ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 371

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
9 ta' Novembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 371/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 371/02

Kawża C-361/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 7 — Benefiċċju tax-xjuħija — Bonus tal-Milied — Klawżola ta’ residenza

2

2015/C 371/03

Kawża C-433/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikolu 7 — Artikolu 21 — Benefiċċju tal-mard — Allowance tal-ħarsien, allowance tal-assistenza u allowance tal-kumpens għall-ispejjeż eċċessivi — Klawżola ta’ residenza)

2

2015/C 371/04

Kawża C-519/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou – Ċipru) – Alpha Bank Cyprus Ltd vs Dau Si Senh et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili jew kummerċjali — Notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji — Regolament (KE) Nru 1393/2007 — Artikolu 8 — Rifjut ta’ riċezzjoni ta’ dokument — Assenza ta’ traduzzjoni ta’ wieħed mid-dokumenti mibgħuta — Assenza tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tal-imsemmi regolament — Konsegwenzi)

3

2015/C 371/05

Kawża C-589/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – fil-proċeduri mibdija mill-F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 56 KE — Intaxxar provviżorju tal-qligħ kapitali u tal-qligħ mit-trasferiment ta’ holdings magħmul minn fondazzjoni nazzjonali — Rifjut tad-dritt għal tnaqqis mill-valur taxxabbli tad-donazzjonijiet lil benefiċjarji mhux residenti li ma humiex suġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja)

4

2015/C 371/06

Kawża C-597/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Total SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Ksur imwettaq minn kumpannija sussidjarja miżmuma 100 % minn kumpannija parent — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha — Responsabbiltà tal-kumpannija parent li tirriżulta esklużivament mill-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha — Sentenza li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja — Effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-kumpannija parent)

5

2015/C 371/07

Kawża C-634/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Total Marketing Services, aventi kawża ta’ Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Suq tax-xema’ tal-paraffin — Suq tax-xema’ ratba — Tul tal-parteċipazzjoni f’akkordju illegali — Waqfien tal-parteċipazzjoni — Interruzzjoni tal-parteċipazzjoni — Assenza ta’ kuntatti kollużivi stabbiliti matul ċertu perijodu — Tkomplija tal-ksur — Oneru tal-prova — Tbegħid pubbliku — Perċezzjoni tal-parteċipanti l-oħra fl-akkordju tal-intenzjoni ta’ tbegħid — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u ta’ individwalità tal-pieni)

6

2015/C 371/08

Kawżi magħquda C-10/14, C-14/14 u C-17/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – J.B.G.T. Miljoen (C-10/14), X (C-14/14), Société Générale SA (C-17/14) vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni diretta — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Moviment liberu tal-kapital — Intaxxar tad-dividendi ta’ portafolli ta’ ishma — Taxxa f’ras il-għajn — Restrizzjoni — Oneru fiskali definittiv — Kriterji għall-finijiet tal-paragun tal-oneri fiskali tal-persuni taxxabbli residenti u tal-persuni taxxabbli mhux residenti — Paragunabbiltà — Teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul jew tat-taxxa fuq il-kumpanniji — Konvenzjonijiet intiżi biex tiġi evitata t-taxxa doppja — Newtralizzazzjoni tar-restrizzjoni permezz ta’ ftehim)

6

2015/C 371/09

Kawża C-33/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ, Superga Invest vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Artikolu 263 TFUE — Ammissibbiltà — Għajnuna illegali u inkompatibbli — Obbligu ta’ rkupru — Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma testendix l-obbligu ta’ rkupru għax-xerrejja tal-benefiċjarju tal-għajnuna — Interess ġuridiku — Rikors għad-danni u għall-irkupru tal-għajnuna quddiem il-qrati nazzjonali — Locus standi — Appellant li ma huwiex ikkonċernat individwalment)

7

2015/C 371/10

Kawża C-67/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht – il-Ġermanja) – Jobcenter Berlin Neukölln vs Nazifa Alimanovic et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Ċittadinanza tal-Unjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Direttiva 2004/38/KE — Artikolu 24(2) — Benefiċċji tal-assistenza soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Artikoli 4 u 70 — Benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus — Ċittadini ta’ Stat Membru li qegħdin ifittxu impjieg residenti fi Stat Membru ieħor — Esklużjoni — Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem)

8

2015/C 371/11

Kawża C-85/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – KPN BV vs Autoriteit Consument en Markt (ACM) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Servizz universali u drittijiet tal-utenti — Direttiva 2002/22/KE — Artikolu 28 — Aċċess għan-numri u għas-servizzi — Numri mhux ġeografiċi — Direttiva 2002/19/KE — Artikoli 5, 8 u 13 — Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Kontrolli tal-prezzijiet — Servizzi ta’ tranżitu ta’ telefonati — Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ tranżitu tat-telefonati ma jistgħux japplikaw tariffi ogħla għat-telefonati lil numri mhux ġeografiċi milli għal telefonati lil numri ġeografiċi — Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq — Awtorità nazzjonali kompetenti)

9

2015/C 371/12

Kawża C-215/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit) – Société de Produits Nestlé SA vs Cadbury UK Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 3(3) — Kunċett ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Trade mark tridimensjonali — Wajfer taċ-ċikkulata b’erba’ bars Kit Kat — Artikolu 3(1)(e) — Sinjal ikkostitwit kemm mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott u kemm minn dik neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku — Proċess ta’ manifattura inkluż fir-riżultat tekniku)

10

2015/C 371/13

Kawża C-257/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C. van der Lans vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Drittijiet tal-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien jew ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 5(3) — Rifjut ta’ imbark u kanċellazzjoni ta’ titjira — Dewmien twil ta’ titjira — Kumpens u assistenza għall-passiġġieri — Ċirkustanzi straordinarji)

11

2015/C 371/14

Kawża C-344/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika — Klassifikazzjoni tal-merkanzija — Taħlitiet ta’ aċidi amminiċi użati għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra — Klassifikazzjoni fl-intestaturi tariffarji 2106 preparazzjonijiet ta’ l-ikel jew 3003 medikamenti)

12

2015/C 371/15

Kawża C-367/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mogħtija lill-impriżi li jinsabu fit-territorji ta’ Venezia u ta’ Chioggia — Tnaqqis fl-imposti soċjali — Assenza ta’ rkupru tal-għajnuna fit-terminu stabbilit — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa)

12

2015/C 371/16

Kawża C-416/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia – l-Italja) – Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA vs Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet — Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE — Moviment liberu ta’ tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli terrestri — Direttiva 1999/5/KE — Miżata għall-użu ta’ tagħmir terminali — Awtorizzazzjoni ġenerali jew liċenzja ta’ użu — Kuntratt ta’ abbonament li jissostitwixxi awtorizzazzjoni ġenerali jew liċenzja — Trattament iddifferenzjat tal-utenti bi jew mingħajr kuntratt ta’ abbonament)

13

2015/C 371/17

Kawża C-427/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Awwissu 2015 – NEW WAVE CZ a.s. vs ALLTOYS sopl. s. r.o.

15

2015/C 371/18

Kawża C-432/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 Awwissu 2015 – Odvolací finanční ředitelství vs Pavlína Baštová

15

2015/C 371/19

Kawża C-481/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

16

2015/C 371/20

Kawża C-495/15 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-314/13, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 371/21

Kawża T-421/07 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni Għajnuna mill-Istat — Distribuzzjoni ta’ posta — Miżuri adottati mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE — Interess ġuridiku — Ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura magħluqa — Effetti ta’ sentenza ta’ annullament

19

2015/C 371/22

Kawża T-245/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – ClientEarth u International Chemical Secretariat vs ECHA (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti miżmuma mill-ECHA — Dokumenti li joriġinaw minn terzi — Terminu stabbilit sabiex tingħata risposta għal talba għal aċċess — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali — Interess pubbliku superjuri — Informazzjoni ambjentali — Emissjonijiet fl-ambjent)

20

2015/C 371/23

Kawża T-121/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Oil Pension Fund Investment Company vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Modulazzjoni tal-effetti ta’ annullament fiż-żmien)

21

2015/C 371/24

Kawża T-161/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2015 – First Islamic Investment Bank vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Żball ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità)

22

2015/C 371/25

Kawża T-428/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – IOC-UK vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni)

23

2015/C 371/26

Kawża T-653/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Wahlström vs Frontex (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2010 — Djalogu annwali mal-evalwatur — Iffissar ta’ għanijiet)

23

2015/C 371/27

Kawża T-359/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Accelerate (COLOMBIANO COFFEE HOUSE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO COFFEE HOUSE — Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia — Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

24

2015/C 371/28

Kawża T-484/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – KV vs EACEA

25

2015/C 371/29

Kawża T-493/15 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-5/14, CX vs Il-Kummissjoni

26

2015/C 371/30

Kawża T-496/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 minn CX mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-27/13, CX vs Il-Kummissjoni

27

2015/C 371/31

Kawża T-506/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

28

2015/C 371/32

Kawża T-508/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

29

2015/C 371/33

Kawża T-514/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni

31

2015/C 371/34

Kawża T-515/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Almaz-Antey vs Il-Kunsill

33

2015/C 371/35

Kawża T-524/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – NICO vs Il-Kunsill

34

2015/C 371/36

Kawża T-525/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

35

2015/C 371/37

Kawża T-526/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

36

2015/C 371/38

Kawża T-529/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (START UP INITIATIVE)

37

2015/C 371/39

Kawża T-534/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (Viewty GT)

38

2015/C 371/40

Kawża T-535/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2015 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)

39

2015/C 371/41

Kawża T-536/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2015 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)

40

2015/C 371/42

Kawża T-537/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2015 – Deutsche Post vs UASI – Verbis Alfa (InPost)

41

2015/C 371/43

Kawża T-538/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Regent University vs UASI – Regent’s College (REGENT UNIVERSITY)

42

2015/C 371/44

Kawża T-545/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – Pi-Design vs UASI – Nestlé (PRESSO)

43

2015/C 371/45

Kawża T-557/15 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2015 minn Fernando De Esteban Alonso mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Lulju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-35/15, De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

44

2015/C 371/46

Kawża T-563/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Paglieri Sell System vs UASI (APOTEKE)

45

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 371/47

Kawża F-14/12 RENV: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2011 — Rifjut ta’ promozzjoni — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

46

2015/C 371/48

Kawża F-73/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Settembru 2015 – Kriscak vs Europol (Servizz pubbliku — Persunal tal-Europol — Konvenzjoni Europol — Regolamenti tal-Persunal tal-Europol — Anness 1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol — Lista ta’ pożizzjonijiet indikati b’tipa grassa li jistgħu jimtlew biss minn persuna reklutata mis-servizzi kompetenti fis-sens tal-Artikolu 2(4) tal-Konvenzjoni Europol — Postijiet ristretti — Deċiżjoni Europol — Pożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu okkupati minn persuna reklutata mill-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Europol — Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ffissat għal żmien determinat — Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

46

2015/C 371/49

Kawża F-54/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 – Carlo Nunes vs Il-Qorti tal-Awdituri (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kontestazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ — Ilment tardiv — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża — Inammissibbiltà manifesta)

47


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 371/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 363, 3.11.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 354, 26.10.2015

ĠU C 346, 19.10.2015

ĠU C 337, 12.10.2015

ĠU C 328, 5.10.2015

ĠU C 320, 28.9.2015

ĠU C 311, 21.9.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-361/13) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 7 - Benefiċċju tax-xjuħija - Bonus tal-Milied - Klawżola ta’ residenza”)

(2015/C 371/02)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár, D. Martin u F. Schatz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Slovakka

(Kawża C-433/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikolu 7 - Artikolu 21 - Benefiċċju tal-mard - Allowance tal-ħarsien, allowance tal-assistenza u allowance tal-kumpens għall-ispejjeż eċċessivi - Klawżola ta’ residenza))

(2015/C 371/03)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár, D. Martin u F. Schatz, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Anotato Dikastirio Kyprou – Ċipru) – Alpha Bank Cyprus Ltd vs Dau Si Senh et

(Kawża C-519/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili jew kummerċjali - Notifika ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 8 - Rifjut ta’ riċezzjoni ta’ dokument - Assenza ta’ traduzzjoni ta’ wieħed mid-dokumenti mibgħuta - Assenza tal-formola standard li tinsab fl-Anness II tal-imsemmi regolament - Konsegwenzi))

(2015/C 371/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Anotato Dikastirio Kyprou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alpha Bank Cyprus Ltd

Konvenuti: Dau Si Senh, Alpha Panareti Public Ltd, Susan Towson, Stewart Cresswell, Gillian Cresswell, Julie Gaskell, Peter Gaskell, Richard Wernham, Tracy Wernham, Joanne Zorani, Richard Simpson

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz [notifika] ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-aġenzija li tirċievi hija obbligata, fiċ-ċirkustanzi kollha u mingħajr ma jkollha f’dan ir-rigward marġni ta’ diskrezzjoni, li tinforma lid-destinatarju ta’ dokument bid-dritt tiegħu li jirrifjuta li jirċievi dan, billi tuża sistematikament għal dan il-għan il-formola standard li tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-regolament, u

iċ-ċirkustanza li din l-aġenzija, meta tipproċedi bin-notifika ta’ dokument lid-destinatarju tiegħu, ma tehmiżx il-formola standard li tinsab fl-Anness II tar-Regolament Nru 1393/2007, tikkostitwixxi mhux motiv tal-annullament tal-proċedura, iżda ommissjoni li għandha tiġi rregolarizzata konformement mad-dispożizzjonijiet iddikjarati minn dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 377 tal-21/12/2013.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – fil-proċeduri mibdija mill-F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt

(Kawża C-589/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 56 KE - Intaxxar provviżorju tal-qligħ kapitali u tal-qligħ mit-trasferiment ta’ holdings magħmul minn fondazzjoni nazzjonali - Rifjut tad-dritt għal tnaqqis mill-valur taxxabbli tad-donazzjonijiet lil benefiċjarji mhux residenti li ma humiex suġġetti għat-taxxa fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja))

(2015/C 371/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt

Konvenuta: Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Wien

Dispożittiv

L-Artikolu 56 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, fil-kuntest tal-intaxxar provviżorju fuq il-qligħ kapitali u fuq il-qligħ minn trasferiment ta’ holdings magħmul minn fondazzjoni privata residenti, din il-fondazzjoni għandha d-dritt li tnaqqas mill-valur taxxabbli tagħha relatat ma’ sena fiskali partikolari biss dawk id-donazzjonijiet magħmula matul l-istess sena fiskali u li kienu s-suġġett ta’ ntaxxar tal-benefiċjarji ta’ dawn id-donazzjonijiet fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni, filwaqt li din il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali teskludi tali tnaqqis jekk il-benefiċjarju jkun residenti fi Stat Membru ieħor u jkun, fl-Istat Membru fejn tiġi ntaxxata l-fondazzjoni, eżenti mit-taxxa applikabbli, bħala prinċipju, fuq id-donazzjonijiet, u dan abbażi ta’ ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Total SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-597/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Ksur imwettaq minn kumpannija sussidjarja miżmuma 100 % minn kumpannija parent - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent fuq is-sussidjarja tagħha - Responsabbiltà tal-kumpannija parent li tirriżulta esklużivament mill-aġir li jikkostitwixxi ksur tas-sussidjarja tagħha - Sentenza li tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq is-sussidjarja - Effetti fuq is-sitwazzjoni ġuridika tal-kumpannija parent))

(2015/C 371/06)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Total SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u P. Van Nuffel, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Total vs Il-Kummissjoni (T-548/08, EU:T:2013:434) hija annullata sa fejn din ma wettqitx allinjament tal-ammont tal-multa imposta fuq Total SA ma’ dak tal-multa imposta fuq Total Raffinage Marketing SA bis-sentenza Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni (T-566/08, EU:T:2013:423).

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

L-ammont tal-multa imposta fuq Total SA flimkien u in solidum ma’ Total Raffinage Marketing SA fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu [81 KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Candle Waxes), huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 12 5 4 59  842.

4)

Total SA għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u mill-ispejjeż tagħha stess marbuta mal-appell preżenti u mal-proċedura tal-ewwel istanza.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha stess u mill-ispejjeż ta’ Total SA marbuta mal-appell preżenti u mal-proċedura tal-ewwel istanza.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Total Marketing Services, aventi kawża ta’ Total Raffinage Marketing vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-634/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Suq tax-xema’ tal-paraffin - Suq tax-xema’ ratba - Tul tal-parteċipazzjoni f’akkordju illegali - Waqfien tal-parteċipazzjoni - Interruzzjoni tal-parteċipazzjoni - Assenza ta’ kuntatti kollużivi stabbiliti matul ċertu perijodu - Tkomplija tal-ksur - Oneru tal-prova - Tbegħid pubbliku - Perċezzjoni tal-parteċipanti l-oħra fl-akkordju tal-intenzjoni ta’ tbegħid - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u ta’ individwalità tal-pieni))

(2015/C 371/07)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Total Marketing Services, aventi kawża ta’ Total Raffinage Marketing (rappreżentanti: A. Vandencasteele, C. Lemaire u S. Naudin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel u A. Biolan, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Total Marketing Services SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – J.B.G.T. Miljoen (C-10/14), X (C-14/14), Société Générale SA (C-17/14) vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawżi magħquda C-10/14, C-14/14 u C-17/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Intaxxar tad-dividendi ta’ portafolli ta’ ishma - Taxxa f’ras il-għajn - Restrizzjoni - Oneru fiskali definittiv - Kriterji għall-finijiet tal-paragun tal-oneri fiskali tal-persuni taxxabbli residenti u tal-persuni taxxabbli mhux residenti - Paragunabbiltà - Teħid inkunsiderazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul jew tat-taxxa fuq il-kumpanniji - Konvenzjonijiet intiżi biex tiġi evitata t-taxxa doppja - Newtralizzazzjoni tar-restrizzjoni permezz ta’ ftehim))

(2015/C 371/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J.B.G.T. Miljoen (C-10/14), X (C-14/14), Société Générale SA (C-17/14)

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li timponi tnaqqis f’ras il-għajn fuq id-dividendi mqassma minn kumpannija residenti kemm lill-persuni taxxabbli residenti kif ukoll lill-persuni taxxabbli mhux residenti, billi tipprovdi mekkaniżmu ta’ tnaqqis jew ta’ rimbors ta’ dan it-tnaqqis biss għall-persuni taxxabbli residenti, filwaqt li, għall-persuni taxxabbli mhux residenti, persuni fiżiċi u kumpanniji, dan it-tnaqqis jikkostitwixxi taxxa definittiva, sa fejn l-oneru fiskali definittiv relattiv għal dawn id-dividendi mħallas, f’dan l-Istat, mill-persuni taxxabbli mhux residenti jkun itqal minn dak li jinsab fuq il-persuni taxxabbli residenti, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju fil-kawżi prinċipali. Għall-finijiet li jiġu stabbiliti dawn l-oneri fiskali, il-qorti tar-rinviju għandha tieħu inkunsiderazzjoni, fil-Kawżi C-10/14 u C-14/14, it-taxxa tar-residenti relattiva għall-azzjonijiet kollha miżmuma f’kumpanniji tal-Pajjiżi l-Baxxi matul is-sena kalendarja kif ukoll il-kapital eżentat mit-taxxa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u, fil-Kawża C-17/14, l-ispejjeż li huma direttament marbuta mar-riċeviment, fih innifsu, tad-dividendi.

Fil-każ fejn tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, din tista’ tiġi ġġustifikata mill-effetti ta’ ftehim bilaterali intiż biex tiġi evitata t-tassazzjoni doppja, konkluż mill-Istat Membru ta’ residenza u mill-Istat Membru tas-sors tad-dividendi, bil-kundizzjoni li d-differenza fit-trattament, relattiva għall-intaxxar tad-dividendi, bejn il-persuni taxxabbli residenti f’dan l-aħħar Stat u dawk residenti fi Stati Membri oħra jispiċċaw. F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-Kawżi C-14/14 u C-17/14 u mingħajr preġudizzju għall-verifiki li għandha twettaq il-qorti tar-rinviju, ir-restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital, fil-każ li din tiġi stabbilita, ma tistax titqies li hija ġġustifikata.


(1)  ĠU C 129, 28.04.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ, Superga Invest vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-33/14 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Artikolu 263 TFUE - Ammissibbiltà - Għajnuna illegali u inkompatibbli - Obbligu ta’ rkupru - Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma testendix l-obbligu ta’ rkupru għax-xerrejja tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni u għall-irkupru tal-għajnuna quddiem il-qrati nazzjonali - Locus standi - Appellant li ma huwiex ikkonċernat individwalment))

(2015/C 371/09)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Mory SA, fi stralċ, Mory Team, fi stralċ, Superga Invest (rappreżentanti: B. Vatier u F. Loubières, avuati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u B. Stromsky, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Mory et vs Il-Kummissjoni (T-545/12, EU:T:2013:607) huwa annullat.

2)

Ir-rikors għal annullament ippreżentat minn Mory SA, Mory Team u Superga Invest kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2401 finali, tal-4 ta’ April 2012, dwar ix-xiri tal-attiv tal-grupp Sernam fil-kuntest tal-amministrazzjoni kkontrollata tiegħu, huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Mory SA, Mory Team, Superga Invest u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kemm dwar il-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll f’dak li jirrigwarda l-appell.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tal-15 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht – il-Ġermanja) – Jobcenter Berlin Neukölln vs Nazifa Alimanovic et

(Kawża C-67/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ċittadinanza tal-Unjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 24(2) - Benefiċċji tal-assistenza soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Artikoli 4 u 70 - Benefiċċji speċjali li ma humiex kontributorji u li jingħataw fi flus - Ċittadini ta’ Stat Membru li qegħdin ifittxu impjieg residenti fi Stat Membru ieħor - Esklużjoni - Żamma tal-istatus ta’ ħaddiem))

(2015/C 371/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundessozialgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jobcenter Berlin Neukölln

Konvenuti: Nazifa Alimanovic, Sonita Alimanovic, Valentina Alimanovic, Valentino Alimanovic

Dispożittiv

L-Artikolu 24 tad-Direttiva 2004/38/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010, tad-9 ta’ Diċembru 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi minn ċerti “benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus”, fis-sens tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament Nru 883/2004, u li jikkostitwixxu wkoll “assistenza soċjali” fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2004/38, liċ-ċittadini ta’ Stati Membri oħrajn li jsibu ruħhom fis-sitwazzjoni bħal dik imsemmija fl-Artikolu 14(4)(b) tal-imsemmija direttiva, minkejja li dawn il-benefiċċji jkunu ggarantiti liċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – KPN BV vs Autoriteit Consument en Markt (ACM)

(Kawża C-85/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Servizz universali u drittijiet tal-utenti - Direttiva 2002/22/KE - Artikolu 28 - Aċċess għan-numri u għas-servizzi - Numri mhux ġeografiċi - Direttiva 2002/19/KE - Artikoli 5, 8 u 13 - Is-setgħat tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Kontrolli tal-prezzijiet - Servizzi ta’ tranżitu ta’ telefonati - Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi li l-fornituri ta’ servizzi ta’ tranżitu tat-telefonati ma jistgħux japplikaw tariffi ogħla għat-telefonati lil numri mhux ġeografiċi milli għal telefonati lil numri ġeografiċi - Impriża li ma għandhiex saħħa sinjifikattiva fuq is-suq - Awtorità nazzjonali kompetenti))

(2015/C 371/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: KPN BV

Konvenuta: Autoriteit Consument en Markt (ACM)

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil awtorità nazzjonali kompetenti li timponi obbligu tariffarju, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, sabiex jitneħħa l-ostakolu biex jissejħu numri mhux ġeografiċi fl-Unjoni Ewropea, li ma jkunx ta’ natura teknika, iżda li jirriżulta minn tariffi prattiċi, mingħajr ma tkun twettqet analiżi tas-suq li turi li l-impriża kkonċernata għandha saħħa sinjifikattiva fis-suq, jekk dan l-obbligu jikkostitwixxi miżura meħtieġa sabiex b’dan il-mod l-utenti finali jkollhom aċċess għas-servizzi li jużaw numri mhux ġeografiċi fl-Unjoni.

Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika li din il-kundizzjoni hija ssodisfatta u li l-obbligu tariffarju huwa oġġettiv, trasparenti, mhux diskriminatorju, ibbażat fuq in-natura tal-problema kkonstatata u ġġustifikat fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009 u li jkunu ġew osservati l-proċeduri previsti fl-Artikoli 6, 7 u 7a tad-Direttiva 2002/21, kif emendata mid-Direttiva 2009/140.

2)

Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jipprevedi li obbligu tariffarju skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2002/22, kif emendata bid-Direttiva, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġi impost fuq awtorità nazzjonali li ma hijiex l-awtorità regolatorja nazzjonali li hija ġeneralment inkarigata li tapplika l-qafas regolatorju ġdid tal-Unjoni applikabbli għan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, suġġetta għall-kundizzjoni li din l-awtorità tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompetenza, ta’ indipendenza, ta’ imparzjalità u ta’ trasparenza previsti mid-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, u li d-deċiżjonijiet li hija tieħu jistgħu jkunu suġġetti għal rimedju effettiv quddiem korp indipendenti mill-partijiet ikkonċernati, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – Ir-Renju Unit) – Société de Produits Nestlé SA vs Cadbury UK Ltd

(Kawża C-215/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(3) - Kunċett ta’ “karattru distintiv miksub permezz tal-użu” - Trade mark tridimensjonali - Wajfer taċ-ċikkulata b’erba’ bars Kit Kat - Artikolu 3(1)(e) - Sinjal ikkostitwit kemm mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott u kemm minn dik neċessarja għall-kisba ta’ riżultat tekniku - Proċess ta’ manifattura inkluż fir-riżultat tekniku))

(2015/C 371/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société de Produits Nestlé SA

Konvenuta: Cadbury UK Ltd

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2008/95/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi r-reġistrazzjoni ta’ sinjal ikkostitwit mill-forma ta’ prodott bħala trade mark meta din il-forma tikkonsisti fi tliet karatteristiċi essenzjali fejn waħda minnhom tirriżulta min-natura nnifisha tal-prodott u fejn it-tnejn l-oħra huma neċessarji sabiex jinkiseb riżultat tekniku, suġġett għall-kundizzjoni, madankollu, li minn tal-inqas waħda mir-raġunijiet għal rifjut ta’ reġistrazzjoni stabbiliti f’din id-dispożizzjoni tapplika għal kollox għall-forma inkwistjoni.

2)

L-Artikolu 3(1)(e)(ii) tad-Direttiva 2008/95, li jippermetti li tiġi rrifjutata r-reġistrazzjoni tas-sinjali kkostitwiti esklużivament mill-forma ta’ prodott neċessarja għall-kisba tar-riżultat tekniku, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa intiż unikament għall-mod li bih il-prodott inkwistjoni jiffunzjona u ma japplikax fir-rigward tal-mod li bih huwa mmanifatturat.

3)

Sabiex tinkiseb ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark li kisbet karattru distintiv permezz tal-użu li jkun sar minnha fis-sens tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2008/95, sew jekk bħala parti minn trade mark oħra rreġistrata jew flimkien magħha, l-applikant għal reġistrazzjoni għandu jagħti l-prova li l-klassi rilevanti ta’ persuni jirrikonoxxu l-prodott jew is-servizz koperti minn din l-unika trade mark, ipparagunata ma’ trade marks oħra li wkoll jistgħu jkunu preżenti, bħala li jkunu jipprovjenu minn impriża partikolari.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – il-Pajjiżi l-Baxxi) – C. van der Lans vs Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

(Kawża C-257/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bl-ajru - Drittijiet tal-passiġġieri fil-każ ta’ dewmien jew ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(3) - Rifjut ta’ imbark u kanċellazzjoni ta’ titjira - Dewmien twil ta’ titjira - Kumpens u assistenza għall-passiġġieri - Ċirkustanzi straordinarji))

(2015/C 371/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C. van der Lans

Konvenuta: Koninklijke Luchtvaart Maatschappij NV

Dispożittiv

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li [...] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li problema teknika, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tkunx mistennija, li ma tkunx dovuta għal manutenzjoni difettuża u li ma tkunx ġiet skoperta matul kontrolli regolari ta’ manutenzjoni, ma taqax taħt il-kunċett ta’ “ċirkostanzi staordinarji” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-344/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Taħlitiet ta’ aċidi amminiċi użati għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra - Klassifikazzjoni fl-intestaturi tariffarji 2106 “preparazzjonijiet ta’ l-ikel” jew 3003 “medikamenti”))

(2015/C 371/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kyowa Hakko Europe GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li taħlitiet ta’ aċidi amminiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jintużaw għal għanijiet tal-preparazzjoni tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar allerġiċi għall-proteini tal-ħalib tal-baqra, għandhom jiġu kklassifikati fl-intestatura 2106 ta’ din in-nomenklatura, bħala “preparazzjonijiet ta’ l-ikel”, peress li, minħabba l-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, dawn il-prodotti ma jippreżentawx profil terapewtiku jew profilattiku ddefinit b’mod ċar, li l-effett tiegħu jiffoka fuq funzjonijiet preċiżi tal-ġisem tal-bniedem u, għaldaqstant, ma jistgħux jiġu applikati fil-prevenzjoni jew fil-kura ta’ marda jew ta’ kundizzjoni ta’ mard, u lanqas ma huma naturalment iddestinati għal użu mediku, ħaġa li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-367/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mogħtija lill-impriżi li jinsabu fit-territorji ta’ Venezia u ta’ Chioggia - Tnaqqis fl-imposti soċjali - Assenza ta’ rkupru tal-għajnuna fit-terminu stabbilit - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa))

(2015/C 371/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u B. Stromsky, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato)

Dispożittiv

1)

Billi ma ħaditx, sad-data tal-iskadenza tat-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa fil-21 ta’ Novembru 2012 mill-Kummissjoni Ewropea, il-miżuri kollha meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-302/09, EU:C:2011:634), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, mill-jum tal-għoti tas-sentenza preżenti u sal-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-302/09, EU:C:2011:634), pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 12 miljun għal kull sitt xhur ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ma’ dik is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja.

3)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 30 miljun.

4)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 395, 10.11.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia – l-Italja) – Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA vs Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza

(Kawża C-416/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet - Direttivi 2002/19/KE, 2002/20/KE, 2002/21/KE, 2002/22/KE - Moviment liberu ta’ tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet mobbli terrestri - Direttiva 1999/5/KE - Miżata għall-użu ta’ tagħmir terminali - Awtorizzazzjoni ġenerali jew liċenzja ta’ użu - Kuntratt ta’ abbonament li jissostitwixxi awtorizzazzjoni ġenerali jew liċenzja - Trattament iddifferenzjat tal-utenti bi jew mingħajr kuntratt ta’ abbonament))

(2015/C 371/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fratelli De Pra SpA, SAIV SpA

Konvenuti: Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Belluno, Agenzia Entrate – Direzione Provinciale Ufficio Controlli Vicenza

Dispożittiv

1)

Id-Direttivi:

1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu 1999, dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta’ telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom, b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva tal-Aċċess),

2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009,

2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), u

2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-applikazzjoni ta’ miżata, bħall-miżata ta’ konċessjoni tal-gvern, li permezz tagħha l-użu ta’ tagħmir terminali ta’ komunikazzjoni bir-radju mobbli terrestri, fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ abbonament, huwa suġġett għal awtorizzazzjoni ġenerali jew għal liċenzja kif ukoll għall-ħlas ta’ tali miżata, peress li l-kuntratt ta’ abbonament jissostitwixxi fih innifsu l-liċenzja jew l-awtorizzazzjoni ġenerali u li, għalhekk, ebda intervent ma huwa meħtieġ f’dan ir-rigward mill-amministrazzjoni.

2)

L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2002/22, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 1999/5 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ miżata, bħall-miżata ta’ konċessjoni tal-gvern, l-assimilazzjoni ma’ awtorizzazzjoni ġenerali jew ma’ liċenzja ta’ stazzjon tar-radju ta’ kuntratt ta’ abbonament għal servizz ta’ telefonija mobbli li għandu barra minn hekk jippreċiża t-tip ta’ tagħmir terminali kkonċernat u l-approvazzjoni li għaliha kien suġġett.

3)

F’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, id-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta mid-Direttiva 1999/5, 2002/19, 2002/20, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, 2002/21 u 2002/22, kif emendata bid-Direttiva 2009/136, kif ukoll mill-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix trattament iddifferenzjat tal-utenti ta’ tagħmir terminali ta’ komunikazzjoni bir-radju mobbli terrestri, skont jekk jissottoskrivux għal kuntratt ta’ abbonament għal servizzi ta’ telefonija mobbli jew jekk jixtrux dawn is-servizzi fil-forma ta’ prepaid cards li għalihom jistgħu jinxtraw top-up vouchers, li jipprevedi li huma biss dawk tal-ewwel li huma suġġetti għal leġiżlazzjoni bħal dik li tistabbilixxi l-miżata ta’ konċessjoni tal-gvern.


(1)  ĠU C 431, 1.2.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Awwissu 2015 – NEW WAVE CZ a.s. vs ALLTOYS sopl. s. r.o.

(Kawża C-427/15)

(2015/C 371/17)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NEW WAVE CZ a.s.

Konvenuta: ALLTOYS sopl. s. r.o.

Domanda preliminari

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2004/48/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li wieħed ikun jinsab fil-kuntest ta’ azzjoni dwar ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali anki meta, wara l-għeluq definittiv tal-azzjoni li tkun wasslet għall-konstatazzjoni ta’ ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali r-rikorrent jistaqsi, fi proċedura awtonoma, għal informazzjoni dwar l-oriġini u n-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-merkanzija jew tas-servizzi li jiksru dan id-dritt tal-proprjetà intellettwali (pereżempju sabiex ikun jista’ jiġi ddeterminat b’mod preċiż id-dannu u sussegwentement jintalab il-kumpens għalih)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fis-7 Awwissu 2015 – Odvolací finanční ředitelství vs Pavlína Baštová

(Kawża C-432/15)

(2015/C 371/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Odvolací finanční ředitelství

Konvenuta: Pavlína Baštová

Domandi preliminari

1.a

It-tqegħid ta’ żiemel minn sidu (li huwa persuna taxxabbli) għad-dispożizzjoni tal-organizzatur ta’ tiġrija taż-żwiemel sabiex l-imsemmi żiemel jipparteċipa fl-imsemmija tiġrija jikkostitwixxi provvista ta’ servizz bi ħlas fis-sens tal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u għaldaqstant provvista suġġetta għall-VAT?

l.b

Jekk tingħata risposta fl-affermattiv, għandu jitqies bħala korrispettiv il-premju fi flus riċevut fi tmiem it-tiġrija (li, madankollu, mhux iż-żwiemel kollha li jipparteċipaw fit-tiġrija jirċievu) jew ix-xiri tas-servizz li jikkonsisti fil-possibbiltà li żiemel jiddaħħal fit-tiġrija, li jipprovdi l-organizzatur tat-tiġrija lis-sid taż-żiemel, jew korrispettiv ieħor?

1.c

Jekk tingħata risposta fin-negattiv, dan il-fatt jiġġustifika minnu nnifsu li jitnaqqas it-tnaqqis tal-VAT tal-input applikat fuq il-provvisti taxxabbli akkwistati fuq l-output u użati għall-preparazzjoni mill-persuna li trabbi jew tħarreġ iż-żwiemel tagħha għat-tiġrijiet, jew għandha titqies il-parteċipazzjoni ta’ żiemel f’tiġrija bħala element tal-attività ekonomika tal-persuna li trabbi u tħarreġ iż-żwiemel ta’ tiġrija tagħha u dawk ta’ terzi, u jiġu inklużi l-ispejjeż marbuta mat-trobbija taż-żwiemel tagħha u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tiġrijiet fl-ispejjeż ġenerali li jaqgħu taħt l-attività ekonomika ta’ din il-persuna? Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din il-parti tad-domanda, il-premju fi flus riċevut fi tmiem it-tiġrija għandu jiġi inkluż fil-valur taxxabbli u għandha tiġi applikata l-VAT tal-output, jew dan huwa dħul mingħajr ebda effett fuq il-bażi tal-VAT?

2.a

Jekk għandhom, għall-finijiet tal-VAT, jitqiesu diversi elementi ta’ servizz bħala provvista unika, liema huma l-kriterji li jippermettu li jiġu stabbiliti r-relazzjonijiet reċiproċi u għaldaqstant li jiġi stabbilit jekk humiex provvisti ekwivalenti bejniethom jew jekk humiex provvisti ta’ natura prinċipali meta mqabbla ma’ oħrajn ta’ natura aċċessorja? Fost dawn il-kriterji teżisti ġerarkija f’termini ta’ livell u ta’ importanza?

2.b

L-Artikolu 98 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud moqri flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeskludu l-applikazzjoni ta’ rata mnaqqsa għal servizz jekk dan tal-aħħar ikun jinkludi żewġ elementi li, għall-finijiet tal-VAT, għandhom jitqiesu bħala provvista unika, u li, fl-istess waqt, dawn il-provvisti huma ekwivalenti bejniethom, meta waħda minnhom ma tista’, min-natura tagħha, tiġi kklassifikata fl-ebda waħda mill-kategoriji msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

2.c

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 2.b, il-kombinazzjoni tal-element tas-servizz li jikkonsisti fi dritt ta’ użu ta’ installazzjonijiet sportivi u tal-element tas-servizz li jikkonsisti fit-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ persuna li tħarreġ żwiemel għat-tiġrijiet tipprekludi, fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, l-applikazzjoni għal dan is-servizz meħud fil-globalità tiegħu tar-rata ta’ VAT imnaqqsa msemmija fil-punt 14 tal-Anness III tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

2.d

Jekk l-applikazzjoni ta’ rata ta’ tassazzjoni mnaqqsa ma hijiex eskluża abbażi tar-risposta għad-domanda 2.c, liema huwa l-effett, fuq l-issuġġettar għar-rata ta’ VAT applikabbli, tal-fatt li l-persuna taxxabbli tipprovdi, minbarra s-servizz li jikkonsisti fl-użu ta’ installazzjonijiet sportivi u s-servizz ta’ persuna li tħarreġ, ukoll akkomodazzjoni għaż-żwiemel, l-għalf u kura oħra liż-żwiemel? Għall-finijiet tal-VAT għandu jitqies li dawn l-elementi kollha tal-provvista huma intier wieħed suġġett għal sistema fiskali komuni?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/16


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-481/15)

(2015/C 371/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, F. Wilman, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tikkonstata li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 (1) kif ukoll taħt il-punti 4.1, 4.2, 7.5 u 14 tal-Anness II ta’ dan ir-regolament, sa fejn hija naqset milli tiżgura l-monitoraġġ regolari ta’ ċerti standards komuni bażiċi għas-sigurtà tal-avjazzjoni, sa fejn huwa neċessarju u bil-frekwenza meħtieġa, kif ukoll numri suffiċjenti ta’ kontrolli minn awdituri għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-kwalità;

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ġej:

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008 kif ukoll il-punti 4.1, 4.2, 7.5 u 14 tal-Anness II ta’ dan ir-regolament jobbligaw lil kull Stat Membru li jiżgura monitoraġġ regolari ta’ ċerti standards komuni bażiċi għas-sigurtà tal-avjazzjoni, sa fejn huwa neċessarju u bil-frekwenza meħtieġa, kif ukoll numri suffiċjenti ta’ kontrolli minn awdituri għall-implementazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tal-kwalità.

Fil-fehma tagħha, il-Ġermanja ma kkonformatx ma’ dan l-obbligu.


(1)  Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (ĠU L 7, p. 3).


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/17


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-314/13, Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-495/15 P)

(2015/C 371/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u P. Guerra u Andrade, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 mogħtija fil-Kawża T-314/13;

tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni;

tikkundanna lill-Istat Portugiż għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ dan ir-rikors.

Aggravji u argumenti prinċipali

Aggravji – Prinċipalment, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat, billi ddeterminat li l-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja, fil-kuntest tal-Fond ta’ Koeżjoni, fit-terminu stabbilit mill-att normattiv bażiku mid-data tas-seduta tal-Istat Membru.

Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat, billi ddeterminat li t-terminu sabiex il-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja huwa terminu imperattiv, li n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu jagħti lok għal ksur materjali li jinvalida d-deċiżjoni adottata tardivament.

Argumenti prinċipali – Prinċipalment, il-Kummissjoni ssostni li, fil-każ inkwistjoni, ma kienx applikabbli l-Artikolu 100 tar-Regolament Nru 1083/2006 (1), iżda kien applikabbli l-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 (2). Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 108 tar-Regolament Nru 1083/2006 hija żbaljata. L-Artikolu 108 japplika biss għal proġetti kofinanzjati li kienu approvati konformement mar-regoli l-ġodda (perijodu 2007 – 2013). Fil-każ inkwistjoni, bis-saħħa tal-Artikolu 105 tar-Regolament Nru 1083/2006, ir-regola applikabbli kienet l-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94. Skont il-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 1164/94 ma ppreveda ebda terminu li fih il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja.

Sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma ffissa ebda terminu imperattiv li fih il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet ta’ korrezzjoni finanzjarja. L-għan essenzjali tad-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja huwa marbut mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Madankollu, il-liġi ma tipprevedi ebda sanzjoni u ma tipprevedi ebda konsegwenza fir-rigward tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu. It-terminu sabiex tiġi adottata d-deċiżjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja huwa terminu indikattiv.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju tal-2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 ( ĠU L 210, p. 25).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94, tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9)


Il-Qorti Ġenerali

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/07 RENV) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Distribuzzjoni ta’ posta - Miżuri adottati mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur Deutsche Post AG - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Interess ġuridiku - Ftuħ mill-ġdid ta’ proċedura magħluqa - Effetti ta’ sentenza ta’ annullament”)

(2015/C 371/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju); UPS Deutschland Inc. & Co. OHG (Neuss, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Ottervanger, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, li tiftaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2), [KE] fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Settembru 2007, dwar il-ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2), KE fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur Deutsche Post AG [għajnuna mill-Istat C 36/07 (ex NN 25/07)] hija annullata sa fejn din tiftaħ il-proċedura ta’ eżami formali fir-rigward tal-miżuri pubbliċi msemmija, bl-eċċezzjoni tal-garanziji mill-Istat mogħtija favur Deutsche Bundespost Postdienst u favur Deutsche Post.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk ukoll sostnuti minn Deutsche Post għar-rikors għal annullament, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura ta’ appel quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

3)

UPS Europe NV/SA u UPS Deutschland Inc. & Co. OHG għandhom jbatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 22, 26.1.2008.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – ClientEarth u International Chemical Secretariat vs ECHA

(Kawża T-245/11) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti miżmuma mill-ECHA - Dokumenti li joriġinaw minn terzi - Terminu stabbilit sabiex tingħata risposta għal talba għal aċċess - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Interess pubbliku superjuri - Informazzjoni ambjentali - Emissjonijiet fl-ambjent”))

(2015/C 371/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) u The International Chemical Secretariat (Göteborg, l-Isvezja) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn D. Abrahams, barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minnt E. Manhaeve, P. Oliver u C. ten Dam, sussegwentement minn E. Manhaeve, P. Oliver u F. Clotuche-Duvieusart u finalment minn E. Manhaeve, F. Clotuche-Duvieusart u J. Tomkim, aġenti); u European Chemical Industry Council (Cefic) (Brussel, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Bronckers u Y. van Gerven, avukati)

Suġġett

Talba ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA tal-4 ta’ Marzu 2011 fir-rigward ta’ rifjut ta’ aċċess għal informazzjoni pprovduta fil-kuntest tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ ċerti sustanzi kimiċi.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (ECHA) tal-4 ta’ Marzu 2011, sa fejn irrifjutat l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba permezz tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, sa fejn tirrigwarda l-ismijiet u tad-dettalji tas-6  611 kumpannija aċċessibbli fuq l-internet, fit-23 ta’ April 2014.

2)

Id-deċiżjoni tal-ECHA tal-4 ta’ Marzu 2011 hija annullata sa fejn hija rrifjutat l-iżvelar ta’ informazzjoni mitluba permezz tal-punt 1 tat-talba għal informazzjoni, sa fejn tirrigwarda informazzjoni li għadha ma ġietx żvelata fit-23 ta’ April 2014.

3)

Il-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.

4)

Kull parti, inklużi l-Kummissjoni Ewropea u l-European Chemical Industry Council (Cefic), għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 194, 2.7.2011.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Oil Pension Fund Investment Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-121/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Modulazzjoni tal-effetti ta’ annullament fiż-żmien”))

(2015/C 371/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oil Pension Fund Investment Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: K. Kleinschmidt, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn hija tinkludi l-isem ta’ Oil Pension Fund Investment Company fil-lista li tidher fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-pożizzjoni komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn jinkludi l-isem ta’ Oil Pension Fund Investment Company fil-lista li tidher fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-deċiżjoni 2012/829 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012 għandhom jinżammu sa fejn jikkonċernaw Oil Pension Fund Investment Company, sad-data ta’ skadenza tat-terminu għall-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jitressaq appel f’dan it-terminu, sa meta l-appell jiġi miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Oil Pension Fund Investment Company.


(1)  ĠU C 129 tal-4/5/2013.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Settembru 2015 – First Islamic Investment Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-161/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità”))

(2015/C 371/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: First Islamic Investment Bank Ltd (Labuan, il-Malażja) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: Á. de Elera-San Miguel Hurtado u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali ta’ parti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li jżomm il-miżuri restrittivi li jikkonċernaw ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Sa fejn jikkonċernaw lil First Islamic Investment Bank Ltd, huma annullati:

il-punt I tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

il-punt I tal-Anness tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

First Islamic Investment Bank għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ First Islamic Investment Bank.


(1)  ĠU C 141 tat-18/5/2013.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – IOC-UK vs Il-Kunsill

(Kawża T-428/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni”))

(2015/C 371/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, M. Gambardella, D. Sellers u N. Pilkington, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer u V. Kaye, sussegwentement V. Kaye, aġent, assistit minn M. Gray, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013 tas- 6 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Iranian Oil Company UK Ltd (IOC-UK) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 313 tas-26/10/2013.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Wahlström vs Frontex

(Kawża T-653/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2010 - Djalogu annwali mal-evalwatur - Iffissar ta’ għanijiet”))

(2015/C 371/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Kari Wahlström (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn A. Duron u D. Waelbroeck, avukati)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea, tad-9 ta’ Ottubru 2013, Wahlström vs Frontex (F-116/12, ĠabraSP, EU:F:2013:143), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tad-9 ta’ Ottubru 2013, Wahlström vs Frontex (F-116/12, ĠabraSP, EU:F:2013:143), hija annullata inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad it-tieni u t-tielet parti tat-tieni motiv għal annullament invokat fl-ewwel istanza kif ukoll it-talba għal indennizz.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2010 ta’ Kari Wahlström huwa annullat.

4)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) hija kkundannata għall-pagament ta’ indennizz ta’ EUR 2  000 lil K. Wahlström.

5)

Frontex hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha relatati ma’ din il-proċedura u ma’ dik quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Accelerate (COLOMBIANO COFFEE HOUSE)

(Kawża T-359/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO COFFEE HOUSE - Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia - Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 371/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Accelerate s.a.l. (Bejrut, il-Libanu)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1200/2013-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia u Accelerate s.a.l.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-27 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1200/2013-5), hija annullata sa fejn din ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia.


(1)  ĠU C 253, 04.08.2014.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – KV vs EACEA

(Kawża T-484/15)

(2015/C 371/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KV (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni EACEA/MH/OG/OKRAPF15D013150 tal-Kap tad-Diviżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura dwar l-iffinanzjar tal-Ftehim Nru 519177-LLP-1-2011-1-GR-KA3-KA3NW fir-rigward tal-proġett “L-iffaċilitar u l-promozzjoni tal-kompetenza diġitali permezz ta’ proġett ta’ volontarjat”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-distinzjoni bejn is-servizz “abitwali” u “addizzjonali” pprovdut mis-soċji/mill-azzjonisti tul il-proġett inkwistjoni, sa fejn l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) ma ħaditx manifestament inkunsiderazzjoni n-natura tas-servizzi pprovduti mis-soċji, ir-rieda manifesta tal-assemblea ġenerali tar-rikorrenti sabiex jiġu indirizzati u rregolati tali servizzi billi qieset li dawn jikkostitwixxu kategorija distinta li ma kinitx taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet tal-Istatuti, u ċ-ċirkustanza li s-servizzi pprovduti mis-soċji fil-proġett inkwistjoni jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-imsemmija deċiżjoni tal-assemblea ġenerali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq it-tieni żball manifest ta’ evalwazzjoni

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi żball manifest ta’ evalwazzjoni għal dak li jirrigwarda l-motivazzjoni tad-deċiżjoni dwar ir-rabta ta’ subordinazzjoni bejn is-soċji/l-azzjonisti u r-rikorrenti, li l-eżistenza tagħha ġiet stabbilita b’mod ċar mill-provi prodotti mill-EACEA.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/26


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-5/14, CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-493/15 P)

(2015/C 371/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. oCurrall u C. Ehrbar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: CX (Enghien, il-Belġju)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-TSP tat-18 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża F-5/14, CX vs Il-Kummissjoni;

tirrivija l-kawża quddiem it-TSP sabiex jiddeċiedi fuq il-motivi l-oħra;

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel motiv, dwar l-opinjonijiet mediċi prodotti fil-kuntest ta’ proċedura dixxiplinarja, ibbażat fuq żbalji ta’ liġi minħabba ksur (i) tar-regoli dwar l-oneru tal-prova, (ii) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem ir-“Regolamenti”), (iii) tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti u (iv) tal-kompetenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar 'il quddiem it-“TSP”).

2.

It-tieni motiv, dwar il-kunċett ta’ sensiela ta’ indizji konkordanti, ibbażat fuq ksur tal-portata ta’ obbligi dwar l-amministrazzjoni tal-prova u difetti ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ premura, peress li t-TSP iddeċieda li, abbażi tal-provi disponibbli għaliha meta adottat id-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni kienet kisret l-obbligu tagħha ta’ premura meta ma talbitx, għat-tielet data, li tidher ir-rikorrenti fl-ewwel istanza għar-raġuni li, l-ewwel nett, il-fatti akkużati bihom kienu relattivament antiki, it-tieni nett, li l-uffiċjal kien fuq leave tal-mard u li, it-tielet nett, l-avukat tagħha kien irrifjuta, għat-tieni darba, t-talba li jidher.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt għal smigħ u ta’ ineżattezza materjali tal-fatti, sa fejn it-TSP ikun ibbaża fuq fatti materjalment żbaljati meta kkonkluda li s-smigħ tar-rikorrenti fl-ewwel istanza seta’ jkollu impatt fuq id-deċiżjoni kkontestata.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/27


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 minn CX mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Ġunju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-27/13, CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-496/15 P)

(2015/C 371/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: CX (Enghien, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara l-appell tagħha ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015, li ġiet innotifika fl-istess jum li fih ingħatat, fil-Kawża F-27/13; u

tiddeċiedi hija stess il-kawża u tilqa’ t-talbiet inizjali tal-appellanti u għalhekk, tilqa’ t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza, bl-esklużjoni ta’ kull talba ġdida;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tan-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tagħhom mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”), tan-nuqqas ta’ korrettezza tal-fatti allegati, tar-rifjut kemm tal-Kummissjoni kif ukoll tat-TSP li jwettqu l-verifikazzjonijiet indispensabbli sabiex tiġi stabbilita l-verità, u tal-iżbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti”) u tal-Artikolu 9 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, sa fejn it-TSP irrikonoxxa li l-Awtorità tal-Ħatra kompetenti ma għandhiex il-poter li tissanzjona l-uffiċjal ikkonċernat billi tattribwixxi direttament, fir-rigward tiegħu, “klassifikazzjoni” fi grad determinat, iżda għandha l-poter esklużiv li tiżgradah, madankollu huwa ma silitx il-konsegwenzi ta’ dan b’mod korrett.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/28


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/15)

(2015/C 371/31)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Κanellopoulos, Ε. Leftheriotou, O. Τsircinidou u Α.-Ε. Vasilopoulou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni kkontestata tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2015“li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1)”, sa fejn ġie eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-infiq imġarrab fil-qasam tal-għajnuna diretta diżakkoppjata fis-snin ta’ talbiet 2009, 2010 u 2010 u fil-qasam tal-kundizzjonalità fis-sens ta’ talbiet 2011, u minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tħallas lir-Repubblika Ellenika s-somma ta’ 10  460,42 EUR, fuq il-bażi tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-632/11, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni, skont il-fatti esposti fir-rikors u l-argumenti mressqa fil-motivi insostenn tal-annullament; u

tikkundanna lil-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

B’mod partikolari, fir-rigward tal-korrezzjoni finanzjarja li qed tiġi imposta fil-kuntest tal-iskema tal-għajnuna diretta diżakkoppjata, ir-Repubblika Ellenika tibbaża ruħha fuq erba’ motivi insostenn tal-annullament.

1.

L-ewwel motiv insostenn tal-annullament huwa mressaq fir-rigward tal-korrezzjoni fissa ta’ 25 % minħabba nuqqasijiet fid-definizzjoni u fil-verifika ta’ mergħat permanenti għas-snin ta’ talba 2009, 2010 u 2011, skont interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament Nru 796/2004 (2) (u l-Artikolu 2(c) suċċessur tiegħu tar-Regolament Nru 1120/2009 (3)).

2.

It-tieni motiv insostenn tal-annullament huwa wkoll imressaq fir-rigward tal-korrezzjoni fissa ta’ 25 % minħabba nuqqasijiet fid-definizzjoni u fil-verifika ta’ mergħat permanenti għas-snin ta’ talba 2009, 2010 u 2011, skont interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-linji gwida, fir-rigward ta’ jekk il-kundizzjonijiet prestabbiliti għall-impożizzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 25 % ġewx issodisfatti – nuqqas ta’ motivazzjoni – il-fatt li l-Kummissjoni qabżitx il-limiti tad-diskrezzjonalità tagħha u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

3.

It-tielet motiv insostenn tal-annullament huwa mressaq fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ korrezzjoni fissa ta’ 5 % minħabba nuqqasijiet fis-sistema ta’ identifikazzjoni ta’ porzjonijiet ta’ art (LPIS) fl-ewwel sena ta’ applikazzjoni tagħha (2009), fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-linji gwida – il-fatt li l-Kummissjoni qabżet il-limiti tad-diskrezzjonalità tagħha u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv insostenn tal-annullament huwa mressaq fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ korrezzjonijiet fissi għal nuqqasijiet fl-ispezzjonijiet fil-post u, speċifikament, b’relazzjoni mal-korrezzjoni ta’ 2 % fir-rigward tal-ineffettività ta’ analiżi tar-riskju għas-sena ta’ talba 2010, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 31 (2) tar-Regolament Nru 1122/2009 (4) u tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 796/2004 – ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kapijiet l-oħra tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni qed jitressqu l-motivi insostenn tal-annullament li ġejjin:

5.

Il-ħames motiv insostenn tal-annullament jirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja fissa ta’ 2 % li qed tiġi imposta fil-kuntest tal-iskema ta’ kundizzjonalità għas-sena ta’ talba 2011, fuq il-bażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 885/2006 (5) u tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (6) – motivazzjoni insuffiċjenti – żbalji fattwali, fir-rigward tal-korrezzjoni fissa ta’ 2 % għas-sena ta’ talba 2011.

6.

Is-sitt motiv insostenn tal-annullament jikkonċerna l-ammont li għandu jiġi rrimborsat lir-Repubblika Ellenika b’eżekuzzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-632/11, fuq il-bażi tal-ksur tal-Artikoli 266 u 280 TFUE fid-dawl tad-dmir tal-Kummissjoni li tieħu miżuri sabiex tiżgura li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tiġi eżegwita, filwaqt li ma ngħatat l-ebda motivazzjoni għan-nuqqas ta’ rimbors tas-somma ta’ 10460.42 EUR lir-Repubblika Ellenika, wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-632/11.


(1)  ĠU 2015 L 182, p. 39.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol., 44, p. 243).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta’ Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (ĠU 2009 L 316, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 ta’ 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU 2009 L 316, p. 65).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 162-MT).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005 L 209, p. 1).


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/29


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-508/15)

(2015/C 371/32)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė, M. Palionis u A. Petrauskaitė, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja u tirreferi għall-iskema ta’ rtirar kmieni mill-produzzjoni tal-komoditajiet agrikoli (linja tal-baġit: 6711);

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega ksur tad-dritt tal-UE:

Billi adottat id-deċżiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1) flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għaliex:

1.

Mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni n-natura tal-ksur u d-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni applikat korrezzjoni b’rata fissa, minkejja l-fatt li l-informazzjoni ppreżentata wara l-verifika ex post tal-applikazzjonijiet kollha, imwettqa mil-Litwanja b’mod xieraq u raġonevoli, ippermettiet li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni d-dannu finanzjarju li fil-verità ġie kkawżat lill-Unjoni Ewropea. Il-Ġvern tar-Repubblika tal-Litwanja jsostni li l-verifiki ex post imwettqa mill-awtoritajiet Litwani huma mod xieraq sabiex jiġi ddeterminat bi preċiżjoni d-dannu lill-fondi, għaliex:

il-kriterji magħżula għall-verifiki huma konsistenti mal-kunċett ta’ produzzjoni tal-komoditajiet agrikoli;

il-Kummissjoni bi żball rabtet il-kunċett ta’ produzzjoni tal-komoditajiet agrikoli mal-kunċett ta’ rziezet ta’ semi sussistenza;

il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-għanijiet tar-Repubblika tal-Litwanja u l-miżuri li kienu spjegati ċarament fid-dokumenti tal-programmi ta’ żvilupp rurali.

2.

F’kull każ, il-Kummissjoni applikat ħażin il-korrezzjoni finanzjarja eċċessiva ta’ 5 %, għaliex l-applikazzjoni ta’ din il-korrezzjoni hija prevista biss meta r-riskju ta’ telf għall-baġit tal-UE jkun sinjifikattiv, filwaqt li l-verifiki mwettqa u l-informazzjoni ppreżentata mir-Repubblika tal-Litwanja wrew biss riskju finanzjarju żgħir lill-baġit tal-UE li setgħa seħħ.


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013 L 347, p. 549).


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/31


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-514/15)

(2015/C 371/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ġunju 2015, GESTDEM 2015/1291, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għall-opinjoni ddettljata maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2015, GESTDEM 2015/1291, li tirrifjuta aċċess lir-rikorrenti għall-opinjoni ddettljata maħruġa mir-Repubblika ta’ Malta fil-kuntest tal-proċedura ta’ notifika 2014/537/PL,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha stess u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata tal-Kummissjoni

It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma jistax raġonevolment jiġi interpretat fis-sens li dokument li jkun jinsab fil-pussess tal-Kummissjoni ma jistax jiġi żvelat jekk dan ikun jista’ jippreġudika l-iskop ta’ xi spezzjoni, investigazzjoni jew verifika, anki jekk id-dokument ma jkunx ġie redatt fil-kuntest jew għall-iskop ta’ tali spezzjoni, investigazzjoni jew verifika.

Ebda preżunzjoni ġenerali li l-iżvelar ta’ dokument ser jippreġudika l-protezzjoni tal-iskop ta’ proċeduri għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ma tista’ tapplika għal dokument prodott fil-kuntest ta’ proċedura ta’ notifika peress li tali preżunzjoni ġenerali ma teżistix fir-rigward ta’ tali proċedura.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni li l-opinjoni tagħha tikkonċerna miżura intiża li tirrimedja ksur tad-dritt tal-Unjoni u tinkludi riferimenti għall-ittra ta’ intimazzjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħha nbdiet il-proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu u evalwazzjoni tal-miżura nnotifikata fid-dawl ta’ din il-proċedura, ma tistabbilixxix l-eżistenza ta’ xi preżunzjoni ġenerali li l-opinjoni ddettaljata ma għandhiex tiġi żvelata.

Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni hija inkonsistenti sa fejn tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq preżunzjoni ġenerali filwaqt li fl-istess ħin tirreferi għall-karatteristiċi speċifiċi “ta’ dan il-każ”.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 u tal-Artikolu 296 TFUE minħabba r-rifjut ta’ aċċess parzjali għall-opinjoni ddettaljata tal-Kummissjoni

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni kien imissha żvelat l-opinjoni ddettaljata tagħha parzjalment, jiġifieri wara li tkun neħħiet ir-riferimenti għall-ittra ta’ intimazzjoni marbuta mal-proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata minkejja l-eżistenza ta’ interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tagħha

Peress li l-opinjoni ddettaljata kienet tikkonċerna miżura li kienet diġà qiegħda tiġi ttrattata fil-Parlament u peress li din l-opinjoni ddettaljata wasslet għall-emenda ta’ din il-miżura, l-iżvelar tagħha kien neċessarju sabiex il-Membri tal-Parlament ikunu jistgħu jifhmu r-raġuni għaliex il-Gvern kien qiegħed jitlobhom jemendaw l-abbozz ippreżentat quddiemhom. Għaldaqstant, hemm interess pubbliku fl-iżvelar tagħha. Il-proċess demokratiku ma jistax jiffunzjona kif mistenni jekk il-Parlament jintalab jimplementa l-opinjonijiet tal-Kummissjoni li ma jkunux żvelati.

Peress li l-legalità tal-proċess ta’ notifika u, għaldaqstant, l-infurzabbiltà tal-abbozz adottat jistgħu jiddependu fuq it-test tal-opinjoni tal-Kummissjoni, jeżisti interess pubbliku ikbar fl-iżvelar minħabba d-dritt għal ċertezza legali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-premessa 3 u tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 98/34/KE (2) minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata tal-Kummissjoni

Ir-rifjut li tiġi żvelata l-opinjoni ddettaljata huwa inkompatibbli man-natura tad-Direttiva 98/34, li hija bbażata fuq it-trasparenza; dan jgħodd iktar u iktar meta l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx invokata l-klawżola ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2), tal-Artikolu 4(5) u tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata ta’ Malta

Ir-rifjut li jingħata aċċess għall-opinjoni ma jistax ikun ibbażat fuq is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni tieħu l-opinjoni ddettaljata ta’ Malta inkunsiderazzjoni meta tieħu deċiżjoni dwar proċedura għal nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu pendenti, jew fuq il-fatt li tkun inkludiet din l-opinjoni fl-inkartament ta’ din il-proċedura.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba r-rifjut ta’ aċċess għall-opinjoni ddettaljata ta’ Malta

Il-Kummissjoni inizjalment irrifjutat li tiddeċiedi dwar l-iżvelar tal-opinjoni ta’ Malta minħabba raġunijiet li setgħu jiġu interpretati biss fis-sens li d-deċiżjoni kienet ser tiddependi minn jekk il-Kummissjoni taċċettax is-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-402/12, Carl Schlyter vs Il-Kummissjoni, li tistabbilixxi li opinjonijiet iddettaljati huma suġġetti għall-iżvelar, jew jekk tappellax minn din is-sentenza. Madankollu, il-Kummissjoni ma appellatx minn din is-sentenza u rrifjutat l-iżvelar għal raġunijiet li ma humiex marbuta ma’ din is-sentenza u li l-Kummissjoni qieset li kienu insuffiċjenti, għaliex altrimenti hija kienet tagħti deċiżjoni negattiva qabel l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ appell fil-Kawża T-402/12.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/33


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Almaz-Antey vs Il-Kunsill

(Kawża T-515/15)

(2015/C 371/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: OAO Concern PVO Almaz-Antey (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: C. Stumpf u A. Haak, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/971, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU 2015 L 157, p. 50), sa fejn din id-deċiżjoni tapplika għar-rikorrenti,

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni adottata mill-Kunsill kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, jiġifieri d-drittijiet tad-difiża tagħha u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ma pprovdiex raġunijiet xierqa jew suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tar-rikorrenti fil-lista tal-persuni, entitajiet jew korpi li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill ma stabbilixxiex il-prova li r-rikorrenti hija involuta fid-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna jew li hija għandha xi influwenza fuq is-suċċess tal-implementazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qies li wieħed mill-kriterji għall-inklużjoni fil-lista ta’ persuni suġġetti għall-miżura kkontestata kien issodisfatt f’dak li jirrigwarda lir-rikorrenti.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li, b’konsegwenza tal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/971, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, ma għandux bażi ġuridika suffiċjenti, u dan ifisser li l-inklużjoni tar-rikorrenti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, abbażi tar-Regolament ta’ implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 826/2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, hija ineffettiva.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/34


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – NICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-524/15)

(2015/C 371/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Naftiran Intertrade Co. (NICO) Sàrl (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, P. Gjørtler, G. Pandey, u D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-Kunsill, bħala miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jiżvela l-verżjoni sħiħa tal-Anness 1 tad-dokument 7228/14 EXT 1 tat-23 ta’ Jannar 2015 dwar “I/A ITEM NOTE” mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill lill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti kif ukoll kull dokument ieħor li jikkonċerna lir-rikorrenti,

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tas-26 ta’ Ġunju 2015, indirizzata lill-avukati tar-rikorrenti, dwar ir-reviżjoni tal-lista ta’ persuni u entitajiet innominati fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2012/635/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012, u fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif implementat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012 tal-15 ta’ Ottubru 2012, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi rifjut li tneħħi lir-rikorrenti mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal smiegħ, ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

Ir-rikorrenti matul il-proċedura ta’ reviżjoni għadha kemm ġiet informata li deċiżjoni negattiva kontra tagħha kienet diġà ġiet adottata mill-Kunsill. Ma ngħatat l-ebda possibbiltà li tikkummenta u tirrikorri għad-drittijiet tad-difiża tagħha. Minflok, ingħatat biss terminu sabiex tingħat kummenti li, mhux talli ma humiex ser jittieħdu inkunsiderazzjoni qabel ma jieħu deċiżjoni, imma l-Kunsill ser jeżaminahom biss fi proċess amministrattiv separat ta’ tneħħija mil-lista u reviżjoni fil-futur.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni

Id-deċiżjoni ta’ reviżjoni ma għandhiex motivazzjoni xierqa li tippermetti lir-rikorrenti tifhem għaliex l-applikazzjoni amministrattiva tagħha għal tneħħija mil-lista ġiet irrifjutata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-forom proċedurali u sostantivi essenzjali

Il-Kunsill ibbaża ruħu b’mod ċar fuq dokumenti u evidenza marbuta ma’ fażijiet preċedenti tal-proċedimenti amministrattivi sabiex jiġġustifika d-deċiżjoni kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali u sostantivi essenzjali, ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u nuqqas ta’ kompetenza tal-persuna li tiffirma d-deċiżjoni kkontestata.

L-ittra tal-Kunsill ikkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2015 li tinkludi d-deċiżjoni sabiex ma jsirx tneħħija mil-lista hija vvizzjata formalment. Difetti bħal dawn fil-forma tal-att inkwistjoni jagħtu wkoll lok għal ksur sostanzjali tad-drittijiet tar-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni Nru 20017/140/PESK (ĠU 2010 L 195, p. 39).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012 L 88, p. 1).


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/35


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawża T-525/15)

(2015/C 371/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petro Suisse Intertrade Co. SA (Pully, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Grayston, P. Gjørtler, G. Pandey, u D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 161, p. 19), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 161, p. 1), sa fejn dawn l-atti jinkludu lir-rikorrenti fil-kategorija tal-persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tas-26 ta’ Ġunju 2015, indirizzata lill-avukati tar-rikorrenti, li tikkonċerna l-eżami mill-ġdid tal-lista tal-persuni u entitajiet imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PSK u fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sa fejn din id-deċiżjoni tikkostitwixxi rifjut li r-rikorrenti titneħħa mil-lista tal-persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi.

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

Id-Deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2015 (id-“deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid ikkontestata”) serviet ukoll ta’ ittra ta’ notifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 u għar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2015/1001 (l-“atti kkonstestati”), iżda ebda motivazzjoni ma hija mogħtija fl-ittra għall-adozzjoni tal-atti kkontestati.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Minkejja li hija proprjetà ta’ NIOC, ir-rikorrenti tikkostitwixxi entità ġuridika distinta li hija stabbilita fl-Isvizzera u topera b’mod leġittimu bħala kumpannija ta’ servizzi lokali bi dħul mill-bejgħ limitat ħafna.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża

Billi awtorizza lil Stat Membru wieħed, mhux identifikat, sabiex fil-prattika jimponi lill-Kunsill sabiex jieħu deċiżjoni mingħajr ma jeżamina ebda dokument rilevanti jew provi insostenn tagħha, il-Kunsill b’mod unilaterali introduċa proċedura ġdida ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, li l-bażi legali tagħha la tinsab fl-Artikolu 215 TFUE u lanqas f’ebda post ieħor fit-trattati. Dan il-mod ta’ kif wieħed jipproċedi ifixkel il-bilanċ bejn is-setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għall-proprjetà

Il-Kunsill ma pprovdiex b’mod sostanzjali raġunijiet għar-restrizzjonijiet imposti fuq ir-rikorrenti. L-inklużjoni fil-lista tar-rikorrenti, li hija kumpannija Svizzera b’attivitajiet limitati bħala kumpannija ta’ servizzi lokali, bl-ebda mod ma tista’ tikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, u l-Kunsill ma jista’ jġib ebda prova kuntrarja.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawża T-526/15)

(2015/C 371/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HK Intertrade Co. Ltd (Wanchai, Hong Kong) (rappreżentanti: J. Grayston, P. Gjørtler, G. Pandey, and D. Rovetta, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015 L 161, p. 19) kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015 L 161, p. 1), sa fejn dawn l-atti jinkludu lir-rikorrenti fil-kategorija ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi,

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tas-26 ta’ Ġunju 2015, indirizzata lill-avukati tar-rikorrenti, li tirrigwarda l-eżami mill-ġdid tal-lista ta’ persuni u entitajiet imsemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, sa fejn din id-deċiżjoni tikkostitwixxi rifjut biex ir-rikorrenti titneħħa mil-lista ta’ persuni u entitajiet suġġetti għall-miżuri restrittivi,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti

Id-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2015 (id-“deċiżjoni ta’ eżami mill-ġdid ikkontestata”) serviet ukoll bħala ittra ta’ notifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001 (l-“atti kkontestati”), iżda l-ebda motivazzjoni ma hija mogħtija fl-ittra għall-adozzjoni tal-atti kkontestati. Barra minn hekk, il-motivazzjoni mogħtija mill-Kunsill ma tissodisfax ir-rekwiżiti ddefiniti mill-ġurisprudenza.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Għalkemm hija l-proprjetà ta’ NIOC, ir-rikorrenti tikkostitwixxi entità ġuridika distinta li hija stabbilita f’Hong Kong u hija attiva fis-suq separat tal-Asja li huwa ’l bogħod ħafna minn kull kontroll allegatament imwettaq minn NIOC fuq l-attivitajiet tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża

Billi awtorizza lil Stat Membru wieħed, mhux identifikat, biex jordnalu fil-prattika li jieħu deċiżjoni mingħajr ma jeżamina ebda dokumenti rilevanti jew provi insostenn tagħha, il-Kunsill unilateralment introduċa proċedura ġdida għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li ma għandha ebda bażi legali fl-Artikolu 215 TFUE jew x’imkien ieħor fit-trattati. Dan il-mod ta’ proċediment ifixkel il-bilanċ bejn is-setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kunsill u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għall-proprjetà

Il-Kunsill ma tax motivi b’mod sostanzjali għar-restrizzjonijiet imposti fuq ir-rikorrenti. L-inklużjoni fil-lista tar-rikorrenti, kumpannija bbażata f’Hong Kong attiva fis-suq Asjatiku, ma tista’ bl-ebda mod tikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u l-Kunsill ma jista’ jipproduċi ebda prova kuntrarja.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/37


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2015 – Intesa Sanpaolo vs UASI (START UP INITIATIVE)

(Kawża T-529/15)

(2015/C 371/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Intesa Sanpaolo SpA (Torino (TO), l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, F. Branga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “START UP INITIATIVE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 011 838

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2777/2014-1

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tiddikjara l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/38


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (Viewty GT)

(Kawża T-534/15)

(2015/C 371/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Viewty GT” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 017 237

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet magħquda R 1937/2014-2 u R 1564/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tar-Regolament Nru 207/2009.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/39


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2015 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)

(Kawża T-535/15)

(2015/C 371/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentani: U. Lüken, J. Bärenfänger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ÏD Group (Roubaix, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Fashion ID” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 638 658

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2470/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad it-trade mark Komunitarja Nru10 638 658 f’dak li jikkonċerna l-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 14, 18, 25 u 35 suġġett tal-oppożizzjoni;

tannulla d-deċiżjoni korrispondenti adottata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2014 (Każ B 2 038 399) sa fejn id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħet l-oppożizzjoni intiża għaċ-ċaħda tat-trade mark Komunitarja Nru 10 638 658;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula fis-26 ta’ Ġunju 2012 kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 638 658 fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell ma ħadux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-impressjoni ġenerali prodotta mis-sinjali għandha tiġi evalwata billi t-trade mark ikkontestata tiġi kkunsidrata bħala ħaġa waħda, mingħajr ma jiġu evalwati d-dettalji differenti tagħha.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/40


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Settembru 2015 – CBM vs UASI – ÏD Group (Fashion ID)

(Kawża T-536/15)

(2015/C 371/41)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CBM Creative Brands Marken GmbH (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: U. Lüken, J. Bärenfänger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ÏD Group (Roubaix, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Fashion ID” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 589 082

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2472/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nu 11 589 082 fir-rigward ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 16 u 41 li huma s-suġġett tal-oppożizzjoni;

tannulla d-deċiżjoni korrispondenti adottata mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2014 (Każ B 2 197 401) sa fejn id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni laqgħat l-oppożizzjoni intiża sabiex l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 589 082 tiġi miċħuda.

tiċħad l-oppożizzjoni mressqa fis-7 ta’ Ġunju 2012 kontra l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nruo11 589 082 kollha kemm hi;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u l-Bord tal-Appell ma ħadux inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja li tipprovdi li l-impressjoni ġenerali prodotta mis-sinjali għandha tiġi evalwata billi wieħed jara t-trade mark ikkontestata fit-totalità tagħha, mingħajr ma jeżamina d-diversi dettalji tagħha.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/41


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2015 – Deutsche Post vs UASI – Verbis Alfa (InPost)

(Kawża T-537/15)

(2015/C 371/42)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Viefhues u T. Heitmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Verbis Alfa sp. z o.o. (Krakau, il-Polonja), EasyPack sp. z o.o. (Krakau, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikanti tat-trade mark ikkontestata: il-partijiet l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva “InPost” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 049 558

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 546/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tiċħad l-appell tar-rikorrenti għal servizzi identiċi;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/42


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – Regent University vs UASI – Regent’s College (REGENT UNIVERSITY)

(Kawża T-538/15)

(2015/C 371/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Regent University (Virginia Beach, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Wilkinson, Solicitor u E. Himsworth, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Regent’s College (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “REGENT UNIVERSITY” – Trade mark Komunitarja Nru 4 711 594

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1859/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Bord tal-Appell għal kunsiderazzjon ulterjuri;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-persuna li qegħda titlob il-kanċellazzjoni għall-ispejjeż tal-proċedimenti, inklużi l-ispejjeż tar-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell, fil-każ li l-persuna li qegħda titlob il-kanċellazzjoni ssir parti intervenjenti f’dawn il-proċedimenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 53(1) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/43


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – Pi-Design vs UASI – Nestlé (PRESSO)

(Kawża T-545/15)

(2015/C 371/44)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pi-Design AG (Triegen, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Apelt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea “PRESSO” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 093 132 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2/07/2015 fil-Każ R 428/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/44


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Settembru 2015 minn Fernando De Esteban Alonso mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Lulju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-35/15, De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-557/15 P)

(2015/C 371/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

jannulla d-digriet F-35/15 tal-15 ta’ Lulju 2015 li permezz tiegħu l-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ċaħad ir-rikors tiegħu;

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra bid-data tal-21 ta’ Novembru 2014, riċevuta fit-3 ta’ Diċembru 2014, li tiċħad l-ilment Nru R/865/14 magħmul mir-rikorrent fil-5 ta’ Awwissu 2014;

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ċaħda ta’ twettiq tal-ġustizzja, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda b’digriet, mingħajr ma ppermetta skambju ġdid ta’ noti jew seduta pubblika.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tad-drittijiet tad-difiża, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda b’digriet, mingħajr ma ppermetta skambju ġdid ta’ noti jew seduta pubblika.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku żied kundizzjoni ġdida mal-kundizzjonijiet previsti għall-assistenza istituzzjonali fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Paglieri Sell System vs UASI (APOTEKE)

(Kawża T-563/15)

(2015/C 371/46)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Paglieri Sell System SpA (Pozzolo Formigaro, l-Italja) (rappreżentanti: P. Pozzi, F. Braga, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “APOTEKE” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 13 014 691

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2428/2014-5

Talbiet

tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni inkorretta tal-Artikoli 7(1)(b) u (c), u 7(2) tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/46


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 – Schönberger vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-14/12 RENV)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kawża mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wara annullament - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2011 - Rifjut ta’ promozzjoni - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

(2015/C 371/47)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrent: Peter Schönberger (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: O. Mader, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schäfer u Í. Ní Riagáin Düro, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestment infondat.

2)

Fil-Kawżi F-14/12 u F-14/12 RENV, P. Schönberger għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea.

3)

Fil-Kawża T-26/14 P, il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn P. Schönberger.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/46


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Settembru 2015 – Kriscak vs Europol

(Kawża F-73/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Konvenzjoni Europol - Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Anness 1 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol - Lista ta’ pożizzjonijiet indikati b’tipa grassa li jistgħu jimtlew biss minn persuna reklutata mis-servizzi kompetenti fis-sens tal-Artikolu 2(4) tal-Konvenzjoni Europol - Postijiet ristretti - Deċiżjoni Europol - Pożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu okkupati minn persuna reklutata mill-awtoritajiet kompetenti fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Europol - Applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għall-membri tal-persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ffissat għal żmien determinat - Rifjut li jingħata kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni))

(2015/C 371/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Christiana Kriscak (Den Hagen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija Europol (rappreżentanti: D. Neumann, J. Arnould u C. Falmagne, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti u għall-kumpens tad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ukoll li jbati terz mill-ispejjeż sostnuti minn C. Kriscak.

3)

C. Kriscak tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014, p. 27.


9.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/47


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 – Carlo Nunes vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża F-54/15)

((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kontestazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ reklutaġġ - Ilment tardiv - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà manifesta))

(2015/C 371/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Carlo Nunes (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M. Petit, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċizjoni meħuda mill-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea f’April 2009 li tbiddel it-tip ta’ kuntratt u r-renumerazzjoni tar-rikorrent u talba sabiex tadatta r-renumerazzjoni tiegħu b’mod retroattiv b’effett minn April 2009.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissabbli.

2)

C. Numes għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.