|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 362/01 |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 362/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7711 — Advent International/Bain Capital/ICBPI) ( 1 ) |
|
|
2015/C 362/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7750 — Delphi/Hellermanntyton) ( 1 ) |
|
|
2015/C 362/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7757 — AXA/Genworth LPI) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 362/05 |
||
|
2015/C 362/06 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2015/C 362/07 |
||
|
2015/C 362/08 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 362/09 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 362/10 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7789 — The Carlyle Group/PA Consulting) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
2015/C 362/11 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7782 — Generali Holding Vienna/Zürich Versicherungs-Aktiengesellschaft/Generali Pensionskasse/Bonus-Pensionskassen) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2015/C 362/12 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7828 — INEOS/DEA UK E&P Holdings) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2015/C 362/13 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7779 — Trafigura/Nyrstar) ( 1 ) |
|
|
Rettifika |
|
|
2015/C 362/14 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/1 |
OPINJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ottubru 2015
dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-istadji III u IV tad-dekummissjonar tal-Impjant tal-Enerġija Nukleari Bohunice A-1, li jinsab fir-Repubblika Slovakka
(it-test bis-Slovakk biss huwa awtentiku)
(2015/C 362/01)
Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u minn leġiżlazzjoni sekondarja (1).
Fit-30 ta’ Marzu 2015, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet, mingħand il-Gvern tar-Repubblika Slovakka, Dejta Ġenerali dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-istadji III u IV tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari Bohunice A-1.
Abbażi ta’ din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fit-30 ta’ April 2015 u pprovdut mill-awtoritajiet Slovakki fl-10 ta’ Ġunju 2015, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:
|
1. |
Id-distanza bejn l-impjant u l-eqreb punt fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ ir-Repubblika Ċeka, hija ta’ 38 kilometru. Il-fruntieri mal-Awstrija u mal-Ungerija qegħdin f’distanzi ta’ 55 kilometru u 62 kilometru bogħod rispettivament. |
|
2. |
Mil-lat ta’ saħħa, il-ħruġ ta’ effluwenti radjuattivi likwidi u gassużi waqt il-kundizzjonijiet normali ta’ dekummissjonar mhux mistenni li jikkawża esponiment sinifikanti għall-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor, fir-rigward tal-limitu tad-dożi stabbilit fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza l-ġodda (id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom (2)). |
|
3. |
L-iskart radjuattiv solidu ta’ livell baxx ħafna u ta’ livell baxx se jinħażen temporanjament fuq il-post qabel ma jiġi ttrasferit lejn ir-Repożitorju Nazzjonali tal-Iskart Radjuattiv liċenzjat li jinsab f’Mochovce fis-Slovakkja. L-iskart radjuattiv ta’ livell medju u għoli se jinħażen fuq il-post sakemm isir disponibbli repożitorju nazzjonali. |
|
4. |
Skart solidu mhux radjuattiv jew fdal materjali skont il-livelli ta’ approvazzjoni se jinħelsu mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali jew biex jerġa’ jiġi użat jew riċiklat. Dan għandu jitwettaq skont il-kriterji stipulati fl-Istandards Bażiċi ta’ Sigurtà l-ġodda (id-Direttiva 2013/59/Euratom). |
|
5. |
F’każ ta’ ħruġ mhux ippjanat ta’ effluwenti radjuattivi, li jista’ jirriżulta minn xi aċċidenti tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, fir-rigward tal-livelli ta’ referenza stabbiliti fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza l-ġodda (id-Direttiva 2013/59/Euratom). |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li, kemm fit-tħaddim normali u kemm fil-każ ta’ inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mil-istadji III u IV tad-dekummissjonar tal-impjant tal-enerġija nukleari Bohunice A-1 fir-Repubblika Slovakka, mhix mistennija li twassal għal kontaminazzjoni radjuattiva sinifikanti mil-lat tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor, fir-rigward tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza l-ġodda (id-Direttiva 2013/59/Euratom).
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Miguel ARIAS CAÑETE
Membru tal-Kummissjoni
(1) Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali għandhom jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7711 — Advent International/Bain Capital/ICBPI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 362/02)
Fis-16 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7711. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/3 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7750 — Delphi/Hellermanntyton)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 362/03)
Fit-28 ta’ Ottubru 2015 l-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7750. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/4 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7757 — AXA/Genworth LPI)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 362/04)
Fit-28 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7757. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/5 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-30 ta’ Ottubru 2015
(2015/C 362/05)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1017 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
132,88 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4578 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,71820 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3866 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0900 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,3930 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,090 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
309,90 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2644 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4350 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,2128 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5544 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4515 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5382 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6369 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5445 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 253,98 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,2222 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9703 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5860 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 070,66 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7350 |
|
PHP |
Peso Filippin |
51,492 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,5690 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
39,194 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,2724 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,2497 |
|
INR |
Rupi Indjan |
72,0155 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/6 |
IRTIRAR TA’ PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI
(2015/C 362/06)
Lista ta’ proposti irtirati
|
Dokument |
Proċedura interistituzzjonali |
Titolu |
|
COM(2015) 0404 |
NLE/2015/178 |
Proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Unjoni fuq medda qasira ta’ żmien ulterjuri għall-Greċja |
|
COM(2015) 0405 |
NLE/2015/179 |
Proposta għal Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-programm ta’ aġġustament għall-Greċja |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/7 |
Lista ta’ kontijiet li għandhom ikunu ttrattati bħala Kontijiet Esklużi għall-finijiet tas-subparagrafu C.17(g) tat-Taqsima VIII tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE
(2015/C 362/07)
|
Stat Membru |
Kontijiet (bl-ilsien nazzjonali) |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Belġju |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Bulgarija |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Id-Danimarka |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Ġermanja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Estonja |
Ebda kont għandu jiġi ttrattat taħt Kontijiet Esklużi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Irlanda |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Greċja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spanja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Franza |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
il-Kroazja |
Ebda kont għandu jiġi ttrattat taħt Kontijiet Esklużi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Italja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ċipru |
Ebda kont għandu jiġi ttrattat taħt Kontijiet Esklużi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Latvja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Litwanja |
Ebda kont għandu jiġi ttrattat taħt Kontijiet Esklużi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Lussemburgu |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Ungerija |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Malta |
Ebda kont għandu jiġi ttrattat taħt Kontijiet Esklużi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Awstrija |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Polonja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Portugall |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Rumanija |
Ebda kont għandu jiġi ttrattat taħt Kontijiet Esklużi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-Slovenja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Is-Slovakkja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Il-Finlandja |
Ebda kont għandu jiġi ttrattat taħt Kontijiet Esklużi. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
L-Isvezja |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
|
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/13 |
Lista ta’ entitajiet li għandhom jiġu ttrattati bħala Istituzzjonijiet Finanzjarji Mhux Rapportanti għall-finijiet tas-subparagrafu B.1(c) tat-Taqsima VIII tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE
(2015/C 362/08)
|
Stat Membru |
Entitajiet (bl-ilsien nazzjonali) |
||||||||||
|
Il-Belġju |
|
||||||||||
|
Il-Bulgarija |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Id-Danimarka |
|
||||||||||
|
Il-Ġermanja |
|
||||||||||
|
L-Estonja |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
L-Irlanda |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Il-Greċja |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Spanja |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Franza |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
il-Kroazja |
|
||||||||||
|
L-Italja |
|
||||||||||
|
Ċipru |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Il-Latvja |
|
||||||||||
|
Il-Litwanja |
|
||||||||||
|
Il-Lussemburgu |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
L-Ungerija |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Malta |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
|
||||||||||
|
L-Awstrija |
|
||||||||||
|
Il-Polonja |
|
||||||||||
|
Il-Portugall |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Ir-Rumanija |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Is-Slovenja |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
Is-Slovakkja |
|
||||||||||
|
Il-Finlandja |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
||||||||||
|
L-Isvezja |
|
||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
Ebda entità għandha tiġi ttrattata bħala Istituzzjoni Finanzjarja Mhux Rapportanti. |
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/16 |
Sejħiet għall-proposti skont il-programm ta' ħidma għall-għotjiet fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2020
(Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 9490)
(2015/C 362/09)
Id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija tal-Kummissjoni Ewropea b’dan qed ivara ħames sejħiet għall-proposti biex jingħataw l-għotjiet għall-proġetti skont il-prijoritajiet u l-għanijiet iddefiniti fil-programm ta’ ħidma tal-2015 fil-qasam tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej fi ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu ta' bejn l-2014 u l-2020.
Qed jintlaqgħu l-proposti għall- ħames sejħiet li ġejjin.
|
|
CEF-TC-2015-1: Twassil elettroniku tad-dokumenti — Twassil-e |
|
|
CEF-TC-2015-1: Fatturazzjoni elettronika — Fatturazzjoni-e |
|
|
CEF-TC-2015-1: Servizzi Ġeneriċi tad-Dejta Pubblika Miftuħa |
|
|
CEF-TC-2015-1: Servizzi Ġeneriċi tal-Internet aktar Siguri |
|
|
CEF-TC-2015-1: Europeana |
Il-baġit indikattiv disponibbli għall-proposti li jintgħażlu minn dawn is-Sejħiet huwa ta' EUR38,7 miljuni.
Il-proposti jridu jitressqu sad-19 ta' Jannar 2016.
Id-dokumentazzjoni rispettiva għas-Sejħiet tinsab fis-sit tat-Telecom tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa:
http://ec.europa.eu/inea/connecting-europe-facility/cef-telecom/apply-funding/cef-telecom-calls-proposals-2015
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7789 — The Carlyle Group/PA Consulting)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 362/10)
|
1. |
Fit-23 taà Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CEP IV Garden Sàrl., vejikolu ta’ akkwiżizzjoni għal fini speċjali, ikkontrollati minn fondi ġestiti minn affiljati ta’ The Carlyle Group (“Carlyle”, il-Lussemburgu), jakkwista, fi ħdan it-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ PA Consulting Group Ltd (“PA Consulting”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Carlyle: il-ġestjoni ta’ fondi li jinvestu globalment madwar erba’ dixxiplini ta’ investiment: (i) Ekwità Privata Korporattiva (akkwiżizzjoni u kapital ta’ tkabbir); (ii) Assi Reali (proprjetà immobbli, infrastruttura u enerġija, u riżorsi rinnovabbli); (iii) Strateġiji tas-Suq Globali (kreditu strutturat, mezzanine, distressed, fondi ħeġġ, u dejn medju tas-suq); u (iv) Soluzzjonijiet (programm ta’ fond tal-fondi ta’ ekwità privata u attivitajiet relatati sekondarji u ta’ koinvestiment). — għal PA Consulting: tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi ta’ konsulenza dwar ġestjoni lill-maniġment superjuri f’industriji differenti fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. PA għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra u uffiċċji fl-Amerika ta’ Fuq u ta’ Isfel, l-Ewropa, l-pajjiżi Nordiċi, fil-Golf u fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq u fil-Paċifiku fl-Asja. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7789 — The Carlyle Group/PA Consulting, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/18 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7782 — Generali Holding Vienna/Zürich Versicherungs-Aktiengesellschaft/Generali Pensionskasse/Bonus-Pensionskassen)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 362/11)
|
1. |
Fit-23 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha: l-impriża Generali Holding Vienna AG (“Generali”, l-Awstrija), proprjetà tal-grupp tal-assigurazzjoni Assicurazioni Generali SpA (l-Italja), u tal-impriża Zürich Versicherungs-Aktiengesellschaft, l-Awstrija (“Zürich”, l-Awstrija), proprjetà taż-Zürich Insurance Group (l-Iżvizzera), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b)(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Bonus-Pensionskassen Aktiengesellschaft (“Bonus-PK”, l-Awstrija), flimkien mal-kumpaniji sussidjarji, permezz tax-xiri ta’ ishma. Fl-istess ħin, Bonus Vorsorgekasse AG (“Bonus-VK”, l-Awstrija), li tagħha Generali u Zürich diġà għandhom il-kontroll sħiħ, takkwista l-funzjonijiet kollha. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali fl-Awstrija tal-impriżi kkonċernati huma: — Generali: servizzi ta’ assigurazzjoni u servizz finanzjarji oħra, — Zürich: assigurazzjoni, — Bonus-PK: fond estern tal-pensjoni, — Bonus-VK: fond speċjali ta’ prevenzjoni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea permezz tal-faks (+32 22964301), bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew bil-posta bin-numru ta’ referenza M.7782 — Generali Holding Vienna/Zürich Versicherungs-Aktiengesellschaft/Generali Pensionskasse/Bonus-Pensionskassen fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7828 — INEOS/DEA UK E&P Holdings)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 362/12)
|
1. |
Fis-26 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu INEOS AG (“INEOS”, l-Iżvizzera) takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll sħiħ ta’ Dea UK E&P Holdings Limited (“DEA UK”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), b’ittra elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7828 — INEOS/DEA UK E&P Holdings, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/20 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7779 — Trafigura/Nyrstar)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 362/13)
|
1. |
Fis-26 ta’ Ottubru 2015 il-Kummisjsoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Trafigura Beheer B.V. (“Trafigura”, in-Netherlands) takkwista fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani de facto ta’ Nyrstar (il-Belġju). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’faks (+32 22964301), b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7779 — Trafigura/Nyrstar, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
Rettifika
|
31.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 362/21 |
Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2015 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 358 tat-30 ta’ Ottubru 2015 )
(2015/C 362/14)
Fil-qoxra u f’paġna 1:
minflok:
“Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2015 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali”,
aqra:
“Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2015 li ġġedded il-Bord Governattiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali”;
f’paġna 1:
minflok:
“Magħmul fil-Lussemburgu, it-30 ta’ Ottubru 2015”,
aqra:
“Magħmul fil-Lussemburgu, it-22 ta’ Ottubru 2015”.