ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 399

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
1 ta' Diċembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 399/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 399/02

Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma 2016-2017 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

2

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 399/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7795 — Ratos/Varma/Real Estate JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-30 ta’ Novembru 2015

(2015/C 399/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0579

JPY

Yen Ġappuniż

130,22

DKK

Krona Daniża

7,4604

GBP

Lira Sterlina

0,70480

SEK

Krona Żvediża

9,2070

CHF

Frank Żvizzeru

1,0903

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1935

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,030

HUF

Forint Ungeriż

311,58

PLN

Zloty Pollakk

4,2721

RON

Leu Rumen

4,4503

TRY

Lira Turka

3,0789

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4671

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4143

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,1989

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6120

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4940

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 224,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,2894

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,7689

HRK

Kuna Kroata

7,6330

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 645,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,5067

PHP

Peso Filippin

49,921

RUB

Rouble Russu

69,9854

THB

Baht Tajlandiż

37,926

BRL

Real Brażiljan

4,0709

MXN

Peso Messikan

17,5569

INR

Rupi Indjan

70,5275


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/2


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma 2016-2017 tal-inizjattiva Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020

(2015/C 399/02)

B’dan qed jingħata avviż tat-tnedija ta’ sejħa għal proposti u attivitajiet marbuta fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma 2016-2017 tal-inizjattiva Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u tal-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplementa l-Orizzont 2020.

Permezz tad-Deċiżjonijiet C(2015) 6776, u C(2015) 6744 tat-13 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni adottat żewġ programmi ta’ ħidma li jinkludu sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati.

Dawn huma suġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit għall-2016 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2016 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji.

Dawn il-programmi ta’ ħidma, inkluż id-dati tal-għeluq u l-baġits għall-attivitajiet, huma disponibbli fuq is-sit web tal-Portal tal-Parteċipanti (http://ec.europa.eu/research/participants/portal) flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tas-sejħiet u attivitajiet relatati, u l-gwida għall-applikanti dwar kif għandhom iressqu l-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal tal-Parteċipanti.

F’dan l-istadju, jistgħu jintbagħtu biss proposti fir-rigward tas-suġġetti mmarkati “2016” fis-sejħiet għal proposti murija fil-Portal tal-Parteċipant. L-informazzjoni dwar meta jkunu jistgħu jitressqu l-proposti fir-rigward ta’ suġġetti mmarkati “2017” se tkun provduta fi stadju aktar tard.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 399/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7795 — Ratos/Varma/Real Estate JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 399/03)

1.

Fit-23 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Ratos AB (“Ratos”, l-Isvezja) u Varma Mutual Pension Insurance Company (“Varma” tal-Finlandja), jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt indirett ta’ portafoll ta’ proprjetà ta’ beni immobbli permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ratos huwa konglomerat tal-ekwità privata attiv f’għadd ta’ setturi,

Varma hija kumpanija tal-assigurazzjoni tal-pensjoni reċiproka Finlandiża li hija proprjetà tal-kumpaniji klijenti tagħha u ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, impjegati assikurati u sidien tal-kapital ta’ garanzija,

Il-portafoll ta’ proprjetà immobbli jikkonsisti fi 22 proprjetà għal bejgħ lil klijenti privati li jinsabu f’14-il muniċipalità fil-Finlandja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bl-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7795 — Ratos/Varma/Real Estate JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.