ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2015/C 384/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7538 — Knorr-Bremse / Vossloh) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2015/C 384/02 |
||
|
Il-Qorti tal-Awdituri |
|
2015/C 384/03 |
Rapport Speċjali Nru 14/2015 — Il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP: tipprovdi valur miżjud? |
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2015/C 384/04 |
Pubblikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam ( 1 ) |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2015/C 384/05 |
||
2015/C 384/06 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2015/C 384/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7797 — Michelin/Fives/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7538 — Knorr-Bremse / Vossloh)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 384/01)
Fl-14 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7538. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-17 ta’ Novembru 2015
(2015/C 384/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0670 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,49 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4613 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,70170 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,3243 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0806 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2370 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,031 |
HUF |
Forint Ungeriż |
311,64 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2475 |
RON |
Leu Rumen |
4,4375 |
TRY |
Lira Turka |
3,0593 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4960 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4200 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,2700 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6447 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5175 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 247,07 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,1915 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,8045 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6065 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 646,25 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6861 |
PHP |
Peso Filippin |
50,339 |
RUB |
Rouble Russu |
69,8710 |
THB |
Baht Tajlandiż |
38,365 |
BRL |
Real Brażiljan |
4,0684 |
MXN |
Peso Messikan |
17,8880 |
INR |
Rupi Indjan |
70,4322 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Qorti tal-Awdituri
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/3 |
Rapport Speċjali Nru 14/2015
“Il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP: tipprovdi valur miżjud?”
(2015/C 384/03)
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 14/2015 “Il-Faċilità ta’ Investiment tal-AKP: tipprovdi valur miżjud?” għadu kif ġie ppubblikat.
Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu
Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:
Cour des comptes européenne |
Publications (PUB) |
12, rue Alcide De Gasperi |
1615 Luxembourg |
LUXEMBOURG |
Tel. +352 4398-1 |
e-mail: eca-info@eca.europa.eu |
jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/4 |
Pubblikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 384/04)
Skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 995/2010, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, serje C, u għandha tagħmilha disponibbli fuq is-sit web tagħha. Il-lista għandha tiġi aġġornata regolarment.
Fid-dawl ta’ li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni b’dan qed tippubblika lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet ta’ monitoraġġ:
Organizzazzjoni ta’ monitoraġġ |
Data ta’ rikonoxximent |
AENOR (Asociación Española de Normalización y Certificación) |
19.10.2015 |
BM TRADA Latvija |
1.6.2015 |
Bureau Veritas Certification Holding SAS |
27.3.2014 |
Consorzio Servizi Legno-Sughero |
19.8.2013 |
Control Union Certifications B.V. |
27.3.2014 |
DIN CERTCO Gesellschaft für Konformitätsbewertung mbH |
1.6.2015 |
GD Holz Service GmbH |
30.1.2015 |
ICILA S.R.L. |
30.1.2015 |
Le Commerce du Bois |
30.1.2015 |
NEPCon |
19.8.2013 |
SGS United Kingdom Limited |
30.1.2015 |
Soil Association Woodmark |
30.1.2015 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/5 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2015/C 384/05)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel reviżjoni tal-miżuri konċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ (l-Unità H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussell, Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ |
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina L-Indja L-Indoneżja Il-Malasja It-Tajwan It-Tajlandja |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 1), kif estiż għal importazzjonijiet ikkonsenjati mill-Indja u mill-Indoneżja bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1371/2013, sew jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mill-Indja u l-Indoneżja u sew jekk le (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 20) u kif estiż għal importazzjonijiet mill-Malasja permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 672/2012, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (ĠU L 196, 24.7.2012, p. 1) u kif estiż għal importazzjonijiet ikkonsenjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 11, 16.1.2013, p. 1) |
10.8.2016 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) TRADE-Defence-Complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/7 |
Avviż tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping
(2015/C 384/06)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel reviżjoni tal-miżuri konċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal reviżjoni.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal reviżjoni abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ (l-Unità H-1), CHAR 4/39, 1049 Brussell, Belġju (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11 (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli |
It-Tajlandja |
Dazju antidumping |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 792/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti mekkaniżmi tal-illegar bl-anelli li joriġinaw mit-Tajlandja (ĠU L 204, 9.8.2011, p. 11). |
10.8.2016 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) TRADE-Defence-complaints@ec.europa.eu
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
18.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 384/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7797 — Michelin/Fives/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 384/07)
1. |
Fit-12 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Compagnie Générale des Établissements Michelin (“Michelin”), permezz tas-sussidjarja totalment proprjetà tagħha, Spika SAS (Franza) u Fives SA (“Fives”, Franza) jakkwistaw (takkwista) fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Five Michelin Additive Solutions SAS (Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV). |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Michelin: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ tajers tal-karozzi u industriji oħrajn; — għal Fives: id-disinn u l-manifattura ta’ magni industrijali, tagħmir tal-ipporċessar u linji tal-produzzjoni; — għal Fives Michelin Additive Solutions SAS: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ magni għall-manifattura tal-addittivi u partijiet, kif ukoll il-forniment ta’ servizzi relatati. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7797 — Michelin/Fives/JV, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.