ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 363

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
3 ta' Novembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 363/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 363/02

Kawża C-20/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Daniel Unland vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikoli 2, 3(1)(ċ) u 6(1) — Diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età — Salarju bażiku tal-imħallfin — Sistema tranżitorja — Riklassifikazzjoni u progress sussegwenti — Twettiq ta’ differenza fit-trattament — Ġustifikazzjonijiet)

2

2015/C 363/03

Kawża C-506/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kuntratt li jagħti għajnuna finanzjarja favur proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirkupra parti mis-somom imħallsa minn qabel — Rikors għal annullament — Inammissibbiltà)

3

2015/C 363/04

Kawża C-511/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015 – Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd, GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt), Osram GmbH, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Dumping — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikoli 4(1), 5(4) u 9(1) — Regolament (KE) Nru 1205/2007 — Importazzjoni ta’ lampi fluworexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Vjetnam, mill-Pakistan u mill-Filippini — Ħsara kkawżata lil industrija Komunitarja — Proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ prodotti simili)

4

2015/C 363/05

Kawża C-569/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Malmö – l-Isvezja) – Bricmate AB vs Tullverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika kummerċjali — Dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 — Validità — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikoli 3(2), (3), (5) u (6), 17, 20(1) — Determinazzjoni tad-dannu u tar-rabta kawżali — Żbalji ta’ fatt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Dmir ta’ diliġenza — Eżami tal-provi mibgħuta minn importatur fil-kampjun — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża)

5

2015/C 363/06

Kawża C-687/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Dumping — Dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina — Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 917/2011 — Validità — Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 2(7)(a) — Valur normali — Determinazzjoni fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq — Għażla tal-pajjiż terz xieraq — Dmir ta’ diliġenza — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Teħid ta’ kampjuni)

5

2015/C 363/07

Kawża C-4/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Christophe Bohez vs Ingrid Wiertz (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikoli 1(2) u 49 — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’oqsma ċivili u kummerċjali — Oqsma esklużi — Dritt tal-familja — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 47(1) — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar tad-deċiżjonijiet fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess marbut mal-pagamenti ta’ penalità — Eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ penalità)

6

2015/C 363/08

Kawża C-36/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Suq intern tal-gass naturali — Direttiva 2009/73/KE — Intervent tal-Istat li jikkonsisti fl-obbligu li jiġu applikati prezzijiet ta’ provvista approvati minn awtorità nazzjonali — Miżura mhux limitata fiż-żmien — Assenza ta’ kontroll perijodiku obbligatorju tan-natura neċessarja ta’ din il-miżura u tal-metodi ta’ applikazzjoni tagħha — Applikazzjoni għal grupp illimitat ta’ benefiċjarji, mingħajr distinzjoni bejn il-klijenti jew bejn is-sitwazzjonijiet individwali — Proporzjonalità)

7

2015/C 363/09

Kawża C-44/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 1052/2013 — Qsim tal-fruntieri esterni — Sistema Eurosur — Żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen — Parteċipazzjoni — Kooperazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit — Validità)

8

2015/C 363/10

Kawża C-47/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiż l-Baxxi) – Holterman Ferho Exploitatie BV, Ferho Bewehrungsstahl GmbH, Ferho Vechta GmbH, Ferho Frankfurt GmbH vs Friedrich Leopold Freiherr Spies von Büllesheim Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(1) — Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali — Artikolu 5(3) — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt — Artikoli 18 sa 21 — Kuntratti individwali ta’ impjieg — Kuntratt ta’ direttur ta’ kumpannija — Tmiem tal-kuntratt — Motivi — Eżekuzzjoni ħażina tal-mandat u aġir illegali — Azzjoni dikjaratorja u azzjoni għad-danni — Kunċett ta’ kuntratt individwali ta’ impjieg

8

2015/C 363/11

Kawżi magħquda C-72/14 u C-197/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Inspecteur van Rijksbelastingdienst (C-72/14) u T. A. van Dijk vs Staatssecretaris van Financiën (C-197/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ħaddiema migranti — Sigurtà soċjali — Leġiżlazzjoni applikabbli — Baħħara tax-xmara Rhein — Ċertifikat E 101 — Saħħa probatorja — Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja — Obbligu ta’ rinviju)

9

2015/C 363/12

Kawża C-81/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nannoka Vulcanus Industries BV vs College van gedeputeerde staten van Gelderland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 1999/13/KE — Anness II B — Tniġġis atmosferiku — Taħlit organiku volatili — Tnaqqis tal-emissjonijiet — Użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u installazzjonijiet — Obbligi applikabbli għall-installazzjonijiet eżistenti — Estensjoni tat-terminu)

10

2015/C 363/13

Kawża C-105/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Cuneo – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċeduri kriminali li jikkonċernaw reati fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Artikolu 325 TFUE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni assoluti li jistgħu jagħtu lok għall-impunità tar-reati — Effett potenzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea — Obbligu tal-qorti nazzjonali li ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt intern li tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-dritt tal-Unjoni)

11

2015/C 363/14

Kawża C-106/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD), Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB) vs Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem — Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) — Artikoli 7(2) u 33 — Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna preżenti f’oġġetti — Obbligi ta’ notifika u ta’ informazzjoni — Kalkolu tal-limitu ta’ 0,1 % piż b’piż)

12

2015/C 363/15

Kawża C-151/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Artikolu 49 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Nutara — Kundizzjonijiet ta’ nazzjonalità — Artikolu 51 TFUE — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika

13

2015/C 363/16

Kawża C-160/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varas Cíveis de Lisboa – il-Portugall) – João Filipe Ferreira da Silva e Brito et vs Estado português (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-liġijiet — Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozji — Kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju — Obbligu li ssir talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE — Allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ kumpens għad-dannu subit minħabba tali ksur għall-annullament minn qabel tad-deċiżjoni li tkun ikkawżat dan id-dannu)

14

2015/C 363/17

Kawża C-240/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – Eleonore Prüller-Frey vs Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’każ ta’ inċident — Kawża għad-danni — Konvenzjoni ta’ Montréal — Regolament (KE) Nru 2027/97 — Titjira mingħajr ħlas magħmula mill-proprjetarju ta’ proprjetà immobbli bil-għan li tintwera din il-proprjetà lil akkwirent eventwali — Regolament (KE) Nru 864/2007 — Azzjoni diretta prevista mid-dritt nazzjonali kontra l-assiguratur għal responsabbiltà ċivili)

15

2015/C 363/18

Kawża C-266/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional – Spanja) – Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.) vs Tyco Integrated Security SL, Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 2(1) — Kunċett ta’ ħin tax-xogħol — Ħaddiema mingħajr post tax-xogħol fiss jew abitwali — Ħin għall-ispostament bejn id-dar tal-ħaddiema u s-siti tal-ewwel klijent u tal-aħħar klijent)

16

2015/C 363/19

Kawża C-363/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Europol — Lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet — Determinazzjoni tal-bażi legali — Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Bażi legali sekondarja — Distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u miżuri ta’ eżekuzzjoni — Konsultazzjoni mal-Parlament — Inizjattiva ta’ Stat Membru tal-Kummissjoni)

16

2015/C 363/20

Kawża C-408/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Aliny Wojciechowski vs Office national des pensions (ONP) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Uffiċjal irtirat tal-Unjoni Ewropea li, qabel id-dħul tiegħu fil-kariga, ikun eżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru li fih huwa assenjat — Dritt għall-pensjoni skont l-iskema nazzjonali ta’ pensjoni tal-ħaddiema impjegati — Unità tal-karriera — Rifjut li titħallas il-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem impjegat — Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali)

17

2015/C 363/21

Kawża C-473/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Dimos Kropias Attikis vs Ypourgos Perivallontos, Energeias kai Klimatikis Allagis (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2001/42/KE — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent — Sistema ta’ protezzjoni taż-żona muntanjuża tal-Ymittos — Proċedura ta’ emenda — Applikabbiltà ta’ din id-direttiva — Pjan regolatur u programm ta’ protezzjoni tal-ambjent taż-żona l-kbira ta’ Ateni)

18

2015/C 363/22

Opinjoni 2/15: Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE

18

2015/C 363/23

Kawża C-348/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Lulju 2015 – Stadt Wiener Neustadt

19

2015/C 363/24

Kawża C-400/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Landkreis Potsdam-Mittelmark vs Finanzamt Brandenburg

19

2015/C 363/25

Kawża C-417/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2015 – Wolfgang Schmidt vs Christiane Schmidt

20

2015/C 363/26

Kawża C-424/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Xabier Ormaetxea Garai u Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado

21

2015/C 363/27

Kawża C-434/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 – Asociación Profesional Elite Taxi vs Uber Systems Spain, S.L.

21

2015/C 363/28

Kawża C-435/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – GROFA GmbH vs Hauptzollamt Hannover

22

2015/C 363/29

Kawża C-448/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Awwissu 2015 – Belgische Staat vs Comm. V.A. Wereldhave Belgium et

23

2015/C 363/30

Kawża C-453/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – proċeduri kriminali kontra A, B

24

2015/C 363/31

Kawża C-463/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Settembru 2015 – Openbaar Ministerie vs A

25

2015/C 363/32

Kawża C-471/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Sjelle Autogenbrug I/S vs Skatteministeriet

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 363/33

Kawża T-346/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (Agrikoltura — Organizzazzjoni komuni tas-swieq — Settur tal-frott u l-ħaxix — Assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi — Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tal-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tagħha — Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 — Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007)

26

2015/C 363/34

Kawża T-472/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni [Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ġeneriku Zoledronic acid Teva Pharma — zoledronic acid — Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data għall-prodotti mediċinali ta’ riferiment Zometa u Aclasta, li jinkludu s-sustanza attiva tal-aċtu żoledroniku — Direttiva 2001/83/KE — Regolament (KEE) Nru 2309/93 u Regolament (KE) Nru 726/2004 — Awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq — Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data]

26

2015/C 363/35

Kawża T-483/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Nestlé Unternehmungen Deutschland vs UASI – Lotte (Rappreżentazzjoni ta’ koala) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta lill-koalas — Trade marks nazzjonali tridimensjonali preċedenti KOALA-BÄREN u figurattivi preċedenti KOALA — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

27

2015/C 363/36

Kawża T-5/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-18 ta’ Settembru 2015 – Iran Liquified Natural Gas vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Entità infra-Statali — Locus standi — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Żball ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament)

28

2015/C 363/37

Kawża T-67/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Novartis Europharma vs Il-Kummissjoni [Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali ġeneriku Zoledronic acid Hospira — zoledronic acid — Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data għall-prodotti mediċinali ta’ riferiment Zometa u Aclasta, li fihom is-sustanza attiva aċtu żoledroniku — Direttiva 2001/83/KE — Regolament (KEE) Nru 2309/93 u Regolament (KE) Nru 726/2004 — Awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq — Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data]

29

2015/C 363/38

Kawża T-158/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Iralco vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi mfixkla l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar tal-fondi — Żball ta’ evalwazzjoni)

30

2015/C 363/39

Kawża T-387/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Hautrive (COLOMBIANO HOUSE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO HOUSE — Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia — Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

31

2015/C 363/40

Kawża T-395/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Miettinen vs Il-Kunsill ([Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill fuq proposti ta’ direttiva u ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali applikabbli għall insider dealing u għall-manipulazzjoni tas-suq — Rifjut parzjali ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ pariri legali — Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali]

32

2015/C 363/41

Kawża T-420/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Konklużjoni ta’ kuntratti qafas — Traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi għall-Franċiż — Stedina għat-tfih ta’ offerta — Esklużjoni ta’ subappaltatur propost — Kapaċità professjonali — Rekwiżit ta’ taħriġ ġuridiku sħiħ — Rikonoxximent ta’ diplomi — Proporzjonalità — Trasparenza)

33

2015/C 363/42

Kawża T-691/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Ricoh Belgium vs Il-Kunsill (Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal provvisti — Proċedura għal sejħa għall-offerti — Apparat multifunzjoni iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza)

34

2015/C 363/43

Kawża T-710/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Bundesverband Deutsche Tafel vs UASI – Tiertafel Deutschland (Tafel) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Tafel — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

35

2015/C 363/44

Kawża T-45/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – HTTS u Bateni vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restittivi adottati kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi — Kriterju marbut mal-provvista ta’ servizzi essenzjali għall-IRISL jew għal entitajiet li huma proprjetà tagħha, li huma kkontrollati minnha jew li jaġixxu f’isimha — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt tal-proprjetà — Libertà ta’ impriża — Dritt għar-rispett lejn il-ħajja tal-familja — Proporzjonalità)

36

2015/C 363/45

Kawża T-231/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – EMA vs Drakeford (Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal temporanju — Kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat — Ġurisdizzjoni sħiħa)

37

2015/C 363/46

Kawża T-323/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Bankia vs UASI – Banco ActivoBank (Portugal) (Bankia) (Trade mark Komunitarja — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bankia — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BANKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

38

2015/C 363/47

Kawża T-550/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (COMPETITION) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMPETITION — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

38

2015/C 363/48

Kawża T-452/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Petrov et vs Il-Parlament Ewropew

39

2015/C 363/49

Kawża T-477/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA

40

2015/C 363/50

Kawża T-492/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

41

2015/C 363/51

Kawża T-511/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Fontem Holdings 4 vs UASI (BLU ECIGS)

42

2015/C 363/52

Kawża T-519/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 – myToys.de vs UASI – Laboratories Indas (myBaby)

42

2015/C 363/53

Kawża T-544/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2015 – Terna vs Il-Kummissjoni

43

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 363/54

Kawża F-72/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2015 – Anagnostu et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 — Rata multiplikatriċi ta’ referenza — Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal — Miżuri tranżitorji għall-perijodu li jmur mill-1 ta’ Mejju 2004 sat-30 ta’ April 2011 — Artikolu 9 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Iffissar tal-limiti ta’ promozzjoni — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi — Interess ġuridiku)

46

2015/C 363/55

Kawża F-20/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Barnett vs KESE (Servizz pubbliku — Pensjoni — Pensjoni tal-irtirar — Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni — Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Eċċezzjoni ta’ illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni — Interess tas-servizz — Definizzjoni — Assenza — Tul tal-attività professjonali tal-applikant — Teħid inkunsiderazzjoni tal-karriera professjonali kollha kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni — Legalità)

47

2015/C 363/56

Kawża F-82/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Gioria vs Il-Kummissjoni (Uffiċjal pubbliku — Kompetizzjonijiet ġenerali — Kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 — Relazzjoni ta’ parentela bejn membru tal-Bord tal-Għażla u kandidat — Kunflitt ta’ interessi — Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal — Reklutaġġ ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla kwalitajiet ta’ integrità — Deċiżjoni li l-kandidat jiġi eskluż mill-kompetizzjoni)

47

2015/C 363/57

Kawża F-83/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Silvan vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura ta’ promozzjoni 2013 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss — Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — DĠI tal-Kummissjoni — Eċċezzjoni tal-illegalità — Tqabbil tal-merti — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni — Assenza tal-marki jew tal-evalwazzjonijiet analitiċi — Kummenti litterali)

48

2015/C 363/58

Kawża F-92/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Settembru 2015 – Weissenfels vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rikors għad-danni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Kontenut ta’ posta elettronika mibgħuta mill-aministrazzjoni lil uffiċjal pensjonant — Preġudizzju għall-unur tar-rikorrent — Assenza — Trażmissjoni mill-membri tal-persunal li jirrapreżentaw l-istituzzjoni, ta’ informazzjoni dwar ir-rikorrent lill-avukat tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Ksur tar-Regolament Nru 45/2001 — Dikjarazzjonijiet fattwali foloz)

49

2015/C 363/59

Kawża F-71/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Simone vs ECDC

49


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 363/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 354, 26.10.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 346, 19.10.2015

ĠU C 337, 12.10.2015

ĠU C 328, 5.10.2015

ĠU C 320, 28.9.2015

ĠU C 311, 21.9.2015

ĠU C 302, 14.9.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Berlin – il-Ġermanja) – Daniel Unland vs Land Berlin

(Kawża C-20/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 2, 3(1)(ċ) u 6(1) - Diskriminazzjoni diretta bbażata fuq l-età - Salarju bażiku tal-imħallfin - Sistema tranżitorja - Riklassifikazzjoni u progress sussegwenti - Twettiq ta’ differenza fit-trattament - Ġustifikazzjonijiet))

(2015/C 363/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Daniel Unland

Konvenut: Land Berlin

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni tal-imħallfin jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li s-salarju bażiku ta’ mħallef jiġi stabbilit, fil-mument tal-ħatra tiegħu, esklużivament skont l-età tiegħu.

3)

L-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiddefinixxi l-metodi ta’ riklassifikazzjoni, fi ħdan sistema ta’ remunerazzjoni ġdida, ta’ mħallfin fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, billi tipprovdi li l-iskala ta’ salarju li issa għandha tapplika għalihom għandha tiġi ddeterminata esklużivament fuq l-ammont ta’ salarju bażiku li huma kienu jirċievu taħt is-sistema ta’ remunerazzjoni preċedenti, minkejja li din is-sistema kienet ibbażata fuq diskriminazzjoni bbażata fuq l-età tal-imħallef, sa fejn id-differenza fit-trattament li tirriżulta minn din il-leġiżlazzjoni tista’ tiġi ġġustifikata mill-għan tal-protezzjoni ta’ drittijiet kweżiti.

4)

L-Artikoli 2 u 6(1) tad-Direttiva 2000/78 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiddefinixxi l-metodi ta’ progress ta’ mħallfin fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, skont is-sistema ta’ remunerazzjoni l-ġdida, u li tipprovdi li, b’effett minn ċerta skala, l-imħallfin li jkunu laħqu ċerta età fid-data ta’ referenza stabbilita għat-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida jkunu jibbenefikaw minn progress iktar mgħaġġel minn dak previst għall-imħallfin li kienu iżgħar fid-data ta’ referenza stabbilita għat-tranżizzjoni lejn is-sistema l-ġdida, sa fejn id-differenza fit-trattament implikata minn din il-liġi tista’ tiġi ġġustifikata skont l-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva.

5)

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, id-dritt tal-Unjoni ma jimponix li jingħata retroattivament lill-imħallfin diskriminati ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn ir-remunerazzjoni effettivament imħallsa u dik li tikkorrispondi għall-iskala l-iktar għolja tal-grad tagħhom.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja humiex issodisfatti sabiex, skont id-dritt tal-Unjoni, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja titqies li hija responsabbli.

6)

Id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprovdi l-obbligu għall-qorti nazzjonali li tinvoka dritt għal ħlas finanzjarju li ma jirriżultax direttament mil-liġi f’terminu relattivament qasir, jiġifieri qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja, jekk din ir-regola la tkun tikser il-prinċipju ta’ ekwivalenza u lanqas il-prinċipju ta’ effettività. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-506/13 P) (1)

((Appell - Kuntratt li jagħti għajnuna finanzjarja favur proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirkupra parti mis-somom imħallsa minn qabel - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà))

(2015/C 363/03)

Lingwa tal-proċedura: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune, aġent, E. Petritsi, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015 – Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Hangzhou Duralamp Electronics Co., Ltd, GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt), Osram GmbH, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-511/13 P) (1)

((Appell - Dumping - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikoli 4(1), 5(4) u 9(1) - Regolament (KE) Nru 1205/2007 - Importazzjoni ta’ lampi fluworexxenti kompatti elettroniċi u integrati (CFL-i) li joriġinaw miċ-Ċina, mill-Vjetnam, mill-Pakistan u mill-Filippini - Ħsara kkawżata lil industrija Komunitarja - Proporzjon kbir tal-produzzjoni Komunitarja totali ta’ prodotti simili))

(2015/C 363/04)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Philips Lighting Poland S.A., Philips Lighting BV (rappreżentanti: L. Catrain González, avukat, E. Wright, barrister]

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, assistit minn S. Gubel, avukat, u minn O’Connor, solicitor), Hangzhou Duralamp Electronics Co. Ltd, GE Hungary Ipari és Kereskedelmi Zrt. (GE Hungary Zrt.), Osram GmbH (rappreżentanti: R. Bierwagen u C. Hipp, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u J.-F. Brakeland, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Philips Lighting Poland S.A. u Philips Lighting BV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u ta’ Osram GmbH.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Malmö – l-Isvezja) – Bricmate AB vs Tullverket

(Kawża C-569/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali - Dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 917/2011 - Validità - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikoli 3(2), (3), (5) u (6), 17, 20(1) - Determinazzjoni tad-dannu u tar-rabta kawżali - Żbalji ta’ fatt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Dmir ta’ diliġenza - Eżami tal-provi mibgħuta minn importatur fil-kampjun - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża))

(2015/C 363/05)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Malmö

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bricmate AB

Konvenut: Tullverket

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht München – il-Ġermanja) – Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH vs Hauptzollamt Regensburg

(Kawża C-687/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Dumping - Dazju antidumping impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina miċ-Ċina - Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 917/2011 - Validità - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 2(7)(a) - Valur normali - Determinazzjoni fuq il-bażi tal-prezz f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq - Għażla tal-pajjiż terz xieraq - Dmir ta’ diliġenza - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Teħid ta’ kampjuni))

(2015/C 363/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fliesen-Zentrum Deutschland GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Regensburg

Dispożittiv

L-eżami tad-domanda preliminari ma żvela ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 917/2011, tat-12 ta’ Settembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Christophe Bohez vs Ingrid Wiertz

(Kawża C-4/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikoli 1(2) u 49 - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’oqsma ċivili u kummerċjali - Oqsma esklużi - Dritt tal-familja - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 47(1) - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u infurzar tad-deċiżjonijiet fil-qasam ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess marbut mal-pagamenti ta’ penalità - Eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ penalità))

(2015/C 363/07)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christophe Bohez

Konvenuta: Ingrid Wiertz

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ir-regolament ma japplikax għall-eżekuzzjoni fi Stat Membru ta’ pagamenti ta’ penalità ordnata f’sentenza, mogħtija fi Stat Membru ieħor, li tikkonċerna d-dritt ta’ kustodja u d-dritt ta’ aċċess sabiex tiġi żgurata l-osservanza ta’ dan id-dritt ta’ aċċess mid-detentur tad-dritt ta’ kustodja.

2)

L-irkupru ta’ pagamenti ta’ penalità ordnati mill-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini li tat deċiżjoni dwar il-mertu fuq id-dritt ta’ aċċess għall-finijiet li tiġi żgurata l-effettività ta’ dan id-dritt, jaqa’ taħt l-istess sistema ta’ infurzar li d-deċiżjoni dwar id-dritt ta’ aċċess li jiggarantixxi l-imsemmija pagamenti ta’ penalità u li dawn tal-aħħar għandhom, għalhekk, jiġu ddikjarati infurzabbli skont ir-regoli definiti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000.

3)

Fil-kuntest tar-Regolament Nru 2201/2003, sentenzi barranin li jordnaw pagamenti perjodiċi bħala penali għandhom ikunu eżegwibbli, fl-Istat Membru li fih tkun imfittxija l-eżekuzzjoni, biss jekk l-ammont tal-pagament ikun ġie finalment iddeterminat mill-qrati tal-Istat Membru tal-oriġini.


(1)  ĠU C 71 tat-08/03/2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-36/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Suq intern tal-gass naturali - Direttiva 2009/73/KE - Intervent tal-Istat li jikkonsisti fl-obbligu li jiġu applikati prezzijiet ta’ provvista approvati minn awtorità nazzjonali - Miżura mhux limitata fiż-żmien - Assenza ta’ kontroll perijodiku obbligatorju tan-natura neċessarja ta’ din il-miżura u tal-metodi ta’ applikazzjoni tagħha - Applikazzjoni għal grupp illimitat ta’ benefiċjarji, mingħajr distinzjoni bejn il-klijenti jew bejn is-sitwazzjonijiet individwali - Proporzjonalità))

(2015/C 363/08)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann u M. Patakia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi applikat sistema ta’ intervent tal-Istat li jikkonsisti fl-obbligu, għall-impriżi tal-enerġija, li jipprattikaw prezzijiet ta’ provvista tal-gass naturali approvati mill-president tal-Urzad Regulacji Energetyki (Uffiċċju ta’ regolamentazzjoni tal-enerġija), obbligu li ma huwiex limitat fiż-żmien u li d-dritt nazzjonali ma jimponix lill-amministrazzjoni teżamina mill-ġdid perjodikament in-neċessità u l-metodi ta’ applikazzjoni fis-settur tal-gass, skont l-evoluzzjoni tiegħu, u li hija kkaratterizzata mill-applikazzjoni tiegħu għal ċirku mhux definit ta’ benefiċjarji jew ta’ klijenti, mingħajr ma ssir distinzjoni bejn il-klijenti jew skont is-sitwazzjoni tagħha fi ħdan kategoriji differenti ta’ klijenti, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet ikkombinati tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 85, 22.3.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-44/14) (1)

((Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 1052/2013 - Qsim tal-fruntieri esterni - Sistema Eurosur - Żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen - Parteċipazzjoni - Kooperazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit - Validità))

(2015/C 363/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Moore, S. Alonso de Leon u A. Pospíšilová Padowska, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Chavrier, F. Florindo Gijón, M.-M. Joséphidès u P. Plaza García, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, G. Hodge u A. Joyce, aġenti, assistiti minn G. Gilmore, barrister), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Christie, aġent, assistit minn J. Holmes, barrister), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u G. Wils, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

L-Irlanda, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq kif ukoll l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiż l-Baxxi) – Holterman Ferho Exploitatie BV, Ferho Bewehrungsstahl GmbH, Ferho Vechta GmbH, Ferho Frankfurt GmbH vs Friedrich Leopold Freiherr Spies von Büllesheim

(Kawża C-47/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 5(1) - Ġurisdizzjoni fil-qasam kuntrattwali - Artikolu 5(3) - Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt - Artikoli 18 sa 21 - Kuntratti individwali ta’ impjieg - Kuntratt ta’ direttur ta’ kumpannija - Tmiem tal-kuntratt - Motivi - Eżekuzzjoni ħażina tal-mandat u aġir illegali - Azzjoni dikjaratorja u azzjoni għad-danni - Kunċett ta’ “kuntratt individwali ta’ impjieg”)

(2015/C 363/10)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Holterman Ferho Exploitatie BV, Ferho Bewehrungsstahl GmbH, Ferho Vechta GmbH, Ferho Frankfurt GmbH

Konvenut: Friedrich Leopold Freiherr Spies von Büllesheim

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tas-Sezzjoni 5 tal-Kapitolu II (Artikolu 18 sa 21), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kumpannija tħarrek persuna li tkun wettqet il-funzjonijiet ta’ direttur u ta’ amministratur ta’ din il-kumpannija sabiex jiġu kkonstatati żbalji mwettqa minn din il-persuna fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu u sabiex tikseb kumpens għad-danni, jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) u (3) ta’ dan ir-regolament, sakemm il-persuna tkun, fil-kwalità tagħha ta’ direttur u ta’ amministratur, wettqet għal ċertu żmien favur din il-kumpannija u taħt id-direzzjoni tagħha prestazzjonijiet li bħala korrispettiv għalihom kienet tirċievi remunerazzjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

2)

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni ta’ kumpannija kontra l-ex amministratur tagħha minħabba nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu abbażi tad-dritt tal-kumpanniji taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratt”. Fl-assenza ta’ kwalunkwe preċiżazzjoni ta’ deroga fil-memorandum tal-kumpannija jew f’dokument ieħor, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina l-post fejn l-amministratur effettivament wettaq, b’mod preponderanti, l-attivitajiet tiegħu b’eżekuzzjoni tal-kunratt, bil-kundizzjoni li l-provvista tas-servizzi fl-imsemmi post ikkunsidrat ma tkunx kuntrarja għall-volontà tal-partijiet kif tirriżulta minn dak li kienu qablu bejniethom.

3)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kumpannija tħarrek l-ex amministratur tagħha minħabba allegat aġir illegali, l-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-azzjoni taqa’ taħt materji ta’ delitt peress li l-aġir ikkritikat ma jistax jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li għandu amministratur skont id-dritt tal-kumpanniji, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Din għandha tidentifika, abbażi taċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża, il-punt ta’ rabta l-iktar stretta mal-post tal-fatt każwali li wassal għad-dannu u mar-rabta tal-materjalizzazzjoni ta’ dan.


(1)  ĠU C 102, 07.4.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Inspecteur van Rijksbelastingdienst (C-72/14) u T. A. van Dijk vs Staatssecretaris van Financiën (C-197/14)

(Kawżi magħquda C-72/14 u C-197/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ħaddiema migranti - Sigurtà soċjali - Leġiżlazzjoni applikabbli - Baħħara tax-xmara Rhein - Ċertifikat E 101 - Saħħa probatorja - Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja - Obbligu ta’ rinviju))

(2015/C 363/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof te ’s-Hertogenbosch, Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X (C-72/14), T. A. van Dijk (C-197/14)

Konvenuti: Inspecteur van Rijksbelastingdienst (C-72/14), Staatssecretaris van Financiën (C-197/14)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, kif ukoll l-Artikoli 10c sa 11a, 12a u 12b tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni tagħhom emendata u aġġornata permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendati permezz tar-Regolament (KE) Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċertifikat maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru, fil-forma ta’ ċertifikat E 101, sabiex jiġi ċċertifikat li ħaddiem huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni soċjali ta’ dan l-Istat Membru, meta dan il-ħaddiem jaqa’ taħt il-Ftehim dwar is-sigurtà soċjali għall-baħħara tax-xmara Rhein, adottat mill-Konferenza intergovernattiva inkarigata tirrevedi l-Ftehim tat-13 ta’ Frar 1961 dwar is-sigurtà soċjali għall-baħħara tax-xmara Rhein, iffirmat f’Geneva fit-30 ta’ Novembru 1979, ma jorbotx lill-istituzzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra. Il-fatt li l-istituzzjoni emittenti ma kellhiex l-intenzjoni li toħroġ ċertifikat E 101 reali, iżda użat il-formola standard ta’ dan iċ-ċertifikat minħabba raġunijiet amministrattivi huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.

2)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma tistax titressaq azzjoni ġudizzjarja kontrihom taħt id-dritt nazzjonali, bħalma hija l-qorti tar-rinviju, ma hijiex obbligata li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għas-sempliċi raġuni li qorti nazzjonali ta’ grad inferjuri għamlet, f’kawża simili għal dik quddiemha u fuq eżattament l-istess kwistjoni, domanda preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u lanqas ma hija obbligata tistenna r-risposta għal din id-domanda.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.

ĠU C 223, 14.07.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nannoka Vulcanus Industries BV vs College van gedeputeerde staten van Gelderland

(Kawża C-81/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 1999/13/KE - Anness II B - Tniġġis atmosferiku - Taħlit organiku volatili - Tnaqqis tal-emissjonijiet - Użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u installazzjonijiet - Obbligi applikabbli għall-installazzjonijiet eżistenti - Estensjoni tat-terminu))

(2015/C 363/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nannoka Vulcanus Industries BV

Konvenut: College van gedeputeerde staten van Gelderland

Dispożittiv

1)

L-Anness II B tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE, tal-11 ta’ Marzu 1999, dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit organiku volatili minħabba l-użu ta’ solventi organiku f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tat-terminu li huwa jipprevedi fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tiegħu, tista’ tingħata lill-operatur ta’ “installazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 2, punt 1 ta’ din id-direttiva, għall-applikazzjoni tal-iskema tiegħu ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili, meta prodotti ta’ sostituzzjoni bi ftit solvent jew mingħajr ebda solvent ikunu għadhom qed jiġu żviluppati, anki meta jista’ jiġi preżunt, għal din l-installazzjoni, kontenut kostanti ta’ solidi u jintuża dan il-kontenut sabiex jiġi ddefinit il-punt ta’ referenza għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

2)

Il-punt (i) tal-ewwel paragrafu tal-punt (2) tal-Anness II B tad-Direttiva 1999/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li estensjoni tat-terminu għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili teżiġi awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, li tippreżupponi talba minn qabel min-naħa tal-operatur ikkonċernat. Sabiex jiġi stabbilit jekk għandhiex tingħata estensjoni tat-terminu lil operatur għall-applikazzjoni ta’ skema ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ taħlit organiku volatili u sabiex jiġi stabbilit it-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu eventwalment mogħtija, huma dawn l-awtoritajiet kompetenti, fil-kuntest tal-marġni ta’ diskrezzjoni tagħhom, li għandhom jivverifikaw, fost l-oħrajn, li prodotti ta’ sostituzzjoni adattati biex jintużaw fl-installazzjonijiet ikkonċernati u biex inaqqsu l-emissjonijiet tat-taħlit organiku volatili effettivament qed jiġu żviluppati, li x-xogħol li hu għaddej, fid-dawl tal-elementi pprovduti, huwa kapaċi li jwassal sabiex jiġu ffinalizzati tali prodotti u li ma teżistix miżura alternattiva li tista’ twassal, bi spejjeż inqas, għal tnaqqis simili ta’ emissjonijiet, jew saħansitra ikbar, u b’mod partikolari li prodotti oħra ta’ sostituzzjoni ma humiex diġà disponibbli. Barra minn hekk, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-relazzjoni bejn, minn naħa, it-tnaqqis tal-emissjonijiet li jista’ jintlaħaq permezz tal-prodotti ta’ sostituzzjoni li jkunu qed jiġu żviluppati kif ukoll l-ispejjeż ta’ dawn u, min-naħa l-oħra, l-emissjonijiet addizzjonali kkawżati mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll l-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi. It-tul ta’ żmien tal-estensjoni tat-terminu ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għall-iżvilupp tal-prodotti ta’ sostituzzjoni. Dan għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha, u b’mod partikolari fid-dawl tal-ammont tal-emissjonijiet addizzjonali li jirriżulta mill-estensjoni tat-terminu kif ukoll fid-dawl tal-ispejjeż ta’ eventwali miżuri alternattivi meta mqabbla mal-ammont tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet li jippermettu l-prodotti ta’ sostituzzjoni li qed jiġu żviluppati u mal-ispejjeż ta’ dawn il-prodotti.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Cuneo – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et

(Kawża C-105/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċeduri kriminali li jikkonċernaw reati fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Artikolu 325 TFUE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni assoluti li jistgħu jagħtu lok għall-impunità tar-reati - Effett potenzjali fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Obbligu tal-qorti nazzjonali li ma tapplikax dispożizzjoni tad-dritt intern li tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mid-dritt tal-Unjoni))

(2015/C 363/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Cuneo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ivo Taricco, Ezio Filippi, Isabella Leonetti, Nicola Spagnolo, Davide Salvoni, Flavio Spaccavento, Goranco Anakiev

Dispożittiv

1)

Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-preskrizzjoni tar-reati kriminali, bħal dik stabbilita mill-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali, kif emendat bil-Liġi Nru 251, tal-5 ta’ Diċembru 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 161 ta’ dan il-kodiċi, li kienet tipprovdi, meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, li l-interruzzjoni li sseħħ fil-kuntest ta’ prosekuzzjoni kriminali dwar frodi serja fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandha l-effett li testendi t-terminu ta’ preskrizzjoni bi kwart biss tat-tul inizjali tagħha, tista’ tippreġudika l-obbligi imposti fuq l-Istati Membri mill-Artikolu 325(1) u (2) TFUE, sa fejn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun tipprekludi l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet effettivi u dissważivi f’numru kunsiderevoli ta’ każijiet ta’ frodi serja li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, jew tkun tipprevedi termini ta’ preskrizzjoni itwal għall-każijiet ta’ frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Istat Membru kkonċernat minn dawk li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, liema aspett għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tagħti effett sħiħ lill-Artikolu 325(1) u (2) TFUE billi ma tapplikax, skont il-bżonn, id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jkollhom l-effett li jipprekludu lill-Istat Membru kkonċernat milli josserva l-obbligi imposti fuqu mill-Artikolu 325(1) u (2) tat-TFUE.

2)

Dispożizzjoni ta’ preskrizzjoni applikabbli għal reati kriminali mwettqa fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, bħal dik prevista fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali, kif emendat bil-Liġi Nru 251, tal-5 ta’ Diċembru 2005, moqri flimkien mal-Artikolu 161 ta’ dan il-Kodiċi, ma tistax tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikoli 101 TFUE, 107 TFUE u 119 TFUE.


(1)  ĠU C 194, 24.6.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD), Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB) vs Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie

(Kawża C-106/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem - Regolament (KE) Nru 1907/2006 (Regolament REACH) - Artikoli 7(2) u 33 - Sustanzi ta’ tħassib serju ħafna preżenti f’oġġetti - Obbligi ta’ notifika u ta’ informazzjoni - Kalkolu tal-limitu ta’ 0,1 % piż b’piż))

(2015/C 363/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fédération des entreprises du commerce et de la distribution (FCD), Fédération des magasins de bricolage et de l’aménagement de la maison (FMB)

Konvenut: Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 366/2011, tal-14 ta’ April 2011, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, huwa l-produttur li għandu jiddetermina jekk sustanza ta’ tħassib serju ħafna identifikata skont l-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-regolament, kif emendat, hijiex preżenti f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % piż b’piż ta’ kull oġġett li huwa jipproduċi u, huwa l-importatur ta’ prodott kompost minn diversi oġġetti, li għandu jiddetermina għal kull oġġett jekk tali sustanza hijiex preżenti f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % piż b’piż ta’ dan l-oġġett.

2)

L-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1907/2006, kif emendat, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, huwa l-fornitur ta’ prodott kompost minn oġġett wieħed jew diversi oġġetti li jinkludu sustanza ta’ tħassib serju ħafna identifikata skont l-Artikolu 59(1) ta’ dan ir-regolament f’konċentrazzjoni ta’ iktar minn 0,1 % piż b’piż għal kull oġġett, li għandu jinforma lil min jirċievi l-oġġett u, fuq talba f’dan is-sens, lill-konsumatur, dwar il-preżenza ta’ din is-sustanza billi jikkomunikalhom, mill-inqas, l-isem tas-sustanza inkwistjoni.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Latvja

(Kawża C-151/14) (1)

(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Nutara - Kundizzjonijiet ta’ nazzjonalità - Artikolu 51 TFUE - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika”)

(2015/C 363/15)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Rubene u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Latvja (rappreżentanti: D. Pelše, I. Kalniņš u K. Freimanis, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-parti l-oħra fil-kawża: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u J. Vláčil, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Tátrai u M. M. Fehér, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi imponiet kundizzjoni ta’ nazzjonalità għall-aċċess għall-professjoni nutarili, ir-Repubblika tal-Latvja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 49 TFUE.

2)

Ir-Repubblika tal-Latvja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.

4)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varas Cíveis de Lisboa – il-Portugall) – João Filipe Ferreira da Silva e Brito et vs Estado português

(Kawża C-160/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-liġijiet - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet minn impriżi jew minn negozji - Kunċett ta’ trasferiment ta’ negozju - Obbligu li ssir talba għal deċiżjoni preliminari skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE - Allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni imputabbli lil qorti nazzjonali li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dritt ta’ kumpens għad-dannu subit minħabba tali ksur għall-annullament minn qabel tad-deċiżjoni li tkun ikkawżat dan id-dannu))

(2015/C 363/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Varas Cíveis de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: João Filipe Ferreira da Silva e Brito et

Konvenuta: Estado português

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju” jkopri sitwazzjoni li fiha impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter tiġi stralċata mill-azzjonist maġġoritarju tagħha, li huwa, huwa nnifsu, impriża tat-trasport bl-ajru, u li fiha, sussegwentement, din tal-aħħar tieħu post l-impriża stralċata billi tassumi l-kuntratti tal-kiri ta’ ajruplani u l-kuntratti tat-titjiriet ċarter li għad iridu jsiru, teżerċita attivitajiet li qabel kienu eżerċitati mill-impriża stralċata, tintegra mill-ġdid ċerti ħaddiema li sa dak iż-żmien kienu impjegati ma’ din l-impriża billi tagħtihom funzjonijiet identiċi għal dawk eżerċitati qabel, u tieħu tagħmir żgħir tal-imsemmija impriża.

2)

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma jkunux suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali hija marbuta li tadixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea b’talba għal deċiżjoni preliminari marbuta mal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozju”, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23, f’ċirkustanzi, bħal dawk tal-kawża prinċipali, ikkaratterizzati kemm minn deċiżjonijiet diverġenti ta’ istanzi ġudizzjarji inferjuri fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dan il-kunċett kif ukoll minn diffikultajiet ta’ interpretazzjoni rikorrenti tiegħu fid-diversi Stati Membri.

3)

Id-dritt tal-Unjoni u, partikolarment, il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tar-responsabbiltà tal-Istat għad-danni kkawżati lill-individwi minħabba ksur tad-dritt tal-Unjoni mwettaq minn qorti li d-deċiżjonijiet tagħha ma humiex suġġetti għal rimedju ġudizzjarju taħt id-dritt nazzjonali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi, bħala kundizzjoni preliminari, l-annullament tad-deċiżjoni dannuża mogħtija minn din il-qorti, meta tali annullament ikun, fil-prattika, eskluż.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneuburg – l-Awstrija) – Eleonore Prüller-Frey vs Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

(Kawża C-240/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’każ ta’ inċident - Kawża għad-danni - Konvenzjoni ta’ Montréal - Regolament (KE) Nru 2027/97 - Titjira mingħajr ħlas magħmula mill-proprjetarju ta’ proprjetà immobbli bil-għan li tintwera din il-proprjetà lil akkwirent eventwali - Regolament (KE) Nru 864/2007 - Azzjoni diretta prevista mid-dritt nazzjonali kontra l-assiguratur għal responsabbiltà ċivili))

(2015/C 363/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Korneuburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eleonore Prüller-Frey

Konvenuti: Norbert Brodnig, Axa Versicherung AG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament tal-Kunsill, tad-9 ta’ Ottubru 1997, dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 889/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Mejju 2002, kif ukoll l-Artikolu 1(1) Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru, konkluża f’Montréal fit-28 ta’ Mejju 1999 u approvata f’isem l-Unjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-5 ta’ April 2001, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu milli tiġi eżaminata abbażi tal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni ta’ Montréal, it-talba għal kumpens imressqa minn persuna li, filwaqt li hija tkun abbord inġenju tal-ajru li kellu bħala punti ta’ tluq u ta’ nżul l-istess ajruport li jinsab fi Stat Membru, u li ġiet ittrasportata b’xejn b’titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru minn fuq proprjetà immobiljari fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota ta’ dan l-inġenju tal-ajru, ġarrbet feriti fiżiċi minħabba l-waqgħa tal-imsemmi inġenju tal-ajru.

2)

L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”), għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-eżerċizzju, minn persuna leża, ta’ azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli għall-kumpens, meta din l-azzjoni tkun prevista mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, indipendentement minn dak previst mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni magħżul mill-partijiet f’dan il-kuntratt.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional – Spanja) – Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.) vs Tyco Integrated Security SL, Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios SA

(Kawża C-266/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2003/88/KE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 2(1) - Kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” - Ħaddiema mingħajr post tax-xogħol fiss jew abitwali - Ħin għall-ispostament bejn id-dar tal-ħaddiema u s-siti tal-ewwel klijent u tal-aħħar klijent))

(2015/C 363/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.)

Konvenuta: Tyco Integrated Security SL, Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-ħaddiema ma għandhomx post tax-xogħol fiss jew abitwali, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol”, fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, il-ħin għall-ispostament li dawn il-ħaddiema jiddedikaw għall-ispostamenti ta’ kuljum bejn id-dar tagħhom u s-siti tal-ewwel u tal-aħħar klijent indikat mill-persuna li timpjegahom.


(1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-363/14) (1)

((Rikors għal annullament - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Europol - Lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet - Determinazzjoni tal-bażi legali - Qafas legali applikabbli wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Bażi legali sekondarja - Distinzjoni bejn atti leġiżlattivi u miżuri ta’ eżekuzzjoni - Konsultazzjoni mal-Parlament - Inizjattiva ta’ Stat Membru tal-Kummissjoni))

(2015/C 363/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola u M. Pencheva, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sitbon, K. Pleśniak u K. Michoel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u J. Škeřík, aġenti), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, G. Szima u M. Bóra, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Aliny Wojciechowski vs Office national des pensions (ONP)

(Kawża C-408/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Uffiċjal irtirat tal-Unjoni Ewropea li, qabel id-dħul tiegħu fil-kariga, ikun eżerċita attività bħala persuna impjegata fl-Istat Membru li fih huwa assenjat - Dritt għall-pensjoni skont l-iskema nazzjonali ta’ pensjoni tal-ħaddiema impjegati - Unità tal-karriera - Rifjut li titħallas il-pensjoni tal-irtirar ta’ ħaddiem impjegat - Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali))

(2015/C 363/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Aliny Wojciechowski

Konvenuta: Office national des pensions (ONP)

Dispożittiv

L-Artikolu 4(3) TUE, inkonnessjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968, li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej kif ukoll il-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra ta’ dawn il-komunitajiet, u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni, kif emendat permezz tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1080/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tista’ twassal għat-tnaqqis jew għar-rifjut tal-pensjoni tal-irtirar dovuta lil ħaddiem impjegat, ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, abbażi tas-servizz li huwa wettaq skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-istess Stat Membru, meta t-total tas-snin ta’ karriera mwettqa minn dan il-ħaddiem inkwantu impjegat fl-imsemmi Stat Membru u inkwantu uffiċjal tal-Unjoni Ewropea assenjat f’dan l-istess Stat Membru jaqbeż l-unità ta’ karriera ta’ 45 sena previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni, sa fejn, minħabba l-metodu għall-kalkolu tal-porzjon li jirrappreżenta l-valur tal-pensjoni li għandha titħallas mill-Unjoni Ewropea, tali tnaqqis jirriżulta ikbar minn dak li kien ikun applikat kieku l-karriera kollha tal-imsemmi ħaddiem tkun ġiet imwettqa bħala impjegat fl-Istat Membru inkwistjoni.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Symvoulio tis Epikrateias – il-Greċja) – Dimos Kropias Attikis vs Ypourgos Perivallontos, Energeias kai Klimatikis Allagis

(Kawża C-473/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/42/KE - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent - Sistema ta’ protezzjoni taż-żona muntanjuża tal-Ymittos - Proċedura ta’ emenda - Applikabbiltà ta’ din id-direttiva - Pjan regolatur u programm ta’ protezzjoni tal-ambjent taż-żona l-kbira ta’ Ateni))

(2015/C 363/21)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dimos Kropias Attikis

Konvenut: Ypourgos Perivallontos, Energeias kai Klimatikis Allagis

Dispożittiv

L-Artikoli 2(a) u 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-adozzjoni ta’ att li jinkludi pjan jew programm dwar l-ippjanar territorjali u dwar l-użu tal-art li jaqa’ taħt id-Direttiva 2001/42 li jemenda pjan jew programm preeżistenti ma tistax tiġi eżentata mill-obbligu li titwettaq evalwazzjoni ambjentali skont din id-direttiva għar-raġuni li dan l-att huwa intiż sabiex jippreċiża u jimplementa pjan regolatur stabbilit minn att ġerarkikament superjuri li huwa stess ma kienx suġġett għal tali evalwazzjoni ambjentali.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/18


Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 2/15)

(2015/C 363/22)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: U. Wölker, B. De Meester, M. Kocjan, R. Vidal Puig, aġenti)

Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-Unjoni għandha l-kompetenza neċessarja biex tiffirma u tikkonkludi waħedha l-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles ma’ Singapor? B’mod aktar speċifiku,

liema dispożizzjonijiet tal-ftehim jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni?;

liema dispożizzjonijiet tal-ftehim jaqgħu taħt il-kompetenza kondiviża tal-Unjoni?; u

hemm xi dispożizzjoni tal-ftehim li taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri?


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Lulju 2015 – Stadt Wiener Neustadt

(Kawża C-348/15)

(2015/C 363/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fuq punti ta’ liġi: Stadt Wiener Neustadt

Parti interessata: A.S.A. Abfall Service AG

Awtorità konvenuta: Niederösterreichische Landesregierung

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2011/92/UE (1), tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-Artikolu 1(4) tagħha jew id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (2), tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, b’mod partikolari l-Artikolu 1(5) tagħha, jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-proġetti suġġetti għal obbligu ta’ evalwazzjoni tal-effetti ambjentali, iżda li ma kellhomx awtorizzazzjoni skont il-liġi nazzjonali dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ambjentali (UVP-G 2000), iżda unikament awtorizzazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ liġijiet settorjali differenti, li, fid-19 ta’ Awwissu 2009 (data tad-dħul fis-seħħ tal-verżjoni l-ġdida tal-UVP-G 2009), minħabba skadenza tal-perijodu ta’ tliet snin previst fid-dritt nazzjonali (Artikolu 6(3) tal-UVP-G 2000) ma setgħux iktar jiġu ddikjarati nulli, huma kkunsidrati bħala awtorizzati skont il-UVP-G 2000 jew tali regola hija konformi mal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU 2012 L 26, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Landkreis Potsdam-Mittelmark vs Finanzamt Brandenburg

(Kawża C-400/15)

(2015/C 363/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Landkreis Potsdam-Mittelmark

Konvenuta: Finanzamt Brandenburg

Domanda preliminari

It-tieni sentenza tal-Artikolu 15(1) tal-Umsatzsteuergesetz (Liġi Ġermaniża dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ) tipprevedi li l-kunsinna, l-importazzjoni jew l-akkwist intra-Komunitarji ta’ oġġetti li imprenditur juża fin-negozju tiegħu f’perċentwali ta’ inqas minn 10 % ma għandhomx jitqiesu li saru għan-negozju tiegħu – u għalhekk teskludi t-tnaqqis tal-VAT tal-input.

Din ir-regola hija bbażata fuq l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2004 (2004/817/KE (1)), li tawtorizza lill-Ġermanja, b’deroga għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ, teskludi l-ispejjeż relatati ma’ tali oġġetti u servizzi mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT imposta fuqhom meta l-perċentwali tal-użu tagħhom għall-bżonnijiet privati tal-persuna taxxabbli jew għal dawk tal-persunal tagħha jew, b’mod iktar ġenerali, għal finijiet mhux relatati man-negozju tagħha, tkun ogħla minn 90 % tal-użu totali tagħhom.

Din l-awtorizzazzjoni – skont il-formulazzjoni tagħha – tapplika unikament għall-każijiet koperti mill-Artikolu 6(2) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (Artikolu 26 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud), jew tapplika wkoll fil-każijiet kollha li fihom oġġett jew servizz jintuża biss parzjalment għal skopijiet tan-negozju?


(1)  ĠU L 333M, 11.12.2008, p. 213.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (l-Awstrija) fid-29 ta’ Lulju 2015 – Wolfgang Schmidt vs Christiane Schmidt

(Kawża C-417/15)

(2015/C 363/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wolfgang Schmidt

Konvenuta: Christiane Schmidt

Domanda preliminari

Tilwima li għandha bħala suġġett l-annullament ta’ kuntratt ta’ donazzjoni minħabba l-inkapaċità ġuridika tad-donatur u l-iskrizzjoni tat-tħassir tad-dritt għall-proprjetà tad-donatur taqa’ taħt id-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012 (1), li tipprevedi ġurisdizzjoni esklużiva fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem?


(1)  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2012, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, p. 1).


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Xabier Ormaetxea Garai u Bernardo Lorenzo Almendros vs Administración del Estado

(Kawża C-424/15)

(2015/C 363/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Xabier Ormaetxea Garai u Bernardo Lorenzo Almendros

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002 (1), dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, tippermetti li jitqies li, mill-perspettiva tal-ħarsien effettiv tal-interessi ġenerali li għandu jiġi ggarantit mill-awtorità nazzjonali regolatorja f’dan il-qasam, il-ħolqien mil-leġiżlatur nazzjonali ta’ awtortià regolatorja u ta’ superviżjoni bbażata fuq mudell istituzzjonali mhux speċjalizzat, li jgħaqqad taħt organu wieħed l-awtoritajiet ta’ superviżjoni li kienu jeżistu sa dakinhar b’mod partikolari fil-qasam tal-enerġija, tat-telekomunikazzjonijiet u tal-kompetizzjoni, huwa kompatibbli ma din id-direttiva?

2)

Ir-rekwiżiti ta’ “indipendenza” tal-awtoritajiet nazzjonali regolatorji fil-qasam ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, li għalihom jagħmlu riferiment l-Artikoli 3(2) u 3a tad-Direttiva 2002/21/KE, emendata bid-Direttiva 2009/140/KE (2), għandhom ikunu analogi għal dawk imposti mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ supervizjoni tal-protezzjoni tad-data personali dis-sens tal-Artikolu 28 tad-Direttiva 95/46/KE (3)?

3)

Il-ġurisprudenza li tinsab fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ April 2014 (4) tista’ tiġi applikata għal każ fejn il-persuni responsabbli għal awtorità nazzjonali regolatorja tat-telekomunikazzjonijiet jingħataw is-sensja qabel ma jintemm il-mandat tagħhom minħabba qafas legali ġdid li joħloq awtorità ta’ superviżjoni li tiġbor taħtha diversi awtoritajiet nazzjonali regolatorji ta’ setturi rregolati? Din is-sensja antiċipata, biss minħabba d-dħul fis-seħħ ta’ liġi nazzjonali ġdida u mhux minħabba l-għajbien ex post tar-rekwiżiti ratione personae tal-aġenti tagħhom, li kienu ġew stabbiliti minn qabel fid-dritt nazzjonali, tista’ titqies kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3a) tad-Direttiva 2002/21/KE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349.

(2)  ĠU L 337, p. 37.

(3)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

(4)  C-288/12, EU:C:2014:237.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 – Asociación Profesional Elite Taxi vs Uber Systems Spain, S.L.

(Kawża C-434/15)

(2015/C 363/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Mercantil no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asociación Profesional Elite Taxi

Konvenuta: Uber Systems Spain, S.L.

Domandi preliminari

1)

Sa fejn l-Artikolu 2(2)(d) tad-Direttiva 2006/123/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, jeskludi l-attivitajiet tat-trasport mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, l-attività ta’ intermedjarju bejn il-proprjetarji ta’ vetturi u l-persuni li għandhom bżonn jagħmlu vjaġġi f’belt, eżerċitata mill-konvenuta bi skop ta’ lukru u li fil-kuntest tagħha din tal-aħħar tamministra l-mezzi informatiċi – interface u applikazzjoni ta’ softwer (“telefowns intelliġenti u pjattaformi tekonoloġiċi”, fi kliem il-konvenuta) – li jippermettu li jkun hemm konnessjoni bejn dawn il-persuni, għandha titqies bħala attività ta’ trasport, bħala servizz elettroniku ta’ intermedjarju jew bħala servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċiu tar-regoli dwar is-soċjetà tal-informazzjoni?

2)

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tan-natura ġuridika ta’ din l-attività, din tal-aħħar tista’ parzjalment titqies bħala servizz tas-soċjetà tal-informazzjoni, u, jekk ikun il-każ, is-servizz elettroniku ta’ intermedjarju għandu jibbenefika mill-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod iktar preċiż, mill-Artikoli 56 TFUE u mid-Direttivi 2006/123/KE u 2000/31/KE (3)?

3)

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li s-servizz ipprovdut minn UBER SYSTEMS SPAIN SL ma huwiex servizz ta’ trasport u jaqa’ għadaqstant fil-każijiet koperti mid-Direttiva 2006/123, il-kontenut tal-Artikolu 15 tal-liġi dwar il-kompetizzjoni inġusta – dwar il-ksur tar-regoli li jirregolaw l-attività ta’ kompetizzjoni – huwa kuntrarju għal din id-direttiva u, iktar preċiżament għall-Artikolu 9 tagħha, dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-iskemi ta’ awtorizzazzjoni, sa fejn jirreferi għal-liġijiet jew dispożizzjonijiet ġuridiċi interni mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-iskema ta’ ksib ta’ liċenzji, awtorizzazzjonijiet jew permessi ma tista’ bl-ebda mod tkun restrittiva jew sproporzjonata, fis-sens li ma tistax tostakola b’mod mhux raġonevoli l-prinċipju ta’ libertà ta’ stabbiliment?

4)

Jekk ikun ikkonfermat li d-Direttiva 2000/31/KE hija applikabbli għas-servizz ipprovdut minn UBER SYSTEMS SPAIN SL, ir-restrizzjonijiet li Stat Membru jimponi fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi elettroniku ta’ intermedjarju minn Stat Membru ieħor billi jeżiġi l-ksib ta’ awtorizzazzjoni jew ta’ liċenzja, jew fil-forma ta’ ordni ġudizzjarja ta’ waqfien tal-provvista tas-servizz elettroniku ta’ intermedjarju maħruġa abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni inġusta, jikkostitwixxu miżuri validi li jidderogaw mill-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2000/31/KE skont l-Artikolu 3(4) ta’ din id-direttiva?


(1)  ĠU L 376, p. 36.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20. p. 337.

(3)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – GROFA GmbH vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-435/15)

(2015/C 363/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GROFA GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Domandi preliminari

1)

(a)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2011, tad-29 ta’ Novembru 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (1) huwa applikabbli b’analoġija għall-prodotti li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali (GoPro HERO3 “Black Edition”, “Black Edition Surf”, u “Black Edition Motorsport”)?

(b)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1249/2011 huwa validu?

2)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1(a) jew 1(b) tkun negattiva:

(a)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2014, tat-8 ta’ Awwissu 2014, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (2) huwa applikabbli b’analoġija għall-prodotti li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali?

(b)

Fil-każ li r-risposta għal din id-domanda tkun fl-affermattiv:

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 876/2014 huwa validu?

3)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1(a) jew għad-domanda 1(b) tkun negattiva:

In-noti ta’ spjega tal-Kummissjoni għall-intestaturi 8525 80 91 u 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li sekwenza ta’ vidjow irrekordjata f’fajls separati ta’ inqas minn 30 minuta kull wieħed tikkostitwixxi rrekordjar ta’ “għallinqas 30 minuta f’sekwenza waħda ta’ vidjow” jekk, meta jintwera l-irrekordjar, il-persuna li tkun qed tarah ma tkunx tista’ tinnota li l-irrekordjar jgħaddi minn fajl għal ieħor?

4)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda 1(a) jew għad-domanda 1(b) tkun negattiva, u r-risposta għad-domandi 2(a), 2(b) u 3 tkun fl-affermattiv:

Il-fatt li vidjowkameras li jistgħu jirrekordjaw sinjali minn sorsi esterni ma jkunux jistgħu jirriproduċu dawn is-sinjali fuq riċevitur tat-televiżjoni estern jew fuq moniter estern jipprekludi li dawn jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 8525 80 99 tan-Nomenklatura Magħquda?


(1)  ĠU L 319, p. 39.

(2)  ĠU L 240, p. 12.

(3)  ĠU C 76, p. 1.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fid-19 ta’ Awwissu 2015 – Belgische Staat vs Comm. V.A. Wereldhave Belgium et

(Kawża C-448/15)

(2015/C 363/29)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Belgische Staat

Konvenuti: Comm. V.A. Wereldhave Belgium, NV Wereldhave International, NV Wereldhave.

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [parent] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li ma tirrinunzjax għall-withholding tax Belġjana fuq dividendi mħallsa minn sussidjarja Belġjana lil kumpannija parent stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ sehem minimu u taż-żamma tiegħu, fuq il-bażi li l-kumpannija parent Olandiża hija impriża ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali li hija marbuta li tħallas il-profitti kollha tagħha lill-azzjonisti tagħha u, taħt din il-kundizzjoni, tista’ tibbenefika mir-rata żero tat-taxxa fuq il-kumpanniji?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun negattiva, l-Artikoli 49 (ex Artikolu 43) u 63 (ex Artikolu 56) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (fil-verżjoni fis-seħħ sa mill-emenda u r-renumerazzjoni mit-Trattat ta’ Lisbona) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li ma tirrinunzjax għall-withholding tax Belġjana fuq id-dividendi mħallsa minn sussidjarja Belġjana lil kumpannija parent stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi li tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ sehem minimu u taż-żamma tiegħu, fuq il-bażi li l-kumpannija parent Olandiża hija impriża ta’ investiment kollettiv ta’ natura fiskali li hija marbuta li tħallas il-profitti kollha tagħha lill-azzjonisti tagħha u, taħt din il-kundizzjoni, tista’ tibbenefika mir-rata żero tat-taxxa fuq il-kumpanniji?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – proċeduri kriminali kontra A, B

(Kawża C-453/15)

(2015/C 363/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

A, B

Domanda preliminari

L-Artikolu 56(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kwota ta’ emissjoni fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (2), li tagħti d-dritt ta’ emissjoni ta’ tunnellata metrika tal-ekwivalenti tad-diossidu tal-karbonju matul perijodu ta’ żmien speċifikat, tikkostitwixxi “dritt simili” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Settembru 2015 – Openbaar Ministerie vs A

(Kawża C-463/15)

(2015/C 363/31)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie

Konvenut: A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(4) u l-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI (1), jawtorizzaw lill-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li jittrasponi dawn id-dispożizzjonijiet fid-dritt nazzjonali tiegħu b’tali mod li jkun jista’ jimponi r-rekwiżit mhux biss li l-fatt jikkostitwixxi ksur fid-dritt tiegħu stess iżda wkoll li jkun suġġett għal perijodu ta’ priġunierija massimu ta’ mill-inqas tnax-il xahar?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, irrettifikata ĠU L 17, 22.1.2009, p. 45).


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vestre Landsret (id-Danimarka) fis-7 ta’ Settembru 2015 – Sjelle Autogenbrug I/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-471/15)

(2015/C 363/32)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sjelle Autogenbrug I/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

Fiċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, parts minn vetturi li ma għadhomx jintużaw li impriża ta’ vetturi użati mill-ġdid irreġistrata għall-finijiet tal-VAT tneħħi minn vettura bil-għan li tbiegħ mill-ġdid bħala spare parts, jistgħu jitqiesu bħala oġġetti użati kif imsemmija fl-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (Direttiva tal-VAT)?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


Il-Qorti Ġenerali

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/12) (1)

((“Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Settur tal-frott u l-ħaxix - Assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi - Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rimbors tal-Unjoni tal-assistenza finanzjarja nazzjonali mogħtija mill-Ungerija lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi tagħha - Artikolu 103e tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Artikolu 97 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007”))

(2015/C 363/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: inizjalment minn M. Fehér u K. Szíjjártó, sussegwentement minn M. Fehér, bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Béres, N. Donnelly u B. Schima, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ungerija għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-472/12) (1)

([“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali ġeneriku Zoledronic acid Teva Pharma - zoledronic acid - Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data għall-prodotti mediċinali ta’ riferiment Zometa u Aclasta, li jinkludu s-sustanza attiva tal-aċtu żoledroniku - Direttiva 2001/83/KE - Regolament (KEE) Nru 2309/93 u Regolament (KE) Nru 726/2004 - Awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq - Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data”])

(2015/C 363/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Horsham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment minn A. Sipos, sussegwentement minn M. Wilderspin, P. Mihaylova u M. Šimerdová, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Teva Pharma BV (Utrecht, in-Netherlands) (rappreżentanti: K. Bacon, avukat, C. Firth, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5894 finali, tas-16 ta’ Awwissu 2012, li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Zoledronic acid Teva Pharma – zoledronic acid.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis Europharm Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Teva Pharma BV.


(1)  ĠU C 389, 15.12.2012.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Nestlé Unternehmungen Deutschland vs UASI – Lotte (Rappreżentazzjoni ta’ koala)

(Kawża T-483/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta lill-koalas - Trade marks nazzjonali tridimensjonali preċedenti KOALA-BÄREN u figurattivi preċedenti KOALA - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2015/C 363/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH (Francfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u P. Blumenthal, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Knitter u H. Bickel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2103/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG u Lotte Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-3 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2103/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG u Lotte Co. Ltd, hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH.

3)

Lotte Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-18 ta’ Settembru 2015 – Iran Liquified Natural Gas vs Il-Kunsill

(Kawża T-5/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bl-għan li tiġi prekluża l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Entità infra-Statali - Locus standi - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Żball ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”))

(2015/C 363/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iran Liquified Natural Gas (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, G. Pandey, P. Gjørtler, D. Rovetta, M. Gambardella u N. Pilkington, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annullata sa fejn hija inkludiet l-isem ta’ Iran Liquefied Natural Gas Co. fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn inkluda l-isem ta’ Iran Liquefied Natural Gas fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/635 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 945/2012 għandhom jinżammu f’dak li jikkonċerna Iran Liquefied Natural Gas, sad-data tal-iskadenza tat-terminu għal preżentata ta’ appell previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk appell ikun ġie ppreżentat f’dan it-terminu, sakemm l-appell jiġi miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Iran Liquefied Natural Gas, fil-kuntest ta’ din il-proċedura u fil-kuntest tal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 55, 23.2.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Novartis Europharma vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-67/13) (1)

([“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għall-prodott mediċinali ġeneriku Zoledronic acid Hospira - zoledronic acid - Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data għall-prodotti mediċinali ta’ riferiment Zometa u Aclasta, li fihom is-sustanza attiva aċtu żoledroniku - Direttiva 2001/83/KE - Regolament (KEE) Nru 2309/93 u Regolament (KE) Nru 726/2004 - Awtorizzazzjoni globali ta’ tqegħid fis-suq - Perijodu ta’ protezzjoni regolatorja tad-data”])

(2015/C 363/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Horsham, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud Bonnici u M. Šimerdová, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Hospira UK Ltd (Royal Leamington Spa, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment N. Stoate u H. Austin, solicitors, J. Stratford, QC, sussegwentement M. Stoate u E. Vickers, solicitors, u J. Stratford)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8605 finali, tad-19 ta’ Novembru 2012, li tagħti awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq skont ir-Regolament Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Zoledronic acid Hospira – zoledronic acid.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novartis Europharm Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Hospira UK Ltd.


(1)  ĠU C 101, 6.4.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Iralco vs Il-Kunsill

(Kawża T-158/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi mfixkla l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar tal-fondi - Żball ta’ evalwazzjoni”))

(2015/C 363/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Aluminium Co. (Iralco) (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Millar u S. Ashley, solicitors, M. Lester u M. Happold, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn tinkludi l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn jinkludi l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata sa fejn tinkludi l-ista ta’ Iranian Aluminium Co. (Iralco) fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn jinkludi l-isem ta’ Iralco fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 huma miżmuma f’dak li jikkonċerna Iralco sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Iralco.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Federación Nacional de Cafeteros de Colombia vs UASI – Hautrive (COLOMBIANO HOUSE)

(Kawża T-387/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva COLOMBIANO HOUSE - Indikazzjoni ġeografika protetta preċedenti Café de Colombia - Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 363/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Federación Nacional de Cafeteros de Colombia (Bogotá, il-Kolombja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Bertoli u Ó. Mondéjar Ortuño, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nadine Hélène Jeanne Hautrive (Chatou, Franza) (rappreżentant: J. Beaumont, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia u Nadine Hélène Jeanne Hautrive.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Mejju 2013 (Każ R 757/2012-5), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Federación Nacional de Cafeteros de Colombia.

3)

Nadine Hélène Jeanne Hautrive għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Miettinen vs Il-Kunsill

(Kawża T-395/13) (1)

(([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill fuq proposti ta’ direttiva u ta’ regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sanzjonijiet kriminali applikabbli għall insider dealing u għall-manipulazzjoni tas-suq - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni ta’ pariri legali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”])

(2015/C 363/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Samuli Miettinen (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer u E. Rauedts, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn K. Pellinghelli, P. Plaza García u K. Toomus, sussegwentement minn P. Plaza García, A. Jensen u M. Bauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, sussegwentement minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, N. Otte Widgren, K. Sparrman, E. Karlsson, L. Swedenborg u F. Sjövall, aġenti); u r-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li tirrifjuta l-aċċess integrali għad-Dokument 12979/12, tas-27 ta’ Lulju 2012, li għandha l-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill dwar proposti għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet penali applikabbli għat-tranżazzjonijiet insider dealings u għall-abbuż tas-suq, regolament dwar it-tranżazzjonijiet insider dealings u l-abbuż tas-suq u strumenti oħra rigward l-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi fil-qafas tas-servizzi finanzjarji.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 li tirrifjuta l-aċċess integrali għad-Dokument 12979/12, tas-27 ta’ Lulju 2012, li għandha l-opinjoni tas-servizz legali tal-Kunsill dwar proposti għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sanzjonijiet penali applikabbli għat-tranżazzjonijiet insider dealings u għall-abbuż tas-suq, regolament dwar it-tranżazzjonijiet insider dealings u l-abbuż tas-suq u strumenti oħra rigward l-armonizzazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi fil-qafas tas-servizzi finanzjarji finanzjarji, kif ukoll l-ittra tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2013 huma annullati.

2)

Il-Kunsill huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Samuli Miettinen.

3)

Ir-Renju tal-Isvezja u r-Repubblika tal-Estonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Brouillard vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-420/13) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Konklużjoni ta’ kuntratti qafas - Traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi għall-Franċiż - Stedina għat-tfih ta’ offerta - Esklużjoni ta’ subappaltatur propost - Kapaċità professjonali - Rekwiżit ta’ taħriġ ġuridiku sħiħ - Rikonoxximent ta’ diplomi - Proporzjonalità - Trasparenza”))

(2015/C 363/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alain Laurent Brouillard (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-M. Gouazé, sussegwentement J. Pertek u D. Dagyaran, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittri tal-5 ta’ Ġunju 2013 li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bagħtet lil IDEST Communication SA, li permezz tagħhom hija stiednet lil din tal-aħħar, minn naħa, tagħmel offerti fil-kuntest tal-proċedura nnegozjata ta’ għoti ta’ kuntratt sabiex jiġu konklużi kuntratti qafas għat-traduzzjoni ta’ testi ġuridiċi minn ċerti lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Franċiż (ĠU 2013/S 047-075037) u, min-naħa l-oħra, tikkonferma li r-rikorrent ma kienx ser jiġi impjegat fil-provvista tas-servizzi kkonċernati mill-kuntratt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alain Laurent Brouillard huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C ##, ##.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Ricoh Belgium vs Il-Kunsill

(Kawża T-691/13) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi u għal provvisti - Proċedura għal sejħa għall-offerti - Apparat multifunzjoni iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trasparenza”))

(2015/C 363/42)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ricoh Belgium NV (Vilvorde, il-Belġju) (rappreżentanti: N. Braeckevelt u A. De Visscher, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Vitsentzatos u K. Michoel, aġenti, assistiti minn B. Van Vooren u J. Weytjens, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti sottomessa minnha fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għal offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (ĠU 2013/S 83-138901), li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-offerta sottomessa minn Ricoh Belgium NV fil-kuntest tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti UCA 034/13, li tirrigwarda x-xiri jew il-kiri ta’ apparat multifunzjoni (MFP) iswed u abjad u servizzi ta’ manutenzjoni, fil-bini użat mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor, hija annullata f’dak li jirrigwarda l-lott Nru 4.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Bundesverband Deutsche Tafel vs UASI – Tiertafel Deutschland (Tafel)

(Kawża T-710/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Tafel - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 363/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Deutsche Tafel eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Koerl, E. Celenk u S. Vollmer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement M. Fischer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tiertafel Deutschland eV (Rathenow, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Nitschke, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1074/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Tiertafel Deutschland eV u Bundesverband Deutsche Tafel eV.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1074/2012-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Bundesverband Deutsche Tafel eV.

3)

Tiertafel Deutschland eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 61 tal-01/05/2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – HTTS u Bateni vs Il-Kunsill

(Kawża T-45/14) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restittivi adottati kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Kriterju marbut mal-provvista ta’ servizzi essenzjali għall-IRISL jew għal entitajiet li huma proprjetà tagħha, li huma kkontrollati minnha jew li jaġixxu f’isimha - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt tal-proprjetà - Libertà ta’ impriża - Dritt għar-rispett lejn il-ħajja tal-familja - Proporzjonalità”))

(2015/C 363/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) u Naser Bateni (Hamburg) (rappreżentanti: inizjalment M. Schlingmann u F. Lautenschlager, sussegwentement Schlingmann, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u J. P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, hija annulata da fejn din tiskrivi l-isem ta’ HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH u dak ta’ Naser Bateni fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat safejn dan iskriva l-isem ta’ HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping u dak ta’ Naser Bateni fil-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż propji tiegħu, dawk sostnuti minn HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping u Naser Bateni.


(1)  ĠU C ##, ##.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Settembru 2015 – EMA vs Drakeford

(Kawża T-231/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 363/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Appellat: David Drakeford (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä u E. Maurage, aġenti); L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: H. Caniard u V. Peres de Almeida, aġenti); L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken, S. Gabbi u C. Pintado, aġenti); u Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Frar 2014, Drakeford vs EMA (F-29/13, ĠabraSP, EU:F:2014:10), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Frar 2014, Drakeford vs EMA (F-29/13, EU:F:2014:10), hija annullata sa fejn f’dik is-sentenza t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku eżerċita s-setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tiegħu fil-qasam pekunjarju għall-perijodu ta’ wara l-għoti ta’ dik is-sentenza.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati għal David Drakeford u għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA).

5)

Il-Kummissjoni Ewropea, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex), L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kontroll tal-Mard (ECDC) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati ma’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 202, 30.06.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Bankia vs UASI – Banco ActivoBank (Portugal) (Bankia)

(Kawża T-323/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bankia - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti BANKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 363/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bankia SA (Valence, Spanja) (rappreżentant: F. De Barba, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Banco ActivoBank (Portugal), SA (Lisbona, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Frar 2014 (Każi magħquda R 649/2013-2 u R 744/2013-2), dwar proċedura ta’ oppożizzjoni bejn Banco ActivoBank (Portugal), SA u Bankia, SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ Frar 2014 (Każi magħquda R 649/2013-2 u R 744/2013-2) hija annullata sa fejn din laqgħet ir-rikors ta’ Banco ActivoBank (Portugal), SA, dwar is-“servizzi ta’ proprjetà immobbli”, previsti mill-applikazzjoni tat-trade mark Komunitarja u li jaqgħu fil-klassi 36.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Bankia, SA u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (COMPETITION)

(Kawża T-550/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMPETITION - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 363/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Mejju 2014 (Każ R 2082/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali COMPETITION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/39


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Petrov et vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-452/15)

(2015/C 363/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Andrei Petrov (St. Petersburg, ir-Russja), Fedor Biryukov (Moska, ir-Russja), Alexander Sotnichenko (St. Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-projbizzjoni tal-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew imposta mill-President tal-Parlament Ewropew fir-rigward tar-rikorrenti fis-16 ta’ Ġunju 2015;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti jsostnu li huma ġarrbu diskriminazzjoni sempliċement minħabba n-nazzjonalità tagħhom u bi ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li ma hemmx raġunijiet sostantivi għall-projbizzjoni. Barra minn hekk, fil-fehma tar-rikorrenti, il-preżenza tagħhom fil-bini tal-Parlament Ewropew ma kienet toħloq ebda riskju għas-sigurtà u għall-funzjonament tal-Parlament.

2.

It-tieni motiv: użu ħażin ta’ poter

Ir-rikorrenti jsostnu li l-azzjonijiet tal-President tal-Parlament Ewropew huma manifestament arbitrarji u dijametrikament opposti għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fid-dritt primarju.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/40


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA

(Kawża T-477/15)

(2015/C 363/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: M. Sfyri, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt tal-konvenuta rigward il-Fażi 2 tas-sejħa għal offerti ristretta ECHA/2014/86 ikkomunikata lir-rikorrenti permezz tal-ittra tagħha tal-25 ta’ Ġunju 2014, li permezz tagħha ġew infurmati li l-offerta tagħhom ma ntlaqgħetx u li l-kuntratt kien ingħata lil konsorju ieħor;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrenti d-dannu subit minħabba t-telf ta’ opportunità li jingħataw kuntratt, għal ammont ta’ EUR 5 20  000; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti kif ukoll spejjeż oħra sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors kellu jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-ECHA kisret l-obbligu tagħha li timmotiva l-evalwazzjoni tagħha tal-offerta tagħhom, billi ma ċċitatx il-vantaġġi relattivi tal-offerta rebbieħa.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-ECHA kienet wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-kunsiderazzjoni tal-offerta tagħhom u, sussidjarjament, li introduċiet, fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti, kriterji ġodda u mhux magħrufa.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/41


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-492/15)

(2015/C 363/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ SA.21121 (C 29/2008) (ex NN 54/2007) – ajruport ta’ Frankfurt-Hahn u Ryanair;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka essenzjalment il-motivi segwenti:

irregolarità proċedurali minħabba l-assenza ta’ diskussjonijiet ulterjuri mar-rikorrenti fl-2014;

preżentazzjoni inkompleta tal-każ, minkejja li l-fatti tal-każ kienu magħrufa mill-konvenuta meta adottat id-deċiżjoni kkontestata;

deskrizzjoni mhux eżatta tal-fatti sa fejn, billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti ċirkustanzi, il-Kummissjoni tat stampa żbaljata tal-każ;

kontradizzjonijiet manifesti fid-deċiżjoni kkontestata;

evalwazzjoni ġuridika żbaljata tal-miżuri favur l-ajruport ikkonċernat, sa fejn ċerti miżuri ma ġewx ikklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u ċerti miżuri oħra ġew ikklassifikati bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni;

evalwazzjoni ġuridika żbaljata tal-miżuri favur il-kumpannija tal-ajru kkonċernata, sa fejn dawn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/42


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Fontem Holdings 4 vs UASI (BLU ECIGS)

(Kawża T-511/15)

(2015/C 363/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fontem Holdings 4 BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. Poulter, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “BLU ECIGS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 579 603

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2697/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tal-eżaminatur tat-22 ta’ Awwissu 2014 għall-Applikazzjoni Nru 12 579 603;

taċċetta l-Applikazzjoni Nru 12 579 603 għar-reġistrazzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/42


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 – myToys.de vs UASI – Laboratories Indas (myBaby)

(Kawża T-519/15)

(2015/C 363/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: myToys.de GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Hauss-Löhde u M. Mette, avikati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Laboratories Indas, SA (Pozuelo de Alarcon, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “myBaby” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 846 426

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1002/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta’ Ġunju 2015 fil-proċedimenti tal-appell R 1002/2014-2;

tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha;

tħassar id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-proċedimenti tal-appell R 1137/2014-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 216/96, tal-5 ta’ Frar 1996, li jistipula r-regoli tal-proċedura tal-Bordijiet tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade Marks u Disinji).


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/43


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2015 – Terna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-544/15)

(2015/C 363/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Terna – Rete elettrica nazionale SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Police, L. Di Via, F. Covone, D.Carria, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, sa fejn teskludi r-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn Terna fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-SI2.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S07.91403, u li jiġi stabbilit l-obbligu ta’ ħlas lura tal-ammonti rikonoxxuti fir-rigward tal-imsemmija proġetti, sa fejn indikat fit-tabella annessa mal-miżura kkontestata;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, sa fejn ma tnaqqasx ir-rimbors tal-ispejjeż sostnuti minn Terna fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-SI2.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S07.91403, fil-proporzjon korrispondenti unikament mal-benefiċċji miksuba minn CESI S.p.A.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport (Direttorat Ġenerali għall-Enerġija – SRD.3 – Financial management), Nru ta’ referenza Move.srd.3.dir(2015)2669621 tas-6 ta’ Lulju 2015, li Terna S.p.A. rċeviet fil-21 ta’ Lulju 2015 (prot. Nru 0011151), sa fejn hija eskluża l-applikabbiltà tal-Artikolu 40(3) tad-Direttiva 2004/17/KE fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imħallsa fir-rigward tal-proġetti Nru 2009-E255/09-ENER/09-TEN-E-SI2.564583 u Nru 2007-E221/07/2007-TREN/07TEN-E-S07.91403, u jiġi stabbilit l-obbligu ta’ ħlas lura tal-ammonti rrikonoxxuti fir-rigward tal-imsemmija proġetti, sa fejn indikat fit-tabella annessa mal-miżura kkontestata, kif ukoll kontra kull att preżuppost ieħor jew madankollu konnesss, b’riferiment partikolari, sa fejn huwa l-każ, għan-nota tal-Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Enerġija (Direttorat B – Sigurtà tal-provvista, swieq tal-enerġija u netwerks, B.1 – Politika tal-enerġija, sigurtà tal-provvista u netwerks), Nru ta’ referenza ENER.B1(2014)509729 tat-18 ta’ Ġunju 2014, kif ukoll għall-Audit Report Nru B22-09 tal-1 ta’ Frar 2013, sa fejn huma ddikajrati bħala mhux ammissibbli għar-rimbors l-ispejjeż sosntuti minn Terna S.p.A. fir-rigward tal-prestazzjonijiet imwettqa minn CESI S.p.A. fil-kuntest tal-proġetti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewewl motiv ibbażat fuq l-ammissibbiltà tar-rikors

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li l-miżura kkontestata hija adottata fil-konfront ta’ din ir-rikorrenti, peress li l-effetti tagħha jirrigwardawha direttament u individwalment, u li din il-miżura, minkejja mingħajr miżura ta’ eżekuzzjoni konkreta, għandha tiġi kkunsidrata bħala definittiva u mhux bħala suġġetta għal reviżjoni sussegwenti min-naħa tal-konvenuta.

2.

It-tieni motiv rigward il-fondatezza tal-kontestazzjonijiet, l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 14 u tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2004/17/KE fil-qasam ta’ subappalt għal prestazzjonijiet, difett fl-investigazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni tal-miżura kkontestata, l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu III.7(1), (4) u (6) tal-Annesss III tad-Deċiżjoni D/207630 tal-2008 u tal-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu III.7(1), (4) u (6) tal-Anness III tad-Deċiżjoni D/7181 tal-2010, wara t-tnaqqis indebitu tar-rimbors tal-proġetti minħabba n-nuqqas allegat tal-applikazzjoni formali korretta min-naħa ta’ Terna tal-proċeduri fil-qasam ta’ għoti ta’ kuntratti.

Għandu jiġi enfasizzat f’dan ir-rigward, b’mod partikolari, li l-inklużjoni ta’ klawżola ta’ subappalt possibbli fil-ftehimiet qafas stipulati bejn Terna u CESI fi tmiem proċedura nnegozjata mhux ippreċeduta mill-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt ma tistax titqies li tmur kontra d-Direttiva 2004/17/KE, u lanqas ma tista’ tiġi validament invokata bħala indikazzjoni allegata li tiżvela l-infondatezza tar-raġunijiet ta’ natura teknika li jippermettu l-għoti lil operatur partikolari.

Il-miżura tirriżulta vvizzjata anki minħabba raġuni ulterjuri, relatata mal-klassifikazzjoni żbaljata tar-relazzjoni bejn ftehim qafas u kuntratti individwali mogħtija minn Terna lil Cesi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 40(3)(ċ) tad-Direttiva 2004/17/KE, billi l-Kummissjoni kkunsidrat bħala infondati l-preżupposti ta’ natura teknika li jippermettu l-għoti ta’ kuntratti lil operatur partikolari mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt, u difetti fl-investigazzjoni u nuqqas ta’ motivazzjoni taċ-ċaħda tat-talba għal rimbors.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tad-Direttiva 2004/17/KE u fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi fir-rigward ta’ Terna peress li eskludiet l-ammissibbiltà tat-talbiet għal rimbors dwar il-kuntratti inklużi fil-ftehim qafas minkejja l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt u l-irrilevanza ta’ wħud mill-ammonti għall-finijiet ta’ suġġettar għall-proċeduri Ewropej.

5.

Il-ħames motiv invokat sussidjarjament, dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ raġonevolezza u ta’ proporzjonalità fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi kompletament it-talba għal rimbors minflok ma twettaq tnaqqis proporzjonat.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/46


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2015 – Anagnostu et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/11) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 - Rata multiplikatriċi ta’ referenza - Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Miżuri tranżitorji għall-perijodu li jmur mill-1 ta’ Mejju 2004 sat-30 ta’ April 2011 - Artikolu 9 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Iffissar tal-limiti ta’ promozzjoni - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi - Interess ġuridiku))

(2015/C 363/54)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anastasios Anagnostu et (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ ffissar tal-limiti ta’ promozzjoni għall-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 fil-gradi AD13 u AD14 u, min-naħa l-oħra, għall-annullament tal-lista tal-uffiċjali promossi fil-gradi AD13 u AD14 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2010, u l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti promozzjoni lil numru ikbar ta’ uffiċjali fil-gradi AD12 jew AD13.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Novembru 2010 li ma tagħtix promozzjoni lil M. Antoulas, M. Bruni, M. Nicolaidou-Kallergis u M. Xanthopoulos huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.


(1)  ĠU C 290 tal-01/10/2011, p. 20.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Barnett vs KESE

(Kawża F-20/14) (1)

((Servizz pubbliku - Pensjoni - Pensjoni tal-irtirar - Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Eċċezzjoni ta’ illegalità tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni - Interess tas-servizz - Definizzjoni - Assenza - Tul tal-attività professjonali tal-applikant - Teħid inkunsiderazzjoni tal-karriera professjonali kollha kemm fi ħdan kif ukoll barra mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni - Legalità))

(2015/C 363/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Inge Barnett (Roskilde, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment N. Nikolajsen, avukat, sussegwentement S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, L. Camarena Januzec u K. Gambino, aġenti, M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tagħha għall-pensjoni, skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, tal-11 ta’ Lulju 2013, li tistabbilixxi l-lista tal-benefiċjarji, għas-sena 2013, tal-miżura prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lil I. Barnett il-benefiċċju tal-imsemmija miżura, hija annullata.

2)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn I. Barnett.


(1)  ĠU C 175, 10/6/2014. P. 55.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Gioria vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-82/14) (1)

((Uffiċjal pubbliku - Kompetizzjonijiet ġenerali - Kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 - Relazzjoni ta’ parentela bejn membru tal-Bord tal-Għażla u kandidat - Kunflitt ta’ interessi - Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal - Reklutaġġ ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla kwalitajiet ta’ integrità - Deċiżjoni li l-kandidat jiġi eskluż mill-kompetizzjoni))

(2015/C 363/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Roberto Gioria (Veruno, l-Italja) (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012 minħabba l-fatt li ma informax lill-Kumitat ta’ Selezzjoni li kien hemm relazzjoni ta’ parentela bejnu u wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

R. Gioria għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż ta’ R. Gioria.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014, p 32.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Silvan vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-83/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - DĠI tal-Kummissjoni - Eċċezzjoni tal-illegalità - Tqabbil tal-merti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Assenza tal-marki jew tal-evalwazzjonijiet analitiċi - Kummenti litterali))

(2015/C 363/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Juha Tapio Silvan (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad segwenti (AST 10) fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tal-Kummissjoni Ewropea.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

J.T. Silvan għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015, p. 47.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-24 ta’ Settembru 2015 – Weissenfels vs Il-Parlament

(Kawża F-92/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rikors għad-danni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kontenut ta’ posta elettronika mibgħuta mill-aministrazzjoni lil uffiċjal pensjonant - Preġudizzju għall-unur tar-rikorrent - Assenza - Trażmissjoni mill-membri tal-persunal li jirrapreżentaw l-istituzzjoni, ta’ informazzjoni dwar ir-rikorrent lill-avukat tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Ksur tar-Regolament Nru 45/2001 - Dikjarazzjonijiet fattwali foloz))

(2015/C 363/58)

Lingwa tal-kawża:Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Roderich Weissenfels (Fribourg-en-Brisgau, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u S. Seyr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba, minn naħa, tal-annullament tar-rifjut mill-Parlament Ewropew tat-talba tar-rikorrent intiża għal kumpens għad-dannu subit minħabba l-ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tiegħu u tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 45/2001 matul it-trattament ta’ kawża preċedenti u, min-naħa l-oħra, it-talba għad-danni morali allegatament subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

R. Weissenfels għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 448, 15/12/2014, p. 40.


3.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/49


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Settembru 2015 – De Simone vs ECDC

(Kawża F-71/15) (1)

(2015/C 363/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.