ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 382

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
17 ta' Novembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 382/01

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

1

2015/C 382/02

Notifika għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2054, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

2

2015/C 382/03

Notifika għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

4

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 382/04

Rata tal-kambju tal-euro

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 382/05

Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020 (Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9490)

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 382/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.7836 — Banco Santander/PAI Partners/Grupo Konectanet/Konecta Activos Inmobiliarios) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

7

2015/C 382/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7810 — Vista/Solera) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/1


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija

(2015/C 382/01)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni elenkati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.

Wara eżami mill-ġdid, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kkonkluda li l-persuni msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu fuq il-lista tal-persuni deżinjati.

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumenti ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiddaħħlu fil-lista ta' persuni deżinjati tiġi kkunsidrata mill-ġdid. Kwalunkwe talba bħal din għandha tiġi ppreżentata qabel l-1 ta' Diċembru 2015 u tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Kwalunkwe osservazzjoni li tasal ser tiġi meqjusa għall-fini tar-reviżjoni perjodika tal-Kunsill, skont l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011, tal-lista ta' persuni deżinjati.


(1)  ĠU L 28, 2.2.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 31, 5.2.2011, p. 1.


17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/2


Notifika għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2054, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

(2015/C 382/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuna li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2054 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1988 (2011), li timponi miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet indikati, qabel id-data tal-adozzjoni ta' dik ir-Riżoluzzjoni, bħala t-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħrajn assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilit skont ir-Riżoluzzjonijiet 1267 (1999) u 1333 (2000), kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban.

Fit-23 ta' Settembru 2014 u s-27 ta' Marzu 2015, il-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, emenda u aġġorna l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

Il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta fi kwalunkwe ħin talba lill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011), flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li hija tiddaħħal fil-lista tan-NU tkun ikkunsidrata mill-ġdid. Din it-talba għandha tintbagħat fl-indirizz segwenti:

United Nations – Focal point for delisting

Security Council Subsidiary Organs Branch

Room TB-08045D

United Nations

New York, N.Y. 10017

STATI UNITI TAL-AMERIKA

Tel. +1 9173679448

Fax. +1 2129631300/3778

Indirizz elettroniku: delisting@un.org

Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/1988/index.shtml

B'segwitu għad-deċiżjoni tan-NU, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-persuna indikati min-NU għandha tiddaħħal fil-listi ta' persuni, gruppi, impriżi u entitajiet li huma soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2011/486/PESK u r-Regolament (UE) Nru 753/2011. Ir-raġunijiet li l-persuna kkonċernata tiddaħħal fil-lista jidhru fl-entrati rilevanti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 753/2011, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 5 tar-Regolament).

Il-persuna kkonċernata tista' tippreżenta talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li hija tiddaħħal fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz segwenti:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuna kkonċernata anke għall-possibbiltà li tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.

(2)  ĠU L 300, 17.11.2015, p. 29.

(3)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.

(4)  ĠU L 300, 17.11.2015, p. 1.


17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/4


Notifika għall-attenzjoni tas-suġġett tad-data li għalih japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

(2015/C 382/03)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġett tad-data għall-informazzjoni li ġejja skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2043 (3).

Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ Ċ (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ Ċ li wieħed jista’ jikkuntattja f’dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

DG C 1C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu.

L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi skont ir-Regolament (UE) Nru 753/2011, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2043.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.

Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu skont it-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


(1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1

(3)  ĠU L 300, 17.11.2015, p. 1.

(4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Novembru 2015

(2015/C 382/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0723

JPY

Yen Ġappuniż

132,01

DKK

Krona Daniża

7,4610

GBP

Lira Sterlina

0,70580

SEK

Krona Żvediża

9,3206

CHF

Frank Żvizzeru

1,0791

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,3050

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,031

HUF

Forint Ungeriż

311,90

PLN

Zloty Pollakk

4,2408

RON

Leu Rumen

4,4387

TRY

Lira Turka

3,0922

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5110

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4293

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,3109

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6554

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5253

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 257,58

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,4300

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8330

HRK

Kuna Kroata

7,6075

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 776,33

MYR

Ringgit Malażjan

4,7036

PHP

Peso Filippin

50,644

RUB

Rouble Russu

70,7850

THB

Baht Tajlandiż

38,565

BRL

Real Brażiljan

4,1144

MXN

Peso Messikan

17,9456

INR

Rupi Indjan

70,7613


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/6


Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta’ ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020

(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9490)

(2015/C 382/05)

Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjoni, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed joħroġ erba’ sejħiet għall-proposti sabiex jingħataw għotjiet għal proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet definiti fil-programm ta’ ħidma tal-2015 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu mill-2014 sal-2020.

Qed jintlaqgħu proposti għal dawn l-erba’ sejħiet:

 

CEF-TC-2015-2: Akkwist Pubbliku elettroniku

 

CEF-TC-2015-2: Servizzi Ġeneriċi tas-Saħħa elettronika

 

CEF-TC-2015-2: Firem elettroniċi u l-Identifikazzjoni elettronika (eID)

 

CEF-TC-2015-2: Servizzi Ġeneriċi Online għal Soluzzjoni għat-Tilwim (ODR)

Il-baġit indikattiv disponibbli għall-proposti magħżula b’dawn is-sejħiet huwa EUR 16,9 miljun.

Il-proposti jridu jitressqu sal-15 ta’ Marzu 2016.

Id-dokumentazzjoni rispettiva tas-sejħiet tinsab fuq is-sit web tat-Telekomunikazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: http://ec.europa.eu/inea/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/cef-telecom-calls-proposals-2015


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.7836 — Banco Santander/PAI Partners/Grupo Konectanet/Konecta Activos Inmobiliarios)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 382/06)

1.

Fil-5 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriżi PAI Partners, SAS (“PAI”, Franza) u Banco Santander, SA. (“Banco Santander”, Spanja) permezz tal-impriża Brendenbury, SL (“Brendenbury”, Spanja), jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriżi Grupo Konectanet, SL (“Konectanet”, Spanja) u Konecta Activos Inmobiliarios, SL (“KAI”, Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

Banco Santander hija impriża prinċipali ta' grupp internazzjonali ta' kumpaniji bankarji u finanzjarji li joperaw fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Amerka Latina. Banco Santander joffri servizzi ta' operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur, il-ġestjoni ta' beni, servizzi bankarji korporattivi u ta' investiment, likwidità u assikurazzjonijiet.

PAI hija kumpanija ta' ekwità privata, iffukata fuq l-akkwist ta' impriżi kbar u medji, li għandha l-uffiċċji ċentrali u ċ-ċentru tal-ġestjoni tagħha fl-Ewropa u li topera f'setturi industrijali varji.

Brendenbury hija ddedikata prinċipalment għall-kostituzzjoni, il-parteċipazzjoni minnha stess jew b'forma indiretta fil-ġestjoni u l-kontroll ta' impriżi u soċjetajiet oħrajn.

Konectanet hija soċjetà ddedikata għall-esternalizzazzjoni tal-proċessi tan-negozju, li jinkludu mis-servizzi ta' pjanafikazzjoni u eżekuzzjoni ta' karigi interni ta' front u back office sal-kontroll tal-karigi realizzati mill-aġenti esterni li jiffurmaw parti mill-proċess.

KAI hija soċjetà li l-attività prinċipali tagħha hija ż-żamma u l-isfruttament ta' beni immobbli.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata. Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar il-proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fin-Notifika.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7836 — Banco Santander/PAI Partners/Grupo Konectanet/Konecta Activos Inmobiliarios, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 382/8


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7810 — Vista/Solera)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 382/07)

1.

Fil-11 ta’ Novembru 2015 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Vista Equity Partners management, LLC (“Vista”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Solera Holdings, Inc. (“Solera”, l-Istati Uniti tal-Amerika) permezz ta' offerta pubblika.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Vista: impriża ta' ekwità privata;

—   għal Solera: provvista ta' software għall-ġestjoni tar-riskju u l-assi u servizzi tal-IT lill-kumpaniji tal-assikurazzjoni u lill-parteċipanti tal-industrija tal-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7810 — Vista/Solera, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.