 2579/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Cottonfeel bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Geilenkothen Fabrik für Schutzkleidung GmbH għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/32 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2015 minn LM mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-14 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża F-109/14, LM vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-560/15)
(2015/C 414/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: LM (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-digriet appellat. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa ppreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Lulju 2015 (Kawża F-109/14) li ċaħad bħala manifestament infondat rikors intiż sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lill-appellanti, bħala l-pensjoni ta’ superstiti li minnha hija tibbenefika, 35 % tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar riċevuta mill-ex konjuġi tagħha fid-data tal-mewt tiegħu.
Insostenn tat-talbiet tagħha, l-appellanti ssostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma eżaminax it-talba għal żieda tal-pensjoni abbażi tal-Artikolu 25 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll tat-Trattat ta’ Lisbona li jirrikonoxxi d-dritt tal-anzjani li jgħixu ħajja dinjituża u indipendenti u li jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali.
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/33 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 – Azur Space Solar Power vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ ċellola solari)
(Kawża T-578/15)
(2015/C 414/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Azur Space Solar Power GmbH (Heilbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Nicodemus, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ ċellola solari) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 201 973
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2780/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla r-rifjut tal-UASI; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/33 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2015 – Monster Energy vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu ta’ paċi)
(Kawża T-583/15)
(2015/C 414/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu ta’ paċi) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 363 611
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/07/2015 fil-Każ R 2788/2014-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tirrinvija l-każ tar-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell għal deċiżjoni fuq is-sustanza tal-applikazzjoni għall-ħlas lura fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-11 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ r 1285/2013–1; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tagħhom stess u dawk tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikoli 58, 65(5), 75, 81(1) u 81(4) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tar-Regola 65 tar-Regolament Nru 2868/95. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/34 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Onix Asigurări vs EIOPA
(Kawża T-590/15)
(2015/C 414/45)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Onix Asigurări SA (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Vladu, avukat)
Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
Talbiet
|
— |
tikkonstata li l-konvenuta naqset milli taġixxi fis-sens tat-teħid ta’ deċiżjoni kontra l-applikazzjoni żbaljata, mill-Istituto per la Vigilanza sulle Assicurazioni [awtorità Taljana ta’ sorveljanza tas-settur tal-assigurazzjonijiet], tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell BOA 2015 001, tat-3 ta’ Awwissu 2015, kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-President EIOPA-14-267, tas-6 ta’ Ġunju 2014, ikkonfermata bil-pożizzjoni EIOPA-14-653, tal-24 ta’ Novembru 2014; |
|
— |
tikkonstata li l-konvenuta hija responsabbli għad-dannu kkawżat lir-rikorrenti permezz tan-nuqqas tagħha milli tieħu deċiżjoni, konformement mal-punt 1, kif ukoll permezz tat-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija fil-punt 2 |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ formalità sostanzjali b’rabta mad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell BOA 2015 001, tat-3 ta’ Awwissu 2015, u mad-deċiżjoni tal-President EIOPA-14-267, tas-6 ta’ Ġunju 2014
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ dannu materjali u f’termini ta’ immaġni sostnut mir-rikorrenti (it-tnaqqis tad-dħul mill-bejgħ u tal-profitt, l-impatt negativ fuq ir-reputazzjoni tagħha), li l-konvenuta kkawżat b’mod dirett u intenzjonali billi naqset milli tieħu deċiżjoni, kif ukoll billi adottat id-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li huma invalidi. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/35 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Novartis vs UASI – SK Chemicals (Rappreżentazzjoni ta’ roqgħa)
(Kawża T-592/15)
(2015/C 414/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SK Chemicals GmbH (Eschborn, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ roqgħa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 293 362
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Awwissu 2015 fil-Każ R 2342/2014-5
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq mill-Bord tal-Appell tal-UASI. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/36 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2015 – The Art Company B & S vs UASI – G-Star Raw (THE ART OF RAW)
(Kawża T-593/15)
(2015/C 414/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Art Company B & S, SA (Quel, Spanja) (rappreżentant: J. Villamor Muguerza u L. Sánchez Calderón, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “THE ART OF RAW” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 093 036
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 1980/2014-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI kif ukoll lill-applikant għal trade mark Komunitarja (fil-każ li jintervjeni) għall-ispejjeż ta’ dan ir-rikors. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/37 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ottubru 2015 – Batmore Capital vs UASI – Univers Poche (POCKETBOOK)
(Kawża T-596/15)
(2015/C 414/48)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Batmore Capital Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: D. Masson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Univers Poche (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “POCKETBOOK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 034 872
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-30/07/2015 fil-Każ R 1952/2014-1
Talbiet
|
— |
tikkunsidra dan l-appell ammissibbli; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha; |
|
— |
tirreġistra l-parti Komunitarja tar-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 034 872; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ħlasijiet u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti matul dawn il-proċedimenti. |
Motivi invokati
|
— |
evalwazzjoni żbaljata tas-similarità tal-prodotti u s-servizzi; |
|
— |
evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali f’kunflitt. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/38 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ottubru 2015 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-604/15)
(2015/C 414/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – Its Europe) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Wellinger u K. T’Syen, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-18 ta’ Awwissu 2015, li jikkonstata li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala impriża mikro, żgħira u medja fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, p. 36); u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 58/2003 (1) peress li l-Bord ta’ Validazzjoni adotta d-deċiżjoni kkontestata iktar minn xahrejn wara d-data li fiha tressqu proċeduri quddiem il-Bord ta’ Validazzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata (i) tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament Nru 58/2003; (ii) tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti; u (iii) tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba peress li l-Bord ta’ Validazzjoni naqas milli jisma’ l-argumenti tar-rikorrenti qabel ma adotta d-deċiżjoni kkontestata. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-prinċipji (i) ta’ ċertezza legali, (ii) ta’ amministrazzjoni tajba, (iii) tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti; u (iv) ta’ res judicata peress li l-Bord ta’ Validazzjoni, filwaqt li ammetta li l-argumenti mqajma mir-rikorrenti fis-7 ta’ Frar 2014 huma korretti, xorta waħda ssostitwixxa l-motivazzjoni inizjali tiegħu b’motivazzjoni ġdida, mingħajr ma kien hemm fatti ġodda u materjali. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (iktar ’il quddiem ir-“Rakkomandazzjoni IŻM”) inkwantu l-konklużjoni tagħha li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala impriża hija bbażata fuq kriterji li ma jissemmewx fir-Rakkomandazzjoni IŻM iżda, minflok, fis-Sezzjoni 1.1.3.1(6)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/838/UE, Euratom (2). |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni tad-deċiżjoni kkontestata li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala IŻM teskludi u tinjora l-formulazzjoni ċara u inekwivoka tar-Rakkomandazzjoni IŻM u hija bbażata fuq interpretazzjoni arbitrarja u purament suġġettiva tar-Rakkomandazzjoni IŻM. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-konklużjoni żbaljata tad-deċiżjoni kkontestata li r-rikorrenti ma tikkwalifikax bħala IŻM skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni IŻM: ir-rikorrenti hija “impriża” u r-rikorrenti hija “awtonoma” skont it-tifsira tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni IŻM. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-prinċipju tat-trattament l-iktar favorevoli taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/838/UE, kif ukoll tad-dispożizzjoni ekwivalenti taħt il-programm Orizzont 2020. |
|
8. |
It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata b’motivazzjoni kontradittorja u inadegwata, peress li l-Bord ta’ Validazzjoni naqas milli jikkonforma ruħu mad-dmir tiegħu li jimmotiva debitament id-deċiżjoni tiegħu. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Diċembru 2012, dwar l-adozzjoni tar-Regoli biex tiġi żgurata verifika konsistenti tal-eżistenza u tal-istatus ġuridiku tal-parteċipanti, kif ukoll tal-kapaċitajiet operazzjonali u finanzjarji tagħhom, f’azzjonijiet indiretti appoġġjati permezz ta’ forma ta’ għotja skont is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni u taħt is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta’ taħriġ (ĠU L 359, p. 45).
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/40 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ et vs BEI
(Kawża F-99/15)
(2015/C 414/50)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Talba għall-annullament tar-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u tar-rendikonti tal-bonus ta’ April 2015 li, skont ir-rikorrenti, jimplementaw deċiżjonijiet li ma jirrispettawx id-drittijiet tagħhom f’dak li jirrigwarda l-progressjoni salarjali, u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.
Talbiet
|
— |
l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu applikati għar-rikorrenti d-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-konvenut, tas-16 ta’ Diċembru 2014, li tiffissa progressjoni salarjali limitata għal 2,7 % u d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-konvenut, tal-4 ta’ Frar 2015, li twassal għal telf ta’ salarju, deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju ta’ April 2015 u l-annullament, bl-istess mod, tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tas-salarju sussegwenti; |
|
— |
l-annullament tad-dikjarazzjonijiet dwar l-ippremjar tal-prestazzjoni ta’ 2015; |
|
— |
għaldaqstant, il-kundanna tal-konvenut
|
|
— |
il-kundanna tal-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/41 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs BEI
(Kawża F-100/15)
(2015/C 414/51)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Isola u G. Isola, avukati)
Konvenuta: Bank Ewropew tal-Investiment
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament, minn naħa, tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet konsekuttivi u konnessi tal-BEI bħad-deċiżjoni li ma jiġix promoss għall-grad D kif ukoll kumpens għad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.
Talbiet
|
— |
Jannulla d-deċiżjoni tat-8 ta’ Diċembru 2014 tal-kumitat tal-appelli u jibgħat lura l-proċess quddiem dan tal-aħħar wara li jiġu stabbiliti l-kriterji li magħhom għandu jikkonforma ruħu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida; |
|
— |
Jannulla l-linji gwida stabbiliti mid-Direttorat tar-riżorsi umani fin-nota “Guidelines to the 2013 annual staff appraisal exercise”, sa fejn dawn jipprevedu li l-evalwazzjoni finali għandha ssir permezz ta’ sunt verbali, iżda mingħajr qatt ma stabbilixxew id-dikjarazzjonijiet korrispondenti; |
Sussidjarjament:
|
— |
Jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2013 fl-intier tiegħu (fil-parti evalwazzjoni, sa fejn ma jagħtix lir-rikorrent il-marka “exceptional performance” jew “very good performance” u ma jipproponihx għall-promozzjoni għall-grad D, u, fl-aħħar nett, sa fejn ma jipprevedix l-iżvilupp tal-karriera tiegħu u ma jistabbilixxix l-għanijiet tiegħu għas-sena 2014); |
|
— |
Jannulla l-atti konnessi, konsekuttivi u preċedenti kollha, inklużi l-promozzjonijiet ippubblikati permezz tan-nota “Performance Evaluation exercise 2013 – List of promotions and awards” li tqassmet fil-31 ta’ Marzu 2014; |
|
— |
Jikkonstata l-fastidju li għalih kien suġġett; |
|
— |
Jikkonstata r-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea talli inċitat il-fastidju u talli kisret ir-regoli dwar “smigħ xieraq”; |
|
— |
Jikkundanna lill-konvenuti għall-ħlas in solidum ta’ kumpens xieraq għad-danni fiżiċi, morali u materjali deskritti b’mod iddettaljat fil-punti 112 sa 120 iktar ’l isfel; |
|
— |
Jikkundanna lill-konvenuti għall-ħlas in solidum tal-interessi moratorji u kumpensatorji u ta’ kumpens għall-effett ta’ inflazzjoni fuq is-somom mogħtija; |
|
— |
Jikkundanna liż-żewġ konvenuti għall-ħlas tal-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/42 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-124/15)
(2015/C 414/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma tilqax it-talba mressqa mir-rikorrent għal tluq għall-irtirar antiċipat, inkwantu din ittieħdet wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, fejn b’hekk irtirat id-deċiżjoni favorevoli preċedenti, kif ukoll it-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Talbiet
|
— |
jannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-12 ta’ Novembru 2014 u, konsegwentement, |
|
— |
jindennizza d-dannu subit mir-rikorrent, stmat, suġġett għal żieda jew għal tnaqqis matul il-proċedura, għal EUR 85 353,96 (ħamsa u tmenin elf, tliet mija u tlieta u ħamsin Euro u sitta u disgħin ċenteżmu), flimkien mal-interessi mid-data tat-tressiq tal-ilment tat-12 ta’ Frar 2015, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti; |
|
— |
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/42 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – ZZ et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-126/15)
(2015/C 414/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Kumpens lir-rikorrenti għad-dannu materjali li batew minħabba t-telf tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom miksuba taħt is-sistema nazzjonali wara t-trasferiment tagħhom lejn is-sistema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea.
Talbiet
|
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas is-somom imsemmija fir-rikors lil kull fond jew assigurazzjoni f’isem ir-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja tħallas EUR 61 121,08 lil ZZ, EUR 1 29 440,98 lil [rikorrent ieħor], EUR 76 324,29 lil [rikorrent ieħor], EUR 99 565,13 lil [rikorrent ieħor], liema somom għandhom jiżdiedu bl-interessi bir-rata ta’ 3,1 % fis-sena mid-data tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom fir-RPIUE; |
|
— |
sussidjarjament, tikkonstata li l-Qorti tal-Ġustizzja wettqet żball fl-okkażjoni tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/43 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-127/15)
(2015/C 414/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. W. Godfrey, C. Antoine, M. Gomes Lopes, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxipplinari ta’ tnaqqis ta’ EUR 185 fuq il-pensjoni tar-rikorrent għal tnax-il xhar, u li tidħol fis-seħħ fid-data meta huwa jirtira, minħabba f’eżerċizzju ta’ attività esterna mhux awtorizzata.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2014, flimkien mal-konsegwenzi kollha tad-dritt; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/43 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-128/15)
(2015/C 414/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament jew tal-proposta tal-kalkolu, jew tal-kalkolu finali, tan-numru ta’ snin ta’ servizz irrikonoxxuti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni u li jikkorrispondu għad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, miksuba mill-fondi nazzjonali, li huma jixtiequ jittrasferu għall-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda (DĠI) tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Talbiet
|
— |
jannulla d-deċiżjonijiet tat-30 ta’ April 2015, tal-1 ta’ Lulju 2015 u tas-6 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxu l-akkreditazzjoni fl-iskema tal-pensjoni Komunitarja tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti miksuba qabel id-dħul fis-servizz tagħhom mal-Kummissjoni; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/44 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-129/15)
(2015/C 414/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Jeannin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rata tal-pensjoni tal-irtirar tar-rikorrent, il-perijodu ta’ servizz ekwivalenti għal 26 jum irrikonoxxut wara t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba fl-iskema nazzjonali lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll talba sabiex ir-rikorrent jingħata EUR 1 simboliku fir-rigward tad-dannu morali allegatament imġarrab.
Talbiet
|
— |
Jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent kif ukoll id-deċiżjoni impliċita, permezz tad-deċiżjoni tas-6 ta’ Frar 2015 dwar l-għoti u l-ħlas tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent, li ma jittiħidx inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tar-rata tal-imsemmija pensjoni, il-perijodu ta’ 26 jum miksub permezz tat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni mill-iskemi tal-irtirar ta’ Franza magħrufa bħala CNAVTS-ARRCO u MSA; |
|
— |
jagħti EUR 1 simboliku bħala kumpens għad-dannu morali mġarrab; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ EUR 3 500 bħala spejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/45 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-131/15)
(2015/C 414/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martina, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent ma jiġix ikklassifikat mill-ġdid fil-grad AD13 abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2013.
Talbiet
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li r-rikorrent ma jiġix ikklassifikat mill-ġdid fil-grad AD13 abbażi tal-proċedura ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-2013; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
14.12.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 414/45 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-133/15)
(2015/C 414/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni ta’ tniżżil permanenti ta’ żewġ gradi fuq ir-rikorrent wara investigazzjoni dwar sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess kif ukoll il-kumpens għad-dannu morali allegatament sostnut.
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2014 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tnizzil permanenti mill-grad AD11 għall-grad AD9, fl-istess grupp ta’ karigi; |
|
— |
tagħti s-somma ta’ EUR 1 00 000 lir-rikorrent bħala danni u interessi minħabba t-tul tal-proċeduri; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |