ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 381

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
16 ta' Novembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 381/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 381/02

Kawżi Magħquda C-455/13 P, C-457/13 P u C-460/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Confederazione Cooperative Italiane, Cooperativas Agro-alimentarias, Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop) (C-455/13 P), Il-Kummissjoni Ewropea (C-457/13 P), Ir-Repubblika Taljana (C-460/13 P) vs Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav) et (Appell — Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Settur tal-frott u tal-ħxejjex — Regolament (KE) Nru 1580/2007 — Artikolu 52(2a) — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 543/2011 — Artikoli 50(3) u 60(7) — Għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi — Frott u ħxejjex ipproċessati — Rati fissi li jkopru lil ċerti attivitajiet ta’ pproċessar — Eliġibbiltà tal-investimenti u tal-azzjonijiet marbuta mal-ipproċessar — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Assenjazzjoni diretta)

2

2015/C 381/03

Kawża C-606/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Sundsvall – l-Isvezja) – OKG AB vs Skatteverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/96/KE — Artikoli 4 u 21 — Direttiva 2008/118/KE — Direttiva 92/12/KEE — Artikolu 3(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru — Ġbir ta’ taxxa fuq il-kapaċità termali tar-reatturi nukleari)

4

2015/C 381/04

Kawża C-32/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – ERSTE Bank Hungary Zrt vs Attila Sugár (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Artikolu 7(1) — Tmiem tal-użu ta’ klawżoli inġusti — Mezzi adegwati u effikaċi — Rikonoxximent ta’ dejn — Att notarili — Inklużjoni ta’ ordni ta’ infurzar minn nutar — Titolu eżekuttiv — Obbligi tan-nutar — Eżami ex officio tal-klawżoli inġusti — Stħarriġ ġudizzjarju — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività)

4

2015/C 381/05

Kawża C-201/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – Ir-Rumanija) – Smaranda Bara et vs Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 95/46/KE — Ipproċessar tad-data ta’ natura personali — Artikoli 10 u 11 — Informazzjoni tal-persuni kkonċernati — Artikolu 13 — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Trasferiment minn amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ta’ data fiskali ta’ natura personali bil-għan li din tiġi pproċessata minn amministrazzjoni pubblika oħra)

5

2015/C 381/06

Kawża C-230/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Weltimmo s.r.o. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali — Direttiva 95/46/KE — Artikoli 4(1) u 28(1), (3) u (6) — Kontrollur formalment stabbilit fi Stat Membru — Ksur tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda persuni fiżiċi fi Stat Membru ieħor — Determinazzjoni tad-dritt applikabbli u tal-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti — Eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni — Setgħa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjoni)

6

2015/C 381/07

Kawża C-276/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Wroclaw vs Minister Finansów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 9(1) — Artikolu 13(1) — Persuni taxxabbli — Interpretazzjoni tal-kliem b’mod indipendenti — Korp komunali — Attivitajiet ekonomiċi mwettqa minn entità organizzattiva komunali fi kwalità barra minn dik ta’ awtorità pubblika — Possibbiltà li din l-entità tiġi kklassifikata bħala persuna taxxabbli fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 — Artikoli 4(2) u 5(3) TUE)

7

2015/C 381/08

Kawża C-290/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Deċiżjoni li tordna r-ritorn flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul għal tliet snin — Ksur tal-projbizzjoni fuq id-dħul — Ċittadin ta’ pajjiż terz li kien tneħħa preċedentement — Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ dħul mill-ġdid illegali fit-territorju nazzjonali — Kompatibbiltà)

8

2015/C 381/09

Kawżi magħquda C-340/14 u C-341/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – R. L. Trijber, li jaġixxi taħt l-isem Amstelboats vs College van burgemeester en wethouders van Amsterdam (C-340/14), J. Harmsen vs Burgemeester van Amsterdam (C-341/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/123/KE — Servizzi fis-suq intern — Navigazzjoni ta’ divertiment — Djar ta’ prostituzzjoni offruta mill-vetrina — Artikolu 2(2)(d) — Kamp ta’ applikazzjoni — Esklużjoni — Servizzi fil-qasam tat-trasport — Libertà ta’ stabbiliment — Skema għal awtorizzazzjoni — Artikolu 10(2)(ċ) — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni — Proporzjonalità — Kundizzjoni lingwistika — Artikolu 11(1)(b) — Perijodu tal-awtorizzazzjoni — Limitazzjoni tan-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli — Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali)

8

2015/C 381/10

Kawża C-357/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 – Electrabel SA u Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi favur ċerti produtturi tal-elettriku — Ftehim ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ parti li tista’ tippreżenta appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja — Adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea — Data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Kriterju ta’ investitur privat — Metodu tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna msemmija)

9

2015/C 381/11

Kawża C-432/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil de prud’hommes de Paris – Franza) – O vs Bio Philippe Auguste SARL [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2)(a) — Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età — Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Ħlas ta’ kumpens fi tmiem il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat intiż sabiex jikkumpensa l-prekarjetà — Esklużjoni taż-żgħażagħ li jaħdmu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom]

10

2015/C 381/12

Kawża C-452/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute vs Doc Generici srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Obbligu li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Speċjalità mediċinali — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Varjazzjoni — Miżati — Regolament (KE) Nru 297/95 — Regolament (KE) Nru 1234/2008 — Kamp ta’ applikazzjoni)

11

2015/C 381/13

Kawża C-250/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen – il-Belġju) – Vivium SA vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti — Inammissibbiltà manifesta)

11

2015/C 381/14

Kawża C-181/15 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ April 2015 minn Marpefa, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-708/14, Marpefa vs UASI

12

2015/C 381/15

Kawżi magħquda C-376/15 P u C-377/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħqudaT-558/12 u T-559/12 – Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

12

2015/C 381/16

Kawża C-438/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Taranto (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – proċeduri kriminali kontra Davide Durante

13

2015/C 381/17

Kawża C-444/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto (l-Italja) fis-17 ta’ Awwissu 2015 – Associazione Italia Nostra Onlus vs Comune di Venezia et

14

2015/C 381/18

Kawża C-446/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ Awwissu 2015 – Signum Alfa Sped Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal KiemeIt Adó- és Vám Főigazgatóság

15

2015/C 381/19

Kawża C-449/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Awwissu 2015 – Regione autonoma della Sardegna vs Comune di Portoscuso

16

2015/C 381/20

Kawża C-450/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Autorità Garante della Concorrenza e del mercato vs Italsempione – Spedizioni Internazionali SpA

17

2015/C 381/21

Kawża C-462/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-31 ta’ Awwissu 2015 – Verners Pudāns

18

2015/C 381/22

Kawża C-466/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Settembru 2015 – Jean-Michel Adrien, Frédéric Baron, Catherine Blanchin, Marc Bouillaguet, Anne-Sophie Chalhoub, Denis D’Ersu, Laurent Gravière, Vincent Cador, Roland Moustache, Jean-Richard de la Tour, Anne Schneider, Bernard Stamm, Éléonore von Bardeleben vs Premier ministre, Ministre des finances et des comptes publics, Ministre de la décentralisation et de la fonction publique

18

2015/C 381/23

Kawża C-472/15 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 mis-Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE) u mis-Sace BT SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-305/13, SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni

19

2015/C 381/24

Kawża C-483/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Autorità Garante della Concorrenza e del mercato vs Albini & Pitigliani SpA

22

2015/C 381/25

Kawża C-486/15 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-425/04 RENV u T-444/04 RENV, Franza u Orange vs Il-Kummissjoni

22

2015/C 381/26

Kawża C-506/15 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-561/13, Spanja vs Il-Kummissjoni

24

2015/C 381/27

Kawża C-510/15 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 minn Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/10, Fapricela vs Il-Kummissjoni

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 381/28

Kawża T-89/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Calestep vs ECHA (REACH — Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza — Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju — Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva — Rakkomandazzjoni Nru 2003/361/KE — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

27

2015/C 381/29

Kawża T-520/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Philip Morris Benelux vs Il-Kummissjoni [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-impatt elaborat fil-kuntest tal-proposta għal reviżjoni tad-direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk — Rifjut ta’ aċċess — Żvelar wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

27

2015/C 381/30

Kawża T-453/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament [Rikors għal annullament — Petizzjoni indirizzata lill-Parlament dwar il-proprjetà tal-kastell Lónyay à Rusovce (Is-Slovakkja) — Petizzjoni ddikkjarata inammissibbli — Obbligu ta’ motivazzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

28

2015/C 381/31

Kawża T-533/14 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Kolarova vs REA [Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — REA — Setgħat iddelegati lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ — Delega lill-Uffiċċju Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali (PMO) — Rikors ippreżentat kontra l-istituzzjoni li tiddelega — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat]

29

2015/C 381/32

Kawża T-555/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni (Sajd — Investimenti favur bastiment tas-sajd imwettqa mill-Estonja — Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlasijiet intermedjarji — Irtirar tad-deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2015/C 381/33

Kawża T-565/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni [Ambjent — Regolament (KE) Nruo1367/2006 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali — Rifjut ta’ eżami mill-ġdid intern — Miżura ta’ portata individwali — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Terminu ta’ rikors — Tardività — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt]

30

2015/C 381/34

Kawża T-578/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – VSM Geneesmiddelen vs Il-Kummissjoni [Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament — Protezzjoni tal-konsumaturi — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Sustanzi botaniċi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà]

31

2015/C 381/35

Kawża T-585/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

32

2015/C 381/36

Kawża T-619/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Bionorica vs Il-Kummissjoni [Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament — Protezzjoni tal-konsumaturi — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Sustanzi botaniċi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà]

32

2015/C 381/37

Kawża T-620/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Diapharm vs Il-Kummissjoni [Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament — Protezzjoni tal-konsumaturi — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Sustanzi botaniċi — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà]

33

2015/C 381/38

Kawża T-633/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Monster Energy vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu tal-paċi) (Trade mark Komunitarja — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell permezz ta’ faks — Riċezzjoni tal-faks — Tardività — Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta)

34

2015/C 381/39

Kawża T-666/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS) (Trade mark Komunitarja — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell permezz ta’ faks — Riċezzjoni tal-faks — Tardività — Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta)

34

2015/C 381/40

Kawża T-676/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011 — Infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro — Manipulazzjoni tal-istatistiċi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà]

35

2015/C 381/41

Kawża T-678/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – L-Islovakkja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

36

2015/C 381/42

Kawża T-685/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tan-notifika mill-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali — Rifjut ta’ eżami interna mill-ġdid — Miżura ta’ portata individwali — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

36

2015/C 381/43

Kawża T-779/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf tar-riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

37

2015/C 381/44

Kawża T-784/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont korrispondenti għal telf ta’ riżorsi proprjoi — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

38

2015/C 381/45

Kawża T-841/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji — Ammont tal-interessi moratorji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà)

39

2015/C 381/46

Kawża T-848/14 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Promozzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2006 — Fastidju psikoloġiku — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

39

2015/C 381/47

Kawża T-849/14 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni annwali — Regoli interni — Proċedimenti ta’ appell — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

40

2015/C 381/48

Kawża T-10/15 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI (Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Fastidju psikoloġiku — Proċedura ta’ investigazzjoni — Rapport tal-Kumitat ta’ Investigazzjoni — Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku — Deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jingħatax segwitu għall-ilment)

40

2015/C 381/49

Kawża T-66/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja — Rikors għal nuqqas li titieħed azzjoni — Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kunsill — Tmiem tas-suġġett tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

41

2015/C 381/50

Kawża T-235/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Pari Pharma vs EMA [Proċeduri għal miżuri provviżorji — Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-EMA fir-rigward ta’ informazzjoni mogħtija minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali — Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokumenti — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi]

42

2015/C 381/51

Kawża T-368/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru2015 – Alimos Consulting vs BĊE (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika ekonomika u monetarja — Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE — Provvista ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza għall-banek Griegi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

43

2015/C 381/52

Kawża T-436/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi u Negro vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Agrikoltura — Protezzjoni kontra organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti — Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

43

2015/C 381/53

Kawża T-437/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe et vs Il-Kummissjoni (Miżuri provviżorji — Agrikoltura — Protezzjoni kontra organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti — Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

44

2015/C 381/54

Kawża T-387/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (J AND JOY)

45

2015/C 381/55

Kawża T-388/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (JN-JOY)

45

2015/C 381/56

Kawża T-389/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (J&JOY)

46

2015/C 381/57

Kawża T-505/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

47

2015/C 381/58

Kawża T-521/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Diesel vs UASI – Sprinter megacentros del deporte (linja bil-kurvi u angolata)

48

2015/C 381/59

Kawża T-528/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2015 – Bimbo/UASI – Globo (Bimbo)

48

2015/C 381/60

Kawża T-533/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland a.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

49

2015/C 381/61

Kawża T-539/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – LLR-G5 vs UASI – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)

50

2015/C 381/62

Kawża T-541/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Industrie Aeronautiche Reggiane vs UASI – Audi (NSU)

51

2015/C 381/63

Kawża T-549/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – Guiral Broto vs UASI – Gastro & Soul (Cafe Del Sol)

52

2015/C 381/64

Kawża T-562/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Federcaccia Toscana et vs Il-Kummissjoni

53

2015/C 381/65

Kawża T-567/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ settembru 2015 – Monster Energy vs UASI – Mad Catz Interactive (Rappreżentazzjon ta’ kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod)

55

2015/C 381/66

Kawża T-570/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il-Kummissjoni

55

2015/C 381/67

Kawża T-568/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs UASI – Kimbo (KIMBO)

57

2015/C 381/68

Kawża T-569/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs UASI – Kimbo (Caffè KIMBO Espresso Napoletano)

57

2015/C 381/69

Kawża T-637/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs UASI – Kimbo (Caffé KIMBO)

57

2015/C 381/70

Kawża T-638/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs OHMI – Kimbo (Caffè KIMBO GOLD MEDAL)

58

2015/C 381/71

Kawża T-196/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2015 – Swedish Match North Europe vs UASI – Skruf Snus (Pakketti tat-tabakk għall-imnieħer)

58

2015/C 381/72

Kawża T-239/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Awwissu 2015 – Monard vs Il-Kummissjoni

58

2015/C 381/73

Kawża T-252/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settebmru 2015 – Chemo Ibérica vs UASI – Novartis (EXELTIS)

58

2015/C 381/74

Kawża T-253/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Chemo Ibérica vs UASI – Novartis (EXELTIS)

58

2015/C 381/75

Kawża T-592/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

59

2015/C 381/76

Kawża T-594/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

59

2015/C 381/77

Kawża T-595/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Othman vs Il-Kunsill

59

2015/C 381/78

Kawża T-597/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Cham u Bena Properties vs Il-Kunsill

59

2015/C 381/79

Kawża T-598/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

60

2015/C 381/80

Kawża T-599/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Souruh vs Il-Kunsill

60

2015/C 381/81

Kawża T-600/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

60

2015/C 381/82

Kawża T-603/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

60

2015/C 381/83

Kawża T-630/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Primo Valore vs Il-Kummissjoni

60

2015/C 381/84

Kawża T-674/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2015 – SEA vs Il-Kummissjoni

61

2015/C 381/85

Kawża T-688/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2015 – Airport Handling vs Il-Kummissjoni

61

2015/C 381/86

Kawża T-137/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awwissu 2015 – Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni

61

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 381/87

Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2015 – DD vs FRA (Servizz pubbliku — Persunal de la FRA — Membru tal-persunal temporanju — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Appell intern — Akkużi ta’ diskriminazzjoni — Akkużi ta’ vittimizzazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2000/43 — Investigazzjoni amministrattiva — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Twissija — Artikoli 2, 3 u 11 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Xoljiment tal-kuntratt għal żmien indeterminat — Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Dritt għal smigħ — Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

62

2015/C 381/88

Kawża F-39/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Ottubru 2015 – FT vs ESMA (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Kontabilist — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Awtorità kompetenti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova — Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment)

63

2015/C 381/89

Kawża F-119/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Reklutaġġ — Kompetizzjoni ġenerali — Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni — Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni — Tul minimu ta’ esperjenza professjonali — Modalitajiet ta’ kalkolu — Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla — Assenza — Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata — Kumpens)

63

2015/C 381/90

Kawża F-132/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – CH vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Assistenti parlamentari akkreditati — Artikolu 266 TFUE — Miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali — Annullament ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija — Annullament ta’ deċiżjoni li tiċħad talba għal assistenza fformulata abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Portata tal-obbligu ta’ assistenza fil-preżenza ta’ bidu ta’ prova ta’ fastidju — Obbligu tal-Awtorità tal-Ħatra li twettaq investigazzjoni amministrattiva — Fakultà tal-uffiċjali jew tal-aġent li jibda proċedura ġudizzjarja nazzjonali — Kumitat konsultattiv fuq il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol li jipproċessa ilmenti ta’ assistenti parlamentari akkreditati fir-rigward ta’ membru tal-Parlament — Rwol u prerogattivi — Dannu materjali u morali)

64

2015/C 381/91

Kawża F-41/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Ottubru 2015 – FK vs CEPOL

65


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 381/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 371, 9.11.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 363, 3.11.2015

ĠU C 354, 26.10.2015

ĠU C 346, 19.10.2015

ĠU C 337, 12.10.2015

ĠU C 328, 5.10.2015

ĠU C 320, 28.9.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Confederazione Cooperative Italiane, Cooperativas Agro-alimentarias, Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop) (C-455/13 P), Il-Kummissjoni Ewropea (C-457/13 P), Ir-Repubblika Taljana (C-460/13 P) vs Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav) et

(Kawżi Magħquda C-455/13 P, C-457/13 P u C-460/13 P) (1)

((Appell - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Settur tal-frott u tal-ħxejjex - Regolament (KE) Nru 1580/2007 - Artikolu 52(2a) - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 543/2011 - Artikoli 50(3) u 60(7) - Għajnuna lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Frott u ħxejjex ipproċessati - Rati fissi li jkopru lil ċerti attivitajiet ta’ pproċessar - Eliġibbiltà tal-investimenti u tal-azzjonijiet marbuta mal-ipproċessar - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Assenjazzjoni diretta))

(2015/C 381/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-455/13 P)

Appellanti: Confederazione Cooperative Italiane, Cooperativas Agro-Alimentarias, Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop) (rappreżentanti: M. Merola u M. C. Santacroce, avukati)

(Kawża C-457/13 P)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Skelly, A. Marcoulli u B. Schima, aġenti)

Partijiet oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u C. Candat, bħala aġenti), Sociedad Cooperativa de Exportación de Frutos Cítricos Anecoop (Anecoop) S. Coop., Cooperativa Agrícola Nuestra Señora del Oreto (CANSO) Coop. V., Cooperativa Agrícola “Sant Bernat” (Carlet) Coop. V., Cooperativa Agrícola SCJ (COPAL) Coop. V., Grupo AN S. Coop., Acopaex S. Coop., Las Marismas de Lebrija Sociedad Cooperativa Andaluza (Las Marismas), Associació de Cooperatives Agràries de les Terres de Lleida (ACTEL), Unió Corporació Alimentária (UNIO) SCCL, Union Coopérative Agricole France Prune (France Prune), Agrial SCA, Triskalia, Union Fermière Morbihannaise (UFM), VOG Products Soc. agr. coop., Consorzio Padano Ortofrutticolo (CO.PAD.OR.) Soc. agr. coop., Consorzio Casalasco del Pomodoro Soc. agr. coop., Agricoltori Riuniti Piacentini (ARP) Soc. agr. coop., Orogel Fresco Soc. agr. coop., Conserve Italia Soc. agr. coop., Fruttagel Soc. agr. coop. (rappreżentanti: M. Merola u C. Santacroce, avukati), Unione Nazionale tra le Organizzazioni di Produttori Ortofrutticoli, Agrumari e di Frutta in Guscio (Unaproa) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Crisci, sussegwentement minn G. Coppo, avukati),

(Kawża C-460/13 P)

Appellanti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistiti minn S. Varone, avvocato dello Stato)

Partijiet oħra fil-proċedura: Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav), Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon), Associazione Italiana Industrie Prodotti Alimentari (AIIPA), Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav), Campil-Agro-Industrial do Campo do Tejo Lda, Evropaïka Trofima AE, FIT – Fomento da Indústria do Tomate SA, Konservopoiia Oporokipeftikon Filippos AE, Panellinia Enosi Konservopoion, Elliniki Etairia Konservon AE, Anonymos Viomichaniki Etaireia Konservon D. Nomikos, Italagro – Indústria de Transformação de Produtos Alimentares SA, Kopaïs AVEE Trofimon & Poton, Serraïki Konservopoiia Oporokipeftikon Serko AE, Sociedade de Industrialização de Produtos Agrícolas – Sopragol SA, Sugalidal – Indústrias de Alimentação SA, Sutol – Indústrias Alimentares Lda, ZANAE Zymai Artopoiias Nikoglou AE Viomichania Emporio Trofimon, AIT – Associação dos Industriais de Tomate, (rappreżentanti: S. Estima Martins u R. Oliveira, avukati), Confederazione Cooperative Italiane, Cooperativas Agro-Alimentarias, Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop), VOG Products Soc. agr. coop., Consorzio Padano Ortofrutticolo (CO.PAD.OR.) Soc. agr. coop., Consorzio Casalasco del Pomodoro Soc. agr. coop., ARP Agricoltori Riuniti Piacentini Soc. agr. coop., Orogel Fresco Soc. agr. coop., Conserve Italia Soc. agr. coop.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Anicav et vs Il-Kummissjoni (T-454/10 u T-482/11, EU:T:2013:282) hija annullata sa fejn din tiddikjara ammissibbli r-rikorsi ppreżentati fil-Kawżi T-454/10 u T-482/11 sa fejn dawn kienu intiżi għall-annullament tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 52(2a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007, tal-21 ta’ Diċembru 2007, li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2010, tat-30 ta’ Lulju 2010, kif ukoll tal-Artikoli 50(3), u 60(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011, tas-7 ta’ Ġunju 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat.

2)

Ir-rikorsi għal annullament ippreżentati fil-Kawżi T-454/10 u T-482/11 huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)

L-Associazione Nazionale degli Industriali delle Conserve Alimentari Vegetali (Anicav), l-Agrupación Española de Fabricantes de Conservas Vegetales (Agrucon), l-Associazione Italiana Industrie Prodotti Alimentari (AIIPA), Campil-Agro-Industrial do Campo do Tejo Lda, l-Evropaïka Trofima AE, FIT – Fomento da Indústria do Tomate SA, Konservopoiia Oporokipeftikon Filippos AE, Panellinia Enosi Konservopoion, Elliniki Etairia Konservon AE, Anonymos Viomichaniki Etaireia Konservon D. Nomikos, Italagro – Indústria de Transformação de Produtos Alimentares SA, Kopaïs AVEE Trofimon & Poton, Serraïki Konservopoiia Oporokipeftikon Serko AE, Sociedade de Industrialização de Produtos Agrícolas – Sopragol SA, Sugalidal – Indústrias de Alimentação SA, Sutol – Indústrias Alimentares Lda u ZANAE Zymai Artopoiias Nikoglou AE Viomichania Emporio Trofimon huma kkundannati għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u/jew tal-appelli mħallsa minn Confederazione Cooperative Italiane, minn Cooperativas Agro-Alimentarias, minn Fédération française de la coopération fruitière, légumière et horticole (Felcoop), mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża C-457/13 P, mir-Repubblika Taljana, minn Sociedad Cooperativa de Exportación de Frutos Cítricos Anecoop (Anecoop) S. Coop, minn Cooperativa Agrícola Nuestra Señora del Oreto (CANSO) Coop. V., minn Cooperativa Agrícola “Sant Bernat” (Carlet) Coop. V., minn Cooperativa Agrícola SCJ (COPAL) Coop. V., Grupo AN S. Coop., minn Acopaex S. Coop., Las Marismas de Lebrija Sociedad Cooperativa Andaluza (Las Marismas), minn Associació de Cooperatives Agràries de les Terres de Lleida (ACTEL), minn Unió Corporació Alimentária (UNIO) SCCL, minn Union Coopérative Agricole France Prune (France Prune), Agrial SCA, Triskalia, minn Union Fermière Morbihannaise (UFM), VOG Products Soc. agr. coop., Consorzio Padano Ortofrutticolo (CO.PAD.OR.) Soc. agr. coop., Consorzio Casalasco del Pomodoro Soc. agr. coop., Agricoltori Riuniti Piacentini (ARP) Soc. agr. coop., Orogel Fresco Soc. agr. coop., Conserve Italia Soc. agr. coop., Fruttagel Soc. agr. coop. kif ukoll minn Unione Nazionale tra le Organizzazioni di Produttori Ortofrutticoli, Agrumari e di Frutta in Guscio (Unaproa).

4)

AIT – Associação dos Industriais de Tomate u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.

ĠU C 344, 23.11.2013.

ĠU C 352, 30.11.2013.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kammarrätten i Sundsvall – l-Isvezja) – OKG AB vs Skatteverket

(Kawża C-606/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/96/KE - Artikoli 4 u 21 - Direttiva 2008/118/KE - Direttiva 92/12/KEE - Artikolu 3(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru - Ġbir ta’ taxxa fuq il-kapaċità termali tar-reatturi nukleari))

(2015/C 381/03)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Sundsvall

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OKG AB

Konvenuta: Skatteverket

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 4(2) u 21(5) tad-Direttiva ta-Kunsill Nru 2003/96KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ħlas ta’ taxxa li tolqot il-kapaċità termali ta’ reatturi nukleari sa fejn tali taxxa ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

2)

Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 92/12/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti, għandha tiġi interpretata fis-sens li taxxa li tolqot il-kapaċità termali ta’ reattur nukleari ma tikkostitwixxix “dazju tas-sisa” fis-sens ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 39, 8.2.2014


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – ERSTE Bank Hungary Zrt vs Attila Sugár

(Kawża C-32/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Artikolu 7(1) - Tmiem tal-użu ta’ klawżoli inġusti - Mezzi adegwati u effikaċi - Rikonoxximent ta’ dejn - Att notarili - Inklużjoni ta’ ordni ta’ infurzar minn nutar - Titolu eżekuttiv - Obbligi tan-nutar - Eżami ex officio tal-klawżoli inġusti - Stħarriġ ġudizzjarju - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività))

(2015/C 381/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ERSTE Bank Hungary Zrt

Konvenuta: Attila Sugár

Dispożittiv

L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lil nutar li jkun għamel, b’osservanza tar-rekwiżiti formali, att awtentikat li jikkonċerna kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur, li jinkludi fuq l-imsemmi att l-ordni ta’ infurzar jew li jirrifjuta li jneħħiha minkejja li la fi stadju u lanqas f’ieħor ma jkun twettaq stħarriġ tan-natura inġusta tal-klawżoli tal-imsemmi kuntratt.


(1)  ĠU C 102, 7.4.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – Ir-Rumanija) – Smaranda Bara et vs Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)

(Kawża C-201/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 95/46/KE - Ipproċessar tad-data ta’ natura personali - Artikoli 10 u 11 - Informazzjoni tal-persuni kkonċernati - Artikolu 13 - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Trasferiment minn amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru ta’ data fiskali ta’ natura personali bil-għan li din tiġi pproċessata minn amministrazzjoni pubblika oħra))

(2015/C 381/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Smaranda Bara et

Konvenuti: Casa Naţională de Asigurări de Sănătate, Președintele Casei Naționale de Asigurări de Sănătate, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală (ANAF)

Dispożittiv

L-Artikoli 10, 11 u 13 tad-Direttiva 95/46 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta’ dik id-data, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu miżuri nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermettu lil amministrazzjoni pubblika ta’ Stat Membru tittrażmetti data personali lil amministrazzjoni pubblika oħra u l-ipproċessar sussegwenti tagħha, mingħajr ma l-persuni kkonċernati jkunu ġew informati dwar din it-trażmissjoni jew dan l-ipproċessar.


(1)  ĠU C 223, 14.7.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kúria – l-Ungerija) – Weltimmo s.r.o. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

(Kawża C-230/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikoli 4(1) u 28(1), (3) u (6) - Kontrollur formalment stabbilit fi Stat Membru - Ksur tad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali li tirrigwarda persuni fiżiċi fi Stat Membru ieħor - Determinazzjoni tad-dritt applikabbli u tal-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti - Eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni - Setgħa ta’ impożizzjoni ta’ sanzjoni))

(2015/C 381/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Weltimmo s.r.o.

Konvenuta: Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jippermetti l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali ta’ Stat Membru li ma huwiex dak li fih il-kontrollur ta’ din id-data huwa rreġistrat, sakemm dan il-kontrollur jeżerċita, permezz ta’ arranġament stabbli fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, attività effettiva u reali, anki minima, li fil-kuntest tagħha jsir dan l-ipproċessar.

Sabiex jiġi ddeterminat, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jekk dan huwiex il-każ, il-qorti tar-rinviju tista’, b’mod partikolari, tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt, minn naħa, li l-attività tal-kontrollur, li fil-kuntest tagħha jsir l-ipproċessar, tikkonsisti fl-amministrazzjoni ta’ siti tal-internet ta’ riklami dwar proprjetajiet immobbli li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u miktuba fil-lingwa tiegħu u li għaldaqstant hija prinċipalment, jekk mhux kompletament, diretta lejn dan l-Istat Membru u, min-naħa l-oħra, li dan il-kontrollur għandu rappreżentant f’dan l-Istat Membru, li huwa responsabbli għall-irkupru tad-djun li jirriżultaw minn din l-attività kif ukoll sabiex jirrappreżentah fil-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji relatati mal-ipproċessar tad-data kkonċernati.

Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni dwar in-nazzjonalità tal-persuni kkonċernati minn dan l-ipproċessar ta’ data hija irrilevanti.

2)

Fil-każ li l-awtorità ta’ superviżjoni ta’ Stat Membru li tirċievi lmenti, skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46, tasal għall-konklużjoni li d-dritt applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali kkonċernata ma huwiex id-dritt ta’ dan l-Istat Membru, iżda dak ta’ Stat Membru ieħor, l-Artikolu 28(1), (3) u (6) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tista’ teżerċita s-setgħat effettivi ta’ intervent mogħtija lilha skont l-Artikolu 28(3) ta’ din id-direttiva biss fit-territorju tal-Istat Membru li taħtu hija taqa’. Għaldaqstant, hija ma tistax timponi sanzjonijiet abbażi tad-dritt ta’ dan l-Istat Membru fir-rigward tal-kontrollur ta’ din id-data li ma huwiex stabbilit f’dan it-territorju, iżda għandha, skont l-Artikolu 28(6) tal-istess direttiva, titlob lill-awtorità ta’ superviżjoni li taqa’ taħt l-Istat Membru li d-dritt tiegħu huwa applikabbli tintervjeni.

3)

Id-Direttiva 95/46 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “adatfeldolgozás” (operazzjonijiet tekniċi ta’ pproċessar ta’ data) użat fil-verżjoni Ungeriża ta’ din id-direttiva, b’mod partikolari fl-Artikolu 4(1)(a) u 28(6) tagħha, għandu jiġi mifhum f’sens identiku għal dak tat-terminu “adatkezelés” (ipproċessar ta’ data).


(1)  ĠU C 245, 28.07.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Gmina Wroclaw vs Minister Finansów

(Kawża C-276/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9(1) - Artikolu 13(1) - Persuni taxxabbli - Interpretazzjoni tal-kliem “b’mod indipendenti” - Korp komunali - Attivitajiet ekonomiċi mwettqa minn entità organizzattiva komunali fi kwalità barra minn dik ta’ awtorità pubblika - Possibbiltà li din l-entità tiġi kklassifikata bħala “persuna taxxabbli” fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 - Artikoli 4(2) u 5(3) TUE))

(2015/C 381/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gmina Wroclaw

Konvenut: Minister Finansów

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li korpi rregolati bid-dritt pubbliku, bħal entitajiet baġitarji komunali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala persuni suġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud peress li ma jissodisfawx il-kriterju ta’ indipendenza previst f’din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Firenze – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Skerdjan Celaj

(Kawża C-290/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Deċiżjoni li tordna r-ritorn flimkien ma’ projbizzjoni fuq id-dħul għal tliet snin - Ksur tal-projbizzjoni fuq id-dħul - Ċittadin ta’ pajjiż terz li kien tneħħa preċedentement - Piena ta’ priġunerija f’każ ta’ dħul mill-ġdid illegali fit-territorju nazzjonali - Kompatibbiltà))

(2015/C 381/08)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Firenze

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Skerdjan Celaj

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix, bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed jirrisjedi irregolarment li, wara li rritorna fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn preċedenti, jerġa’ jidħol mill-ġdid b’mod irregolari fit-territorju tal-imsemmi Stat bi ksur ta’ projbizzjoni fuq id-dħul.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – R. L. Trijber, li jaġixxi taħt l-isem Amstelboats vs College van burgemeester en wethouders van Amsterdam (C-340/14), J. Harmsen vs Burgemeester van Amsterdam (C-341/14)

(Kawżi magħquda C-340/14 u C-341/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/123/KE - Servizzi fis-suq intern - Navigazzjoni ta’ divertiment - Djar ta’ prostituzzjoni offruta mill-vetrina - Artikolu 2(2)(d) - Kamp ta’ applikazzjoni - Esklużjoni - Servizzi fil-qasam tat-trasport - Libertà ta’ stabbiliment - Skema għal awtorizzazzjoni - Artikolu 10(2)(ċ) - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-awtorizzazzjoni - Proporzjonalità - Kundizzjoni lingwistika - Artikolu 11(1)(b) - Perijodu tal-awtorizzazzjoni - Limitazzjoni tan-numru ta’ awtorizzazzjonijiet disponibbli - Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali))

(2015/C 381/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: R. L. Trijber, li jaġixxi taħt l-isem Amstelboats (C-340/14), J. Harmsen (C-341/14)

Konvenuti: College van burgemeester en wethouders van Amsterdam, Burgemeester van Amsterdam

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern għandu jiġi interpretat fis-sens li, mingħajr ħsara għall-verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, attività, bħal dik li hija s-suġġett tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ servizz ta’ teħid ta’ passiġġieri fuq dgħajsa sabiex dawn iżuru belt minn passaġġi fuq l-ilma għal finijiet marbuta ma’ avveniment, ma tikkostitwixxix servizz fil-“qasam tat-trasport”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 11(1)(b) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi l-għoti, mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ta’ awtorizzazzjonijiet għal perijodu indefinit għall-eżerċizzju ta’ attività bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta n-numru ta’ awtorizzazzjonijiet maħruġa għal dan il-għan minn dawn l-istess awtoritajiet ikun limitat għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali.

3)

L-Artikolu 10(2)(ċ) tad-Direttiva 2006/123 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix miżura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ awtorizzazzjoni għall-eżerċizzju ta’ attività bħal dik inkwistjoni fil-Kawża C-341/14, li tikkonsisti fil-ġestjoni ta’ djar ta’ prostituzzjoni offruta mill-vetrina, billi jinkrew kmamar fuq bażi ta’ xift, għall-kundizzjoni li l-fornitur ta’ dawn is-servizzi jkun f’pożizzjoni li jikkomunika b’lingwa li tinftiehem mill-benefiċjarji ta’ dawn is-servizzi, f’dan il-każ il-prostituti, meta din il-kundizzjoni hija xierqa sabiex tiggarantixxi r-realizzazzjoni tal-għan ta’ interess ġenerali mfittex, jiġifieri l-prevenzjoni ta’ reati marbuta mal-prostituzzjoni, u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 – Electrabel SA u Dunamenti Erőmű Zrt vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-357/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi favur ċerti produtturi tal-elettriku - Ftehim ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ “parti” li tista’ tippreżenta appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja - Adeżjoni tal-Ungerija mal-Unjoni Ewropea - Data rilevanti għall-evalwazzjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Vantaġġ - Kriterju ta’ investitur privat - Metodu tal-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna msemmija))

(2015/C 381/10)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Electrabel SA u Dunamenti Erőmű Zrt [rappreżentanti: J. Philippe, F.-H. Boret u A.-C. Guyon, avukati, P. Turner QC)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Dunamenti Erőmű Zrt hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Electrabel SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C ##, ##.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil de prud’hommes de Paris – Franza) – O vs Bio Philippe Auguste SARL

(Kawża C-432/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikolu 2(1) u (2)(a) - Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età - Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet - Ħlas ta’ kumpens fi tmiem il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat intiż sabiex jikkumpensa l-prekarjetà - Esklużjoni taż-żgħażagħ li jaħdmu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom])

(2015/C 381/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de prud’hommes de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O

Konvenuta: Bio Philippe Auguste SARL

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u kkonkretizzat mid-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li abbażi tagħha kumpens ta’ tmiem il-kuntratt, imħallas bħala suppliment għas-salarju fi tmiem il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat meta r-relazzjonijiet kuntrattwali ta’ xogħol ma jitkomplewx permezz ta’ kuntratt għal żmien indeterminat, ma huwiex dovut fil-każ fejn il-kuntratt jiġi konkluż ma’ żagħżugħ għal perijodu inkluż fil-vaganzi skolastiċi jew universitarji tiegħu.


(1)  ĠU C 431, 1.2.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute vs Doc Generici srl

(Kawża C-452/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Obbligu li tiġi adita l-Qorti tal-Ġustizzja - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Speċjalità mediċinali - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Varjazzjoni - Miżati - Regolament (KE) Nru 297/95 - Regolament (KE) Nru 1234/2008 - Kamp ta’ applikazzjoni))

(2015/C 381/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia Italiana del Farmaco (AIFA), Ministero della Salute

Konvenuta: Doc Generici srl

Dispożittiv

1)

La r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95, tal-10 ta’ Frar 1995, dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 273/2012, tas-27 ta’ Marzu 2012, u lanqas ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1234/2008, tal-24 ta’ Novembru 2008, li jikkonċerna l-eżami ta’ varjazzjonijiet fit-termini tal-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u tal-prodotti mediċinali veterinarji, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 712/2012, tat-3 ta’ Awwissu 2012, ma jimponu jew jipprekludu li awtorità nazzjonali kompetenti teżiġi, għal varjazzjoni tal-indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq, il-ħlas ta’ daqstant miżati daqs l-ATS li jeżiġu varjazzjoni.

2)

L-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija marbuta li twettaq l-obbligu tagħha li tagħmel rinviju preliminari.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen – il-Belġju) – Vivium SA vs Belgische Staat

(Kawża C-250/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti - Inammissibbiltà manifesta))

(2015/C 381/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vivium SA

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju), permezz tad-deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2015 (Kawża C-250/15), hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/12


Appell ippreżentat fit-22 ta’ April 2015 minn Marpefa, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-708/14, Marpefa vs UASI

(Kawża C-181/15 P)

(2015/C 381/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Marpefa, S.L. (rappreżentanti: I. Barroso Sánchez-Lafuente, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), Kabushiki Kaisha Sony Computer Entertainment

Permezz ta’ digriet tas-6 ta’ Ottubru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/12


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħqudaT-558/12 u T-559/12 – Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-376/15 P u C-377/15 P)

(2015/C 381/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd (rappreżentanti: R. Antonini, avukat, E. Monard, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, European Industrial Fasteners Institute AISBL (EIFI)

Talbiet

1)

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawżi magħquda T-558/12 u T-559/12 Changshu City Standard Parts Factory u Ningbo Jinding Fastener Co. Ltd vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

2)

tilqa’ t-talbiet tal-appellanti sostnuti fir-rikors tagħhom ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 924/2012, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 91/2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (1), sa fejn jikkonċerna lill-appellanti;

3)

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll għall-ispejjeż tal-appellanti;

4)

tikkundanna lill-intervenjenti għal-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ “transizzjonijiet [paragunabbli] kollha ta’ l-esportazzjoni” u r-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet ikkonċernati, wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikoli 2(10) u 2(11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), kif ukoll l-Artikoli 2.4 u 2.4.2 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, u imponiet oneru ta’ prova mhux raġonevoli fuq l-appellanti.

L-appellanti jsostnu sussegwentement li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 2(10) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea kif ukoll l-Artikolu 2.4 tal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal- Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, li ma weġbitx għal ċerti argumenti tal-appellanti u li wettqet żball ta’ liġi meta evalwat l-obbligu ta’ motivazzjoni bbażat fuq l-Artikolu 296 TFUE.


(1)  ĠU L 275, p. 1.

(2)  ĠU L 343, p. 51.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Taranto (l-Italja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – proċeduri kriminali kontra Davide Durante

(Kawża C-438/15)

(2015/C 381/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Taranto

Parti fil-kawża prinċipali

Davide Durante

Domanda preliminari

L-Artikoli 43, 49 u 56 et seq TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-logħob tal-ażżard li, għat-tnedija ta’ proċedura ġdida ta’ sejħa għal offerti għall-għoti ta’ konċessjonijiet, kif previst fl-Artikolu [10](9 g) tal-Liġi Nru 44 tas-26 ta’ April 2012, tikkunsidra bħala raġuni għall-esklużjoni mill-proċedura ta’ selezzjoni, in-nuqqas ta’ kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-parti kontraenti, mingħajr ma tipprevedi, għall-finijiet ta’ din id-demostrazzjoni, kriterji oħra xierqa għajr ir-rekwiżit tal-preżentazzjoni ta’ żewġ attestazzjonijiet differenti maħruġa minn żewġ stabbilimenti ta’ kreditu differenti, meta l-attestazzjonijiet ikunu joriġinaw minn entità waħda?


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto (l-Italja) fis-17 ta’ Awwissu 2015 – Associazione Italia Nostra Onlus vs Comune di Venezia et

(Kawża C-444/15)

(2015/C 381/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Veneto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associazione Italia Nostra Onlus

Konvenuti: Comune di Venezia, Ministero per i beni e le attività culturali, Regione del Veneto, Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero della Difesa Capitaneria di Porto di Venezia, Agenzia del Demanio

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE (1), fil-parti li tirreferi wkoll għad-dispożizzjoni li tinsab fil-paragrafu 2(b) tal-istess artikolu, huwa validu, fid-dawl tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ambjent li tinsab fit-TFUE kif ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan jeżenta minn stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent sistematika l-pjanijiet u l-programmi li fir-rigward tagħhom tqies li kellhom neċessarjament jiġu suġġetti għal stima tal-effetti, fis-sens tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 92/43/KEE (2)?

2)

Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/42/KE, moqrija flimkien mal-premessa 10 tal-istess direttiva, li tgħid li “l-pjani u l-programmi kollha li ġew stabbiliti li jeħtieġu stima bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ ambjent naturali u ta’ flora u fawna selvaġġa, li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-stima sistematika ambjentali” għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali li, sabiex tiddefinixxi l-kunċett ta’ “żoni żgħar fil-livell lokali” li jinsab fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2001/42/KE, tagħmel riferiment għal kriterji purament kwantitattivi?

3)

Il-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2001/42/KE, moqrija flimkien mal-għaxar premessa tal-istess direttiva, li tgħid li “l-pjani u l-programmi kollha li ġew stabbiliti li jeħtieġu stima bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ ambjent naturali u ta’ flora u fawna selvaġġa, li x’aktarx ikollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, u għandhom bħala regola jsiru suġġetti għall-stima sistematika ambjentali” għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali li teżenta minn stima strateġika tal-effetti fuq l-ambjent awtomatika u obbligatorja l-proġetti kollha ta’ żvilupp ta’ żoni urbani, ġodda jew li qed jiġu estiżi, fejn is-superfiċi kkonċernata ma tkunx ta’ iktar minn 40 ettaru jew il-proġetti ta’ riabilitazzjoni jew ta’ żvilupp ta’ żoni urbani, fi ħdan iż-żoni urbani eżistenti, fejn is-superfiċi kkonċernata ma tkunx ta’ iktar minn 10 ettari, anki jekk, minħabba l-possibbiltà ta’ effetti fuq is-siti, diġà tqies li dawn kellhom neċessarjament jiġu suġġetti għal stima tal-effetti, fis-sens tal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 92/43/KEE?


(1)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-18 ta’ Awwissu 2015 – Signum Alfa Sped Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal KiemeIt Adó- és Vám Főigazgatóság

(Kawża C-446/15)

(2015/C 381/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Signum Alfa Sped Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal KiemeIt Adó- és Vám Főigazgatóság

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 (1) dwar it-tnaqqis tal-VAT, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-amministrazzjoni fiskali tista’, b’mod ġenerali, teżiġi li l-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis tal-VAT, sabiex l-imsemmija amministrazzjoni ma tikklassifikax it-tranżazzjoni bħala tranżazzjoni fittizja, tivverifika jekk l-emittent tal-fattura għal servizzi li fir-rigward tagħhom tixtieq teżerċita dan id-dritt jissodisfax, meta jiġu pprovduti s-servizzi u meta ssir il-verifika, il-kundizzjonijiet personali u materjali meħtieġa sabiex jiġu pprovduti s-servizzi inkwistjoni u jekk jissodisfax l-obbligi tiegħu fil-qasam ta’ denunzja u ta’ ħlas tal-VAT, jew li l-istess persuna taxxabbli jkollha, minbarra l-fattura relatata mat-tranżazzjoni, dokumenti mingħajr difetti proċedurali, u jista’ barra minn hekk ikun mistenni li l-attività ekonomika tal-emittent tal-fattura tkun ġiet eżerċitata mingħajr irregolaritajiet mhux biss fil-mument tat-tranżazzjoni li tagħti lok għad-dritt għal tnaqqis tal-VAT iżda wkoll fil-mument tal-kontroll?

2)

Li kieku l-amministrazzjoni fiskali, li tibbaża ruħha fuq iċ-ċirkustanzi msemmija fid-domanda preċedenti, ikollha tikkonstata li t-tranżazzjoni fil-fatt seħħet iżda li l-fattura ma għandhiex tingħata krettu għaliex it-tranżazzjoni inkwistjoni ma seħħitx bejn il-partijiet imsemmija fuq l-imsemmija fattura, l-amministrazzjoni fiskali għandha, fid-dawl tal-fatt li l-obbligu fil-qasam ta’ prova huwa fil-prinċipju l-oneru tagħha, taċċerta, f’dan il-każ, liema huma l-partijiet li bejniethom seħħet it-tranżazzjoni u min ħareġ il-fattura, jew inkella l-amministrazzjoni fiskali tista’, mingħajr ebda prova ta’ dan il-fatt li jeskludi kull dubju, u mingħajr ebda informazzjoni jew fattur fir-rigward tal-isem jew ir-rwol ta’ terz, tiċħad dan id-dritt lil persuna taxxabbli li tixtieq tibbenefika mit-tnaqqis tal-VAT abbażi biss ta’ sempliċi affermazzjoni f’dan ir-rigward?

3)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-tnaqqis tal-VAT, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li minkejja li l-amministrazzjoni fiskali ma tikkontestax il-fatt li t-tranżazzjoni msemmija fil-fattura fil-fatt seħħet u li l-fattura tissodisfa proċeduralment ir-rekwiżiti legali, l-imsemmija amministrazzjoni fiskali tista’ topponi l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, mingħajr ma jkollha tivverifika jekk ittiħdux il-prekawzjonijiet meħtieġa, billi tibbaża r-rifjut tat-tnaqqis fuq responsabbiltà oġġettiva, filwaqt li tinvoka l-fatt li, peress li t-tranżazzjoni ma seħħitx bejn il-partijiet imsemmija fil-fattura, l-amministrazzjoni ma għandhiex, per definitionem, tivverifika jekk ittiħdux l-imsemmija prekawzjonijiet meħtieġa peress li ma jistax jingħata krettu lill-kontenut tal-fattura, jew inkella l-amministrazzjoni fiskali, meta tostakola l-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, hija għandha wkoll f’dawn iċ-ċirkustanzi tipprova li l-persuna taxxabbli li tixtieq teżerċita d-dritt tagħha għal tnaqqis kienet taf bl-aġir irregolari, u skont il-każ, intiż li jevadi t-taxxa, tal-impriża li magħha l-persuna taxxabbli inkwistjoni kienet f’relazzjoni kuntrattwali jew li l-imsemmija persuna taxxabbli hija stess ipparteċipat f’dan l-aġir?

4)

Jekk tingħata risposta affermattiva għad-domanda preċedenti, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112 dwar it-tnaqqis tal-VAT u mal-prinċipji tan-newtralità fiskali, ta’ ċertezza legali u ta’ proporzjonalità, kif żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, interpretazzjoni tar-regoli ta’ dritt li hemm lok li jiġi eżaminat jekk id-destinatarju tal-fattura ħax il-prekawzjonijiet meħtieġa biss jekk jista’ jintwera li t-tranżazzjoni saret bejn il-partijiet, u dan bil-mod kif iddefinit mill-kontenut tal-fattura, u li jeżistu biss irregolaritajiet oħrajn, pereżempju irregolaritajiet proċedurali, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-fatt li l-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali tinkludi dispożizzjonijiet dwar fatturi proċeduralment irregolari jew maħruġa fin-nuqqas ta’ tranżazzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-20 ta’ Awwissu 2015 – Regione autonoma della Sardegna vs Comune di Portoscuso

(Kawża C-449/15)

(2015/C 381/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Regione autonoma della Sardegna

Konvenut: Comune di Portoscuso

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 49, 59 u 106 tat-Trattat TFUE, kif ukoll il-prinċipju ta’ raġonevolezza inkluż fihom, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, minħabba interventi leġiżlattivi suċċessivi, tistabbilixxi l-estensjoni ripetuta tat-terminu ta’ skadenza ta’ konċessjonijiet ta’ beni li jappartjenu lill-Istat fir-rigward tas-settur marittimu, tal-għadajjar u tax-xmajjar, ta’ rilevanza ekonomika, li t-tul tagħha jiżdied permezz ta’ liġi għal mill-inqas ħdax-il sena, b’mod li l-istess konċessjonarju jżomm esklużivament id-dritt ta’ sfruttament ekonomiku tal-beni, minkejja l-iskadenza tat-terminu tal-konċessjoni preċedentement mogħtija lil dan il-konċessjonarju, bil-konsegwenza tal-preklużjoni tal-operaturi ekonomiċi kkonċernati minn kull possibbiltà li jiksbu l-għoti tal-beni fi tmiem proċeduri pubbliċi ta’ sejħa għal offerti?


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Autorità Garante della Concorrenza e del mercato vs Italsempione – Spedizioni Internazionali SpA

(Kawża C-450/15)

(2015/C 381/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del mercato

Konvenuta: Italsempione – Spedizioni Internazionali SpA

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li għandu jkun ta’ gwida fil-proċess ta’ kwantifikazzjoni tal-pieni – kif jistabbilixxi l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), bħal dik stabbilita mill-Kummissjoni fil-Linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi (2006/C 210/02), u l-implementazzjoni tagħha b’mod partikolari fuq livell nazzjonali – liema interpretazzjoni tipprevedi li l-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi li jkunu kisru l-projbizzjoni ta’ akkordji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni għandha tiġi kkalkolata billi ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] jiġu applikati għall-ammont bażiku li jirriżulta minn diversi fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u, f’kull każ, qabel it-tnaqqis ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ, bir-riskju li l-applikazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti għall-ammont bażiku tirriżulta totalment inadegwata sabiex tipproduċi l-effett ta’ individwalità tal-multa li ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] huma intiżi, għall-kuntrarju, li jipproduċu permezz tal-modulazzjoni tal-ammont tal-multa skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ konkret?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fil-31 ta’ Awwissu 2015 – Verners Pudāns

(Kawża C-462/15)

(2015/C 381/21)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verners Pudāns

Konvenut: Valsts ieņēmumu dienests

Domanda preliminari

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 ĠU 2009 (1) li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ diretti għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, fil-prinċipju, Stat Membru li japplika t-taxxa fuq id-dħul għal pagamenti taħt l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament?


(1)  ĠU 2009 L 30, p. 16.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-3 ta’ Settembru 2015 – Jean-Michel Adrien, Frédéric Baron, Catherine Blanchin, Marc Bouillaguet, Anne-Sophie Chalhoub, Denis D’Ersu, Laurent Gravière, Vincent Cador, Roland Moustache, Jean-Richard de la Tour, Anne Schneider, Bernard Stamm, Éléonore von Bardeleben vs Premier ministre, Ministre des finances et des comptes publics, Ministre de la décentralisation et de la fonction publique

(Kawża C-466/15)

(2015/C 381/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jean-Michel Adrien, Frédéric Baron, Catherine Blanchin, Marc Bouillaguet, Anne-Sophie Chalhoub, Denis D’Ersu, Laurent Gravière, Vincent Cador, Roland Moustache, Jean-Richard de la Tour, Anne Schneider, Bernard Stamm, Éléonore von Bardeleben

Konvenuti: Premier ministre, Ministre des finances et des comptes publics, Ministre de la décentralisation et de la fonction publique

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil uffiċjal ikkollokat fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jagħżel, għall-perijodu tal-kollokament tiegħu, jew li jissopendi l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni tal-Istat ta’ oriġini tiegħu, f’liema każ il-pensjoni tiegħu taħt din l-iskema tkun akkumulata kompletament mal-benefiċċji tal-irtirar relatati mal-pożizzjoni li għaliha jkun ġie kkollokat, jew inkella li jkompli jagħmel tali ħlasijiet, f’liema każ il-pensjoni tiegħu taħt din l-iskema tkun limitata għall-ammont neċessarju sabiex it-total tal-pensjonijiet, inkluża l-pensjoni miksuba taħt l-iskema applikabbli għall-pożizzjoni li għaliha jkun ġie kkollokat, ikun ekwivalenti għall-ammont tal-pensjoni li kien jikseb fl-assenza tal-kollokament, tmur kontra l-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri fid-dawl tal-Artikolu 48 tal-istess Trattat u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali msemmi fl-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea?


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/19


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 mis-Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE) u mis-Sace BT SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-305/13, SACE u Sace BT vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-472/15 P)

(2015/C 381/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE), Sace BT SpA (rappreżentanti: M. Siragusa u G. Rizza, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

SACE titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tilqa’ dan l-appell u, billi tagħmel dan, tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali kif tinsab fid-dispożittiv tas-sentenza appellata u tilqa, mingħajr ma tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, it-talbiet ippreżentati fir-rikors promotur, jiġifieri:

tannulla kompletament id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2013) 1501 finali, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 implementati mill-Italja fl-2004 u fl-2009 favur is-SACE BT SpA,;

sussidjarjament, tannullaha parzjalment, b’mod limitat għall-motiv/i milqugħ/milqugħa; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji T-305/13R.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, dwar l-imputabbiltà lill-Istat Taljan tal-miżuri kontenzjużi: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Stardust Marine (Kawża C-482/99); natura manifestament żbaljata tal-interpretazzjoni tal-punt 177(b)(i) tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni; evalwazzjoni tal-fatti vvizzjata minn ineżattezzi materjali, fatt li jirriżulta mill-atti tal-proċess, u żnaturament tal-kontenut tad-deċiżjoni; inkonsistenza tal-motivazzjoni; integrazzjoni indebita tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata; applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju li jgħid li l-legalità tad-deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni li kienet disponibbli għall-Kummissjoni meta adottatha, fir-rigward taż-żewġ ittri li l-Ministeru tal-ekonomija u tal-Finanzi Taljan (iktar ’il quddiem il-“MEF”) bagħat lill-SACE S.p.A, prodotti mill-Gvern Taljan fl-anness għan-nota ta’ intervent tiegħu.

Is-sentenza appellata stabbiliet il-prinċipju li ġej: il-fatt li l-operazzjoni kontenzjuża ssegwi l-interessi tal-impriża pubblika li jikkoinċidu ma’ għan ta’ interess ġenerali ma jfissirx neċessarjament li din l-impriża setgħet tadotta d-deċiżjoni tagħha mingħajr ma tiħu inkunsiderazzjoni r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi. Skont il-Qorti Ġenerali, xejn ma jipprekludi lill-Istat milli jimponi fuq impriża pubblika l-obbligu li twettaq operazzjoni imprenditorjali li, anki jekk tista’ eventwalment tkun konformi mal-kriterju tal-investitur privat f’ekonomija tas-suq (il-“MEIP”), tibqa’ f’kull każ imputabbli lill-Istat. Għaldaqstant il-Kummissjoni ma hijiex obbligata, sabiex tissodisfaw ir-rekwiżit tal-imputabbiltà, li tipprova li l-imġieba tal-impriża pubblika kienet tkun differenti li kieku din tal-aħħar kienet aġixxiet b’mod indipendenti. B’dan ir-raġunament, il-Qorti Ġenerali tbiegħdet mill-prinċipji stabbiliti fis-sentenza Stardust Marine. Mid-deċiżjoni tagħha jirriżulta li s-sempliċi fatt li impriża pubblika tkun ikkontrollata mill-Istat u tkun suġġetta għal skema partikolari ta’ organizzazzjoni huwa, minnu nnifsu, suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li l-awtoritajiet pubbliċi huma dejjem u f’kull każ, per definizzjoni, involuti fl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ intervent favur is-sussidjarji tal-imsemmija impriża. F’każ bħal dak inkwistjoni, l-imputabbiltà lill-Istat tista’ tiġi eskluża biss meta jkun ippruvat li l-Bord tad-Diretturi tal-kumpannija parent ikun ħa deċiżjoni li l-kontenut tagħha ma jippermettulhiex tkompli b’mod parallel issegwi wkoll interessi ta’ importanza ġenerali. F’dan il-każ, tali deċiżjoni setgħet tkun biss il-likwidazzjoni ta’ SACE BT, deċiżjoni li fir-rigward tagħha, per definizzjoni, il-Kummissjoni ma kellux ikollha oġġezzjonijiet. Jekk, min-naħa l-oħra, il-miżura adottata mill-impriża pubbliku tista’ b’mod astratt tikkorrispondi wkoll għal għan ta’ interess ġenerali jew ġiet adottata b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ dan l-interess, għandu jiġi preżunt li l-Bord tad-Diretturi aġixxa b’dan il-mod għaliex fid-deċiżjoni tiegħu ma setax jinjora r-rekwiżiti tal-awtoritajiet pubbliċi, u ma huwiex permess jew possibbli li tiġi prodotta l-prova kuntrarja;

L-indizji ġenerali tal-imputabbiltà użati mill-Kummissjoni u approvati mill-Qorti Ġenerali ma jiħdux inkunsiderazzjoni l-livell ta’ awtonomija li biha l-Bord tad-Diretturi ta’ SACE SpA kien u għadu jeżerċita l-ġestjoni tal-impriża: u dan mhux biss jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod separat, iżda anki jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni fit-totalità tagħhom. Dawn l-indizji kienu jippermettu biss li jintwera l-fatt li fl-2009 l-Istat Taljan kien jikkontrolla lil SACE SpA sa fejn kien il-proprjetarju tal-azzjonijiet kollha. Is-sentenza Stardust Marine teżiġi, madankollu, li l-indizji li jistgħu jintużaw sabiex jiġi pprovat l-involviment tal-Istat ikunu marbuta mill-qrib mal-miżuri inkwistjoni, fid-dawl tal-portata tagħhom, tal-kontenut tagħhom u tal-kundizzjonijiet li jinvolvu. Is-sentenza appellata tirrikonoxxi espliċitament li l-indizji ta’ imputabbiltà użati fid-deċiżjoni – kollha (barra wieħed) relatati mal-attivitajiet ta’ SACE fl-assigurazzjoni tar-riskji mhux tas-suq, settur li fih SACE BT ma toperax – jirrigwardaw bil-kontra ta’ dan il-kuntest ġenerali li fih topera SACE SpA, iktar milli ċ-ċirkustanzi li jikkaratterizzaw il-każ preżenti u l-kuntest li fih ġew adottati l-miżuri kontenzjużi. Madankollu, il-Qorti Ġenerali naqset milli tiddikjara li tali indizji huma intrinsikament mhux adattati sabiex fuqhom tiġi bbażata direttament il-preżunzjoni tal-involviment konkret tal-Istat fl-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni. Billi għamlet dan, il-Qorti Ġenerali ffokat, fil-kuntest tal-eżami tal-imputabbiltà, fuq l-assjem tar-relazzjonijiet bejn l-istat u l-impriżi li huma konformi mal-mudell organizzattiv tal-impriżi pubbliċi – ikklassifikati espliċitament mil-liġi bħala kumpanniji b’responsabbiltà limitata, skont id-dritt Taljan – bil-konsegwenza li rrendiet irrilevanti kemm l-għan speċifiku, in-natura speċifika u l-kontenut speċifiku tal-miżuri inkwistjoni kif ukoll il-motivazzjoni konkreta li abbażi tagħha ġew adottati. Fil-verità, l-indizi użati mill-Kummissjoni jindikaw li huwa ferm improbabbli li kien hemm xi involviment tal-Istat fl-adozzjoni tal-miżuri kontenzjużi;

Min-naħa l-oħra, meta analizzat ir-rekwiżit ta’ imputabbiltà, il-Qorti Ġenerali injorat iċ-ċirkustanza mhux ikkontestata li, skont il-liġi, l-MEF ma jmexxix u ma jikkoordinax impriżi b’parteċipazzjoni pubblika, kif sostniet SACE fir-rikors billi ċċitat id-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta applikat ħażin il-prinċipju li jgħid li l-legalità ta’ deċiżjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-informazzjoni li kienet disponibbli għall-Kummissjoni meta adottatha, fir-rigward taż-żewġ ittri li l-MEF bagħat lill-SACE S.p.A, prodotti mill-Gvern Taljan fl-anness għan-nota ta’ intervent tiegħu. Fil-fatt, dawn l-ittri sempliċement jikkonfermaw il-prinċipju tal-awtonomija ta’ ġestjoni fir-relazzjoni MEF/SACE SpA, li kienet magħrufa sew mill-Kummissjoni, anki jekk biss għaliex dan kien ġie spjegat ripetutament mill-Gvern Taljan lill-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali miftuħa skont l-Artikolu 108(2) TFUE. Għalhekk, iż-żewġ dokumenti ġew invokati biss bħala konferma ta’ dak li diġà kien ġie allegat, u ma jinvolvu ebda bdil sinjifikattiv fl-elementi essenzjali tal-miżuri inkwistjoni.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-assenza ta’ vantaġġ allegatament mogħti lil SACE BT mit-tieni miżura kontenzjuża: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u applikazzjoni żbaljata tal-MEIP; evalwazzjoni fattwali li l-ineżattezza materjal tagħha tirriżulta mill-atti tal-proċess; distorsjoni tal-argument li jgħid li SACE SpA bbenefikat de facto minn żieda impliċita ta’ 5/12 tar-rata tal-kummissjoni rċevuta meta mqabbla ma’ dik imħallsa minn SACE BT lill-impriżi privati ta’ riassigurazzjoni; klassifikazzjoni żbaljata ta’ dan l-argument bħala “motiv ġdid” inammissibbli

Il-Qorti Ġenerali, bħall-Kummissjoni qabilha wriet nuqqas evidenti ta’ għarfien u ta’ fehim tad-dinamika tal-industrija tal-assigurazzjoni, b’riferiment partikolari għall-riassigurazzjoni li teċċedi d-dannu (Excess of Loss (XoL)), wettqet żbalji serji u manifesti billi kkonstatat fatti li l-ineżattezza materjali tagħhom tirriżulta mill-atti tal-proċess. L-espożizzjoni għar-riskju ta’ riassigurazzjoni li teċċedi l-aċċident ma tiżdidx meta l-parteċipazzjoni tar-riassiguratur fil-kopertura tkun għolja ħafna: dan għaliex parteċipazzjoni ikbar fit-trattat XOL tikkorrispondi għal kummissjoni rċevuta proporzjonali. Barra minn hekk, għar-riassiguratur ma hemmx żieda fir-riskju fil-każ li t-trasferent isib ruħu f’diffikultajiet finanzjarji minħabba li fi trattat XOL ir-riskju ta’ telf prinċipali għar-riassiguratur ma huwiex marbut mad-diffikultajiet tal-kumpannija li titrasferixxi, iżda mar-riskju ta’ insolvenza tax-xerrejja tal-persuni assigurati. Għandu jingħad ukoll li r-riskju ta’ inadempjenza tat-trasferent SACE BT, anki f’każ ta’ diffikultajiet finanzjarji, kien kompletament ineżistenti, peress li l-ħlas mill-kumpannija parent tal-kummissjoni għall-finijiet tas-sottoskrizzjoni tat-trattat ta’ riassigurazzjoni kien isir f’pagament wieħed minn qabel, b’tali mod li fl-assenza ta’ ħlas, il-kopertura ta’ riassigurazzjoni kienet sempliċiment ma tiġix attivata. It-trattat XOL inkwistjoni ma kienx jirrigwarda biss 25 % tar-riskji riassigurati minn SACE BT u, għalhekk, ma huwiex minnu li t-tieni trattat, li jipprevedi kummissjoni differenti, seta’ jiġi nnegozjati ma SACE SpA fir-rigward tal-bilanċ tal-kopertura ta’ riassigurazzjoni, kif iddikjarat fis-sentenza. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali totalment żnaturat l-argument li jgħid li – peress li SACE SpA saret parti kontraenti għat-trattat, u għalhekk għall-kopertura ta’ riassigurazzjoni tar-riskji, biss mill-5 ta’ Ġunju 2009, għalkemm irċiviet bħala korrispettiv kummissjoni kkalkolata fuq bażi annwali – l-imsemmija kumpannija bbenefikat, fil-fatt, minn żieda impliċita ta’ 5/12 mir-rata tal-kummissjoni rċevuta meta mqabbla ma’ dik imħallsa minn SACE BT lill-impriżi privati ta’ riassigurazzjoni, bħala korrispettiv għall-perijodu ta’ riskju li diġà għadda mingħajr ma seħħew aċċidenti. Peress li dawn iċ-ċirkustanzi jirriżultaw mid-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddikjarat li dawn ma kinux inġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni matul il-proċedura amministrattiva. Peress li SACE kienet illimitat ruħha li tagħmel – fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha u sabiex telabora dan il-motiv – argument ta’ prova ulterjuri tal-assenza tar-rekwiżit sostanzjali tal-vantaġġ, il-Qorti Ġenerali żbaljatament ikklassifikat l-argument inkwistjoni bħala motiv ġdid inammissibbli.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-assenza ta’ vantaġġ allegatament mogħti lil SACE BT mit-tielet u mir-raba’ miżuri kontenzjużi: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE u applikazzjoni żbaljata tal-MEIP; integrazzjoni indebita tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

Il-Bord tad-Diretturi ta’ SACE S.p.A. aġixxa b’mod analogu ħafna għall-ġestjoni ta’ operaturi privati oħra, li, fid-dawl tal-livell għoli ta’ inċertezza u ta’ urġenza li kien jeżisti fis-suq fl-2009, kienu wettqu injezzjonijiet analogi ta’ kapital f’kumpanniji kkontrollati minnhom, minkejja l-assenza ta’ previżjonijiet għal-likwidità futura li kienu jsostnu, mill-perspettiva tal-kontabbiltà, l-aspettattiva ta’ vijabbiltà xierqa tagħhom, minn tal-inqas fuq żmien twil. Din is-sitwazzjoni oġġettiva, li tirriżulta minn sempliċi osservazzjoni tad-dinamiċi tas-suq li kienu jeżistu f’mument storiku partikolari, kellha tiħu l-preċedenza fuq kwalunkwe kunsiderazzjoni ta’ natura teoretika jew spekulattiva fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-MEIP mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni ma ssemmix każ wieħed konkret ta’ kumpanija privata li topera f’kundizzjonijiet normali tas-suq li, affaċċjata b’diffikultajiet serji kkawżati mill-kriżi, tpoġġiet f’likwidazzjoni mill-azzjonisti tagħha minflok ma ġiet rikapitalizzata. Ma huwiex ċar, u f’kull każ il-Qorti Ġenerali ma spjegatx, għaliex SACE kellha f’kull każ tibqa’ obbligata li tevalwa ex ante l-profittabbiltà futura ta’ SACE BT u li titrażmetti lill-Kummissjoni elementi ta’ evalwazzjoni preliminari xierqa, minkejja li mid-data tas-suq jirriżulta li l-investituri privati ma kinux għamlu hekk. Fl-aħħar nett, peress li matul l-investigazzjoni bir-reqqa tagħha l-Kummissjoni qieset li ma kellhiex tevalwa bl-attenzjoni mistħoqqa l-argumenti mqajma minn SACE fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterju empirika fil-kuntest tal-MEIP, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddikjarat li setgħet leġittimament tiċħadhom, fid-dawl tal-possibbiltà astratta li t-tranżazzjonijiet ta’ kapital imwettqa mill-operaturi privati setgħu, min-naħa tagħhom, jitqiesu mhux konformi mal-MEIP peress li jinvolvu elementi ta’ għajnuna.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Autorità Garante della Concorrenza e del mercato vs Albini & Pitigliani SpA

(Kawża C-483/15)

(2015/C 381/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità Garante della Concorrenza e del mercato

Konvenuta: Albini & Pitigliani SpA

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ proporzjonalità li għandu jiggwida l-proċess ta’ kwantifikazzjoni tal-pieni – hekk kif affermat fl-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – jipprekludi interpretazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (1), bħal dik stabbilita mill-Kummissjoni permezz tal-Linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi (2006/C201/02) u l-applikazzjoni tagħha b’mod partikolari fuq il-livell nazzjonali, – interpretazzjoni li abbażi tagħha l-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi li kisru l-projbizzjoni ta’ akkordji li jirrestrinġu l-kompetizzjoni għandha tiġi kkalkolata billi jiġu applikati ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] għall-ammont bażiku li jirriżulta mid-diversi fatturi kollha li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni skont il-leġiżlazzjoni tal-UE u, f’kull każ, qabel it-tnaqqis ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ, bir-riskju li l-applikazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti għall-ammont bażiku tirriżulta kompletament inadatta sabiex tipproduċi l-effett ta’ personalizzazzjoni tal-multa li ċ-ċirkustanzi [attenwanti jew aggravanti] tagħha huma, għall-kuntrarju, stabbiliti minn qabel permezz tal-aġġustament tal-ammont tal-multa skont il-karatteristiċi speċifiċi tal-każ konkret?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, 8, Vol. 2, p. 205).


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/22


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla Estiża) fit-2 ta’ Lulju 2015 fil-Kawżi magħquda T-425/04 RENV u T-444/04 RENV, Franza u Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-486/15 P)

(2015/C 381/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, B. Stromsky, D. Grespan, u T. Maxian Rusche, membri tas-Servizz Ġuridiku)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Franċiża, Orange, li kienet France Télécom, u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla Estiża), tat-2 ta’ Lulju 2015, fil-Kawżi magħquda T-425/04, Ir-Repubblika Franċiża vs Il-Kummissjoni u T-444/04, France Télécom vs Il-Kummissjoni sa fejn din:

annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE, tat-2 ta’ Awwissu 2004, dwar l-għajnuna mill-Istat implementata minn Franza favur France Télécom (1);

ikkundannat lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tmien partijiet minn għaxra tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Franċiża u minn Orange fil-Kawżi T-425/04 u T-444/04.

tiddeċiedi definittivament it-tilwima u tiċħad ir-rikorsi tar-rikorrenti u tikkundanna lir-rikorrenti jbatu l-ispejjeż tal-istanzi kollha;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid u tirriżerva l-ispejjeż tal-istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tressaq erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha.

Fl-ewwel lok, hija tqis li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali ma hijiex motivata biżżejjed u hija kontradittorja. Il-Qorti Ġenerali fil-fatt injorat il-prinċipji stabbiliti permezz tas-sentenza fuq appell (2) u ma indirizzatx biżżejjed l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni wara li l-kawżi ntbagħtu lura lill-Qorti Ġenerali.

Fit-tieni lok, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE. Dawn id-diversi ksur wasslu lill-Qorti Ġenerali teskludi d-dikjarazzjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi bejn Lulju u Diċembru 2002 kif ukoll il-parti “rassigurazzjoni tas-swieq” tal-avviż tal-4 ta’ Diċembru 2002 mill-kamp ta’ analiżi tal-kriterju tal-investitur privat. L-ewwel nett, billi rabtet lilha nnifisha tapplika l-eżami tal-investitur privat avvżat għal mument preċiż, il-Qorti Ġenerali fil-fatt naqset milli tosserva s-soluzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li abbażi tagħha hemm lok li wieħed iqiegħed lilu nnifsu fil-kuntest tal-epoka li matulha ttieħdu l-miżuri ta’ appoġġ u li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti. Skont il-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali tidher li injorat il-fatt li miżura ta’ għajnuna tista’ tirriżulta minn diversi interventi marbuta bejniethom u impossibbli li jiġu disassoċjati minn xulxin. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi fir-rigward tar-rabta eżistenti bejn il-kunċett ta’ vantaġġ u l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat avvżat. Il-Kummissjoni b’mod partikolari tallega li l-Qorti Ġenerali llimitat l-eżami tal-investitur privat avvżat għal parti limitata tal-perijodu li matulu l-vantaġġ wera l-effetti tiegħu. It-tielet nett, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali eskludiet elementi ta’ kuntest mill-kamp tal-eżami tagħha. Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali rrestrinġiet b’mod abbużiv l-eżami magħqud ta’ diversi vantaġġi għall-vantaġġi tal-istess natura. Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali ma applikatx il-kriterju stabbilit mill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddetermina jekk miżuri Statali humiex marbuta b’mod indissolubbli u għandhomx jiġu eżaminati flimkien. Is-sitt nett, il-Kummissjoni tikkontesta r-rikonoxximent mill-Qorti Ġenerali tal-avvenimenti li jikkostitwixxu “interrużjoni[jiet]” fis-suċċessjoni tal-miżuri Statali matul Settembru sa Diċembru 2002. Skont il-Kummissjoni tali “interruzzjoni[jiet]” ma jistgħux jimmotivaw l-eżami separat tal-miżuri preċedenti u sussegwenti għal din id-data. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkontesta l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali fir-rigward tar-riskju ta’ reputazzjoni.

Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tallega li l-Qorti Ġenerali eċċediet il-limiti tal-istħarriġ tagħha tal-legalità tal-atti amministrattivi.

Fl-aħħar lok, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat u anke żnaturat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU 2006, L 257, p. 11.

(2)  Sentenza Bouygues et vs Il-Kummission et, C-399/10 P u C-401/10 P, EU:C:2013:175.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/24


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-561/13, Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-506/15 P)

(2015/C 381/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. A. Sampol Pucurull, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

f’kull każ, tilqa’ l-appell u tannulla parzjalment is-sentenza tal-15 ta’ Lulju 2015, Spanja vs Il-Kummissjoni (T-561/13, EU:T:2015:496);

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni kkontestata sa fejn din teskludi mill-ispejjeż magħmula mir-Renju ta’ Spanja fil-kuntest tal-għajnuna ICDN tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali 207-2013 ta’ Galicia, fl-ammont ta’ EUR 7 57  968,97, li jikkorrispondu għall-kunċett ta’ “żvantaġġi naturali” (miżuri 211 u 212);

f’kull każ, tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Permezz tal-ewwel aggravju tiegħu r-Renju ta’ Spanja jsostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma qajjmitx ex officio ksur tal-forom proċedurali sostanzjali sa fejn il-Kummissjoni Ewropea adottat id-deċiżjoni kkontestata lil hinn minn terminu raġonevoli.

It-tieni aggravju: Permezz tat-tieni aggravju tiegħu, l-appellant isostni li l-Qorti ġenerali wettqet żball ta’ liġi minħabba ksur tal-Artikoli 10 u 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1975/2006 (1), tas-7 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni tal-proċeduri ta’ kontroll kif ukoll il-konformità reċiproka rigward il-miżuri ta’ sostenn għall-iżvilupp rurali, u tal-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (2), tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, meta qieset li dawn l-artikoli jimponu fuq l-awtoritajiet Spanjoli l-obbligu li jgħoddu l-annimali matul il-kontrolli fil-post.


(1)  ĠU L 330M , 9.12.2008, p. 455

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/25


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 minn Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-398/10, Fapricela vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-510/15 P)

(2015/C 381/27)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA (rappreżentanti: T. Caiado Guerreiro u R. Rodrigues Lopes, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

(i)

tikkorreġi l-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa;

(ii)

tannulla parzjalment is-sentenza appellata sa fejn din tirreferi:

għall-volum tal-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni;

għall-oneru tal-prova fir-rigward tat-tul tal-parteċipazzjoni fl-akkordju;

għall-attribuzzjoni ta’ livell ta’ gravità ogħla meta mqabbel ma’ Fundia;

għall-attribuzzjoni ta’ ammont addizzjonali eċċessiv.

(iii)

tikkorreġi, b’mod konformi, l-ammont tal-multa, b’mod partikolari permezz:

tal-korrezzjoni tal-volum tal-bejgħ;

tal-korrezzjoni tat-tul tal-ksur;

tal-korrezzjoni tas-sena meħuda inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-multa;

tal-korrezzjoni tal-livell ta’ gravità tal-ksur, billi tattribwixxi livell ta’ gravità ta’ 16 % (indaqs għal dak attribwit lil Fundia);

tal-korrezzjoni tal-ammont addizzjonali.

(iv)

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

a)

Il-volum tal-bejgħ meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-kalkolu tal-multa u aċċettat mill-Qorti Ġenerali huwa vvizzjat bi żbalji evidenti, li jeħtieġu li jiġu korretti;

b)

Il-Qorti Ġenerali allokat b’mod indebitu l-oneru tal-prova u, f’dan is-sens, wettqet ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza fl-analiżi tal-fatti;

c)

Il-Qorti Ġenerali kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni, kif ukoll il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-kalkolu tal-multa, liema fatt irriżulta fid-determinazzjoni tal-livell eċċessiv ta’ gravità tal-ksur;

d)

Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-ammont addizzjonali bħala effett dissważiv, b’effetti, b’mod partikolari, fuq il-proporzjonalità tal-multa.


Il-Qorti Ġenerali

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Calestep vs ECHA

(Kawża T-89/13) (1)

((“REACH - Ħlasijiet dovuti għar-reġistrazzjoni ta’ sustanza - Tnaqqis mogħti lill-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju - Żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Deċiżjoni li timponi spiża amministrattiva - Rakkomandazzjoni Nru 2003/361/KE - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 381/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Calestep, SL (Estepa, Spanja) (rappreżentant: E. Cabezas Mateos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, aġenti, assistiti minn C. Garcia Molyneux, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni SME (2012) 4028 tal-ECHA, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li tikkonstata li r-rikorrenti ma tissodisfax ir-rekwiżiti sabiex tibbenefika mit-tnaqqis fil-ħlasijiet previst għall-impriżi żgħar u li timponilha spejjeż amministrattivi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Calestep, SL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Philip Morris Benelux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-520/13) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Abbozz tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-impatt elaborat fil-kuntest tal-proposta għal reviżjoni tad-direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk - Rifjut ta’ aċċess - Żvelar wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2015/C 381/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Philip Morris Benelux (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: K. Nordlander, avukat, P. Harrison, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Lulju 2013, li ċaħdet it-talba għall-aċċess għall-abbozzi tar-rapport ta’ analiżi ta’ impatt fil-kuntest tal-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tad-direttiva dwar il-prodotti tat-tabakk.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra li tbati l-ispejjeż tagħha stess, għall-ispejjeż ta’ Philip Morris Benelux.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Pannonhalmi Főapátság vs Il-Parlament

(Kawża T-453/14) (1)

([“Rikors għal annullament - Petizzjoni indirizzata lill-Parlament dwar il-proprjetà tal-kastell Lónyay à Rusovce (Is-Slovakkja) - Petizzjoni ddikkjarata inammissibbli - Obbligu ta’ motivazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2015/C 381/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság (Pannonhalma, l-Ungerija) (rappreżentant: D. Sobor, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Pospíšilová Padowska u T. Lukácsi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-petizzjonijiet tal-Parlament, tas-16 ta’ April 2014, li permezz tagħha din il-Kummissjoni ddikkjarat inammissibbli l-petizzjoni magħmula mir-rikorrenti fis-26 ta’ Ġunju 2013, minħabba li ma kinitx taqa’ taħt l-oqsma ta’ attività tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Magyar Bencés Kongregáció Pannonhalmi Főapátság hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ intervent tar-Repubblika Slovakka u tal-Ungerija.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Kolarova vs REA

(Kawża T-533/14 P) (1)

([“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - REA - Setgħat iddelegati lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ - Delega lill-Uffiċċju ‘Ġestjoni u kalkolu tad-drittijiet individwali’ (PMO) - Rikors ippreżentat kontra l-istituzzjoni li tiddelega - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”])

(2015/C 381/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Desislava Kolarova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Appellata: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentanti: S. Payan-Lagrou, aġent, assistita minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2014, Kolarova vs REA (F-88/13, ĠabraSP, EU:F:2014:58), u b’mod partikolari, intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Desislava Kolarova għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L-Estonja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-555/14) (1)

((“Sajd - Investimenti favur bastiment tas-sajd imwettqa mill-Estonja - Deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-ħlasijiet intermedjarji - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 381/32)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentanti: N. Grünberg u K. Kraavi-Käerdi, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: E. Randvere u K. Walkerová, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 3271 finali, tal-14 ta’ Mejju 2014, dwar is-sospensjoni tal-ħlasijiet intermedjarji mħallsa favur l-Estonja għall-perijodu 2007-2013 fil-kuntest tal-programm operazzjonali ta’ appoġġ mill-Fond Ewropej għas-Sajd.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-565/14) (1)

([“Ambjent - Regolament (KE) Nruo1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali - Rifjut ta’ eżami mill-ġdid intern - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Terminu ta’ rikors - Tardività - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])

(2015/C 381/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, S. Petrova u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 804 finali, tas-17 ta’ Frar 2014, dwar in-notifika mir-Repubblika tal-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, hekk kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE, dwar l-emissjonijiet industrijali, u, min-naħa l-oħra, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 1915757, tat-12 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex il-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Frar 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tar-Repubblika tal-Polonja.

3)

European Environmental Bureau (EEB) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

EEB, il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – VSM Geneesmiddelen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-578/14) (1)

([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2015/C 381/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VSM Geneesmiddelen BV (Alkmaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: U. Grundmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initizjalment J. Enegren, sussegwentement M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)

Suġġett

Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), u, susidjarjament, talba għal annullament tad-deċiżjoni, li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ġunju 2014, li tirrifjuta li tordna lill-EFSA l-evalwazzjoni tal-imsemmija indikazzjonijiet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

VSM Geneesmiddelen BV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-585/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/35)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, M. Wasmeier u M. Žebre, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 1782918, tat-2 ta’ Ġunju 2014, li permezz tagħha din tal-aħħar ikkonstatat, minn naħa, li r-Repubblika tal-Slovenja hija finanzjarjament responsabbli għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni taz-zokkor għas-sena 2011 u, min-naħa l-oħra, li dan l-Istat Membru kellu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni ammont ekwivalenti għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Portugiża u tar-Renju ta’ Spanja.

3)

Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha flimkien ma’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika tas-Slovenja, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Bionorica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-619/14) (1)

([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2015/C 381/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bionorica SE (Neumark, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, T. Guttau u N. Hußmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)

Suġġett

Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Bionorica SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – Diapharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-620/14) (1)

([“Rikors għal nuqqas li ttieħed azzjoni u għal annullament - Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa mogħtija fuq l-ikel - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Sustanzi botaniċi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”])

(2015/C 381/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Diapharm GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Weidner, N. Hußmann u T. Guttau, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wilderspin u S. Grünheid, aġenti)

Suġġett

Talba li jiġi kkonstatat in-nuqqas li ttieħed azzjoni mill-Kummissjoni sa fejn illegalment astjeniet milli tordna lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) sabiex tevalwa l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa dwar is-sustanzi botaniċi bħala kundizzjoni minn qabel għall-adozzjoni tal-lista definittiva ta’ indikazzjoniiet awtorizzati konformement mal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Diapharm GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Monster Energy vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ simbolu tal-paċi)

(Kawża T-633/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell permezz ta’ faks - Riċezzjoni tal-faks - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 381/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1285/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta simbolu tal-paċi bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Monster Energy vs UASI (GREEN BEANS)

(Kawża T-666/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Notifika tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell permezz ta’ faks - Riċezzjoni tal-faks - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 381/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1530/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GREEN BEANS bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Monster Energy Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-676/14) (1)

([“Rikors għal annullament - Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1173/2011 - Infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro - Manipulazzjoni tal-istatistiċi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ investigazzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”])

(2015/C 381/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, avukat tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne, J. Baquero Cruz u M. Clausen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4856 finali, tal-11 ta’ Lulju 2014, dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni dwar il-manipulazzjoni tal-istatistiċi fi Spanja, kif imsemmija mir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – L-Islovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-678/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/41)

Lingwa tal-kawża: l-Islovakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt, A. Tokár u M. Wasmeier, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 2351197, tal-15 ta’ Lulju 2014, li permezz tagħha din tal-aħħar tordna lir-Repubblika Slovakka li tagħmel għad-dispożizzjoni tagħha l-ammont gross ta’ EUR 1 6 02  457,33 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi ma’ telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il jum tat-tieni xahar wara li din l-ittra kienet intbagħtet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Rumanija.

3)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 448, 15.12.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-685/14) (1)

((“Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tan-notifika mill-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali - Rifjut ta’ eżami interna mill-ġdid - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 381/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Podskalská, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, S. Petrova u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2002 finali, tal-31 ta’ Marzu 2014, fir-rigward tan-notifika mir-Repubblika tal-Bulgarija ta’ pjan nazzjonali tranżitorju, kif imsemmi fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 2317513, tal-11 ta’ Lulju 2014, li tiċħad bħala inammissibbli it-talba tar-rikorrent intiża li l-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha tal-31 ta’ Marzu 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għall-intervent tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

European Environmental Bureau (EEB) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

EEB, il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill għandhom kull wieħed minnhom ibatu l-ispejjeż marbuta mat-talbiet għall-intervent.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-779/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf tar-riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/43)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Grønfeldt, A. Tokár u M. Wasmeier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-DG Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 3139078 tal-24 ta’ Settembru 2014, li biha dan tal-aħħar jordna lir-Repubblika Slovakka tpoġġi għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross li jammonta għal EUR 1 4 53  723,12 (li minnu għandu jitnaqqas25 % bħala spejjeż ta’ riċeviment) li jikkorrispondi għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata tax-xogħol wara d-dsatax-il ġurnata mit-tieni xahar wara li ntbagħtet l-ittra msemmija.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Rumanija.

3)

Ir-Repubblika Slovakka hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Repubblika Slovakka, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Rumanija għandom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 89, 16.03.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-784/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont korrispondenti għal telf ta’ riżorsi proprjoi - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/44)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, I. Haţieganu, u A. Buzoianu, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u A. Stefanuc, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03/MV D(2014) 3079038, tad-19 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar jordna lir-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħu l-ammont gross ta’ EUR 14  883,79 (li minnu għandu jitnaqqas 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir) li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan sa mhux iktar tard mill-ewwel ġurnata ta’ xogħol li ssegwi d-dsatax-il ġurnata tat-tieni xahar li jippreċedi l-inviju tal-imsemmija ittra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Slovakka u tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

3)

Ir-Rumanija hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Rumanija, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-841/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji - Ammont tal-interessi moratorji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Gavela Llopis, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: A. Caeiros u L. Lozano Palacios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 3486706, tal-21 ta’ Ottubru 2014, li permezz tagħha dan tal-aħħar applika l-Artikolu 11 tar-Regolament, emendat, tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000, tat-22 ta’ Mejju 2000, li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, p. 1), u stabbilixxiet fl-ammont ta’ EUR 3 1 72  388,46 l-interessi moratorji li għandhom jitħallsu mir-Renju ta’ Spanja, mhux iktar tard mill-aħħar ġurnata ta’ xogħol tat-tieni xahar wara li nbagħtet l-imsemmija ittra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-848/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Promozzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni u ta’ promozzjoni 2006 - Fastidju psikoloġiku - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2015/C 381/46)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Appellat: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u E. Raimond, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014, De Nicola vs BEI (F-55/08 RENV, ĠabraSP, EU:F:2014:244), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk espost mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-849/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni annwali - Regoli interni - Proċedimenti ta’ appell - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2015/C 381/47)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u E. Raimond, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (l-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2014, De Nicola vs BEI (F-59/09 RENV, ĠabraSP, EU:F:2014:248), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din il-kawża.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Nicola vs BEI

(Kawża T-10/15 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Fastidju psikoloġiku - Proċedura ta’ investigazzjoni - Rapport tal-Kumitat ta’ Investigazzjoni - Definizzjoni żbaljata tal-fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-President tal-BEI li ma jingħatax segwitu għall-ilment”))

(2015/C 381/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u E. Raimond, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Novembru 2014, De Nicola vs BEI (F-52/11, ĠabraSP, EU:F:2014:243), intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 73, 2.3.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-66/15) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja - Rikors għal nuqqas li titieħed azzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni tal-Kunsill - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 381/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: E. Moutet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 265 TFUE, li l-Kunsill illegalment astjena milli jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu li isem ir-rikorrent jitniżżel fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Libja.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/42


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Pari Pharma vs EMA

(Kawża T-235/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-EMA fir-rigward ta’ informazzjoni mogħtija minn impriża fil-kuntest tal-applikazzjoni tagħha għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokumenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”])

(2015/C 381/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pari Pharma GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Epping u W. Rehmann, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński, N. Rampal Olmedo, A. Rusanov u S. Marino, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal- konvenuta: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Suġġett

Talba essenzjalment intiża sabiex tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/271043/2015 tal-EMA, tal-24 ta’ April 2015, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal ċerti dokumenti li fihom informazzjoni sottomessa fil-kuntest ta’ talba għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Vantobra.

Dispożittiv

1)

Hija sospiża l-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni EMA/271043/2015 tal-24 ta’ April 2015, sa fejn hija tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, l-aċċess għar-rapport ta’ evalwazzjoni (EMA/CHMP/702525/2014) tax-xebh tal-VANTOBRA mal-Cayston u mat-TOBI Podhaler kif ukoll għar-rapport ta’ evalwazzjoni (EMA/CHMP/778270/2014) dwar is-superjorità klinika tal-Vantobra fuq it-TOBI Podhaler.

2)

l-EMA hija ordnata li ma tiżvelax iż-żewġ rapporti msemmija fil-punt 1.

3)

It-talba ta’ Novartis Europharm Ltd intiża li tikseb l-aċċess għall-proċess sħiħ tal-kawża hija miċħuda.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/43


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru2015 – Alimos Consulting vs BĊE

(Kawża T-368/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika ekonomika u monetarja - Deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE - Provvista ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza għall-banek Griegi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcimos Consulting SMPC (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: F. Rodolaki, avukat)

Konvenuta: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE, tat-28 ta’ Ġunju u tas-6 ta’ Lulju 2015, dwar il-livell tal-provvista ta’ assistenza ta’ likwidità f’emerġenza għall-banek Griegi.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/43


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi u Negro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/15 R)

((“Miżuri provviżorji - Agrikoltura - Protezzjoni kontra organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti - Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Consorzio Vivaisti viticoli pugliesi (Otranto, l-Italja) u Negro Daniele (Otranto) (rappreżentanti: V. Pellegrino u A. Micolani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36), sa fejn din id-deċiżjoni tinkludi d-dwieli kkoltivati ġewwa l-provinċja Taljana ta’ Lecce.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/44


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2015 – Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-437/15 R)

((“Miżuri provviżorji - Agrikoltura - Protezzjoni kontra organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti - Miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni Ewropea tal-Xylella fastidiosa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 381/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eden Green Vivai Piante di Verdesca Giuseppe (Copertino, l-Italja) u s-37 rikorrent ieħor li isimhom jidher anness mad-digriet (rappreżentanti: G. Manelli, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/45


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (J AND JOY)

(Kawża T-387/15)

(2015/C 381/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & Joy SA (Waremme, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Maqua u C. Pirenne, avukjati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joy-Sportswear GmbH (Ottensoos, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “J AND JOY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 409 935

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ April 2015 fil-Każ R 1352/2014-2

Talbiet

tistħarreġ id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tiddikjara l-oppożizzjoni inammissibbli;

tikkundanna lill-opponenti għall-ispejjeż u sabiex tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni abbażi tal-Artikolu 81 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/45


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (JN-JOY)

(Kawża T-388/15)

(2015/C 381/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & Joy SA (Waremme, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Maqua u C. Pirenne, avukjati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joy-Sportswear GmbH (Ottensoos, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “JN-JOY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 410 041

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ April 2015 fil-Każ R 1353/2014-2

Talbiet

tistħarreġ id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tiddikjara l-oppożizzjoni inammissibbli;

tikkundanna lill-opponenti għall-ispejjeż u sabiex tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni abbażi tal-Artikolu 81 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/46


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – J & Joy vs UASI – Joy-Sportswear (J&JOY)

(Kawża T-389/15)

(2015/C 381/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & Joy SA (Waremme, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Maqua u C. Pirenne, avukjati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Joy-Sportswear GmbH (Ottensoos, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja li fiha l-elementi verali “J&JOY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 411 808

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ April 2015 fil-Każ R 1355/2014-2

Talbiet

tistħarreġ id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tiddikjara l-oppożizzjoni inammissibbli;

tikkundanna lill-opponenti għall-ispejjeż u sabiex tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni abbażi tal-Artikolu 81 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/47


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-505/15)

(2015/C 381/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: Z. Fehér, G. Koós u A. Pálfy, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) C (2015) 4076, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha huma esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerti spejjeż imwettqa mill-Istati Membri fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FAEŻR), sa fejn tipprovdi, fir-rigward tal-Ungerija, li l-ammont ta’ EUR 6 3 24  349,33 għandu jiġi eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea b’konnessjoni mal-verifika tal-kundizzjonalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni indikat li, konformement mal-prinċipji bażiċi li jirregolaw il-verifika tal-ammissibbiltà, għandhom jitqiesu bħala nuqqasijiet fundamentali fil-kuntest ta’ verifika kemm is-sanzjonijiet li ma jkunux imposti minħabba li l-verifiki dwar l-art marbuta mal-kundizzjonalità (ir-rekwiżiti legali ta’ ġestjoni u l-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin) ma jkunux twettqu, jew inkella jkunu twettqu b’mod mhux korrett, u kemm is-sanzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet normattivi li iżda ma jkollhomx il-forza dissważiva tagħhom minħabba li ma jkunux ġew applikati jew minħabba li jkunu ġew applikati b’mod żbaljat. Il-Kummissjoni żiedet li, fil-każ tal-hekk imsejħa “nuqqasijiet minuri”, previsti fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-awtoritajiet Ungeriżi applikaw marġni ta’ tolleranza li wassal sabiex ma ġewx imposti sanzjonijiet u sabiex ma ttieħdux inkunsiderazzjoni, kuntrarjament għad-dritt tal-Unjoni, l-aspetti marbuta mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/48


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Diesel vs UASI – Sprinter megacentros del deporte (linja bil-kurvi u angolata)

(Kawża T-521/15)

(2015/C 381/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diesel SpA (Breganze, l-Italja) (rappreżentanti: A. Gaul, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sprinter megacentros del deporte, SL (Elche, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ linja bil-kurvi jew angolata) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 404 019

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-18/06/2015 fil-Każ R 3291/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/48


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2015 – Bimbo/UASI – Globo (Bimbo)

(Kawża T-528/15)

(2015/C 381/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bimbo (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Globo SpA Servizi Commerciali (Illasi, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Bimbo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 028 405

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Lulju 2015, fil-Każijiet magħquda R 2512/2013-4 u R 2549/2013-4

Talbiet

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 65(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, billi tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10 028 405 fil-klassi 28;

sussidjarjament, u biss fil-każ li t-talba preċedenti tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali [ex Artikolu 87(2)].

Motivi invokati

Ksur tar-Regola 19(1), (2) u (3) u tar-Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-ġurisprudenza relatata miegħu;

Ksur tal-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru207/2009.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/49


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Settembru 2015 – Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland a.o. vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-533/15)

(2015/C 381/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Korea National Insurance Corporation Zweigniederlassung Deutschland (Hamburg, il-Ġermanja), Kim Il Su (Pyongyang, Ir-Repubblika tal-Korea), Kang Song Sam (Hamburg), Choe Chun Sik (Pyongyang), Sin Kyu Nam (Pyongyang), Pak Chun San (Pyongyang), So Tong Myong (Pyongyang) (rappreżentanti: M. Lester u S. Midwinter, Barristers, T. Brentnall u A. Stevenson, Solicitors)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1066, tat-2 ta’ Lulju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, p. 25) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1062, tat-2 ta’ Lulju 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 174, p. 16) sa fejn dawk il-miżuri huma intiżi li jinkluduhom fl-Anness V;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuti naqqsu milli jagħtu raġunijiet adegwati jew suffiċjenti biex jinkludu r-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-konvenuti wettqu żball manifest meta kkunsidraw li xi wieħed mill-kriterji għall-elenkar fil-miżuri kkontestati kienu sodisfatti fil-każ tar-rikorrenti, ma hemmx bażi fattwali għall-inklużjoni tagħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuti kisru l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li l-konvenuti kisru, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħhom għall-protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni tagħhom.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/50


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – LLR-G5 vs UASI – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)

(Kawża T-539/15)

(2015/C 381/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glycan Finance Corp. Ltd (Sheffield, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5” – Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 10 424 703

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2912014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tar-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Novembru 2013 fil-każ B 2 027 053, u sa fejn din laqgħet l-appell tal-parti l-oħra kontra l-istess deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 1 042 4703;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra, jekk din tintervjeni f’din il-proċedura, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/51


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Industrie Aeronautiche Reggiane vs UASI – Audi (NSU)

(Kawża T-541/15)

(2015/C 381/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Industrie Aeronautiche Reggiane Srl (Reggio Emilia, l-Italja) (rappreżentant: M. Gurrado, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Audi AG (Ingolstadt, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “NSU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 593 492

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 2132/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement l-UASI għandu jwettaq ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja;

tikkundanna lil Audi AG tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tar-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI u quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Audi AG naqset milli turi użu ġenwin mit-trade mark preċedenti;

eżistenza ta’ differenza bejn il-komponenti u l-prodotti lesti;

eżistenza ta’ differenza bejn ir-roti u l-prodotti indikati fit-talba għal limitazzjoni tas-16 ta’ Ottubru 2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/52


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – Guiral Broto vs UASI – Gastro & Soul (Cafe Del Sol)

(Kawża T-549/15)

(2015/C 381/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ramón Guiral Broto (Marbella, Spanja) (rappreżentant: J. de Castro Hermida, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gastro & Soul GmbH (Hildesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “CAFE DEL SOL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 104 608

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Lulju 2015, fil-Każ R 1888/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikkjara ammissibbli l-oppożizzjoni bbażata fuq it-trade mark prijoritarja proprjetà tal-persuna li ressqet oppozizzjoni, Ramón Guiral Broto, jiġifieri t-trade mark Spanjola Nru 2348110, fil-klassi 42 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice;

wara li tiddikkjara l-oppożizzjoni ammissibbli, tikkonferma d-deċiżjoni mogħtija mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 006104608 CAFE DEL SOL għas-“servizzi ta’ restorant (ikel); servizzi ta’ akkomodazzjoni u ta’ restorant” fil-klassi 43 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice, iddepożitata mill-kumpannija kummerċjali Ġermaniża Gastro & Soul GmbH jew, jekk il-Qorti Ġenerali ma għandhiex il-kompetenza sabiex tagħmel dan, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u tordna l-ammissibbiltà tal-oppożizzjoni;

f’dak li jikkonċerna l-provi, tilqa’, minbarra l-provi ppreżentati matul il-proċedimenti amministrattivi, dawk annessi mar-rikors ippreżentat f’dan il-każ, enumerati minn 1 sa 4, hekk kif huwa speċifikat fil-lista ta’ dokumenti annessi inkluża.

Motiv invokat

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-548/15.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/53


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Federcaccia Toscana et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-562/15)

(2015/C 381/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federcaccia Toscana (Firenze, l-Italja), Moreno Periccioli (Volterra, l-Italja), Arcicaccia Toscana (Firenze, l-Italja), Fabio Lupi (Cascina, l-Italja), Associazione dei Migratoristi Italiani per la conservazione dell’ambiente naturale (ANUU) – TOSCANA (Cerreto Guidi, l-Italja), Franco Bindi (Cerreto Guidi, l-Italja) (rappreżentant: A. Bruni, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball meta naqset milli teżamina d-data inizjali Key Concepts akkwistata mill-Italja fir-rigward tal-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ meta mqabbla mal-istess data akkwistata minn Franza, u għaldaqstant naqset milli twettaq l-obbligu li tiżviluppa data transnazzjonali koerenti dwar it-tliet speċi migratorji f’ambiti territorjali ġeografikament u klimatikament omoġenji;

tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball meta naqset milli taġġorna d-data Key Concepts Taljana fir-rigward tal-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’, billi adattatha u għamlitha uniformi mal-istess data Franċiża meqjusa korretta u leġittima, u identifikat it-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar bħala l-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tat-tliet speċi msemmija anki fl-Italja;

tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea, fl-assenza ta’ suppożizzjonijiet validi u korretti, irrikjediet li jiġu introdotti fl-Italja, u b’mod partikolari fit-Toscana, limitazzjonijiet mhux iġġustifikati għall-kaċċa tal-gallina, tal-merill u tal-malvizzun tal-qtajja’, meta mqabbel ma’ dak awtorizzat fi Franza u b’mod partikolari fil-Korsika, u b’hekk antiċipat għall-20 ta’ Jannar l-għeluq tal-perijodu tal-kaċċa tal-imsemmija tliet speċi migratorji fit-Toscana;

tikkonstata u tiddikkjara l-illeġalità, bħala riżultat tad-differenza fit-trattament bejn l-Istati Membri u/jew ir-reġjuni tal-Istati Membri kif ukoll minħabba assenza ta’ suppożizzjonijiet validi, tal-proċedura EU PILOT 6955/14/ENVI mibdija mill-Kummissjoni Ewropea kontra l-Istat Taljan biss, mingħajr ma ħadet inizjattiva identika u kuntestwali fil-konfront ta’ Franza u mingħajr ma għamlet ebda investigazzjoni preliminari bil-għan li tikseb elementi kongruwenti li jippermettu li jiġi konkluż li l-bidu effettiv tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-gallina, tal-merill u tal-malvizzun tal-qtajja’ għandu jitqies li jseħħ xahar wara (20 ta’ Frar) fil-Korsika u fin-nofsinhar ta’ Franza meta mqabbel mal-bidu tal-istess migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir fit-Toscana (20 ta’ Jannar);

tikkonstata u tiddikkjara l-illegalità tal-aġir ta’ ommissjoni adottat u miżmum mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-att ta’ intimazzjoni nnotifikat mill-assoċjazzjonijiet rikorrenti fid-29 ta’ Mejju 2015, u tikkonstata u tiddikjara fl-istess ħin in-natura evażiva tat-tweġiba tagħha tad-9 ta’ Settembru 2015 mibgħuta permezz tal-ittra Nru ENV.D.2/MC-GM/vf/ARES (2015) 3758354;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea biex tadatta d-data Key Concepts Taljana dwar il-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ mad-data Key Concepts ta’ Franza, billi b’hekk tidentifika t-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea biex tadatta d-data Key Concepts Taljana dwar il-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir fit-Toscana tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ mad-data Key Concepts ta’ Franza relatata mal-Korsika u man-nofsinhar ta’ Franza, billi b’hekk tidentifika t-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, għall-aġir inadegwat u ommissiv tagħha, sabiex tagħti kumpens għad-danni mġarrba u li jistgħu jiġġarrbu mill-assoċċjazzjonijiet tal-kaċċaturi rikorrenti, anki b’mod ekwu, fl-ammont li jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż, prinċipalment, sabiex jiġu kkonstatati n-nuqqasijiet tal-Kummissjoni, fis-sens li hija astjeniet ruħha illegalment milli taġixxi f’dak li jirrigwarda t-talba tad-29 ta’ Mejju 2015 li permezz tagħha l-assoċjazzjonijiet rikorrenti indirizzawlha att ta’ intimazzjoni sabiex tipproċedi għall-aġġornament tal-Key Concepts Taljani u għall-modifika, konsegwentement, tad-data tal-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ billi tidentifika f’dan ir-rigward it-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw l-invalidità, l-assenza ta’ affidabbiltà u n-natura kontestabbli tad-data marbuta mal-Key Concepts għall-Italja f’dak li jirrigwarda l-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ li għandha inkoerenzi manifesti meta mqabbla mad-data marbuta ma’ Stati Membri oħra jew reġjuni ta’ Stati Membri kkaratterizzati minn kundizzjonijiet ġeografiċi, ambjentali u klimatiċi uniformi u li jirrigwardaw l-istess żona ta’ distribuzzjoni u żona ta’ xitwa li jikkostitwixxi l-Mediterran.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ aġġornament u ta’ aġġustamenti perijodiċi tad-data marbuta mal-Key Concepts u ta’ adozzjoni ta’ miżuri intiżi sabiex jiggarantixxu l-applikazzjoni uniformi tat-Trattati fuq it-territorju kollu tal-Unjoni, mingħajr diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri.

Barra minn hekk, huma jqisu li l-aġir żbaljat tal-Kummissjoni, ikklassifikat bħala ommissiv u inadegwat, jikkostitwixxi wkoll ksur tal-Artikolu 17(1) TUE; tal-Artikoli 192 u 291 TFUE, tal-premessa 4 u tal-Artikoli 7, 10 u 16 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, p. 7); tal-punt 2.5.13 tal-gwida dwar il-kaċċa skont id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (li saret 2009/147/KE); tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, p. 13), tal-Artikoli 4(2), u 9 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-Artikolu 18 TFUE.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/55


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ settembru 2015 – Monster Energy vs UASI – Mad Catz Interactive (Rappreżentazzjon ta’ kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod)

(Kawża T-567/15)

(2015/C 381/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mad Catz Interactive, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata:il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ kwadru iswed b’erba’ strixxi bojod) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 390 853

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2368-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-4 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2368-5;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-1 ta’ Lulju 2015 fl-oppożizzjoni Nru B2182320

tiċħad it-trade mark ikkontestata għall-klassi 25;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/55


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2015 – Federcaccia della Regione Liguria et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-570/15)

(2015/C 381/66)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federcaccia della Regione Liguria (Genova, l-Italja), Matteo Anfossi (Taggia, l-Italja), Associazione dei Migratoristi Italiani per la conservazione dell’ambiente naturale (ANUU) – LIGURIA (Genova, l-Italja), Alessio Piana (Cremolino, l-Italja), Giovanno Bordo (Bargagli, l-Italja), Maria Teresa Esposito (Bargagli, l-Italja), Ezio Giacomo Isola (Davagna, l-Italja), Luca Fossardi (Recco, l-Italja), Adriano Zanni (Valbrevenna, l-Italja), Luigi Marco Tiscornia (Ne, l-Italja), Andrea Campanile (Cassano Spinola, l-Italja) (rappresentanti: A. Bruni, A. Mozzati u P. Balletti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball meta naqset milli teżamina d-data inizjali Key Concepts akkwistata mill-Italja fir-rigward tal-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ meta mqabbla mal-istess data akkwistata minn Franza, sabiex għaldaqstant naqset milli twettaq l-obbligu li tiżviluppa data transnazzjonali koerenti dwar it-tliet speċi migratorji f’ambiti territorjali ġeografikament u klimatikament omoġenji;

tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball meta naqset milli taġġorna d-data Key Concepts Taljana fir-rigward tal-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’, billi adattatha u għamlitha uniformi mal-istess data Franċiża meqjusa korretta u leġittima, u identifikat it-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar bħala l-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tat-tliet speċi msemmija anki fl-Italja;

tikkonstata u tiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea, fl-assenza ta’ suppożizzjonijiet validi u korretti, irrikjediet li jiġu introdotti fl-Italja, u b’mod partikolari fil-Liguria, limitazzjonijiet mhux iġġustifikati għall-kaċċa tal-gallina, tal-merill u tal-malvizzun tal-qtajja’, meta pparagunat ma’ dak awtorizzat fi Franza u b’mod partikolari fil-Korsika u fin-nofsinhar ta’ Franza, u b’hekk antiċipat għall-20 ta’ Jannar l-għeluq tal-perijodu tal-kaċċa tal-imsemmija tliet speċi migratorji fil-Liguria;

tikkonstata u tiddikkjara l-illeġalità, bħala riżultat tad-differenza fit-trattament bejn l-Istati Membri u/jew ir-reġjuni tal-Istati Membri kif ukoll minħabba assenza ta’ suppożizzjonijiet validi, tal-proċedura EU PILOT 6955/14/ENVI mibdija mill-Kummissjoni Ewropea kontra l-Istat Taljan biss, mingħajr ma ħadet inizjattiva identika u kuntestwali fil-konfront ta’ Franza u mingħajr ma għamlet ebda investigazzjoni preliminari bil-għan li tikseb elementi kongruwenti li jippermettu li jiġi konkluż li l-bidu effettiv tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-gallina, tal-merill u tal-malvizzun tal-qtajja’ għandu jitqies li jseħħ xahar wara (20 ta’ Frar) fil-Korsika u fin-nofsinhar ta’ Franza meta mqabbel mal-bidu tal-istess migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir fil-Liguria (20 ta’ Jannar);

tikkonstata u tiddikkjara l-illegalità tal-aġir ta’ ommissjoni adottat u miżmum mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-att ta’ intimazzjoni nnotifikat mir-rikorrenti fis-16 ta’ Ġunju 2015, billi tikkonferma u tiddikjara fl-istess ħin in-natura evażiva tat-tweġiba li tinsab fl-ittra tal-istess Kummissjoni Ewropea, tad-9 ta’ Settembru 2015, Nru ENV.D.2/MC-GM/vf/ARES (2015) 3758354;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea biex tadatta d-data Key Concepts Taljana dwar il-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ mad-data Key Concepts ta’ Franza, billi b’hekk tidentifika t-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea biex tadatta d-data Key Concepts Taljana dwar il-bidu tal-migrazzjoni ta’ qabel it-tgħammir fil-Liguria tal-ispeċi gallina, merill u malvizzun tal-qtajja’ mad-data Key Concepts ta’ Franza relatata mal-Korsika u man-nofsinhar ta’ Franza, billi b’hekk tidentifika t-tieni perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ Frar;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, għall-aġir inadegwat u ommissiv tagħha, sabiex tagħti kumpens għad-danni mġarrba u li jistgħu jiġġarrbu mill-assoċċjazzjonijiet tal-kaċċaturi rikorrenti, anki b’mod ekwu, fl-ammont li jidhrilha xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-562/15.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs UASI – Kimbo (KIMBO)

(Kawża T-568/13) (1)

(2015/C 381/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs UASI – Kimbo (Caffè KIMBO Espresso Napoletano)

(Kawża T-569/13) (1)

(2015/C 381/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs UASI – Kimbo (Caffé KIMBO)

(Kawża T-637/13) (1)

(2015/C 381/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Awwissu 2015 – Bimbo vs OHMI – Kimbo (Caffè KIMBO GOLD MEDAL)

(Kawża T-638/13) (1)

(2015/C 381/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2015 – Swedish Match North Europe vs UASI – Skruf Snus (Pakketti tat-tabakk għall-imnieħer)

(Kawża T-196/14) (1)

(2015/C 381/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C @@, @@.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Awwissu 2015 – Monard vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/14) (1)

(2015/C 381/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settebmru 2015 – Chemo Ibérica vs UASI – Novartis (EXELTIS)

(Kawża T-252/14) (1)

(2015/C 381/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Chemo Ibérica vs UASI – Novartis (EXELTIS)

(Kawża T-253/14) (1)

(2015/C 381/74)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-592/14) (1)

(2015/C 381/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-594/14) (1)

(2015/C 381/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-595/14) (1)

(2015/C 381/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Cham u Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-597/14) (1)

(2015/C 381/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-598/14) (1)

(2015/C 381/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-599/14) (1)

(2015/C 381/80)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-600/14) (1)

(2015/C 381/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-603/14) (1)

(2015/C 381/82)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Primo Valore vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-630/14) (1)

(2015/C 381/83)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2015 – SEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/14) (1)

(2015/C 381/84)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Settembru 2015 – Airport Handling vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-688/14) (1)

(2015/C 381/85)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awwissu 2015 – Parker Hannifin Manufacturing u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-137/15) (1)

(2015/C 381/86)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 190, 8.6.2015.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/62


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Ottubru 2015 – DD vs FRA

(Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal de la FRA - Membru tal-persunal temporanju - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Appell intern - Akkużi ta’ diskriminazzjoni - Akkużi ta’ vittimizzazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2000/43 - Investigazzjoni amministrattiva - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Twissija - Artikoli 2, 3 u 11 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Xoljiment tal-kuntratt għal żmien indeterminat - Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Dritt għal smigħ - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))

(2015/C 381/87)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: DD (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjaerum, aġent, P. Jenkinson, avukat)

Suġġett tal-kawża

Kawża F-106/13: It-talba għall-anullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA li timponi sanzjoni dixxiplinari fil-forma ta’ twissija lir-rikorrent.

Kawża F-25/14: It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li permezz tagħħa l-kuntratt tar-rikorrent ġie mitmum kif ukoll tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu u t-talba għad-danni għad-dannu materjali u morali subit.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-20 ta’ Frar 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali impona twissija fuq DD hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tat-13 ta’ Ġunju 2013 li permezz tagħha d-Direttur tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali xolja l-kuntratt bħala membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat ta’ DD hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikorsi fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14 huma miċħuda.

4)

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn DD.


(1)  ĠU C 45 tal-15.2.14., p. 46ĠU 184 tas-16.6.2014., p. 43.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/63


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Ottubru 2015 – FT vs ESMA

(Kawża F-39/14) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Kontabilist - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Awtorità kompetenti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Oneru tal-prova - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment))

(2015/C 381/88)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FT (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (rappreżentanti: inizjalment R. Vasileva Hoff, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati, sussegwentement R. Vasileva Hoff u A. Lorenzet, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li l-kuntratt tar-rikorrent ma jiġġeddidx u għall-kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FT għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014, p. 58.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/63


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FE vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-119/14) (1)

((Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tirreklutax kandidat li għadda minn kompetizzjoni - Kompetenzi rispettivi tal-Bord tal-Għażla u tal-Awtorità tal-Ħatra - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni għall-kompetizzjoni - Tul minimu ta’ esperjenza professjonali - Modalitajiet ta’ kalkolu - Żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Għażla - Assenza - Telf ta’ opportunità li tiġi rreklutata - Kumpens))

(2015/C 381/89)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FE (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura għall-ħatra tar-rikorrent bħala uffiċjal, peress li dan tal-aħħar ġie inkluż f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni, wara li ġie informat li d-DĠ ikkonċernat kien qabel mar-reklutaġġ tiegħu, u wara li finalment ġie deċiż li l-esperjenza professjonali tiegħu ma kinitx suffiċjenti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tirrekluta lil FE hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil FE s-somma ta’ EUR 10  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn FE.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015, p. 56.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/64


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – CH vs Il-Parlament

(Kawża F-132/14) (1)

((Servizz pubbliku - Assistenti parlamentari akkreditati - Artikolu 266 TFUE - Miżuri ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament tal-Qorti Ġenerali - Annullament ta’ deċiżjoni ta’ tkeċċija - Annullament ta’ deċiżjoni li tiċħad talba għal assistenza fformulata abbażi tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Portata tal-obbligu ta’ assistenza fil-preżenza ta’ bidu ta’ prova ta’ fastidju - Obbligu tal-Awtorità tal-Ħatra li twettaq investigazzjoni amministrattiva - Fakultà tal-uffiċjali jew tal-aġent li jibda proċedura ġudizzjarja nazzjonali - Kumitat konsultattiv fuq il-fastidju u l-prevenzjoni tiegħu fuq il-post tax-xogħol li jipproċessa ilmenti ta’ assistenti parlamentari akkreditati fir-rigward ta’ membru tal-Parlament - Rwol u prerogattivi - Dannu materjali u morali))

(2015/C 381/90)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CH (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u M. Dean, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba tar-rikorrenti għal annullament tad-deċiżjonijiet adottati mill-Parlament Ewropew b’eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-12 ta’ Diċembru 2013, F-129/12, CH vs Il-Parlament, li tirrifjuta li tiftaħ investigazzjoni amministrattiva marbuta mal-ilment dwar fastidju tar-rirkorrenti, il-ħlas lir-rikorrenti ta’ ammont addizzjonali ta’ kumpens finanzjarju u l-għoti lir-rikorrenti tal-benefiċċji u l-aċċessorji kollha marbuta mal-eżistenza tal-kuntratt tagħha ta’ assistenta parlamentari akkreditata li t-terminazzjoni tiegħu ġiet annullata mit-Tribunal fis-sentenza suesposta tiegħu, u t-talba għar-riżarċiment tad-dannu materjali u morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-2 ta’ April 2014, kif ikkonfermata bid-Deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2014 ta’ ċaħda tal-ilment, hija annullata sa fejn il-Parlament Ewropew, bi ksur tal-Artikolu 266 TFUE, rrifjuta li jħallas lil CH ammont addizzjonali ta’ EUR 5  686 in eżekuzzjoni tas-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2013, CH vs Il-Parlament (F-129/12, EU:F:2013:203).

2)

Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Marzu 2014, kif ikkonfermata bid-Deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2014 ta’ ċaħda tal-ilment, hija annullata sa fejn, wara l-annullament bis-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 2013, CH vs Il-Parlament (F-129/12, EU:F:2013:203), tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewroprew tal-15 ta’ Marzu 2012 li tiċħad it-talba ta’ assistenza ta’ CH, tat-22 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew ma ddeċidiex li jiftaħ investigazzjoni amministrattiva fuq il-fatti allegati ta’ fastidju morali u b’hekk kiser l-Artikolu 266 TFUE.

3)

Il-kumplament tat-talbiet għal annullament huma miċħuda.

4)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CH l-ammont ta’ EUR 5  686, miżjuda sa mill-1 ta’ Lulju 2014, data tat-tmiem tal-impjieg ta’ CH, bl-interessi moratorji bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjoniijet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti.

5)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat iħallas lil CH l-ammont ta’ EUR 25  000 bħala kumpens għad-dannu morali subi, miżjud, sa mill-4 ta’ Awwissu 2014, bl-interessi moratorji bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjoniijet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, miżjuda b’żewġ punti.

6)

Il-kumplament tat-talbiet għall-kumpens huma miċħuda.

7)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn CH.


(1)  ĠU C 34, 02.02.2015, p. 52.


16.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/65


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-8 ta’ Ottubru 2015 – FK vs CEPOL

(Kawża F-41/15) (1)

(2015/C 381/91)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 178, 1.6.2015, p. 28.