|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 375/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7752 — ACE/Chubb) ( 1 ) |
|
|
2015/C 375/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7585 — NXP Semiconductors/Freescale Semiconductor) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2015/C 375/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 375/04 |
||
|
2015/C 375/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 375/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7817 — OBI / bauMax Standort Steyr) ( 1 ) |
|
|
2015/C 375/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7573 — DMK/DOC Kaas) ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 375/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7752 — ACE/Chubb)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 375/01)
Fis-6 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7752. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7585 — NXP Semiconductors/Freescale Semiconductor)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 375/02)
Fis-17 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7585. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Novembru 2015
li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015
(2015/C 375/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,
Billi:
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 8 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 ġiet adottata fl-10 ta’ Novembru 2015.
Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
P. GRAMEGNA
(1) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Novembru 2015
(2015/C 375/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0716 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,90 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4604 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,70600 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3290 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0783 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2230 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,022 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
311,70 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2215 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4366 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,0929 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5183 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4213 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,3060 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6344 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5236 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 238,51 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,2006 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,8235 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6205 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 551,32 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,6634 |
|
PHP |
Peso Filippin |
50,475 |
|
RUB |
Rouble Russu |
69,0860 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,446 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,0013 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,9011 |
|
INR |
Rupi Indjan |
70,9780 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/4 |
Avviż Interpretattiv dwar l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodotti minn territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 'l hawn
(2015/C 375/05)
|
(1) |
L-Unjoni Ewropea, b'konformità mad-dritt internazzjonali, ma tirrikonoxxix is-sovranità tal-Iżrael fuq it-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 ‘l hawn, jiġifieri l-Għoljiet tal-Golan, il-Medda ta' Gaża u x-Xatt tal-Punent, inkluż Ġerusalemm tal-Lvant, u ma tikkunsidrahomx bħala parti mit-territorju tal-Iżrael (1), irrispettivament mill-istatus ġuridiku skont il-liġi domestika tal-Iżrael (2). L-Unjoni għamlitha ċara li ma hi se tirrikonoxxi l-ebda tibdil għall-fruntieri kif kienu qabel l-1967, ħlief dawk bi qbil mal-partijiet għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (PPLN) (3). |
|
(2) |
L-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar l-indikazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija għal prodotti li joriġinaw fit-territorji okkupati mill-Iżrael kienet is-suġġett ta' avviżi jew gwida adottati mill-awtoritajiet relevanti ta' diversi Stati Membri. Tabilħaqq hemm domanda mingħand il-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet nazzjonali għal ċarezza rigward il-leġiżlazzjoni eżistenti fuq l-informazzjoni ta' oriġini tal-merkanzija minn territorji okkupati mill-Iżrael (4). L-għan huwa wkoll li jkun iggarantit li jiġu rispettati l-pożizzjonijiet u l-impenji tal-Unjoni f'konformità mad-dritt internazzjonali fir-rigward tan-nonrikonoxximent mill-Unjoni tas- sovranità tal-Iżrael fuq it-territorji okkupati mill-Iżrael minn Ġunju 1967 ‘l hawn. Dan l-avviż għandu wkoll l-għan li jinżamm kummerċ miftuħ u bla xkiel, li ma jfixkilx il-flussi kummerċjali u ma għandux jiġi interpretat li qed jagħmel dan. |
|
(3) |
Dan l-Avviż ma joħloqx regoli leġiżlattivi ġodda. Filwaqt li dan l-Avviż jirrifletti l-fehim li għandha l-Kummissjoni tal-leġiżlazzjoni relevanti tal-Unjoni, l-infurzar tar-regoli relevanti jibqa' primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. Skont il-każistika, filwaqt li l-għażla tal-penali tibqa' fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri, dawn iridu jiżguraw li l-penali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi (5). Il-Kummissjoni, bħala gwardjan tat-Trattati, tiżgura li l-Istati Membri jkunu konformi ma' dawn l-obbligi, jekk hemm bżonn permezz ta' proċedimenti ta' ksur. Dan l-Avviż huwa mingħajr ħsara għal rekwiżiti oħra stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għall-interpretazzjoni li tista' tagħti l-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(4) |
Diversi partijiet mill-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bħalissa jipprevedu indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini tal-prodott fil-kwistjoni. Dan ir-rekwiżit ħafna drabi jirrigwarda d-deżinjazzjoni tal-“pajjiż tal-oriġini” (6), iżda xi drabi jintużaw ukoll espressjonijiet oħra, bħal “post ta' provenjenza”, għall-prodotti tal-ikel (7). Suġġett għal xi dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fil-prinċipju d-determinazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini ta' prodotti tal-ikel se tkun ibbażata fuq ir-regoli tal-oriġini nonpreferenzjali tal-Unjoni stipulati fil-leġiżlazzjoni doganali (8). |
|
(5) |
Meta d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni b'mod espliċitu jirrikjedu l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott fil-kwistjoni, din trid tkun korretta u ma tqarraqx bil-konsumatur. |
|
(6) |
Meta l-indikazzjoni tal-oriġini ma tkun x obbligatorja, jekk l-oriġini tingħata fuq bażi volontarja, l-informazzjoni trid tkun korretta u ma tqarraqx bil-konsumatur (9). |
|
(7) |
Peress li l-Għoljiet tal-Golan u x-Xatt tal-Punent (inkluż Ġerusalemm tal-Lvant) (10) ma jiffurmawx parti mit-territorju Iżraeljan skont id-dritt internazzjonali, l-indikazzjoni “prodott tal-Iżrael” (11) hija kkunsidrata skorretta u qarrieqa fis-sens tal-leġiżlazzjoni li saret referenza għaliha. |
|
(8) |
Sal-punt li l-indikazzjoni tal-oriġini hija obbligatorja, trid tintuża espressjoni oħra, li tikkunsidra kif dawn it-territorji s-soltu jissejħu. |
|
(9) |
Għall-prodotti mill-Palestina (12) li ma joriġinawx mill-insedjamenti, indikazzjoni li ma tqarraqx rigward l-oriġini ġeografika, filwaqt li tikkorrispondi mal-prassi internazzjonali, tista' tkun “prodott tax-Xatt tal-Punent (prodott Palestinjan)” (13), “prodott ta' Gaża” jew “prodott tal-Palestina”. |
|
(10) |
Għal prodotti mix-Xatt tal-Punent jew mill-Għoljie t tal-Ġolan li joriġinaw mill-insedjamenti, indikazzjoni limitata għal “prodott tal-Għoljiet tal-Golan” jew “prodott tax-Xatt tal-Punent” ma tkunx aċċettabbli. Anke jekk ikunu jindikaw żona jew territorju usa' minn fejn il-prodott joriġina, in-nuqqas tal-informazzjoni ġeografika addizzjonali li l-prodott ġej mill-insedjamenti tal-Iżrael ikun iqarraq bil-konsumatur rigward l-oriġini vera tal-prodott. F'dawn il-każi trid tiżdied l-espressjoni “insedjament Iżraeljan” jew waħda ekwivalenti, pereżempju f'parentesi. Għaldaqstant, jistgħu jintużaw espressjonijiet bħal “prodott tal-Għoljiet tal-Golan (insedjament Iżraeljan)” jew “prodott tax-Xatt tal-Punent (insedjament Iżraeljan)”. |
|
(11) |
Fi kawlunkwe każ, b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, l-indikazzjoni tal-oriġini ssir obbligatorja meta, għal dak li jirrigwarda l-ikel, in-nuqqas ta' dik l-informazzjoni jista jqarraq bil-konsumatur rigward l-oriġini vera tal-prodott (14), u, fir-rigward tal-prodotti l-oħra kollha, meta titħalla barra informazzjoni li hija importanti, skont il-kuntest, biex wieħed jieħu deċiżjoni tranżazzjonali infurmata jew x'aktarx li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni tranżazzjonali li kieku ma kienx jieħu (15). F'tali każi l-eżempli tal-paragrafi ta' qabel ikunu relevanti. |
|
(12) |
L-informazzjoni dwar l-oriġini hija ħafna drabi disponibbli għall-operaturi ekonomiċi taħt diversi forom (16). F'ħafna każi l-informazzjoni dwar l-oriġini tal-merkanzija tkun tinstab fuq id-dokumentazzjoni doganali. Jekk ikunu jgawdu minn trattament preferenzjali fil-punt tal-importazzjoni, il-prodotti jkunu akkumpanjati minn prova ta' oriġini preferenzjali maħruġa mill-Iżrael (17), jew mill-awtoritajiet Palestinjani (18). Dokumenti oħra bħal fatturi, avviżi tal-kunsinna u dokumenti tat-trasport jistgħu jipprovdu indikazzjoni tal-oriġini tal-merkanzija. Jekk l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fil-mument mid-dokumenti ta' akkumpanjament, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu l-informazzjoni tal-oriġini, direttament mingħand il-fornituri jew l-importaturi. |
(1) Ara l-Kawża C-386/08 Brita [2010] Ġabra I-1289, il-paragrafi 47 u 53.
(2) Skont il-liġi Iżraeljana, Ġerusalemm tal-Lvant u l-Għoljiet tal-Golan huma annessi mal-Istat tal-Iżrael, filwaqt li x-Xatt tal-Punent jissejjaħ “it-territorji”.
(3) Ara fost l-oħrajn il-konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin dwar il-PPLN adottati fl-14 ta' Mejju 2012, fl-10 ta' Diċembru 2012 u fis-17 ta' Novembru 2014.
(4) L-interpretazzjoni f'dan l-Avviż rigward x'jikkostitwixxi informazzjoni dwar l-oriġini f'konformita' mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni se tapplika għal kull dispożizzjoni futura li tkun tinkludi kontenut simili għad-dispożizzjonijiet li jinsabu fis-seħħ bħalissa u li huma koperti minn dan l-Avviż.
(5) Ara fost l-oħrajn, il-Kawża 68/88 Il-Kummissjoni v il-Greċja [1989] Ġabra 2965, paragrafi 23 u 24; Kawża C-326/88 Hansen [1990] Ġabra I-2911, paragrafu 17; Kawżi Konġunti C-387/02, C-391/02 u C-403/02 Berlusconi et al [2005] Ġabra I-3565, paragrafu 65
(6) Ara, pereżempju: għall-kożmetiċi l-Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi, (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59)); għall-frott u l-ħaxix frisk: ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671), u l-Artikolu 6 u Parti A 4(B) tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabbilixi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frottu l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1); għall-ħut: l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u oli jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1); għall-inbid: l-Artikolu 119(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u l-Artikolu 55 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009 tal-14 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi ċerti regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, termini tradizzjonali, it-tikkettar u l-preżentazjoni ta' ċerti prodotti fis-settur tal-inbid (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 60); għall-għasel: l-Artikolu 2(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47); għaż-żejt taż-żebbuġa: l-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 29/2012 tat-13 ta' Jannar 2012 dwar l-istandards tal-marketing għaż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 14); għaċ-ċanga u l-vitella: l-Artikoli 13 sa 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1); għal-laħam tat-tjur ippakkjat bil-lest minn pajjiżi terzi: l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 tas-16 ta' Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam ma'-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46); għal-laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur: l-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-għoti ta' informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18), u l-Artikoli 5 sa 8 tar-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1337/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistipula r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' provenjenza għal laħam frisk, imkessaħ jew iffriżat tal-majjal, tan-nagħaġ, tal-mogħoż u tat-tjur (ĠU L 335, 14.12.2013, p. 19).
(7) L-Artikolu 2(2)(g) u l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
(8) Il-Premessa 33 u l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
(9) L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2005/29/KEC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 li tirrigwarda prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (‘Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali’) (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22), li jsemmi wkoll “l-oriġini ġeografika jew kummerċjali” bħala element wieħed li jista' jrendi prattika qarrieqa, u l-Artikoli 26(3) u 36 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011
(10) Sa mill-2005 ma għadx hemm aktar insedjamenti Iżraeljani f'Gaża.
(11) Jew espressjonijiet komparabbli, bħal “li joriġina fi”, “prodott ta'”jew “magħmul fi”, li jistgħu jintużaw ukoll skont il-kuntest.
(12) Din id-deżinjazzjoni ma għandhiex tinftiehem bħala rikonoxximent ta' xi Stat tal-Palestina u hija mingħajr ħsara għall-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri dwar din il-kwistjoni.
(13) Jekk meħtieġ tissemma wkoll Ġerusalemm tal-Lvant.
(14) L-Artikolu 26(2)(a) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011
(15) L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2005/29/KE
(16) Ara, pereżempju, għall-prodotti tal-ikel, fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-bejjiegħa bl-imnut u l-fornituri tagħhom, l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011.
(17) Ara, dwar dan il-punt, l-Avviż lill-importaturi – Importaturi mill-Iżrael lejn l-UE (ĠU C 232, 3.8.2012, p. 5).
(18) Firxa ta' prodotti mix-Xatt tal-Punent, Gaża, u Ġerusalemm tal-Lvant, huma koperti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Interim Euro-Mediterranju dwar kummerċ u kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO) għall-benefiċċju tal-Awtorità Palestinjana tax-Xatt tal-Punent u l-Medda ta' Gaża, minn naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-24 ta' Frar 1997 (ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/7 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7817 — OBI / bauMax Standort Steyr)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 375/06)
|
1. |
Fl-4 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OBI Group Holding SE & Co. KGaA (“OBI”, il-Ġermanja) u l-impriżi affiljati tagħha, li jappartjenu għal Tengelmann Group (il-Ġermanja), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ bauMax Steyr, maħżen wieħed bl-imnut li jappartjeni lil bauMax AG (l-Awstrija) permezz ta’ xiri ta’ assi u mezzi oħra. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal OBI: l-operat ta’ ħwienet għall-konsumatur tad-do-it-yourself (DIY) u l-operat ta’ sistema ta’ franchise ta’ ħwienet għall-konsumatur tad-DIY f’diversi pajjiżi fl-Ewropa u fir-Russja; — għal bauMax Steyr: l-operat ta’ ħanut tal-bejgħ bl-imnut tad-do-it-yourself. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu, permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7817 — OBI / bauMax Standort Steyr, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7573 — DMK/DOC Kaas)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 375/07)
|
1. |
Fil-5 ta’ Novembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża DMK Deutsches Milchkontor GmbH (“DMK”, il-Ġermanja) takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ DOC Kaas BV kollha kemm hi (“DOC Kaas”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta’ konklużjoni ta’ tpartit u ftehim ta’ xiri. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — DMK: tiżviluppa, tipproduċi u tiddistribwixxi firxa wiesgħa ta’ prodotti tal-ħalib, fosthom prodotti bażiċi tal-ħalib, ġobon, prodotti fuq bażi ta’ xorrox, ikel tat-trabi, ġelat, prodotti tas-saħħa u ingredjenti tal-ħalib għall-użu fil-manifattura tal-ikel. — DOC Kaas: tiżviluppa, tipproduċi u tiddistribwixxi ġobon tat-tip Olandiż u tipi oħra ta’ ġobon iebes u semi-iebes. Sa ċertu punt, DOK Group jipproduċi u jiddistribwixxi wkoll prodotti tal-krema u oħrajn fuq bażi ta’ xorrox. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7573 — DMK/DOC Kaas, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 375/9 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 375/08)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
“SLAVONSKI KULEN”/“SLAVONSKI KULIN”
Nru tal-UE: HR-PGI-0005-01216 - 20.3.2014
DOP ( ) IĠP ( X )
1. Isem/ismijiet
“Slavonski kulen”/“Slavonski kulin”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Ir-Repubblika tal-Kroazja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
“Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” huwa zalzett ippreservat magħmul minn taħlita ta’ qatat tal-majjal tal-ogħla kwalità, xaħam tad-dahar, melħ u ħwawar, liema taħlita titpoġġa fil-musrana l-għamja tal-majjal. L-intestin mimli jgħaddi minn proċessi konsekuttivi ta’ fermentazzjoni, affumikar kiesaħ, tnixxif u maturazzjoni matul perjodu li jdum mill-inqas 150 jum.
Irrispettivament mit-tul taż-żmien differenti minn meta tibda l-produzzjoni tiegħu, sal-aħħar tal-proċess tal-produzzjoni ta’ mill-inqas 150 jum, “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” tal-produtturi kollha għandu juri l-karatteristiċi fiżikokimiċi u organolettiċi stabbiliti fil-punt 3.2.
Fuq barra, “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” għandu forma ċilindrika li tvarja skont id-daqs u l-volum tal-musrana l-għamja tal-majjal. Huwa ta’ kulur uniformi ta’ kannella ċar għal skur mingħajr marki, tikmix jew qsim, marbut flimkien bl-ispag magħmul minn fibri tal-qanneb li jifforma qatat fit-tiwi naturali tal-musrana l-għamja. Qata’ trasversali tiżvela taħlita mħallta sew ta’ laħam u xaħam mingħajr xi biċċiet ta’ residwi ta’ tessut konnettiv. Il-laħam ivajra minn aħmar ċar għal skur, filwaqt li x-xaħam ivarja minn abjad għal oranġjo, u l-“kulen” ma għandux truf jew huwa sempliċiment ftit iktar skur fit-tarf.
Iz-zalzett għandu aroma pjaċevoli: tad-duħħan tal-injam tas-siġar fuq barra u ta’ majjal iffermentat, bżar u tewm ftit iffumikati fuq ġewwa. Għandu konsistenza soda, ma jitfarrakx, jinqata sew u faċli tomogħdu. It-togħma tiegħu hija intensa, ikkaratterizzata minn togħma ta’ majjal immaturat u ffermentat, mielaħ u jaħraq, mingħajr aċidità jew togħma morra.
Meta jitpoġġa fis-suq, “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” irid ikun jiżen mill-inqas 900 g u jkollu l-proprjetajiet fiżikokimiċi li ġejjin: kontenut tal-ilma ta’ mhux iktar minn 40 %, kontenut tax-xaħam ta’ mhux iktar minn 35 % u attività tal-ilma (aw) ta’ inqas minn 0,90.
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
“Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” huwa prodott mil-laħam tal-majjal biss li jkun trabba u msemmen fiż-żona ġeografika msemmija fil-punt 4. Irid jintuża l-wild ta’ ħnieżer tar-razza indiġena Black Slavonian, ir-razza pura u mrobbija lokalment tar-razez Large Yorkshire u Swedish Landrace, inkroċi ta’ żewġ razez u inkroċi b’lura ta’ dawn ir-razez u inkroċi ta’ tliet razez ta’ dawn ir-razez mar-razza Duroc. Iridu jintużaw ħnieżer nisa u irġiel kastrati (ta’ eta’ żgħira miżmuma separati minn xulxin) ta’ bejn it-12 u l-20 xahar u li finalment jiżnu mill-inqas 140 kg.
Fil-produzzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” jintużaw biss il-kategoriji ta’ majjal li ġejjin: l-ewwel (I) – is-sieq (mingħajr il-qasba tas-sieq), il-partijiet tal-ġenbejn u d-dahar tal-muskolu longissimus dorsi; it-tieni (II) – l-ispalla (mingħajr is-saqajn ta’ quddiem); u t-tielet (III) – l-għonq, ix-xaħam iebes tad-dahar (mhux iktar minn 10 %). Il-musrana l-għamja mnaddfa u msaffa sservi ta’ kontenitur taz-zalzett. Il-mili jitħawwar bil-melħ tal-mejda, il-bżar jaħraq u l-bżar ħelu u t-tewm.
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-fażijiet kollha tal-produzzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin”, inkluż is-smien tal-ħnieżer, iridu jseħħu fiż-żona ġeografika speċifikata fit-taqsima 4. Il-proċess tal-produzzjoni jinkludi l-preparazzjoni tal-mili, il-fermentazzjoni, l-affumikar kiesaħ, it-tnixxif u l-maturazzjoni. Iċ-ċiklu tal-produzzjoni jseħħ kull sena bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Marzu.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li jirreferi għalih l-isem reġistrat
—
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li jirreferi għalih l-isem reġistrat
—
4. Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
“Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” huwa prodott f’parti speċifika tar-reġjun Kroat ta’ Slavonja. Din iż-żona tinsab fil-konfini amministrattivi tal-bliet u l-muniċipalitajiet tal-kontej li ġejjin:
il-Kontea ta’ Vukovar-Srijem: kollha; il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin tal-Kontea ta’ Osijek-Baranja: Belišće, Donji Miholjac, Đakovo, Našice, Osijek, Valpovo, Antunovac, Bizovac, Čepin, Donja Motičina, Drenje, Đurđenovac, Erdut, Ernestinovo, Feričanci, Gorjani, Koška, Levanjska Varoš, Magadenovac, Marijanci, Petrijevci, Podgorač, Podravska Moslavina, Punitovci, Satnica Đakovačka, Semeljci, Strizivojna, Šodolovci, Trnava, Viljevo, Viškovci, Vladislavci u Vuka; il-Kontea ta’ Slavonski Brod-Posavina: kollha; il-Kontea ta’ Požega-Slavonia: kollha; il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin tal-Kontea ta’ Sisak-Moslavina: Lipovljani, Kutina (l-irħula ta’ Banova Jaruga, Međurić, Jamarica u Janja Lipa), Novska u Jasenovac; il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin tal-Kontea ta’ Bjelovar-Bilogora: Garešnica (l-irħula ta’ Duhovi, Gornji Uljanik, Uljanik, Uljanički Brijeg u Hrastovac), Dežanovac, Končanica, Đulovac, Sirač u Daruvar; il-bliet u l-muniċipalitajiet li ġejjin tal-Kontea ta’ Virovitica-Podravina: Virovitica, Slatina, Orahovica, Crnac, Čačinci, Čađavica, Gradina, Lukač, Mikleuš, Nova Bukovica, Pitomača (l-irħula ta’ Stari Gradac, Starogradački Marof u Križnica), Sopje, Suhopolje, Špišić Bukovica, Voćin u Zdenci.
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-rabta bejn “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” u ż-żona ġeografika tiegħu hija bbażata fuq il-fatturi li ġejjin: l-għarfien tradizzjonali tal-produtturi lokali u l-kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli għall-ipproċessar u l-preservazzjoni naturali tal-laħam.
L-evidenza storika tissuġġerixxi li l-produzzjoni tal-“kulen” fi Slavonja tmur lura iktar minn 200 sena. Slavonja, żona li għandha tradizzjoni twila ta’ biedja u trobbija tal-bhejjem għall-ikel, minn dejjem kellha kundizzjonijiet tajbin għat-trobbija tal-ħnieżer u l-ipproċessar tal-laħam tal-majjal. L-iżvilupp kummerċjali iktar intensiv tat-trobbija tal-ħnieżer fi Slavonja beda wara li telqu t-Torok u l-istabbiliment tal-Fruntiera Militari fis-17-il seklu, meta t-trobbija tal-ħnieżer għall-konsum mill-militar u ċ-ċentri ewlenin tal-konsum bdew joperaw fuq skala kbira. Fil-bidu l-ħnieżer kienu jitrabbew primarjament għall-bejken u x-xaħam tal-annimali, iżda ftit aktar tard, bis-saħħa tal-iżvilupp tan-negozju tal-biċċiera, prodotti oħrajn bħaz-zalzett u l-“kulen” bdew isiru popolari.
Slavonja għandha klima kontinentali moderata b’xitwa kiesħa u sajf sħun. It-tbiċċir tal-ħnieżer u l-produzzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” tradizzjonalment iseħħu fix-xitwa, meta t-temperatura baxxa tal-arja tipprovdi kundizzjonijiet naturali tajbin għall-ipproċessar tal-laħam. It-temperatura medja tal-arja bejn Novembru u Marzu hija 0,2–6,9 °C, li tiżgura protezzjoni naturali tajba kontra t-tħassir tal-laħam.
Ir-restrizzjonijiet imposti fir-rigward tal-oriġini tal-ħnieżer jirriżultaw mit-tradizzjoni tal-produzzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” u r-reputazzjoni tal-prodott fuq is-suq. “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” huwa prodott tat-tradizzjoni Slavona tat-tbiċċir ta’ ħnieżer tqal imrobbija domestikament fil-bidu tax-xitwa sabiex jipproduċu laħam, xaħam tal-annimali u prodotti tal-laħam imnixxfa u pproċessati li jsostnu l-komunità lokali matul is-sena ta’ wara. It-tbiċċir tradizzjonali Slavon tal-ħnieżer kien jinkludi l-passi kollha, mit-tbiċċir proprju tal-annimal sal-produzzjoni, l-affumikar u t-tnixxif tal-prodotti tal-laħam ippreservati tradizzjonalment. It-tbiċċir tal-ħnieżer kien avveniment soċjali importanti li għalih kienu jattendu l-qraba, il-ħbieb u l-ġirien u fejn wara kienet issir festa bil-kant u ż-żfin. “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” kien isir mil-laħam tal-ħnieżer imrobbija fuq l-istess art tar-razzett privat jew jinxtara minn irziezet ġirien. Din it-tradizzjoni għadha l-istess illum il-ġurnata. Ma teżistix evidenza li tissuġġerixxi li “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” qatt sar minn majjal prodott x’imkien ieħor apparti Slavonja.
“Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” jieħu l-proprjetajiet organolettiċi u fiżikokimiċi tiegħu mill-metodu tal-produzzjoni u mit-tradizzjoni u l-għarfien tan-nies tal-lokal. Il-produzzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” dejjem iddependiet fuq l-għarfien speċifiku u l-ħila tal-produtturi lokali fl-għażla tal-materja prima u l-proċess tal-produzzjoni. Fil-proċess tal-produzzjoni jintużaw biss qatat tal-ogħla kwalità u xaħam tad-dahar magħżula minn ħnieżer imrobbija lokalment li huma ikbar u itqal. Il-produzzjoni ssegwi riċetta tradizzjonali li tinvolvi taħlita ta’ kondimenti ta’ oriġini esklussivament naturali: bżar ħelu u bżar aħmar jaħraq, tewm u melħ tal-mejda. Ix-xaħam jammonta biss għal parti żgħira (sa 10 %) tal-mili, li jfisser li minħabba l-kontenut għoli ta’ laħam “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” huwa zalzett partikolarment ta’ valur għoli iżda wkoll wieħed mill-iktar diffiċli biex tnixxfu.
It-tqegħid tal-mili fil-musrana l-għamja tal-ħanżir, li għandha dijametru pjuttost kbir, u t-tqandil taz-zalzett tqil li jirriżulta jfissru li l-produttur irid ikollu ħiliet u għarfien addizzjonali biex ikun kapaċi jorbot l-prodott bl-idejn u jaffumikah, inixxfu u jimmaturah għal perjodu ta’ żmien relattivament twil. Dan jagħmel lil “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” iktar kumpless f’termini teknoloġiċi u li jieħu iktar ħin biex isir meta mqabbel ma’ zalzett ieħor.
Il-metodu speċifiku tal-produzzjoni jagħti lil “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” dehra u proprjetajiet speċifiċi. “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” jitpoġġa fil-musrana l-għamja tal-ħanżir, li tintrabat bl-ispag f’disinn karatteristiku. Il-prodott jiġi affumikat ftit fil-wiċċ fid-duħħan tal-karpinu, tal-irmied jew tal-fagu. Il-ġewwieni jintgħaraf minn możajk armonizzat ta’ partikoli tal-laħam u tax-xaħam li jingħaddu mill-pjanċi tal-mitħan li jkollu toqob wesgħin 6–12 mm. L-affumikar kiesaħ li jsir bil-galbu fid-duħħan tal-injam tas-siġar jagħti lil “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” is-sura affumikata ħafifa tiegħu, filwaqt li l-aroma u t-togħma tal-majjal maturat u ffermentat, karatteristikament mielaħ u mħawwar, ilkoll jiġu mill-kondimenti użati tradizzjonalment, il-kontenut għoli ta’ laħam tari u t-teknika speċjali ta’ tnixxif u maturazzjoni tal-prodott għal diversi xhur.
Huwa proprju minħabba l-għażla tal-ingredjenti tal-iprem kwalità, ir-riċetta tradizzjonali, il-proċess tal-produzzjoni u ż-żmien għalih, li nżammu tul ġenerazzjonijiet sħaħ sal-lum, li “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” għandu l-karatteristiċi distintivi tiegħu u jżomm ir-rabta tiegħu mal-komunità lokali. Ir-reputazzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” ġejja mir-rwol tal-prodott fil-wirt Salvonjan, ismu u l-importanza ekonomika tiegħu.
Fil-passat il-“kulen” kien komodità ta’ valur għoli; prodott li seta’ jingħata bħala rigal lill-ħbieb tal-qalb jew persuna importanti. Minħabba l-fatt li l-produzzjoni kienet fuq skala relattivament żgħira, jiġifieri “kulen” wieħed għal kull ħanżir, il-prodott kien jinżamm għal okkażjonijiet speċjali jew mistiedna speċjali. Il-“kulen” jissemma wkoll fix-xogħlijiet ta’ ħafna awturi li jitkellmu dwar l-avventuri u d-diżavventuri fil-ħajjiet tas-Slavonjani u fid-deskrizzjoni tal-istil ta’ ħajja tagħhom. Il-fatt li żdiedet il-produzzjoni u l-kapaċità tal-akkwist tiegħu fil-popolazzjoni lokali ifisser li saru jiġu organizzati iktar festi u l-“kulen” jiġi offrut bħala rigal iktar spiss. Huwa prattikament impossibli li wieħed jimmaġina ċ-ċelebrazzjonijiet pubbliċi, il-festi tal-knisja, il-btajjal nazzjonali, iċ-ċerimonji tradizzjonali u l-festini tal-familja fejn ma jkunx hemm “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin”. It-tradizzjoni fejn wieħed jagħti “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” bħala rigal għadha teżisti sal-lum (Izravna prodaja seljačkih proizvoda, Agrarno savjetovanje, Zagreb, 2005, p. 127).
Ir-reputazzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” hija marbuta wkoll ma’ ismu. L-isem “Slavonski kulen” issemma għall-ewwel darba fl-1968 fil-gazzetta tal-listi Vinkovački (il-lista Vinkovački Nru 15, 12.4.1968, p. 5). Wieħed għandu jinnota li fid-djaletti Kroati differenti “kulen” jissemma bħala “kulin”, “kuljen” u “kulijen”. Madankollu, “kulen” u “kulin” huma l-iktar komuni, fejn tal-ewwel huwa l-isem preferut fost dawk li jitkellmu l-Istokavjan (il-Kroat uffiċjali, id-djalett Ijekavijan) u tal-aħħar fost dawk li jitkellmu d-djalett Ikavjan. Il-lum il-ġurnata l-ismijiet użati fid-dokumenti tan-negozju u dawk kummerċjali (irċevuti, tikketti tal-prodott, listi tal-prezzijiet) jinkludu jew “Slavonski kulen” inkella “Slavonski kulin”.
Fi Slavonja hemm irziezet fejn il-produzzjoni ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” tirrapreżenta sors importanti ta’ introjtu. Fis-suq domestiku, id-domanda għall-prodott teċċedi l-provvista. Barra minn hekk, “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” huwa wieħed mill-ftit prodotti li jista’ jagħmel l-irziezet fi Slavonja, partikolarment dawk li jrabbu l-ħnieżer, kompetittivi fis-suq.
L-ispeċifiċità ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” meta mqabbel ma’ prodotti oħrajn tirriżulta mill-użu ta’ teknoloġija tal-produzzjoni tradizzjonali, li nżammet sal-lum il-ġurnata, il-kwalità tal-materja prima (qatat magħżula ta’ laħam maturat minn ħnieżer indiġeni jew domestikati), kondimenti naturali u żmien tradizzjonali tal-produzzjoni.
Dawn ta’ hawn fuq kollha jservu biex juru l-importanza ta’ “Slavonski kulen”/“Slavonski kulin” għan-nies ta’ Slavonja, li jikkunsidrawh mhux biss prodott tal-ikel tradizzjonali, iżda wkoll parti integrali tat-tradizzjonijiet kulturali u l-patrimonju tagħhom.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta’ Ġunju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (2))
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36.