ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 354

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
26 ta' Ottubru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 354/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 354/02

Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 354/03

Kawża C-398/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 – Inuit Tapiriit et vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 737/2010 — Regolament li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 — Kummerċ tal-prodotti dderivati mill-foki — Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti — Validità — Bażi legali — Artikolu 95 KE — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 17 — Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni — Artikolu 19)

4

2015/C 354/04

Kawża C-526/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės – Il-Litwanja) – UAB Fast Bunkering Klaipėda vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 148(a) — Kunsinna ta’ oġġetti — Kunċett — Eżenzjoni — Kunsinna ta’ oġġetti ta’ proviżjon lill-bastimenti użati għan-navigazzjoni fil-baħar miftuħ — Kunsinni lil intermedjarji li joperaw f’isimhom stess)

5

2015/C 354/05

Kawża C-89/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – A2A SpA vs Agenzia delle Entrate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Determinazzjoni tal-kalkolu tal-interessi marbuta mal-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni — Interessi sempliċi jew interessi komposti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirreferi, għall-kalkolu tal-interessi, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 794/2004 — Deċiżjoni ta’ rkupru nnotifikata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament)

5

2015/C 354/06

Kawża C-110/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Oradea – ir-Rumanija) – Horațiu Ovidiu Costea vs SC Volksbank România SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Artikolu 2(b) — Kunċett ta’ konsumatur — Kuntratt ta’ kreditu konkluż minn persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat — Ħlas lura tal-kreditu ggarantit minn proprjetà immobbli tal-uffiċċju tal-avukati tal-persuna li tissellef — Persuna li tissellef li għandha l-għarfien neċessarju sabiex tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola qabel l-iffirmar tal-kuntratt)

6

2015/C 354/07

Kawża C-125/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Iron & Smith kft vs Unilever NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark — Reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali identika jew simili għal trade mark Komunitarja preċedenti — Trade mark Komunitarja li għandha reputazzjoni fl-Unjoni Ewropea — Portata ġeografika tar-reputazzjoni)

7

2015/C 354/08

Kawża C-127/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa- il-Latvja) – Andrejs Surmačs vs Finanšu un kapitāla tirgus komisija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 94/19/KE — Punt 7 tal-Anness I — Skema ta’ garanzija għal depożiti — Esklużjoni ta’ ċerti depożitaturi mill-iskema ta’ garanzija għal depożiti — Esklużjoni ta’ amministratur)

7

2015/C 354/09

Kawża C-309/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – L-Italja) – Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia e delle Finanze (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul — Direttiva 2003/109/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Ħruġ u tiġdid tal-permess ta’ residenza — Kundizzjoni — Kontribuzzjoni finanzjarja obbligatorja — Ammont tmien darbiet ogħla minn dak għall-kisba tal-karta ta’ identità nazzjonali — Ksur tal-prinċipji tad-Direttiva 2003/19/KE)

8

2015/C 354/10

Kawża C-321/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Colena AG vs Karnevalservice Bastian GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Prodotti kożmetiċi — Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1223/2009 — Kamp ta’ applikazzjoni — Lentijiet tal-kuntatt tal-kulur b’disinni u mingħajr korrezzjoni tal-vista — Indikazzjoni fuq l-imballaġġ li tiddeskrivi l-prodott inkwistjoni bħala prodott kożmetiku — Protezzjoni tal-konsumaturi)

9

2015/C 354/11

Kawża C-383/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni — Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 — Artikolu 3 — Irkupru ta’ għajnuna Komunitarja — Sanzjoni amministrattiva — Miżura amministrattiva — Terminu ta’ preskrizzjoni)

9

2015/C 354/12

Kawża C-386/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles – Franza) – Groupe Steria SCA vs Ministère des finances et des comptes publics [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Leġiżlazzjoni fiskali — Libertà ta’ stabbiliment — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 4(2) — Tqassim transkonfinali ta’ dividendi — Taxxa fuq il-kumpanniji — Tassazzjoni ta’ gruppi (l-intégration fiscale Franċiża) — Eżenzjoni ta’ dividendi mħallsa mis-sussidjarji li jappartjenu lill-grupp fiskali integrat — Kundizzjoni ta’ residenza — Dividendi mħallsa minn kumpanniji sussidjarji mhux residenti — Spejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni li ma jistgħux jitnaqqsu]

10

2015/C 354/13

Kawża C-463/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Asparuhovo Lake Investment Company OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 24(1), 25(b), 62 u 64(1) — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi — Kuntratt ta’ abbonament għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza — Fatt taxxabbli — Neċessità tal-prova tal-provvista effettiva tas-servizzi — Eżiġibbiltà tat-taxxa)

11

2015/C 354/14

Kawża C-342/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Lulju 2015 – Leopoldine Gertraud Piringer

11

2015/C 354/15

Kawża C-375/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberste Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Lulju 2015 – BAWAG PSK Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG vs Verein für Konsumenteninformation

12

2015/C 354/16

Kawża C-380/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Baleares (Spanja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.

13

2015/C 354/17

Kawża C-382/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 minn Skype mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-183/13 – Skype vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

14

2015/C 354/18

Kawża C-383/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 minn Skype mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-423/12 – Skype vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

15

2015/C 354/19

Kawża C-384/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 minn Skype mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-184/13 – Skype vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

16

2015/C 354/20

Kawża C-387/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Hilde Orleans et vs Vlaams Gewest; il-parti l-oħra: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen

18

2015/C 354/21

Kawża C-388/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (Raad van State, il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Denis Malcorps et vs Ir-Reġjun Fjamming (Vlaams Gewest); il-parti l-oħra fil-proċedura: Awtorità portwali muniċipali ta’ Antwerp (Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen)

19

2015/C 354/22

Kawża C-395/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2015 – Mohamed Daouidi vs Bootes Plus S.L.

19

2015/C 354/23

Kawża C-398/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce vs Salvatore Manni

20

2015/C 354/24

Kawża C-431/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 – Liberbank, S.A. vs Rafael Piris del Campo

21

2015/C 354/25

Kawża C-433/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

22

2015/C 354/26

Kawża C-443/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn The Labour Court (l-Irlanda) fit-13 ta’ Awwissu 2015 – Dr David L. Parris vs Trinity College Dublin, Higher Education Authority, Department of Public Expenditure and Reform, Department of Education and Skills

24

2015/C 354/27

Kawża C-445/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Awwissu 2015 – The Queen on the application of Nutricia Limited vs Secretary of State for Health

25

2015/C 354/28

Kawża C-458/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Proċeduri kriminali kontra K. B.

27

2015/C 354/29

Kawża C-468/15 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 minn PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-26/12, PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

27

2015/C 354/30

Kawża C-257/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Michael Ihden, Gisela Brinkmann vs TUIfly GmbH

28

2015/C 354/31

Kawża C-299/15: Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles – il-Belġju) – Daniele Striani, Mad Management SPRL, Franck Boucher et, RFC. Seresien ASBL vs Union européenne des Sociétés de Football Association (UEFA), Union Royale Belge des Sociétés de Football – Association (URBSFA)

29

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 354/32

Kawża T-30/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

30

2015/C 354/33

Kawża T-77/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond griż — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

30

2015/C 354/34

Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Schniga/CPVO – Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer) (Varjetajiet ta’ pjanti — Talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Schnitzer — Eżami tekniku — Distinzjoni — Prinċipji gwida ta’ eżami — Setgħa diskrezzjonali tal-president tas-CPVO)

31

2015/C 354/35

Kawża T-94/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond blu) (Trade mark Komunitarja — Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond blu — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

32

2015/C 354/36

Kawża T-143/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 Settembru 2015 – EE vs UASI -(rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond isfar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond isfar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

32

2015/C 354/37

Kawża T-144/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI -(rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond avorju — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

33

2015/C 354/38

Kawża T-321/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (STREET) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali STREET — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

33

2015/C 354/39

Kawża T-568/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2015/C 354/40

Kawża T-569/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTÉINES PROPRE FABRICATION) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTÉINES PROPRE FABRICATION — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

35

2015/C 354/41

Kawża T-570/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

35

2015/C 354/42

Kawża T-571/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

36

2015/C 354/43

Kawża T-572/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

36

2015/C 354/44

Kawża T-608/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

37

2015/C 354/45

Kawża T-609/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

38

2015/C 354/46

Kawża T-610/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO organic) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO organic — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

38

2015/C 354/47

Kawża T-441/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet għad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball ta’ evalwazzjoni — Dritt ta’ proprjetà — Dritt għar-rispett tal-ħajja privata — Proporzjonalità — Awtorità ta’ res judicata — Terminu għar-rikors — Ammissibbiltà — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

39

2015/C 354/48

Kawża T-523/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Awwissu 2015 – Squeeze Life vs UASI – Evolution Fresh (SQUEEZE LIFE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Rettifika tad-deċiżjoni li temmet l-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

40

2015/C 354/49

Kawża T-495/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2015 – Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus vs UASI – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN)

40

2015/C 354/50

Kawża T-499/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMILE)

41

2015/C 354/51

Kawża T-500/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY PRO)

42

2015/C 354/52

Kawża T-503/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Aranynektár vs UASI – Naturval Apícola (Natür-bal)

43

2015/C 354/53

Kawża T-504/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Rafhaelo Gutti vs UASI – Transformados del Sur (CAMISERIA LA ESPAÑOLA)

43

2015/C 354/54

Kawża T-507/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

44

2015/C 354/55

Kawża T-509/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 – Kessel medintim vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)

45

2015/C 354/56

Kawża T-510/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Mengozzi vs UASI – Consorzio per la Tutela dell’Olio Extravergine di Oliva Toscano (TOSCORO)

46

2015/C 354/57

Kawża T-512/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 – Sun Cali vs UASI – Abercrombie & Fitch Europe (SUN CALI)

47

2015/C 354/58

Kawża T-513/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Gruppe Nymphenburg Consult vs UASI (Limbic® Map)

48

2015/C 354/59

Kawża T-516/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Gruppe Nymphenburg Consult vs UASI (Limbic® Types)

48

2015/C 354/60

Kawża T-517/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Gruppe Nymphenburg Consult vs UASI (Limbic® Sales)

49

2015/C 354/61

Kawża T-518/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

50

2015/C 354/62

Kawża T-520/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 minn Filip Mikulik mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża F-67/14, Mikulik vs Il-Kunsill

51

2015/C 354/63

Kawża T-522/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – CCPL et vs Il-Kummissjoni

52

2015/C 354/64

Kawża T-523/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – Italmobiliare et vs Il-Kummissjoni

53

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 354/65

Kawża F-103/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

55

2015/C 354/66

Kawża F-111/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

55

2015/C 354/67

Kawża F-119/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Europol

56

2015/C 354/68

Kawża F-120/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Europol

56

2015/C 354/69

Kawża F-121/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

57

2015/C 354/70

Kawża F-122/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

57


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 354/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 346, 19.10.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 337, 12.10.2015

ĠU C 328, 5.10.2015

ĠU C 320, 28.9.2015

ĠU C 311, 21.9.2015

ĠU C 302, 14.9.2015

ĠU C 294, 7.9.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


Il-Qorti Ġenerali

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/2


Assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli

(2015/C 354/02)

Fit-8 ta’ Ottubru 2015, il-Konferenza Plenarja tal-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga tal-Imħallef I. S. Forrester, li temenda d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2013 (1), dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-awli.

Għall-perijodu bejn it-8 ta’ Ottubru 2015 u l-31 ta’ Awwissu 2016, l-Imħallfin huma assenjati lill-awli kif ġej:

L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

H. Kanninen, Viċi President, I. Pelikánová, E. Buttigieg, S. Gervasoni u L. Madise, Imħallfin.

L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

H. Kanninen, Viċi President;

I. Pelikánová, Imħallef;

E. Buttigieg, Imħallef.

It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla, E. Bieliūnas, S. Gervasoni, M. Madise u I. S. Forrester, Imħallfin.

It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. E. Martins Ribeiro, President tal-Awla;

S. Gervasoni, Imħallef;

L. Madise, Imħallef.

It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Papasavvas, President tal-Awla, I. Labucka, E. Bieliūnas, V. Kreuschitz u I. S. Forrester, Imħallfin.

It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Papasavvas, President tal-Awla;

E. Bieliūnas, Imħallef;

M. Forrester, Imħallef.

Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla, I. Labucka, J. Schwarcz, V. Tomljenović u V. Kreuschitz, Imħallfin.

Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. Prek, President tal-Awla;

I. Labucka, Imħallef;

V. Kreuschitz, Imħallef.

Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

A. Dittrich, President tal-Awla, F. Dehousse, J. Schwarcz, V. Tomljenović u A. M. Collins, Imħallfin.

Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

A. Dittrich, President tal-Awla;

J. Schwarcz, Imħallef;

V. Tomljenović, Imħallef.

It-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla, F. Dehousse, I. Wiszniewska-Białecka, A. M. Collins u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

S. Frimodt Nielsen, President tal-Awla;

F. Dehousse, Imħallef;

A. M. Collins, Imħallef.

Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

M. van der Woude, President tal-Awla, I. Wiszniewska-Białecka, M. Kancheva, C. Wetter u I. Ulloa Rubio, Imħallfin.

Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

M. van der Woude, President tal-Awla;

I. Wiszniewska-Białecka, Imħallef;

I. Ulloa Rubio, Imħallef.

It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla, O. Czúcz, A. Popescu, M. Kancheva u C. Wetter, Imħallfin.

It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

D. Gratsias, President tal-Awla;

M. Kancheva, Imħallef;

C. Wetter, Imħallef.

Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla, O. Czúcz, I. Pelikánová, A. Popescu u E. Buttigieg, Imħallfin.

Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:

G. Berardis, President tal-Awla;

O. Czúcz, Imħallef;

A. Popescu, Imħallef.


(1)  JO C 344, 23.11.2013, p. 2.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 – Inuit Tapiriit et vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-398/13 P) (1)

((Appell - Regolament (KE) Nru 737/2010 - Regolament li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1007/2009 - Kummerċ tal-prodotti dderivati mill-foki - Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti - Validità - Bażi legali - Artikolu 95 KE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 17 - Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni - Artikolu 19))

(2015/C 354/03)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Inuit Tapiriit Kanatami, Nattivak Hunters and Trappers Association, Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Association, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products, Inc., Fur Institute of Canada, NuTan Furs, Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Council, Johannes Egede, Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK), William E. Scott & Son, Association des chasseurs de phoques des Îles-de-la-Madeleine, Hatem Yavuz Deri Sanayi iç Ve Diş Ticaret Ltd Şirketi, Northeast Coast Sealers’ Co-Operative Society, Ltd (rappreżentanti: H. Viaene, J. Bouckaert u D. Gillet, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u C. Hermes, aġenti), Il-Parlament Ewropew, (rappreżentanti: L. Visaggio u J. Rodrigues, aġenti) Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel u M. Moore, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Inuit Tapiriit Kanatami, Nattivak Hunters’ and Trappers’ Organisation, Pangnirtung Hunters’ and Trappers’ Organisation, Jaypootie Moesesie, Allen Kooneeliusie, Toomasie Newkingnak, David Kuptana, Karliin Aariak, Canadian Seal Marketing Group, Ta Ma Su Seal Products Inc., Fur Institute of Canada, NuTan Furs Inc., GC Rieber Skinn AS, Inuit Circumpolar Council Greenland (ICC-Greenland), Johannes Egede, Kalaallit Nunaanni Aalisartut Piniartullu Kattuffiat (KNAPK), William E. Scott & Son, Association des chasseurs de phoques des Îles-de-la-Madeleine, Hatem Yavuz Deri Sanayi iç Ve Diş Ticaret Ltd Şirketi u Northeast Coast Sealers’ Co-Operative Society Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės – Il-Litwanja) – UAB “Fast Bunkering Klaipėda” vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-526/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 148(a) - Kunsinna ta’ oġġetti - Kunċett - Eżenzjoni - Kunsinna ta’ oġġetti ta’ proviżjon lill-bastimenti użati għan-navigazzjoni fil-baħar miftuħ - Kunsinni lil intermedjarji li joperaw f’isimhom stess))

(2015/C 354/04)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos Vyriausybės

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB “Fast Bunkering Klaipėda”

Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Dispożittiv

L-Artikolu 148(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, fil-prinċipju, ma tapplikax għall-kunsinni ta’ oġġetti ta’ proviżjon magħmula lil intermedjarji li jaġixxu f’isimhom stess, anki jekk, fid-data tal-kunsinna, id-destinazzjoni finali tal-oġġetti tkun magħrufa, debitament stabbilita u jiġu ppreżentati provi li jikkonfermawha lill-amministrazzjoni fiskali, konformement ma’ leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-eżenzjoni msemmija tista’ tapplika jekk it-trasferiment lill-intermedjarji msemmija tal-proprjetà tal-oġġetti kkonċernati fil-forom previsti mil-liġi nazzjonali applikabbli sseħħ l-iktar kmieni fl-istess ħin mal-mument meta l-operaturi tal-bastimenti intiżi għan-navigazzjoni f’baħar miftuħ ikunu ngħataw il-kapaċità li jużaw dawn l-oġġetti, effettivament, daqs li kieku kienu l-proprjetarji tagħhom, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 359, 07.12.2013.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – A2A SpA vs Agenzia delle Entrate

(Kawża C-89/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Determinazzjoni tal-kalkolu tal-interessi marbuta mal-irkupru tal-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Interessi sempliċi jew interessi komposti - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirreferi, għall-kalkolu tal-interessi, għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 794/2004 - Deċiżjoni ta’ rkupru nnotifikata qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament))

(2015/C 354/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A2A SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate

Dispożittiv

L-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, kif ukoll l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 24(4) tad-Digriet-Liġi Nru 185 tad-29 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet urġenti ta’ għajnuna għall-familji, għax-xogħol, għall-impjieg u għall-impriżi, u li huwa intiż sabiex jorjenta mill-ġdid il-qafas strateġiku nazzjonali għal funzjoni kontra l-kriżi, li sar liġi, wara li ġie emendat, permezz tal-Liġi Nru 2 tat-28 ta’ Jannar 2009, li tipprevedi, permezz ta’ riferiment għar-Regolament Nru 794/2004, l-applikazzjoni ta’ interessi komposti għall-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat, anki jekk id-deċiżjoni li ddikjarat din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ordnat l-irkupru ġiet adottata u nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Oradea – ir-Rumanija) – Horațiu Ovidiu Costea vs SC Volksbank România SA

(Kawża C-110/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 2(b) - Kunċett ta’ “konsumatur” - Kuntratt ta’ kreditu konkluż minn persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat - Ħlas lura tal-kreditu ggarantit minn proprjetà immobbli tal-uffiċċju tal-avukati tal-persuna li tissellef - Persuna li tissellef li għandha l-għarfien neċessarju sabiex tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola qabel l-iffirmar tal-kuntratt))

(2015/C 354/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Horațiu Ovidiu Costea

Konvenuta: SC Volksbank România SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat, li tikkonkludi kuntratt ta’ kreditu ma’ bank, mingħajr ma l-għan tal-kreditu jiġi ppreċiżat f’dan il-kuntratt, tista’ titqies bħala “konsumatur”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-imsemmi kuntratt ma jkunx marbut mal-attività professjonali ta’ dan l-avukat. Il-fatt li d-dejn maħluq mill-istess kuntratt ikun iggarantit minn kostituzzjoni ta’ garanzija ipotekarja mogħtija minn din il-persuna bħala rappreżentant tal-uffiċċju tal-avukati tagħha u li tirrigwarda oġġetti intiżi għall-eżerċizzju tal-attività professjonali tal-imsemmija persuna, bħalma hija proprjetà immobbli ta’ dan l-uffiċċju, ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 175, 10.06.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Iron & Smith kft vs Unilever NV

(Kawża C-125/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark - Reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali identika jew simili għal trade mark Komunitarja preċedenti - Trade mark Komunitarja li għandha reputazzjoni fl-Unjoni Ewropea - Portata ġeografika tar-reputazzjoni))

(2015/C 354/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iron & Smith kft

Konvenuta: Unilever NV

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li, peress li r-reputazzjoni ta’ trade mark Komunitarja preċedenti hija stabbilita fuq parti sostanzjali tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, li tista’, jekk ikun il-każ, tikkoinċidi mat-territorju ta’ Stat Membru wieħed biss li ma għandux neċessarjament ikun dak fejn ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark nazzjonali sussegwenti, għandu jiġi kkunsidrat li din it-trade mark tgawdi minn reputazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Il-kriterji li ġew stabbiliti mill-ġurisprudenza li jikkonċernaw l-użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja ma humiex, bħala tali, rilevanti biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ “reputazzjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(3) ta’ din id-direttiva.

2)

Peress li t-trade mark Komunitarja preċedenti diġà kisbet reputazzjoni f’parti sostanzjali tat-territorju tal-Unjoni Ewropea, iżda mhux mingħand il-pubbliku rilevanti tal-Istat Membru li fih saret applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali sussegwenti, ikkonċernata mill-oppożizzjoni, il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja jista’ jibbenefika mill-protezzjoni stabbilita fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/95 meta jidher li parti kummerċjalment sinjifikanti tal-imsemmi pubbliku jagħraf din it-trade mark, jistabbilixxi rabta bejn din u t-trade mark nazzjonali sussegwenti, u li teżisti, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni, jew ħsara effettiva u attwali għat-trade mark Komunitarja, skont din id-dispożizzjoni, jew, fin-nuqqas ta’ dan, ikun ta’ probabbiltà serja li tali ħsara ser tiġri fil-futur.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa- il-Latvja) – Andrejs Surmačs vs Finanšu un kapitāla tirgus komisija

(Kawża C-127/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 94/19/KE - Punt 7 tal-Anness I - Skema ta’ garanzija għal depożiti - Esklużjoni ta’ ċerti depożitaturi mill-iskema ta’ garanzija għal depożiti - Esklużjoni ta’ “amministratur”))

(2015/C 354/08)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andrejs Surmačs

Konvenuta: Finanšu un kapitāla tirgus komisija

Dispożittiv

1)

Id-depożiti esklużi taħt il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2009, huma elenkati hemmhekk b’mod eżawrjenti, b’mod li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu, fid-dritt nazzjonali tagħhom, kategoriji oħra ta’ depożitaturi li mill-perspettiva tal-funzjonijiet eżerċitati ma jaqgħux taħt il-kunċetti elenkati minn dan l-istess punt, sabiex fir-rigward tagħhom japplikaw l-esklużjoni mill-garanzija għal depożiti.

2)

Il-punt 7 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista b’din id-direttiva, bħala amministratur, il-persuni li, minħabba l-kariga miżmuma fi ħdan l-istituzzjoni ta’ kreditu, għandhom, irrispettivament mill-isem ta’ din il-kariga, livell ta’ informazzjoni u ta’ kompetenzi li jippermettilhom jevalwaw is-sitwazzjoni finanzjarja reali u r-riskji assoċjati mal-attivitajiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – L-Italja) – Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell’Economia e delle Finanze

(Kawża C-309/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Status ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul - Direttiva 2003/109/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Ħruġ u tiġdid tal-permess ta’ residenza - Kundizzjoni - Kontribuzzjoni finanzjarja obbligatorja - Ammont tmien darbiet ogħla minn dak għall-kisba tal-karta ta’ identità nazzjonali - Ksur tal-prinċipji tad-Direttiva 2003/19/KE))

(2015/C 354/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA)

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell'Interno, Ministero dell'Economia e delle Finanze

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, kif emendata bid-Direttiva 2011/51/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2011, tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz, li japplikaw għall-ħruġ jew għat-tiġdid ta’ permess ta’ residenza fl-Istat Membru kkonċernat, il-ħlas ta’ kontribuzzjoni li l-ammont tagħha jvarja bejn EUR 80 u EUR 200, sa fejn din il-kontribuzzjoni hija sproporzjonata fir-rigward tal-għan segwit minn din id-direttiva u tista’ toħloq ostakolu għall-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minnha.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Colena AG vs Karnevalservice Bastian GmbH

(Kawża C-321/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti kożmetiċi - Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1223/2009 - Kamp ta’ applikazzjoni - Lentijiet tal-kuntatt tal-kulur b’disinni u mingħajr korrezzjoni tal-vista - Indikazzjoni fuq l-imballaġġ li tiddeskrivi l-prodott inkwistjoni bħala prodott kożmetiku - Protezzjoni tal-konsumaturi))

(2015/C 354/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Krefeld

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Colena AG

Konvenuta: Karnevalservice Bastian GmbH

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi għandu jiġi interpretat fis-sens li lentijiet tal-kuntatt tal-kulur b’disinni u mingħajr korrezzjoni tal-vista ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, minkejja l-fatt li l-imballaġġ tagħhom jinkludi l-indikazzjoni “aċċessorju kożmetiku għall-għajnejn suġġett għad-direttiva dwar il-prodotti kożmetiċi”.


(1)  ĠU C 315, 15.09.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer) vs Société Sodiaal International

(Kawża C-383/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 3 - Irkupru ta’ għajnuna Komunitarja - Sanzjoni amministrattiva - Miżura amministrattiva - Terminu ta’ preskrizzjoni))

(2015/C 354/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Etablissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)

Konvenuta: Société Sodiaal International

Dispożittiv

Ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preskrizzjoni li huwa jipprovdi tapplika mhux biss għal proċeduri legali kontra irregolaritajiet li jagħtu lok għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament, iżda wkoll għall-proċeduri legali li jagħtu lok għall-adozzjoni ta’ miżuri amministrattivi, fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour administrative d’appel de Versailles – Franza) – Groupe Steria SCA vs Ministère des finances et des comptes publics

(Kawża C-386/14) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjoni fiskali - Libertà ta’ stabbiliment - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 4(2) - Tqassim transkonfinali ta’ dividendi - Taxxa fuq il-kumpanniji - Tassazzjoni ta’ gruppi (l-“intégration fiscale” Franċiża) - Eżenzjoni ta’ dividendi mħallsa mis-sussidjarji li jappartjenu lill-grupp fiskali integrat - Kundizzjoni ta’ residenza - Dividendi mħallsa minn kumpanniji sussidjarji mhux residenti - Spejjeż marbuta mal-parteċipazzjoni li ma jistgħux jitnaqqsu])

(2015/C 354/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Versailles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Groupe Steria SCA

Konvenut: Ministère des finances et des comptes publics

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar sistema ta’ integrazzjoni fiskali li tipprovdi li kumpannija parent li tintegra l-benefiċċju tan-newtralizzazzjoni tar-reintegrazzjoni ta’ proporzjon tal-ispejjeż stabbilit bir-rata fissa ta’ 5 % tal-ammont nett tad-dividendi li din tirċievi mill-kumpanniji residenti li jagħmlu parti mill-integrazzjoni, filwaqt li, skont din il-leġiżlazzjoni, din in-newtralizzazzjoni hija rrifjutata lil tali kumpannija parent fir-rigward tad-dividendi mqassma lilha mis-sussidjarji tagħha li jinsabu fi Stat Membru ieħor li, li kieku kienu residenti, kienu jkunu oġġettivament eliġibbli hemmhekk, fuq talba tagħhom.


(1)  ĠU C ##, ##.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Asparuhovo Lake Investment Company OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-463/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 24(1), 25(b), 62 u 64(1) - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Kuntratt ta’ abbonament għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza - Fatt taxxabbli - Neċessità tal-prova tal-provvista effettiva tas-servizzi - Eżiġibbiltà tat-taxxa))

(2015/C 354/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asparuhovo Lake Investment Company OOD

Konvenuta: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” jkopri kuntratti ta’ abbonamenti għall-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza lil impriża, b’mod partikolari ta’ natura ġuridika, kummerċjali u finanzjarja, li fil-kuntest tagħhom il-fornitur ikun qiegħed lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-abbonat matul it-tul tal-kuntratt.

2)

Fir-rigward ta’ kuntratti ta’ abbonament li jirrigwardaw servizzi ta’ konsulenza, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-Artikoli 62(2), 63 u 64(1) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fatt taxxabbli u l-eżiġibbiltà tat-taxxa jseħħu fl-iskadenza tal-perijodu li fir-rigward tiegħu jkun inftiehem il-ħlas, irrispettivament minn jekk u minn kemm il-darba l-abbonat effettivament ibbenefika mis-servizzi tal-fornitur.


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-8 ta’ Lulju 2015 – Leopoldine Gertraud Piringer

(Kawża C-342/15)

(2015/C 354/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti u appellanti: Leopoldine Gertraud Piringer

Domandi preliminari

1)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jeskludi, mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati, l-awtentifikazzjoni tal-firem fuq id-dokumenti meħtieġa għall-ħolqien jew għat-trasferiment ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli u jista’ jirriżerva l-eżerċizzju ta’ din l-attività għan-nutara?

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tal-Istat tar-reġistru (l-Awstrija) li tirriżerva għan-nutara l-awtentifikazzjoni tal-firem fuq id-dokumenti meħtieġa għall-ħolqien jew għat-trasferiment ta’ drittijiet fi proprjetà immobbli, bil-konsegwenza li d-dikjarazzjoni li tiċċertifika li l-firma hija awtentika, magħmula minn avukat stabbilit fir-Repubblika Ċeka fl-Istat ta’ stabbiliment tiegħu ma hijiex irrikonoxxuta fl-Istat tar-reġistru, meta, fid-dritt Ċek, din id-dikjarazzjoni għandha l-istess valur legali bħal awtentifikazzjoni mill-awtoritajiet,

b’mod partikolari għaliex,

a)

il-kwistjoni tar-rikonoxximent, fl-Istat tar-reġistru, ta’ dikjarazzjoni, magħmula fir-Repubblika Ċeka minn avukat stabbilit hemmhekk, li tiċċertifika li l-firma hija awtentika fuq talba ta’ inklużjoni fir-reġistru tal-artijiet, tikkonċerna l-provvista, minn avukat, ta’ servizz li ma jistax jiġi pprovdut mill-avukati stabbiliti fit-territorju tal-Istat tar-reġistru u r-rifjut li tiġi rrikonoxxuta tali dikjarazzjoni ma jaqax, għaldaqstant, taħt il-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet

jew

b)

l-esklużività mogħtija lin-nutara għal din l-attività hija ġġustifikata bl-għan li tiġi ggarantita l-legalità u ċ-ċertezza legali tal-atti (tad-dokumenti marbuta ma’ tranżazzjonijiet legali) u għaldaqstant b’raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u hija barra minn hekk meħtieġa sabiex jintlaħaq dan l-għan fl-Istat tar-reġsitru?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE, tat-22 ta’ Marzu 1977, biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberste Gerichtshof (l-Awstrija) fil-15 ta’ Lulju 2015 – BAWAG PSK Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-375/15)

(2015/C 354/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BAWAG PSK Bank für Arbeit und Wirtschaft und Österreichische Postsparkasse AG

Konvenuta: Verein für Konsumenteninformation

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 41(1) moqri mal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2007/64/KE (1) dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas) għandhom jiġu interpretati fis-sens li informazzjoni (f’forma elettronika), li tintbagħat mill-bank fil-kaxxa tal-posta elettronika tal-klijent fil-kuntest ta’ servizzi bankarji online (e-banking), sabiex il-kljient ikun jista’ jkollu aċċess għaliha permezz ta’ klikk wara li kien konness mas-sit tal-internet tal-e-banking, hija kkomunikata lill-klijent fuq medium dewwiemi?

2)

Jekk id-domanda 1 tingħata risposta negattiva:

L-Artikolu 41(1) moqri mal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva dwar is-servizzi ta’ ħlas għandhom jiġu intepretati fis-sens li, f’każ bħal dan:

(a)

l-informazzjoni hija bla dubju magħmula disponibbli mill-bank fuq medium dewwiemi, iżda din ma hijiex ikkomunikata lill-klijent, iżda hija biss magħmula aċċessibbli lil dan tal-aħħar, jew

(b)

din hija unikament kwistjoni ta’ informazzjoni magħmula aċċessibbli mingħajr użu ta’ medium dewwiemi?


(1)  Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, p. 1).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Baleares (Spanja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín vs Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.

(Kawża C-380/15)

(2015/C 354/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Balears

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Francisca Garzón Ramos u José Javier Ramos Martín

Konvenut: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A. u Intercotrans S.L.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 698(1) tal-kodiċi ta’ proċedura ċivili Spanjol, sa fejn jipprekludi, f’kull każ, lill-qorti adita b’rikors normali għall-annullament ta’ titolu eżekuttiv milli tissospendi provviżorjament il-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja bbażata fuq dan l-istess titolu li huwa meqjus null, huwa konformi mal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1)?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija li d-dispożizzjoni tad-dritt Spanjol hija inkompatibbli mal-Artikolu [47] tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari dik stabbilita fis-sentenza Sánchez Morcillo u Abril García (C-169/14) (2) tista’, għalhekk, tiġi trasposta għall-kawża preżenti?


(1)  ĠU 2000 C 364, p. 1.

(2)  EU:C:2014:2099.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/14


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 minn Skype mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-183/13 – Skype vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-382/15 P)

(2015/C 354/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Skype (rappreżentanti: A. Carboni, M. Browne, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky IP International, Sky plc

Talbiet

tannulla s-sentenza Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE) T-183/13 mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Mejju 2015 fl-intier tagħha u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u

tikkundanna għall-ispejjeż rispettivi tagħhom lill-UASI u lil kull parti intervenjenti f’dan l-appell inklużi l-ispejjeż tal-appellanti għal dan l-appell kif ukoll għall-ispejjeż (i) tal-appell quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-183/13; (ii) tar-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 2398/2010-4; u (iii) tal-oppożizzjoni B 812 380 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-uniku aggravju tal-appellanti huwa li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) fl-għoti tas-sentenza tagħha fil-Kawża T-183/13 relatata mal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 660 065 (iktar ’il quddiem it-“trade mark ikkontestata”). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin meta waslet għad-deċiżjoni tagħha li tilqa’ l-konstatazzjonijiet tal-konvenut fl-ewwel istanza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni:

1.

Meta evalwat ix-xebh bejn il-prodotti u servizzi bejn it-trade mark ikkontestata u t-trade mark preċedenti tal-intervenjenti, il-Qorti Ġenerali identifikat lista inkorretta ta’ servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata;

2.

Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti, fejn naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizz Skype tal-appellanti kien ibbażat fuq forma ta’ teknoloġija ġdida u innovattiva ħafna fid-data li fiha t-trade mark ikkontestata għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (iktar ’il quddiem id-“data rilevanti”), u għaldaqstant il-pubbliku rilevanti kellu livell ’il fuq mill-medja ta’ kompetenza teknika u kapaċità ogħla li jagħmel distinzjoni bejn it-trade marks.

3.

Jidher li l-Qorti Ġenerali assumiet b’mod żbaljat li l-fatt li l-appellanti aċċettat li s-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata huma identiċi għal uħud mis-servizzi koperti mit-trade mark preċedenti kien ifisser li kienet qed taċċetta wkoll li t-trade mark preċedenti kienet tgawdi minn karattru distintiv ogħla u/jew reputazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-oqsma komuni ma’ dawk speċifiċi għat-trade mark ikkontestata fid-data rilevanti.

4.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat minn diversi aspetti meta eżaminat l-evalwazzjoni tal-UASI relatata max-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, b’mod partikolari, billi bbażat ruħha fuq il-finzjoni ġuridika żbaljata li l-konsumatur medju jaqra’ l-kliem qosra iżolati mix-xellug għal-lemin, u billi qiegħdet importanza eżaġerata fuq il-koinċidenza tal-ittri S-K-Y fil-bidu taż-żewġ trade marks, kif ukoll billi naqset milli tevalwa l-fatt li d-differenza kunċettwali bejniethom tinnewtralizza kull xebh viżiv jew fonetiku;

5.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żewġ żbalji sinjifikanti billi laqgħet il-konstatazzjoni tal-UASI li t-trade mark preċedenti għandha karattru distintiv ogħla b’rabta mal-prodotti u servizzi barra mis-servizzi “prinċipali” ta’ xandir televiżiv tal-intervenjenti. L-ewwel nett ibbażat ruħha b’mod żbaljat fuq l-użu tat-trade mark preċedenti b’rabta mas-servizzi “prinċipali” tal-intervenjenti biex talludi karattru distintiv għal servizzi oħra, it-tieni nett, hija ħadet inkunsiderazzjoni provi ta’ użu li seħħew wara d-data rilevanti;

6.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat f’numru ta’ aspetti meta wettqet evlawazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni:

i.

ir-reputazzjoni sostanzjali li kienet tgawdi t-trade mark ikkontestata fid-data rilevanti; u

ii.

provi globali reali li juru l-koeżistenza paċifika fis-suq tat-trade marks inkwistjoni għal iktar minn għaxar snin, fejn l-intervenjenti ma ressqu ebda azzjoni ta’ ksur, liema fatt jindika b’mod kunsiderevoli li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fid-data rilevanti.

Għaldaqstant, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja: (1) tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-183/13 u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u (2) tordna li l-ispejjeż tal-appellanti jiġu rrimborsati lilha.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/15


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 minn Skype mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-423/12 – Skype vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-383/15 P)

(2015/C 354/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Skype (rappreżentanti: A. Carboni, M. Browne, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky IP International, Sky plc

Talbiet

tannulla s-sentenza Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE) T-423/12 mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Mejju 2015 fl-intier tagħha u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u

tikkundanna għall-ispejjeż rispettivi tagħhom lill-UASI u lil kull parti intervenjenti f’dan l-appell inklużi l-ispejjeż tal-appellanti għal dan l-appell kif ukoll għall-ispejjeż (i) tal-appell quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-423/12; (ii) tar-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 1561/2010-4; u (iii) tal-oppożizzjoni B 1 023 680 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-uniku aggravju tal-appellanti huwa li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) fl-għoti tas-sentenza tagħha fil-Kawża T-423/12 relatata mal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 546 248 (iktar ’il quddiem it-“trade mark ikkontestata”). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin meta waslet għad-deċiżjoni tagħha li tilqa’ l-konstatazzjonijiet tal-konvenut fl-ewwel istanza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni:

1.

Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti, fejn naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizz Skype tal-appellanti kien ibbażat fuq forma ta’ teknoloġija ġdida u innovattiva ħafna fid-data li fiha t-trade mark ikkontestata għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (iktar ’il quddiem id-“data rilevanti”), u għaldaqstant il-pubbliku rilevanti kellu livell ’il fuq mill-medja ta’ kompetenza teknika u kapaċità ogħla li jagħmel distinzjoni bejn it-trade marks.

2.

Jidher li l-Qorti Ġenerali assumiet b’mod żbaljat li l-fatt li l-appellanti aċċettat li s-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata huma identiċi għal uħud mis-servizzi koperti mit-trade mark preċedenti kien ifisser li kienet qed taċċetta wkoll li t-trade mark preċedenti kienet tgawdi minn karattru distintiv ogħla u/jew reputazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-oqsma komuni ma’ dawk speċifiċi għat-trade mark ikkontestata fid-data rilevanti.

3.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat minn diversi aspetti meta eżaminat l-evalwazzjoni tal-UASI relatata max-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, b’mod partikolari, billi bbażat ruħha fuq il-finzjoni ġuridika żbaljata li l-konsumatur medju jaqra’ l-kliem qosra iżolati mix-xellug għal-lemin, u billi qiegħdet importanza eżaġerata fuq il-koinċidenza tal-ittri S-K-Y fil-bidu taż-żewġ trade marks, kif ukoll billi naqset milli tevalwa l-fatt li d-differenza kunċettwali bejniethom tinnewtralizza kull xebh viżiv jew fonetiku;

4.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żewġ żbalji sinjifikanti billi laqgħet il-konstatazzjoni tal-UASI li t-trade mark preċedenti għandha karattru distintiv ogħla b’rabta mal-prodotti u servizzi barra mis-servizzi “prinċipali” ta’ xandir televiżiv tal-intervenjenti. L-ewwel nett ibbażat ruħha b’mod żbaljat fuq l-użu tat-trade mark preċedenti b’rabta mas-servizzi “prinċipali” tal-intervenjenti biex talludi karattru distintiv għal servizzi oħra, it-tieni nett, hija ħadet inkunsiderazzjoni provi ta’ użu li seħħew wara d-data rilevanti;

5.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat f’numru ta’ aspetti meta wettqet evlawazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni:

i.

ir-reputazzjoni sostanzjali li kienet tgawdi t-trade mark ikkontestata fid-data rilevanti; u

ii.

provi globali reali li juru l-koeżistenza paċifika fis-suq tat-trade marks inkwistjoni għal iktar minn għaxar snin, fejn l-intervenjenti ma ressqu ebda azzjoni ta’ ksur, liema fatt jindika b’mod kunsiderevoli li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fid-data rilevanti.

Għaldaqstant, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja: (1) tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-423/12 u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u (2) tordna li l-ispejjeż tal-appellanti jiġu rrimborsati lilha.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/16


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 minn Skype mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-5 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-184/13 – Skype vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

(Kawża C-384/15 P)

(2015/C 354/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Skype (rappreżentanti: A. Carboni, M. Browne, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Sky IP International, Sky plc

Talbiet

tannulla s-sentenza Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE) T-184/13 mogħtija mill-Qorti Ġenerali fil-5 ta’ Mejju 2015 fl-intier tagħha u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u

tikkundanna għall-ispejjeż rispettivi tagħhom lill-UASI u lil kull parti intervenjenti f’dan l-appell inklużi l-ispejjeż tal-appellanti għal dan l-appell kif ukoll għall-ispejjeż (i) tal-appell quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-184/13; (ii) tar-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 121/2011-4; u (iii) tal-oppożizzjoni B 1 046 046 quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-uniku aggravju tal-appellanti huwa li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) fl-għoti tas-sentenza tagħha fil-Kawża T-184/13 relatata mal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4 521 084 (iktar ’il quddiem it-“trade mark ikkontestata”). B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji li ġejjin meta waslet għad-deċiżjoni tagħha li tilqa’ l-konstatazzjonijiet tal-konvenut fl-ewwel istanza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni:

1.

Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-karatteristiċi tal-pubbliku rilevanti, fejn naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li s-servizz Skype tal-appellanti kien ibbażat fuq forma ta’ teknoloġija ġdida u innovattiva ħafna fid-data li fiha t-trade mark ikkontestata għandha tittieħed inkunsiderazzjoni (iktar ’il quddiem id-“data rilevanti”), u għaldaqstant il-pubbliku rilevanti kellu livell ’il fuq mill-medja ta’ kompetenza teknika u kapaċità ogħla li jagħmel distinzjoni bejn it-trade marks.

2.

Jidher li l-Qorti Ġenerali assumiet b’mod żbaljat li l-fatt li l-appellanti aċċettat li s-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata huma identiċi għal uħud mis-servizzi koperti mit-trade mark preċedenti kien ifisser li kienet qed taċċetta wkoll li t-trade mark preċedenti kienet tgawdi minn karattru distintiv ogħla u/jew reputazzjoni fir-rigward ta’ dawk l-oqsma komuni ma’ dawk speċifiċi għat-trade mark ikkontestata fid-data rilevanti.

3.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat minn diversi aspetti meta eżaminat l-evalwazzjoni tal-UASI relatata max-xebh viżiv, fonetiku u kunċettwali tat-trade marks inkwistjoni, b’mod partikolari, billi bbażat ruħha fuq il-finzjoni ġuridika żbaljata li l-konsumatur medju jaqra’ l-kliem qosra iżolati mix-xellug għal-lemin, u billi qiegħdet importanza eżaġerata fuq il-koinċidenza tal-ittri S-K-Y fil-bidu taż-żewġ trade marks, kif ukoll billi naqset milli tevalwa l-fatt li d-differenza kunċettwali bejniethom tinnewtralizza kull xebh viżiv jew fonetiku;

4.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żewġ żbalji sinjifikanti billi laqgħet il-konstatazzjoni tal-UASI li t-trade mark preċedenti għandha karattru distintiv ogħla b’rabta mal-prodotti u servizzi barra mis-servizzi “prinċipali” ta’ xandir televiżiv tal-intervenjenti. L-ewwel nett ibbażat ruħha b’mod żbaljat fuq l-użu tat-trade mark preċedenti b’rabta mas-servizzi “prinċipali” tal-intervenjenti biex talludi karattru distintiv għal servizzi oħra, it-tieni nett, hija ħadet inkunsiderazzjoni provi ta’ użu li seħħew wara d-data rilevanti;

5.

Il-Qorti Ġenerali applikat il-liġi b’mod żbaljat f’numru ta’ aspetti meta wettqet evlawazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni:

i.

ir-reputazzjoni sostanzjali li kienet tgawdi t-trade mark ikkontestata fid-data rilevanti; u

ii.

provi globali reali li juru l-koeżistenza paċifika fis-suq tat-trade marks inkwistjoni għal iktar minn għaxar snin, fejn l-intervenjenti ma ressqu ebda azzjoni ta’ ksur, liema fatt jindika b’mod kunsiderevoli li ma kienx hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fid-data rilevanti.

Għaldaqstant, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja: (1) tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-184/13 u terġa’ tibgħat it-talba quddiem l-UASI sabiex tingħata segwitu; u (2) tordna li l-ispejjeż tal-appellanti jiġu rrimborsati lilha.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Hilde Orleans et vs Vlaams Gewest; il-parti l-oħra: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen

(Kawża C-387/15)

(2015/C 354/20)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hilde Orleans, Rudi Van Buel, Marina Apers

Konvenuta: Vlaams Gewest

Intervenjenti: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen

Domanda preliminari

Il-pjan ta’ implementazzjoni tal-iżvilupp reġjonali (GRUP) jinkludi regoli tal-ippjanar li jipprevedu li l-iżvilupp ta’ żoni (allokati b’mod iktar preċiż lill-impriżi portwali u marbuta mal-passaġġi tal-ilma, ma’ park loġistiku, mal-infrastrutturi tal-passaġġi li jistgħu jitbaħħru u mal-infrastrutturi tat-toroq u tat-trasport) li fihom hemm riżorsi naturali (żona ta’ tip ta’ habitat naturali jew habitat ta’ speċi li għalihom ġiet indikata ż-żona speċjali ta’ konservazzjoni/żona ta’ protezzjoni speċjali kkonċernata) li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ konservazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni/żoni ta’ protezzjoni speċjali kkonċernati, huwa possibbli biss wara l-ħolqien ta’ habitat sostenibbli f’żoni ta’ importanza ekoloġika (indikati fiż-żona Natura 2000) u wara deċiżjoni tal-Gvern Fjamming, adottata wara opinjoni preliminari tal-amministrazzjoni Fjamminga kompetenti fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura, li tikkonstata s-suċċess tal-ħolqien sostenibbli taż-żoni ta’ importanza ekoloġika, liema deċiżjoni għandha tinstab fit-talba għal permess ta’ ppjanar dwar l-iżvilupp tal-faċilitajiet imsemmija iktar ’il fuq.

Dawn ir-regoli tal-ippjanar u l-iżvilupp pożittiv taż-żoni ta’ importanza ekoloġika li dawn jipprevedu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-eventwali effetti sinjifikattivi u/jew fl-evalwazzjoni xierqa, skont l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “Habitats” (1), jew għandu jiġi kkunsidrat li dawn jistgħu jikkostitwixxu biss “miżuri kumpensatorji” fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva “Habitats”, sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-dispożizzjoni ġew sodisfatti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kunsill tal-Istat (Raad van State, il-Belġju) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Denis Malcorps et vs Ir-Reġjun Fjamming (Vlaams Gewest); il-parti l-oħra fil-proċedura: Awtorità portwali muniċipali ta’ Antwerp (Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen)

(Kawża C-388/15)

(2015/C 354/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Il-Kunsill tal-Istat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Denis Malcorps, Myriam Rijssens, Guido Van De Walle.

Konvenut: Ir-Reġjun Fjamming

Intervenjenti: L-Awtorità portwali muniċipali ta’ Antwerpen

Domanda preliminari

Il-pjan reġjonali ta’ implementazzjoni tal-iżvilupp jinkludi fih regoli ta’ ppjanar ta’ natura leġiżlattiva li jipprovdu li l-iżvilupp ta’ żoni (iktar preċiżament assenjati għall-impriżi portwali u marbuta mal-passaġġi tal-ilma, ma’ park loġistiku, mal-infrastrutturi tal-passaġġi navigabbli u mal-infrastrutturi tat-toroq u ta’ trasport) li fihom jinsabu riżorsi naturali (żoni ta’ tip ta’ habitat naturali jew habitat ta’ speċi li għalihom ġiet iddikjarata ż-żona speċjali ta’ konservazzjoni/żona ta’ protezzjoni speċjali kkonċernata) li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ konservazzjoni taż-żoni speċjali ta’ konservazzjoni/żoni ta’ protezzjoni speċjali kkonċernati, huwa biss possibbli wara l-ħolqien ta’ habitat sostenibbli f’żoni b’qalba ekoloġika (li huma inklużi fiż-żona Natura 2000) u wara deċiżjoni tal-Gvern Fjamming, adottata wara opinjoni bil-quddiem mill-amministrazzjoni Fjamminga kompetenti fil-qasam tal-konservazzjoni tan-natura, li tikkonstata s-suċċess tal-ħolqien sostenibbli taż-żoni ta’ importanza ekoloġika, liema deċiżjoni għandha tkun inkluża fl-applikazzjoni għal permess ta’ ppjanar relattiv għall-implementazzjoni tal-faċilitajiet imsemmija iktar ’il fuq.

Dawn ir-regoli ta’ ppjanar u l-iżvilupp pożittiv taż-żoni ta’ importanza ekoloġika previsti minnhom jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-eventwali konsegwenzi sinjifikattivi u/jew fl-evalwazzjoni xierqa, konformement mal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva “Habitats” (1), jew għandu jiġi kkunsidrat li dawn jistgħu jikkostitwixxu biss “miżuri kumpensatorji” fis-sens tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva “Habitats”, sa fejn il-kundizzjonijiet iffissati minn din id-dispożizzjoni jkunu ġew sodisfatti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2015 – Mohamed Daouidi vs Bootes Plus S.L.

(Kawża C-395/15)

(2015/C 354/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Mohamed Daouidi

Konvenuti: Bootes Plus S.L., Fondo de Garantía Salarial u Ministerio Fiscal

Domandi preliminari

1)

Il-projbizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni stabbilita fl-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tista’ tinkludi fil-kamp ta’ projbizzjoni u ta’ protezzjoni tagħha d-deċiżjoni ta’ impriża li tkeċċi ħaddiem, li sa dak il-mument kien stmat professjonalment, sempliċement minħabba l-fatt li, għal żmien indeterminat, jinsab f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol meta qiegħed isegwi trattament mediku u jirċievi allowances tas-sigurtà soċjali?

2)

L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni li jibbenefika minnha ħaddiem vittma ta’ tkeċċija manifestament arbitrarja u infondata għandha tkun prevista fil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal kull tkeċċija li tikser dritt fundamentali?

3)

Id-deċiżjoni ta’ impriża li tkeċċi ħaddiem, sa dak il-mument stmat professjonalment, sempliċement minħabba l-fatt li, għal żmien indeterminat, jinsab f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol meta qiegħed jieħu trattament mediku u jirċievi allowances tas-sigurtà soċjali, taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 3, 15, 31, 34(1) u35(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (jew taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ wieħed jew iktar minnhom biss)?

4)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tliet domandi preċedenti (jew għal waħda minnhom) u fl-ipoteżi fejn il-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ u tiddeċiedi li d-deċiżjoni li jitkeċċa ħaddiem, sa dak il-mument stmat professjonalment, sempliċement minħabba l-fatt li, għal żmien indeterminat, jinsab f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol, meta qiegħed jieħu trattament mediku u jirċievi allowances tas-sigurtà soċjali, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ wieħed jew iktar mill-artikoli tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-qorti nazzjonali tista’ tapplika dawn l-artikoli sabiex tiddeċiedi tilwima bejn individwi, jew għaliex, skont jekk huwiex każ ta’ “dritt” jew ta’ “prinċipju”, dawn għandhom jingħataw effett orizzontali jew għaliex għandu jiġi applikat il-“prinċipju ta’ interpretazzjoni konformi”?

5)

F’każ ta’ risposta negattiva għall-erba’ domandi preċedenti, id-deċiżjoni tal-impriża li tkeċċi ħaddiem, sa dak il-mument stmat professjonalment, sempliċement minħabba l-fatt li, għal żmien indeterminat, jinsab f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja minħabba inċident fuq il-post tax-xogħol taqa’ taħt il-kunċett ta’ “diskriminazzjoni diretta bbażata fuq diżabiltà” bħala raġuni ta’ diskriminazzjoni msemmija fl-Artikoli 1, 2 u 3 tad-Direttiva 2000/78/KE (2)?


(1)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Camera di Commercio, Industria, Artigianato e Agricoltura di Lecce vs Salvatore Manni

(Kawża C-398/15)

(2015/C 354/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Camera di Commercio, Industria, Artigianato u Agricoltura di Lecce

Konvenut: Salvatore Manni

Domandi preliminari

1)

Il-prinċipju ta’ żamma tad-data personali b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuni kkonċernati għal perijodu ta’ żmien li ma jaqbiżx dak meħtieġ għat-twettiq tal-għanijiet li għalihom tinġabar din id-data jew tiġi pproċessata sussegwentement, previst fl-Artikolu 6(e) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995 (1), trasposta bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 1996, tat-30 ta’ Ġunju 2003, għandu jipprevalixxi u, għaldaqstant, jipprekludi s-sistema ta’ pubblikazzjoni mwettqa bir-reġistru tal-kumpanniji, previst bl-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KEE, tad-9 ta’ Marzu 1968 (2), kif ukoll bid-dritt nazzjonali fl-Artikolu 2188 tal-Codice Civile u bl-Artikolu 8 tal-Liġi Nru 580 tad-29 ta’ Diċembru 1994, sa fejn dan ikun jeħtieġ li kulħadd, mingħajr limitazzjonijiet ta’ żmien, ikun jista’ jsir jaf bid-data relatata mal-persuni fiżiċi li jirriżultaw minnu?

2)

Għaldaqstant, l-Artikolu 3 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 68/151/KE, tad-9 ta’ Marzu 1968, jippermetti li, b’deroga mit-tul ta’ żmien mhux limitat u mid-destinatarji mhux determinati tad-data ppubblikata fir-reġistru tal-kumpanniji, id-data stess ma tibqax suġġetta għal “pubblikazzjoni”, f’tali sinjifikat doppju, iżda minflok tkun disponibbili biss għal żmien limitat u fir-rigward ta’ destinatarji determinati, abbażi ta’ valutazzjoni każ b’każ fdata f’idejn l-amministratur tad-data?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

(2)  L-ewwel Direttiva tal-Kunsill, tad-9 ta’ Marzu tal-1968, dwar il-kordinazzjoni ta’ salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta’ membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpanniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti f’kull parti tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 3).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Cantabria (Spanja) fis-7 ta’ Awwissu 2015 – Liberbank, S.A. vs Rafael Piris del Campo

(Kawża C-431/15)

(2015/C 354/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Cantabria – Sección 4

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Liberbank, S.A.

Konvenut: Rafael Piris del Campo

Domandi preliminari

1)

Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawżola ta’ rata minima inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi hija kompatibbli mal-prinċipju li l-klawżoli inġusti ma humiex vinkolanti u mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

2)

Iż-żamma tal-effetti li jirriżultaw minn klawżola ta’ rata minima li ddaħħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi ddikjarata nulla minħabba li din il-klawżola tirriżulta li hija inġusta hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

3)

Il-limitazzjoni tal-effetti retroattivi tan-nullità ta’ klawżola ta’ rata minima inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi minħabba li hemm riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku u l-bona fide hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda preċedenti, meta titressaq azzjoni individwali għal nullità ta’ klawżola inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi, il-preżunzjoni ta’ riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku hija kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, jew dan ir-riskju għandu jiġi evalwat u vvalutat fid-dawl tad-data ekonomika konkreta li minnha tinsilet ir-riperkussjoni makroekonomika tal-għoti ta’ effetti retroattivi f’każ ta’ nullità ta’ klawżola inġusta?

5)

Min-naħa l-oħra, meta titressaq azzjoni individwali ta’ nullità ta’ klawżola inġusta li ddaħlet f’kuntratt konkluż mal-konsumaturi, il-fatt li l-eżistenza ta’ riskju ta’ tħarbit gravi b’effett fuq l-ordni pubbliku ekonomiku tiġi evalwata fid-dawl tal-effetti ekonomiċi li jkollu l-eżerċizzju potenzjali ta’ azzjoni individwali mressqa minn numru kbir ta’ konsumaturi huwa kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993? Jew, kuntrarjament, dan ir-riskju għandu jiġi evalwat fid-dawl tal-effett ekonomiku fuq l-ekonomija tal-azzjoni individwali konkreta mressqa mill-kosumatur?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda, il-fatt li għall-evalwazzjoni tal-bona fide l-aġir tal-bejjiegħ jew tal-fornitur jiġi evalwat in abstracto, huwa kompatibbli mal-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

7)

Jew, bil-kontra, huwa neċessarju li l-imsemmija bona fide tiġi eżaminata u evalwata f’kull każ konkret fid-dawl tal-aġir konkret segwit mill-bejjiegħ jew mill-fornitur fil-kuntest tal-konklużjoni tal-kuntratt u l-inklużjoni tal-klawżola inġusta fil-kuntratt, skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/22


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-433/15)

(2015/C 354/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi, D. Nardi, J. Guillem Carrau, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet

a)

tiddikjara li, billi ma ggarantitx li l-imposta addizzjonali dovuta għall-produzzjoni eċċessiva għal-livell tal-kwota nazzjonali, imwettqa fl-Italja, mill-ewwel kampanja ta’ impożizzjoni effettiva tal-imposta addizzjonali fl-Italja (1995/1996) sal-aħħar kampanja li fiha fl-Italja seħħet produzzjoni eċċessiva (2008/2009), ġiet effettivament addebitata lill-produtturi individwali li kkontribwew għal kull qbiż ta’ produzzjoni, kienet ukoll imħallsa tempestivament, man-notifika tal-ammont dovut minnhom, mix-xerrej jew il-produttur, f’każ ta’ bejgħ dirett, jiġifieri, meta ma tħallsitx fit-termini previsti, irreġistrata u eventwalment eżegwita mix-xerrejja u l-produtturi stess, il-Gvern Taljan naqqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu mid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni applikabbli għall-kampanji kkonċernati, u speċifikatament mill-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 3950/92 (1); mill-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 (2); mill-Artikoli 79, 80 u 83 tar-Regolament (KE) 1234/2007 (3); kif ukoll, għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni mill-Kummissjoni, mill-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 536/1993 (4); mill-Artikolu 11(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 (5) u, fl-aħħar nett, mill-Artikoli 15 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 (6);

b)

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tat-talba tagħha, il-Kummissjoni targumenta li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani jew fi kwalunkwe każ miksuba matul il-proċedura prekontenzjuża, l-ammont tal-imposta addizzjonali li kienet għadha ma ġietx irkuprata tikkorrispondi għal EUR 1  343 miljuni. L-ammont totali tal-imposta addizzjonali li ġiet effettivament rkuprata tikkorrispondi għal madwar EUR 282 miljuni fuq total impost bħala taxxa ta’ EUR 2  305 miljuni, matul il-perijodu tal-ewwel kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li fiha s-sistema tal-imposta addizzjonali ddaħħlet formalment fl-Italja (Kampanja 1995/1996) sal-aħħar kampanja li fiha ġiet irreġistrata produzzjoni eċċessiva (Kampanja 2008/2009). Wara t-tnaqqis tas-somom netti koperti mill-pjani ta’ ħlas rateali (EUR 469 milijuni) u tas-somom iddikjarati irrekuperabbli (EUR 211 miljuni), ir-relazzjoni bejn it-taxxa effettivament miġbura u dak li baqa’ x’jinġabar bħala somom netti li huma s-suġġett ta’ pjani rateali u tal-ammonti ddikjarati irrekuperabbli jikkorrispondi għal 21 %. Essenzjalment, is-somom effittivament irkuprati jikkorrispondu għal inqas minn kwart ta’ dawk li għandhom jiġu rkuprati fid-data ffissata mill-opinjoni motivata.

Il-Kummissjoni tirrileva li l-perċentwali bejn is-somom effettivament rkuprati u dawk imposti, għal kull kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, għal dawk li jirrigwardaw il-pjani rateali u ta’ dawk iddikjarati irrekuperabbli, juru n-nuqqas ta’ effettività tas-sistema ta’ taxxa tal-imposta addizzjonali, peress li ġeneralment kienet inqas minn 21 %, matul il-perijodi kkunsidrati, u minkejja li fi tmiem tat-terminu ffissat mill-opinjoni motivata kienu għaddew iktar minn ħames anni mit-tmiem tal-aħħar kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni li fiha kien ġie rreġistrat eċċess ta’ produzzjoni fl-Italia.

Fir-rigward tal-ġustifikazzjoni adottata mill-Italja, skont liema l-irkupru effettiv tas-somom dovuti bħala taxxa kien ostakolat minn diversi azzjonijiet li għadhom pendenti li ġew imressqa mid-debituri kontra t-talbiet għal ħlas, il-Kummissjoni ressqet l-informazzjoni dwar is-somom effettivament irkuprati fir-rigward ta’ dawk li għadhom iridu jiġu rkuprati li għalihom il-ħlasijiet ma humiex ikkontestati, għal kull kampanja ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata. L-informazzjoni turi li fuq madwar EUR 1  068 miljun eżiġibbli, huma biss EUR 241 miljuni li ġew irkuprati, li jikkorrispondu għal 23 % ta’ dak eżiġibbli, mingħajr ma teżisti ebda ġustifikazzjoni f’dak ir-rigward.

Peress li l-funzjoni tal-imposta addizzjonali hija li tiskoraġġixxi l-produzzjoni eċċessiva ta’ ħalib fir-rigward tal-kwantitajiet tar-referenza nazzjonali (KRN), in-nuqqas perdurat ta’ rkupru ta’ somom daqstant kbar, 20 sena wara d-dħul tas-sistema ta’ kwoti ta’ produzzjoni fl-Italja, u sitt snin mill-aħħar qbiż irreġistrat tal-KRN Taljan iddetermina it-telf ta’ effettività tas-sistema tal-imposta addizzjonali kif mixtieq mil-leġiżlatur, kif jidher ukoll mill-qbiż kontinwu li seħħ f’kull waħda mill-kampanji mill-1995/1996 sal-2008/2009.

Il-Kummissjoni ssostni li n-nuqqas ta’ rkupru ta’ somom daqstant kbar fir-rigward tal-imposta addizzjonali hija imputabbli għal atti ta’ negliġenza speċifiċi tar-Repubblika Taljana, li jispjegaw in-nuqqas ta’ effettività tas-sistema ta’ intaxxar tal-imposta addizzjonali fl-Italja, fil-perijodu inkwistjoni.

l-ewwel nett, il-konfużjoni leġiżlattiva li kkaratterizzat ir-regoli ta’ implementazzjoni Taljani kkawżat ritard fl-effettività ta’ implementazzjoni tas-sistema ta’ taxxa fl-Italja u volum anomalu ta’ kawżi li kellu l-effett li jinibixxi l-ġbir tagħha, minħabba s-sospensjoni tal-ħlasijiet mogħtija mill-qrati nazzjonali bħala miżura kawtelatorja.

It-tieni nett, l-Italja ma użatx b’mod effikaċji l-mekkaniżmi amministrattivi disponibbli kollha sabiex tirkupra effikaċjament is-somom dovuti bħala taxxa, bħala tpaċija. Il-possibbiltà ta’ tpaċija bejn it-taxxa li kellha tinġabar u l-għajnuna mogħtija fl-ambitu tal-politika agrikola komuni ddaħħlet b’mod ineffikaċji u tardiv u sal-lum għadhom jeżistu liġijiet Taljani li jostakolaw l-implementazzjoni tagħha.

It-tielet nett, il-proċeduri ta’ ġbir ġew prinċipalment ibblukkati mid-dħul fis-seħħ tal-Liġi 33/2009 sa issa, minħabba l-assenza ta’ dispożizzjonijiet ta’ implementazzjoni jew ftehim kuntrattwali bejn l-awtoritajiet u l-entitajiet involuti li huma neċessarji għat-tkomplija ta’ dawk il-proċeduri.

Ir-raba’ nett, jirrżulta lill-Kummissjoni li, minħabba żbalji metodoloġiċi min-naħa tal-awtoritajiet inkarigati mill-proċedura ta’ rkupru, somom li huma eżiġibbli ġew ikkunsidrati b’mod żbaljat mhux rekuperabbli, li rriżultaw f’nuqqasijiet ulterjuri fl-effettività tal-ġbir tal-imposta addizzjonali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92, tat-28 ta’ Diċembru 1992, li jistabbilixxi taxxa miżjuda fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib (ĠU L 405, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 391).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 536/93 tad-9 ta’ Marzu 1993 li jistabbilixxi regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni ta’ l-imposta addizzjonali fuq ħalib u prodotti tal-ħalib (ĠU L 57, p 12).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1392/2001, tad-9 ta’ Lulju 2001, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3950/92 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fuq il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 187, p. 19).

(6)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 43, p. 333).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn The Labour Court (l-Irlanda) fit-13 ta’ Awwissu 2015 – Dr David L. Parris vs Trinity College Dublin, Higher Education Authority, Department of Public Expenditure and Reform, Department of Education and Skills

(Kawża C-443/15)

(2015/C 354/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

The Labour Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dr David L. Parris

Konvenuti: Trinity College Dublin, Higher Education Authority, Department of Public Expenditure and Reform, Department of Education and Skills

Domandi preliminari

1)

Għandha titqies bħala diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-orjentazzjoni sesswali, b’mod kuntrarju għall-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), l-applikazzjoni ta’ regola ta’ skema ta’ pensjoni professjonali li tillimita l-ħlas ta’ benefiċċju tas-superstiti lis-sieħeb ċivili superstiti ta’ membru affiljat tal-iskema fil-mument tal-mewt ta’ dan tal-aħħar, b’kundizzjoni li l-membru affiljat u s-sieħeb ċivili superstiti tiegħu jkunu kkuntrattaw l-unjoni ċivili tagħhom qabel l-għeluq tas-sittin sena tal-membru affiljat, meta d-dritt nazzjonali ma kienx jippermettilhom li jikkuntrattaw unjoni ċivili qabel ma l-membru affiljat għalaq l-età ta’ sittin sena u meta l-membru affiljat u s-sieħeb ċivili tiegħu kienu fformaw unjoni tal-ħajja dejjiema qabel din id-data?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fin-negattiv,

2)

għandu jitqies bħala diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-età, b’mod kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78/KE, il-fatt li fornitur ta’ benefiċċji taħt skema ta’ pensjoni professjonali jillimita d-dritt għall-pensjoni tas-superstiti għas-sieħeb ċivili superstiti ta’ membru affiljat mal-mewt ta’ dan tal-aħħar billi jeżiġi li l-membru affiljat u s-sieħeb ċivili tiegħu jkunu kkonkludew l-unjoni ċivili tagħhom qabel ma l-membru affiljat għalaq is-sittin sena tiegħu, fejn

(a)

l-istipulazzjoni tal-età li fiha huwa meħtieġ li membru affiljat ikun ikkonkluda unjoni ċivili ma tkunx kriterju użat fil-kalkoli attwarjali u

(b)

id-dritt nazzjonali ppermetta lill-membru affiljat u lis-sieħeb ċivili tiegħu jikkuntrattaw unjoni ċivili biss wara li l-membru affiljat għalaq is-sittin sena tiegħu, meta dan tal-aħħar u s-sieħeb ċivili tiegħu kienu fformaw unjoni tal-ħajja dejjiema qabel din id-data?

Jekk ir-risposta għat-tieni domanda hija fin-negattiv,

3)

għandu jitqies li jkun hemm diskriminazzjoni kontra d-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/78/KE fil-każ li r-restrizzjonijiet għad-drittijiet dedotti minn skema ta’ pensjoni professjonali deskritti fl-ewwel u fit-tieni domanda iktar ’il fuq ikunu dovuti għall-effett konġunt tal-età u tal-orjentazzjoni sesswali ta’ membru affiljat f’din l-iskema?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court) (Ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Awwissu 2015 – The Queen on the application of Nutricia Limited vs Secretary of State for Health

(Kawża C-445/15)

(2015/C 354/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Queen’s Bench Division (Administrative Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nutricia Limited

Konvenut: Secretary of State for Health

Domandi preliminary

1)

Sabiex prodott ikun ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali (“IDSMS”) fis-sens tad-definizzjoni inkluża fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE, tal-25 ta’ Marzu 1999, dwar l-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali (1):

a)

jeħtieġ oġġettivament, li:

i)

il-pazjenti kollha milquta mill-mard, disturb jew kundizzjoni medika speċifiku/a li għall-kura nutrizzjonali tiegħu/tagħha huwa kkummerċjalizzat il-prodott (iktar 'il quddiem il-“kundizzjoni indikata”) jew

ii)

subgrupp ta’ tali pazjenti

ikollhom kapaċitajiet limitati, ridotti jew iddisturbati li jassorbu, jiddiġerixxu, jassimilaw, jimmetabolizzaw jew li jiżmalitixxu ikel ordinarju jew ta’ ċerti ingredjenti minnu jew metaboliti, jew bżonnijiet oħra ta’ nutrijenti partikolari ddeterminati mill-istat ta’ saħħithom naxxenti mill-kundizzjoni indikata? jew

b)

sussidjarjament, huwa wkoll suffiċjenti jekk l-intenzjoni tal-produttur tkun li l-użu tal-prodott jiġi ddeterminat mill-istat tas-saħħa fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b), jiġifieri: i) li l-produttur jintendi li l-prodott jintuża unikament taħt kontroll mediku ta’ professjonisti kliniċi li jikkuraw il-pazjenti milquta mill-kundizzjoni medika indikata u ii) li professjonist kliniku serju li jissorvelja jista’ b’mod leġittimu jifformula, abbażi ta’ każ b’każ, il-ġudizzju kliniku li l-użu ta’ tali prodott huwa forma adegwata ta’ kura nutrizzjonali għal ċerti pazjenti milquta mill-kundizzjoni medika indikata peress li l-professjonist kliniku jikkunsidra raġonevolment li tali pazjent għandu bżonnijiet nutrizzjonali partikolari marbuta mal-kundizzjoniji medika indikata?

ċ)

F’każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda 1(a)(ii), i) x’għandu jkun il-proporzjon ta’ pazjenti li jsofru mill-kundizzjoni medika indikata li l-kapaċitajiet tagħhom huma limitati, ridotti jew iddisturbati mill-perspettiva rilevanti, jew li l-istat ta’ saħħithom jiddetta bżonnijiet nutrizzjonali partikolari, jew ma jeżistix propozjon minimu u ii) huwa neċessarju li dan is-subgrupp ta’ pazjenti jkun identifikabbli minn qabel fil-mument meta jiġi kkummerċjalizzat il-prodott?

d)

F’każ li tingħata risposta pożittiva għad-domanda 1(b), liema huma l-“ħtiġiet partikolari tan-nutriment [bżonnijiet nutrizzjonali partikolari]” li għandhom jiġu ssodisfatti mill-użu tal-prodott b’mod sigur, san u effikaċi, fis-sens tal-Artikolu 3?

2)

Fir-rigward tal-espressjoni “li l-management tad-dieta tagħhom ma tistax tinkiseb biss bil-modifika tad-dieta normali, b’ikel ieħor għall-użu nutrittiv partikolari, jew bl-għaqda tat-tnejn” li tinsab fl-Artikolu 1(2)(b), kif għandu jiġi evalwat il-potenzjal ta’ modifika tad-dieta? B’mod partikolari:

a)

fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni huma rilevanti l-kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ prattikabbiltà tal-modifika tad-dieta? Jekk iva, b’liema mod għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?

b)

tali potenzjal ta’ modifika tad-dieta normali għandu jiġi evalwat (u, jekk huma rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ prattikabbiltà għandhom jiġu evalwati):

i)

b’mod ġenerali, u minn qabel, b’riferiment għal: i) persuna tipika li għandha dieta tipika u l-kapaċitajiet tipiċi ta’ tali persuna li timmodifika d-dieta tagħha; jew ii) persuna tipika milquta mill-kundizzjoni medika indikata, li għandha dieta tipika għal tali persuna u l-kapaċità li timmodifika d-dieta li hija tipika għal tali persuna; jew iii) assjem ipotetiku ieħor tal-karatteristiċi tal-pazjent?

ii)

b’mod individwali u matul il-kura tal-pazjent, b’riferiment għall-ġudizzju kliniku tal-professjonist kliniku li jissorvelja, b’tali mod li jkun siffiċjenti li produttur jintendi raġonevolment li l-prodott għandu jkun medikament utli peress li professjonist kliniku li jissorvelja jista’ jasal li jikkunsidra, għal raġunijiet raġonevoli suġġettivi għall-pazjent (pereżempju, għal raġunijiet ta’ sigurtà u ta’ prattikabbiltà suġġettivi għall-pazjent), li l-użu ta’ IDSMS huwa medikament preferibbli meta mqabbel ma’ forom oħrajn ta’ modifika tad-dieta għal ċerti pazjenti milquta mill-kundizzjoni medika indikata? jew

iii)

b’xi mod ieħor u, f’tali każ, allura kif?

ċ)

Il-“modifika tad-dieta normali” tinkludi l-użu ta’ “supplimenti ta’ l-ikel” fis-sens tad-Direttiva 2002/46/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel, jew l-użu ta’ “ikel imsaħħaħ” li jaqa’ taħt ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel?

d)

Meta grupp ta’ pazjenti milquta minn mard, disturb jew kundizzjoni medika speċifiku/a jaffaċċjaw diffikultajiet sabiex jiftakru li jsegwu dieta normali jekk ma jiġux xprunati li jagħmlu dan, prodott maħsub sabiex jiffaċilita l-konsum minn tali pazjenti ta’ nutrimenti li jifformaw parti mid-dieta normali jista’ jkun ikel tad-dieta maħsub għal finijiet mediċi fis-sens tad-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE dwar l-ikel tad-dieta għal finijiet mediċi speċjali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 23, p. 273.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Saarbrücken (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Proċeduri kriminali kontra K. B.

(Kawża C-458/15)

(2015/C 354/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Saarbrücken

Parti fil-kawża prinċipali

K. B.

Domanda preliminari

L-inklużjoni tal-Liberation Tigers of Tamil Eelam fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), għall-perijodu bejn il-11 ta’ Awwissu 2007 u s-27 ta’ Novembru 2009 (iż-żewġ dati inklużi), li tirriżulta b’mod partikolari mid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2007 (2007/445/KE) (2), tal-20 ta’ Diċembru 2007 (2007/868/KE) (3), tal-15 ta’ Lulju 2008 (2008/583/KE) (4), tas-26 ta’ Jannar 2009 (2009/62/KE (5), u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009 tal-15 ta’ Ġunju 2009 (6) hija illegali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207.

(2)  ĠU L 169, p. 58.

(3)  ĠU L 340, p. 100.

(4)  ĠU L 188, p. 21.

(5)  ĠU L 23, p. 25.

(6)  ĠU L 151, p. 14.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/27


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 minn PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-26/12, PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-468/15 P)

(2015/C 354/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) (rappreżentant: D. Luff, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, Sasol Olefins & Surfactants GmbH, Sasol Germany GmbH

Talbiet

tilqa’ l-appell u tiddikjarah fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015, PT Musim Mas vs Il-Kunsill (T-26/12, EU:T:2015:437);

taqta’ l-kawża b’mod definittiv, billi tilqa’ l-pretensjonijiet esposti minn PT Musim Mas quddiem il-Qorti Ġenerali u, għaldaqstant, tannulla d-dazju antidumping impost fuq ir-rikorrenti skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011 (1), tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2012 (2), tal-11 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implementazzjoni (UE) Nru 1138/2011;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan l-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata abbażi tal-erba’ aggravji esposti iktar 'il fuq.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 [, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea] billi applikat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ entità ekonomika waħda u billi kkonkludiet li r-rikorrenti u ICOF S ma jifformawx entità ekonomika waħda.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 [, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea] billi ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill kien wera b’mod suffiċjenti li l-funzjonjiet eżerċitati mill-ICOF S kienu analogi għal dawk ta’ aġent li jaħdem abbażi ta’ kummissjonijiet. Il-Qorti Ġenerali segwiet raġunament diskriminatorju u insuffiċjenti abbażi tal-provi disponibbli.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali kisret l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 [, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea] billi ddeċidiet b’mod żbaljat li l-Kunsill ma kienx ippreġudika indebitament is-simetrija bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-prinċipju ta’ amministrazzjoni billi aċċettat, b’mod żbaljat, li l-Kunsill juża biss il-provi tiegħu filwaqt li jinjora l-provi u l-informazzjoni rilevanti prodotti mir-rikorrenti matul l-investigazzjoni antidumping.


(1)  ĠU L 293, p. 1.

(2)  ĠU L 352, p. 1.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/28


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hannover – il-Ġermanja) – Michael Ihden, Gisela Brinkmann vs TUIfly GmbH

(Kawża C-257/15) (1)

(2015/C 354/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/29


Digriet tal-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Bruxelles – il-Belġju) – Daniele Striani, Mad Management SPRL, Franck Boucher et, RFC. Seresien ASBL vs Union européenne des Sociétés de Football Association (UEFA), Union Royale Belge des Sociétés de Football – Association (URBSFA)

(Kawża C-299/15) (1)

(2015/C 354/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 270, 17.08.2015.


Il-Qorti Ġenerali

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION)

(Kawża T-30/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co.KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger u M. Zöbisch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1749/2013-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO INGRÉDIENTS VÉGÉTAUX PROPRE FABRICATION bħaal trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 85, 22.3.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż)

(Kawża T-77/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond griż - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 354/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 704/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrapreżenta tikek bojod fuq sfond griż bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Schniga/CPVO – Brookfield New Zealand (Gala Schnitzer)

(Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14) (1)

((“Varjetajiet ta’ pjanti - Talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Schnitzer - Eżami tekniku - Distinzjoni - Prinċipji gwida ta’ eżami - Setgħa diskrezzjonali tal-president tas-CPVO”))

(2015/C 354/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schniga GmbH (Bolzano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Ekvad u F. Mattina, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brookfield New Zealand Ltd (Havelock North, New Zealand); u Elaris SNC (Angers, Franza) (rappreżentant: M. Eller, avukat)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell tas-CPVO tal-20 ta’ Settembru 2013 (Każijiet A 004/2007 u A 003/2007), dwar l-għoti tad-drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Gala Schnitzer.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Schniga Srl hija kkundannata tħallas, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż ta’ Brookfield New Zealand Ltd u ta’ Elaris SNC. L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (CPVO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond blu)

(Kawża T-94/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond blu - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 354/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Novembru 2013 (Każ R 495/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrapreżenta tikek bojod fuq sfond blu bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 Settembru 2015 – EE vs UASI -(rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond isfar)

(Kawża T-143/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond isfar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 354/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Novembru 2013 (Każ R 703/2013-2), dwar talba għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrapreżenta tikek bojod fuq sfond isfar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – EE vs UASI -(rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż)

(Kawża T-144/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrapreżenta tikek bojod fuq sfond avorju - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 354/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 705/2013-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrapreżenta tikek bojod fuq sfond avorju bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EE Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (STREET)

(Kawża T-321/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali STREET - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2014 (Każ R 2025/2013-1), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali STREET bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION)

(Kawża T-568/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2014 (Każ R 120/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO FLUIDE DE PLANTE PROPRE FABRICATION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTÉINES PROPRE FABRICATION)

(Kawża T-569/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTÉINES PROPRE FABRICATION - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2014 (Każ R 122/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO COMPLEXE DE PLANTES ENRICHI EN PROTÉINES PROPRE FABRICATION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG)

(Kawża T-570/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2014 (Każ R 124/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO MIT PFLANZENFLUID AUS EIGENER HERSTELLUNG bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG)

(Kawża T-571/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2014 (Każ R 125/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO PROTEINREICHER PFLANZENKOMPLEX AUS EIGENER HERSTELLUNG bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA)

(Kawża T-572/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2014 (Każ R 527/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO CON ESTRATTI VEGETALI DI PRODUZIONE PROPRIA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION)

(Kawża T-608/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co. KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 121/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ORGANIC WITH PLANT FLUID FROM OUR OWN PRODUCTION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION)

(Kawża T-609/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/45)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co.KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 123/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ORGANIC PROTEIN RICH PLANT COMPLEX FROM OUR OWN PRODUCTION bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Laverana vs UASI (BIO organic)

(Kawża T-610/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BIO organic - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 354/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Laverana GmbH & Co.KG (Wennigsen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachinger, M. Zöbisch u D. Chatterjee, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u D. Botis, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 301/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BIO organic bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laverana GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/39


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-441/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet għad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt ta’ proprjetà - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Proporzjonalità - Awtorità ta’ res judicata - Terminu għar-rikors - Ammissibbiltà - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 354/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Eyad Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: G. Étienne u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, li tirrigwarda miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

E. Eyad Makhlouf huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/40


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Awwissu 2015 – Squeeze Life vs UASI – Evolution Fresh (SQUEEZE LIFE)

(Kawża T-523/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Rettifika tad-deċiżjoni li temmet l-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 354/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Squeeze Life, SL (Alicante, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Evolution Fresh, Inc. (San Bernardino, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2014 (Każ R 595/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Squeeze Life, SL u Evolution Fresh, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta’ Squeeze Life, SL.


(1)  ĠU C 329, 22.9.2014.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/40


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2015 – Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus vs UASI – Spanish Oranges (MOUNTAIN CITRUS SPAIN)

(Kawża T-495/15)

(2015/C 354/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sociedad agraria de transformación no 9982 Montecitrus (Pulpí, Spanja) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avuakt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Spanish Oranges SL (Castellón, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MOUNTAIN CITRUS SPAIN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 290 293

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 871/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tirrifjuta l-applikazzjoni għat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 29 u 31;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMILE)

(Kawża T-499/15)

(2015/C 354/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY SMILE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 125 601

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet magħquda R 1565/2014-2 u R 1939/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/42


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY PRO)

(Kawża T-500/15)

(2015/C 354/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY PRO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 125 071

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1940/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/43


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Aranynektár vs UASI – Naturval Apícola (Natür-bal)

(Kawża T-503/15)

(2015/C 354/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aranynektár Termékgyártó és Kereskedelmi kft (Dunavarsány, l-Ungerija) (rappreżentant: I. Molnár, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Naturval Apícola, SL (Monserrat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Natür-bal” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 374 841

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/06/2015 fil-Każ R 1158/2014-2

Talbiet

tilqa’ dan ir-rikors (azzjoni);

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata, tiċħad l-appell ippreżentat mill-avversarju kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni (Deċiżjoni Nru B2 156 383 bid-data tal-5 ta’ Marzu 2014) u tilqa’ d-deċiżjoni msemmija tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

tikkundanna lill-avversarju għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/43


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Rafhaelo Gutti vs UASI – Transformados del Sur (CAMISERIA LA ESPAÑOLA)

(Kawża T-504/15)

(2015/C 354/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Rafhaelo Gutti, SL (Loja, Spanja) (rappreżentant: I. L. Sempere Massa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Transformados del Sur, SA (Sevilla, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikanti għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “CAMISERIA LA ESPAÑOLA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 641 818

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 2424/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell fil-Każ R 2424/2014-4, li tannulla l-oppożizzjoni B 2 226 655 u li tilqa’ l-Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 641 818 CAMISERIA LA ESPAÑOLA għall-prodotti fil-klassi 25 li fir-rigward tagħhom hija ġiet miċħuda.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/44


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-507/15)

(2015/C 354/54)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (notifikata bid-dokument C(2015) 4076) (ĠU L 182 tal-10.7.2015, p. 39), sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammonti ta’ EUR 1 42  446,05 u ta’ EUR 5 5 3 75  053,74, minfuqa mill-korp tal-ħlas akkreditat tar-Repubblika tal-Polonja;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament Nru 1306/2012 (1) u l-ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji ibbażati fuq konstatazzjonijiet fattwali żbaljati u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-liġi, minkejja li l-ispejjeż saru mill-awtoritajiet Pollakki konformement mad-dispożizzjonijiet tal-UE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 52(2) tar-Regolament Nru 1306/2013 minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni b’rata fissa ta’ ammont manifestament eċċessiv fir-rigward tar-riskju potenzjali ta’ telf finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni.


(1)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/45


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2015 – Kessel medintim vs UASI – Janssen-Cilag (Premeno)

(Kawża T-509/15)

(2015/C 354/55)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kessel medintim GmbH (Mörfelden-Walldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jacob u U. Staudenmaier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Janssen-Cilag GmbH (Neuss, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Premeno” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 408 926

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 349/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

sussidjarjament: tibgħat lura l-oppożizzjoni quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/46


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Mengozzi vs UASI – Consorzio per la Tutela dell’Olio Extravergine di Oliva Toscano (TOSCORO)

(Kawża T-510/15)

(2015/C 354/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Roberto Mengozzi (Monako, Monako) (rappreżentant: T. Schuffenecker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio per la Tutela dell’Olio Extravergine di Oliva Toscano IGP (Firenze, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “TOSCORO” Trade mark Komunitarja Nru 2 752 509

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 322/2014-2

Talbiet

tikkonferma parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u tannullaha f’dik il-parti fejn iddikjarat li r-reġistrazzjoni għal trade mark komunitarja hija invalida fir-rigward tal-prodotti “żjut u xaħmijiet li jittieklu, żjut veġetali li jittieklu, b’mod partikolari żjut taż-żebbuġa” kif ukoll “kremi taż-żebbuġ aħdar u iswed”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell;

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell, jekk din tintervjeni fil-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(k) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament EU Nru 1151/2012;

Ksur tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 1151/2012;

Ksur tal-Artikolu 15 tal-Ftehim TRIPs.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/47


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 – Sun Cali vs UASI – Abercrombie & Fitch Europe (SUN CALI)

(Kawża T-512/15)

(2015/C 354/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun Cali (Denver, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Thomas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Abercrombie & Fitch Europe SA (Mendrisio, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-elementi verbali “SUN CALI” – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 482 369

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet R 1260/2104-5 u R 1281/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-intervenjent (potenzjali) għall-ispejjeż tal-proċedura amministrattiva quddiem il-Bord tal-Appell;

tistabbilixxi data għas-seduta tal-kawża fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tkunx tista’ tiddeċiedi mingħajr ma tinżamm seduta.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 92(3) tar-Regolament Nru 207/2009 fil-Każ T-1260/2014-5;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 fil-Każ T-1281/2014-5.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/48


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Gruppe Nymphenburg Consult vs UASI (Limbic® Map)

(Kawża T-513/15)

(2015/C 354/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze und G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Limbic® Map” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 316 411

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1973/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata rigward l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja 012 316 411 “Limbic® Map”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 63, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75, u tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/48


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Gruppe Nymphenburg Consult vs UASI (Limbic® Types)

(Kawża T-516/15)

(2015/C 354/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Limbic® Types” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 316 469

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1974/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja Nru 12 316 469 “Limbic® Types”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 63, tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/49


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 – Gruppe Nymphenburg Consult vs UASI (Limbic® Sales)

(Kawża T-517/15)

(2015/C 354/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppe Nymphenburg Consult AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Limbic® Sales” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 316 493

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1972/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja 012 316 493 Limbic® Sales;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 63, tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/50


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/15)

(2015/C 354/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. De Bergues, D. Colas, R. Coesme u A. Daly, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzlament id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4076 Finali, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li tneħħi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq inwettaq mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn hija tneħħi mill-finanzjament tal-Unjoni l-infiq imwettaq mir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-għajnuna Indennizz kumpensatorju għal żvantaġġi naturali u għal premjum tal-bdiewa agroambjentali dwar it-tieni livell tal-programm għall-iżvilupp rurali eżagonali taħt is-snin finanzjarji 2011, 2012 u 2013 għall-ammont tal-għajnuna mħallsa għat-talbiet magħmula għas-snin 2011, 2012 u 2013;

sussidjarjament, tannulla parzjalment din id-deċiżjoni sa fejn hija tinkludi fil-bażi tal-korrezzjoni fissa l-infiq relatat mal-bovini u mal-mogħoż li għalihom ma saritx talba għal għajnuna għall-annimali;

iktar sussidjarjament, tannulla parzjalment din id-deċiżjoni sa fejn hija tapplika korrezzjoni fissa miżjuda b’10 % minħabba li n-nuqqas ikkontestat lill-awtoritajiet Franċiżi fil-qasam tal-għadd tal-annimali kien rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 4(1), 10(1) u 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 65/2011 (1), kif ukoll tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 885/2006 (2), peress li l-Kummissjoni qieset li r-rikorrenti kienet naqset milli twettaq l-obbligi tagħha fil-qasam tal-kontroll tar-rata ta’ addebitu għaliex hija ma kinitx wettqet l-għadd tal-annimali matul il-kontroli fil-post u għaliex l-annimali ma kinux “suġġetti għal kalkolu ta’ plawżibbiltà” matul il-kontrolli fil-post.

2.

It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li, fid-deċiżjoni kontenzjuża tagħha, il-Kummissjoni inkludiet illegalment fil-bażi tal-korrezzjoni fissa l-infiq relatat mal-ovini u mal-mogħoż li għalihom ma kinitx saret talba għal għajnuna għall-annimali.

3.

It-tielet motiv, invokat iktar sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tar-regoli stabbiliti fl-Anness 2 tad-Dokument VI/5330/97 (3) u mill-Komunikazzjoni AGRI/60637/2006 (4), peress li l-Kummissjoni applikat korrezzjoni fissa miżjuda b’10 % minħabba li n-nuqqas ikkontestat lill-awtoritajiet Franċiżi fil-qasam tal-għadd tal-annimali kien rikorrenti.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011, tas-27 ta’ Jannar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU L 25, p. 8).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta' Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 171, p. 90).

(3)  Dokument tal-Kummissjoni Nru VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997, dwar l-orjentamenti li jikkonċernaw il-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji matul il-preparazzjoni tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEGG-garanzija.

(4)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Nru AGRI/60637/2006 finali dwar it-trattament mill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tas-sezzjoni garanzija tal-FAEGG, tal-każijiet ta’ insuffiċjenza rikorrenti fis-sistemi ta’ kontroll.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/51


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2015 minn Filip Mikulik mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża F-67/14, Mikulik vs Il-Kunsill

(Kawża T-520/15 P)

(2015/C 354/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Filip Mikulik (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża F-67/14, Filip Mikulik vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tiddeċiedi hija stess il-kawża;

alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tmien aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni u tal-prinċipji superjuri tad-dritt bħall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn il-Manwal ta’ Evalwazzjoni li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni dwar l-evalwazzjoni ma huwiex applikabbli b’analoġija għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet ta’ uffiċjal bi prova matul il-ħatra tiegħu bħala uffiċjal permanenti.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) qies li l-kumpannija terza li konsulent tagħha kien involut fil-proċess ta’ evalwazzjoni tal-uffiċjal ma ratx kif il-pożizzjoni tiegħu setgħet tikkonsolida ruħha fi ħdan il-Kunsill.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari tal-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), u tad-dmir ta’ premura, peress li t-TSP qies li l-perijodu ta’ prova u l-evalwazzjoni saru f’kundizzjonijiet normali, filwaqt li l-appellant kien ġie ssupervizzat u evalwat minn konsulenti esterni u ma setax jibbenefika mill-mentoring.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, sa fejn il-Kunsill ma applikax f’dan il-każ ir-regoli dwar il-mentoring previsti fil-linji ta’ gwida interni.

5.

Il-ħames aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi, peress li t-TSP qies li l-mentoring u l-micromanagement ma humiex żewġ kunċetti separati abbażi tal-linji ta’ gwida interni.

6.

Is-sitt aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari tal-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li t-TSP qies li l-assenza li tintbagħat l-ewwel opinjoni lis-superjuri ġerarkiċi ma kinitx kuntrarja għal dan l-artikolu.

7.

Is-seba’ aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi, peress li t-TSP ma vverifikax jekk l-opinjoni tal-Kumitat tar-Rapporti kinitx intbagħtet lis-superjuri ġerarkiċi fil-ħin.

8.

It-tmien aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 34 tar-Regolamenti tal-Persunal, peress li t-TSP qies li huwa ma setax jissostitwixxi lill-istituzzjoni fl-evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet tal-appellant.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/52


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – CCPL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-522/15)

(2015/C 354/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC (Reggio Emilia, l-Italja), Coopbox group SpA (Reggio Emilia, l-Italja), Poliemme Srl (Reggio Emilia, l-Italja), Coopbox Hispania, SL (Lorca, Sapnja), Coopbox Eastern s.r.o. (Nové Mesto nad Váhom, is-Slovakkja) (rappreżentanti: S. Bariatti, avukat, E. Cucchiara, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-multa imposta fuq ir-rikorrenti; jew

sussidjarjament, tnaqqas l-ammont tagħha; u, fi kwalunkwe każ

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-24 ta’ Ġunju 2015, Nru C(2015) 4336 finali, fil-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut, li għandu bħala suġġett il-ksur tal-Artikolu 101 tat-Tratta dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-abbuż ta’ poter minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni u ta’ motivazzjoni li jindikaw l-eżistenza ta’ effetti li jirriżultaw mill-ksur.

qed jiġi argumentat f’dan ir-rigward li l-aġir ikkontestat baqa’ ma ġiex attwat, kif jirriżulta mid-dokumenti tal-investigazzjoni u kif ġie rrikonoxxut ukoll mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata. Din iċ-ċirkustanza kellha tiġi debitament ikkunsidrata fl-evalwazzjoni ġenerali tal-gravità tal-ksur u, għaldaqstant, tal-kwantifikazzjoni tal-multi imposti. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni kkontestata ma tikkunsidrax dan l-aspett, mingħajr ma toffri ebda motivazzjoni f’dan ir-rigward.

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u adegwatezza fl-iffissar tal-ammont bażiku tas-sanzjoni.

f’dan ir-rigward qed jiġi ddikjarat li għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa d-deċiżjoni kkontestata ħadet inkunsiderazzjoni l-valur tal-bejgħ imwettaq fl-aħħar sena ta’ parteċipazzjoni fil-ksur, anki jekk dan il-valur xejn ma kien rappreżentattiv tas-saħħa reali fis-suq tar-rikorrenti u tal-partijiet l-oħra fil-proċedura.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

f’dan ir-rigward qed jiġi ddikjarat li l-valur meħud inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu tal-10 % previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru. 1/2003 huwa pależament żbaljat, peress li:

jinkludi l-fatturat kollu tal-Grupp CCPL, minkejja li l-Kummissjoni għadha ma ppruvatx l-hekk imsejħa parental liability tal-kumpannija parent tal-Grupp;

jinkludi l-fatturat ġġenerat minn entitajiet li ma baqgħux jiffurmaw parti mill-Grupp CCPL fil-mument tad-deċiżjoni;

ma jieħux inkunsiderazzjoni ċirkustanza speċifika tal-kompożizzjoni tal-fatturat attribbwit lill-Grupp CCPL.

4.

Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipji tal-proporzjonalità u tal-ugwaljanza ta’ trattament fl-iffissar tal-portata tas-sanzjoni

f’dan ir-rigward qed jiġi argumentat li d-deċiżjoni kkontestata ma ħaditx lanqas minimament inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ kriżi gravi li fih jinsab is-settur tal-ippakkjar u li l-multa imposta fuq ir-rikorrenti hija pależament u inġustifikatament sprporzjonata meta mqabbla ma’ dik tal-partijiet l-oħra.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni Ewropea tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE, peress li ħadet inkunsiderazzjoni, biss parzjalment, tal-elementi dwar in-nuqqas ta’ kapaċità kontributtiva pprovduti mill-Grupp CCPL.

d-deċiżjoni kkontestata, anki jekk tirrikonoxxi s-sitwazzjoni ta’ kriżi gravi ħafna li qegħdin fiha r-rikorrenti, ma ħaditx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti tal-ikkalibrar tas-sanzjoni.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/53


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Settembru 2015 – Italmobiliare et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-523/15)

(2015/C 354/64)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italmobiliare SpA (Milano, l-Italja), Sirap-Gema SpA (Verolanuova, l-Italja), Sirap France SAS (Noves, Franza), Petruzalek GmbH (Tattendorf, l-Awstrija), Petruzalek kft (Budapest, l-Ungerija), Petruzalek s.r.o. (Bratislava, l-Islovakkja), Petruzalek s.r.o. (Břeclav, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: M. Siragusa, avukat, F. Moretti, avukat, A. Bardanzellu, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewoprea

Talbiet

preliminarjament, taħtar perit sabiex jagħmel analiżi ekonomika tal-każ;

tannulla d-Deċiżjoni fil-parti fejn tikkunsidra applikabbli għal Linpac il-benefiċċju tal-immunità mis-sanzjonijiet skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (iktar ’il quddiem l-“Avviż”);

tannulla d-Deċiżjoni sa fejn timputa anki lil Italmobiliare l-aġir issanzjonat, u tikkundannaha in solidum għall-ħlas tal-multa;

tnaqqas l-ammont tal-multi imposti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż kontra l-istess deċiżjoni kkontestata fil-Kawża T-522/15, CCPL et vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Avviż u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi l-Kummissjoni tat il-benefiċċju tal-immunità lil Linpac, minkejja li ma kinux jeżistu l-kundizzjonijiet neċessarji previsti mill-istess Avviż.

2.

It-tieni moitv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ individwalità tal-piena u ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza stabbiliti fl-Artikoli 6(2) u 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni”) u l-Artikoli 48 u 49 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), id-dritt fundamentali għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni, l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, kif ukoll l-Artikoli 17 u 21 tal-Karta, kif ukoll ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ugwaljanza fit-trattament billi l-Kummissjoni attribwiet b’mod żbaljat ir-responsabbiltà in solidum lil Italmobiliare, bħala kumpannija parent, għal atti mwettqa minn kumpanniji sussidjarji.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 23 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), tal-Linji Gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 (“Linji Gwida”), u fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament, fir-rigward tad-determinazzjoni tal-elementi/parametri/segwenti għall-kalkolu tal-multi (i) dħul mill-bejgħ; (ii) ammont skont il-gravità; (iii) entry fee; (iv) aġġustamenti għall-ammont bażiku (b’mod partikolari, minħabba li ma tteħditx inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni ta’ kriżi tas-settur; (v) limitu massimu b’riferiment għall-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003; (vi) tnaqqis insuffiċjenti tal-multi minħabba t-tul ta’ żmien tal-proċedimenti u, fl-aħħar nett, ksur tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Linji Gwida u nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni għaċ-ċaħda tat-talba għall-applikazzjoni tal-punt 35 tal-imsemmija linji gwida.

4.

Ir-raba’ motiv fejn ir-rikorrenti jitolbu, abbażi tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, li l-Qorti Ġenerali fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u f’każ li ma tilqax il-motivi preċedenti, tissostitwixxi l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni u tnaqqas fi kwalunkwe każ il-multi komplessivament imposti fid-Deċiżjoni.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/55


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-103/15)

(2015/C 354/65)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: C. Falagiani, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewoprea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li żżomm is-somma ta’ EUR 14  207,60 mill-pensjoni tar-rikorrent bħala rimbors ta’ spejjeż relatati ma’ żmien li l-konjuġi tiegħu għamlet fl-isptar li tirriżulta mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li annullat id-deċiżjoni iniżjali tal-Kummissjoni li tħallas l-ispejjeż kollha tal-isptar meqjusa li huma eċċessivi.

Talbiet

jikkonstata u jiddikjara li l-Kummissjoni Ewropea, bi ksur ta’ dak li ġie deċiż permezz tas-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Mejju 2013 minn dan it-Tribunal u għar-raġunijiet li jinsabu kollha fl-espożizzjoni tal-motivi ta’ dan ir-rikors, ħadet illegalment mill-pensjoni tar-rikorrent is-somma ta’ EUR 14  207,60;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallsu, bħala ħlas lura ta’ dak li ttieħed indebitament, is-somma ta’ EUR 12  407,60 euros, flimkien mal-interessi moratorji;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż kollha marbuta ma’ din il-proċedura.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/55


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/15)

(2015/C 354/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta lir-rikorrent u lill-konjuġi tiegħu r-rimbors tal-ispejjeż marbuta ma’ tliet fatturi ta’ intervent mediku u ta’ trattamenti marbuta mal-kanċer li hija ssofri minnu.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni li tirrifjuta r-rimbors tal-kontijiet 67, 68 u 72 marbuta mal-kura tas-saħħa sostnuti għall-konjuġi tar-rikorrent

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Europol

(Kawża F-119/15)

(2015/C 354/67)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: W.J. Dammingh u N.D. Dane, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tikkonferma r-rifjut li r-rikorrent jingħata kuntratt għal żmien indeterminat u li tofrilu somma f’daqqa li l-ammont tagħha ma huwiex, skont ir-rikorrent, suffiċjenti sabiex jikkumpensah għad-dannu li huwa jallega li sofra minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Talbiet

jannulla kemm id-deċiżjoni tal-Europol tad-29 ta’ Lulju 2014, sa fejn din id-deċiżjoni ma tatix lir-rikorrent kuntratt għal żmien indeterminat u sa fejn tofrilu kumpens ta’ EUR 10  000, kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2015, sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Lulju 2014;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-avukati.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Europol

(Kawża F-120/15)

(2015/C 354/68)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: W.J. Dammingh u N.D. Dane, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tikkonferma r-rifjut li r-rikorrent jingħata kuntratt għal żmien indeterminat u li tofrilu somma f’daqqa li l-ammont tagħha ma huwiex, skont ir-rikorrenti, suffiċjenti sabiex jikkumpensaha għad-dannu li hija tallega li sofriet minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

Talbiet

jannulla kemm id-deċiżjoni tal-Europol tad-29 ta’ Lulju 2014, sa fejn din id-deċiżjoni ma tatix lir-rikorrenti kuntratt għal żmien indeterminat u sa fejn tofrilha kumpens ta’ EUR 10  000, kif ukoll id-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2015, sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-29 ta’ Lulju 2014;

tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-avukati.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/57


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-121/15)

(2015/C 354/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrenti fil-pożizzjoni li kienet is-suġġett tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti COM/2014/2036, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjoni ta’ interruzzjoni tal-kuntratt għal terminu ta’ sitt xhur qabel ir-reklutaġġ ta’ membru tal-persunal li preċedentement kellu kuntratt fil-grad AT2c, b’applikazzjoni tan-Nota D(2005)18064 tat-28 ta’ Lulju 2005 tad-DG HR, kif ukoll il-kumpens għad-danni materjali u materjali allegatament subiti.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2014 li fiha d-DG RRHH opponiet ruħha għar-reklutaġġ tar-rikorrenti;

tannulla, sa fejn ikun hemm bżonn, id-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 li tiċħad l-ilment;

tordna l-kumpens għad-dannu finanzjarju u morali tar-rikorrenti li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet stmati, mingħajr preġudizzju għal evalwazzjoni mill-ġdid, għas-somma ta’ EUR 3 26  275, fejn il-kumpens mogħti għandu jiġi miżjud bl-interessi moratorji indiċizzati;

tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.


26.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 354/57


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-122/15)

(2015/C 354/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) il-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet

tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tas-6 ta’ Jannar 2015 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba preċedentement għad-dħul fis-servizz tiegħu skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.