|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 340/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7616 — DCC/DLG Danish Energy Business) ( 1 ) |
|
|
2015/C 340/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7564 — Mahle Behr/Delphi Thermal Systems Business) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2015/C 340/03 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 340/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 340/05 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 340/06 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7781 — Marubeni-Itochu Steel/Sumitomo Corporation/MITS JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2015/C 340/07 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7798 — CCMP Capital/INEOS/Eco Services) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7616 — DCC/DLG Danish Energy Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 340/01)
Fit-23 ta’ Ġunju 2015 l-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7616. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
|
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7564 — Mahle Behr/Delphi Thermal Systems Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 340/02)
Fit-23 ta’ Ġunju 2015 l-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7564. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-5 ta’ Ottubru 2015
li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
(2015/C 340/03)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta’ Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali, u b’mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina ppreżentata mill-Gvern Franċiż,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-14 ta’ Lulju 2015 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta’ Settembru 2015 sas-17 ta’ Settembru 2018. |
|
(2) |
Post ta’ membru fuq il-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru huwa disponibbli għal Franza fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-Gvern bħala riżultat tar-riżenja tas-Sinjura Marianne DE BRUNHOFF. |
|
(3) |
Il-membri tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru msemmi hawn fuq għandhom jinħatru għall-bqija tal-mandat attwali, li jiskadi fis-17 ta’ Settembru 2018. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord ta’ Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta’ Settembru 2018:
RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN:
|
FRANZA |
Is-Sinjura Nadine NERGUISIAN |
Magħmul fil-Lussemburgu, il-5 ta’ Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
N. SCHMIT
(2) ĠU C 232, 16.7.2015, p. 2.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-14 ta’ Ottubru 2015
(2015/C 340/04)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1410 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
136,48 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4612 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,74180 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2716 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0901 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2400 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,113 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
311,04 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2378 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4145 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,3500 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5722 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4816 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,8429 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6938 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5815 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 308,96 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,3094 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,2435 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6280 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 534,04 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8055 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,447 |
|
RUB |
Rouble Russu |
71,9750 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,533 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,4198 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,8927 |
|
INR |
Rupi Indjan |
74,1465 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/4 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI — EACEA/41/2015
Taħt Il-Programm Erasmus+
“KA3 — Appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji involuti fl-apprendistati”
(2015/C 340/05)
1. Objettivi u Deskrizzjoni
Fl-isfond tad-diskrepanza qawwija bejn il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-ħiliet, huma meħtieġa apprendistati ta’ kwalità għolja biex jiġi żgurat li l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksubin matul il-perjodu ta’ taħriġ ikunu rilevanti għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol. Is-suċċess tal-inizjattivi ta’ politika għall-apprendistati jiddependi wkoll fil-biċċa l-kbira tiegħu minn aktar intrapriżi żgħar u medji (SMEs) inklużi mikrokumpaniji li jkunu involuti fil-forniment ta’ kollokamenti. L-evidenza tissuġġerixxi li intrapriżi kbar għandhom aktar probabbiltà li joffru apprendistati mill-kontropartijiet żgħar tagħhom (1). L-SMEs għandhom rwol ewlieni fil-ħolqien tal-impjiegi u għalhekk jista’ jkollhom ukoll rwol aktar b’saħħtu fil-forniment tal-apprendistati, biex b’hekk tissaħħaħ l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ.
L-objettiv tas-Sejħa huwa li jistieden is-sottomissjoni ta’ proposti li jipprovdu appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) li joffru apprendistati, kemm dawk li jinvolvu ruħhom għall-ewwel darba kif ukoll dawk li qegħdin iżidu b’mod sostanzjali l-provvista attwali tagħhom ta’ apprendistati. Għandu jiġi nnotat li din is-sejħa ma tipprovdix appoġġ finanzjarju direttament lill-SMEs.
Din is-Sejħa għandha l-għan li żżid il-provvista ta’ apprendistati li hija waħda mill-ħames prijoritajiet Ewropej tal-ETV għall-2015-2020 u wieħed mill-objettivi ewlenin taħt l-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati.
2. Applikanti Eleġibbli
Lott 1:
L-applikant (koordinatur) irid ikun waħda mill-organizzazzjonijiet jew grupp ta’ organizzazzjonijiet li ġejjin:
|
— |
kmamar tal-industrija, tal-kummerċ u tal-artiġjanat, jew organizzazzjonijiet settorjali/professjonali bl-istess rilevanza; |
|
— |
intrapriżi pubbliċi u privati; |
|
— |
Fornituri tal-ETV. |
|
— |
organizzazzjonijiet oħrajn bi rwol fl-appoġġ għall-SMEs biex iżidu l-offerta tagħhom dwar l-apprendistati |
L-isħubija trid tkun magħmula minn tal-inqas żewġ pajjiżi eliġibbli (li wieħed minnhom għandu jkun pajjiż tal-programm Erasmus+).
Lott 2:
L-applikant (koordinatur tal-proġett) irid ikun netwerk jew organizzazzjoni li jkollhom membri jew affiljati f’tal-inqas 12-il pajjiż tal-programm Erasmus+, li tal-inqas 6 minnhom jipparteċipaw fil-proġett bħala msieħba.
L-organizzazzjonijiet parteċipanti eliġibbli (Lott 1 u Lott 2) jinkludu:
|
— |
il-ministeri; |
|
— |
l-imsieħba soċjali (l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u l-ħaddiema); |
|
— |
il-kumpaniji pubbliċi jew privati; |
|
— |
il-kmamar tal-industrija, tal-kummerċ u tal-artiġjanat, jew organizzazzjonijiet settorjali/professjonali bl-istess rilevanza (eż. organizzazzjonijiet tal-artiġjanat); |
|
— |
servizzi pubbliċi tal-impjiegi; |
|
— |
l-awtoritajiet reġjonali u lokali pubbliċi; |
|
— |
il-fornituri tal-ETV; |
|
— |
l-aġenziji/ċentri tal-ETV; |
|
— |
l-iskejjel jew istituzzjonijiet edukattivi oħrajn; |
|
— |
l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja; |
|
— |
iċ-ċentri tar-riċerka; |
|
— |
l-organizzazzjonijiet internazzjonali; |
|
— |
l-organizzazzjonijiet li ma nagħmlux profitt (NGOs); |
|
— |
l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ; |
|
— |
l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri; |
|
— |
korpi rilevanti oħrajn. |
Persuni fiżiċi u kummerċjanti waħdiena mhumiex eliġibbli.
Il-pajjiżi eliġibbli huma:
Għal-Lott 1 u l-Lott 2:
Il-pajjiżi tal-programm Erasmus+:
|
— |
it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, |
|
— |
il-pajjiżi kandidati tal-UE: l-Albanija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja u t-Turkija. |
Jistgħu jintgħażlu proposti mill-applikanti fil-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE jew minn pajjiżi kandidati jew assoċjati, sakemm, fid-data tal-għoti, ikunu ġew iffirmati ftehimiet li jistabbilixxu l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programm.
Il-pajjiżi msieħba fl-Erasmus+ li ġejjin:
|
— |
Il-pajjiżi kandidati potenzjali tal-UE: il-Bożnija-Ħerzegovina, u l-Kosovo. |
3. Attivitajiet eliġibbli
L-għan ta’ din is-sejħa huwa li tappoġġja l-proġetti fil-livell Ewropew billi tgħin lill-SMEs jinvolvu ruħhom fl-apprendistati. Il-proposti għandhom jitressqu taħt wieħed miż-żewġ Lottijiet li ġejjin:
|
(a) |
Sħubijiet dwar il-bini ta’ kapaċitajiet għall-korpi intermedjarji jew sħubijiet stabbiliti minn kumpaniji kbar biex jiġu appoġġjati l-SMEs (Lott 1) Il-proġetti appoġġjati taħt dan il-Lott għandhom jibnu sħubijiet bejn in-negozji, il-fornituri tal-ETV u l-organizzazzjonijiet intermedjarji flimkien, kif xieraq, mal-awtoritajiet pubbliċi u l-imsieħba soċjali, bil-għan li jkun hemm aktar SMEs involuti fl-apprendistati. Għaldaqstant, dawn għandu jkollhom l-għan li
|
|
(b) |
In-netwerks u l-organizzazzjonijiet fil-livell Ewropew li jappoġġjaw l-SMEs permezz tal-membri jew l-affiljati nazzjonali tagħhom (Lott 2) Is-sejħa appoġġjat ukoll numru limitat ta’ proġetti ppreżentati minn netwerks u organizzazzjonijiet Ewropej eżistenti sabiex jiġu appoġġjati l-attivitajiet strateġiċi bejn l-organizzazzjonjiet umbrella tagħhom fil-livell Ewropew u l-membri jew l-affiljati nazzjonali tagħhom dwar it-tisħiħ tal-provvista ta’ apprendistati fl-SMEs. |
Dawn is-sħubijiet għandhom jinkludu kooperazzjoni fil-livell nazzjonali u reġjonali (transfruntier u inter-reġjonali) u/jew kooperazzjoni fil-livell settorjali.
Il-benefiċjarji għandhom iwettqu l-attività li ġejja:
|
|
Lott 1
|
|
|
Lott 2
|
Barra minn hekk, il-benefiċjarji għandhom iwettqu waħda mill-attivitajiet li ġejjin (l-istess għal-Lott 1 u l-Lott 2):
|
— |
Jidentifikaw soluzzjonijiet għal sfidi ta’ politika speċifiċi tal-SMEs għat-twaqqif jew it-tisħiħ tal-apprendistati, pereżempju jeżaminaw u jiżviluppaw governanza, kurrikuli, jew assigurazzjoni tal-kwalità tas-sistemi tal-apprendistati; |
|
— |
Jiżviluppaw strutturi ta’ appoġġ finanzjarju u mhux finanzjarju (pereżempju jappoġġjaw l-akkreditazzjoni bħala kumpanija ta’ taħriġ, it-taħriġ u l-istruzzjoni ta’ ħarrieġa fi ħdan il-kumpanija stess, proċeduri amministrattivi, il-valutazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-apprendisti) għall-SMEs u l-mudelli ta’ kondiviżjoni tal-ispejjeż li jimmotivaw lill-SMEs, il-fornituri tal-ETV kif ukoll l-istudenti; |
|
— |
Jappoġġjaw il-miżuri biex l-SMEs jiġu megħjuna jżidu l-kwalità tal-ħarrieġa fi ħdan il-kumpanija stess u biex itejbu l-kooperazzjoni mal-fornituri tal-ETV; |
|
— |
Jippromwovu l-eċċellenza fl-apprendistati u/jew jintegraw l-istudenti żvantaġġati fl-apprendistati; |
|
— |
Jiżviluppaw strateġiji għat-twaqqif ta’ ċentri ta’ taħriġ konġunti jew taħriġ kollaborattiv li jista’ jintuża minn grupp ta’ SMEs li jaħdmu flimkien biex jospitaw l-apprendisti; |
|
— |
Il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ materjal ta’ tagħlim u ta’ informazzjoni jew għodod prattiċi oħrajn li jiffukaw fuq l-SMEs; |
|
— |
Iwettqu kampanji ta’ attraenza għall-apprendistati biex jiġi żgurat l-involviment tal-SMEs; |
|
— |
Jiġu identifikati u żviluppati strateġiji u strutturi biex tiġi promossal-mobbiltà transfruntiera tal-apprendisti fl-SMEs (iżda li ma tkoprix il-mobbiltà tal-apprendisti nfushom); |
|
— |
Attivitajiet rilevanti oħrajn biex jiġu appoġġjati l-SMEs biex iżidu l-offerta ta’ apprendistati. |
4. Kriterji tal-għoti
L-applikazzjonijiet eliġibbli ser ikunu vvalutati abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
Ir-rilevanza tal-proġett (massimu 40 punt – limitu minimu 20 punt) |
|
(b) |
Il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett (massimu 20 punt - limitu minimu 10 punti) |
|
(c) |
Il-kwalità tal-konsorzju tal-proġett u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (massimu 20 punt - limitu minimu 10 punti) |
|
(d) |
L-impatt u d-disseminazzjoni (massimu 20 punt - limitu minimu 10 punti) |
Il-limitu għall-proposti li għandhom jitressqu quddiem il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jkun minimu ta’ 60 punt (minn total ta’ 100 punt).
5. Baġit
Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa stmat għal EUR 8,7 miljun (EUR 5,2 miljun għal-Lott 1 u EUR 3,5 miljun għal-Lott 2).
L-ammont ta’ kull għotja ser ikun bejn 300 000 u 600 000 euro għal-Lott 1 u bejn 600 000 u 800 000 euro għal-Lott 2. L-Aġenzija qiegħda tistenna li tiffinanzja madwar 15-il proposta (sa 10 proġetti taħt il-Lott 1 u sa 5 proġetti taħt il-Lott 2).
L-Aġenżija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.
6. Data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet
L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar 2016 f’12:00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell).
L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
— |
għandhom jiġu sottomessi esklussivament online permezz tal-formola ta’ applikazzjoni uffiċjali korretta; |
|
— |
għandhom jiġu abbozzati f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. |
In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jwassal għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni.
7. Informazzjoni sħiħa
Il-linji gwida flimkien mal-formola elettronika ta’ applikazzjoni jinsabu fl-indirizz li ġej fuq l-Internet:
https://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus/funding/support-for-policy-reform-support-for-small-and-medium-sized-enterprises-engaging-in-apprenticeships_en
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mat-termini kollha tal-linji gwida.
(1) Good for Youth, Good for Business (Tajjeb għaż-Żgħażagħ, Tajjeb għan-Negozju), Il-Kummissjoni Ewropea, Fuljett 2015, pp. 19-20.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/8 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7781 — Marubeni-Itochu Steel/Sumitomo Corporation/MITS JV)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 340/06)
|
1. |
Fit-8 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Marubeni-Itochu Steel Inc. (“MISI”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Marubeni Corporation (“Marubeni”, il-Ġappun) u Itochy Corporation (“Itochu”, il-Ġappun), u Sumitomo Corporation (“Sumitomo”, il-Ġappun) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Marubeni-Itochu Techno Steel Inc. (“MITS”, il-Ġappun) permezz ta’ akkwist ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (joint venture, JV). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal MISI: il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar, investiment f’industriji relatati mal-azzar. MISI hija sussidjarja ta’ Marubeni Corporation u Itochu Corporation, żewġ konglomerati, li huma attivi fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti, inkluż l-ikel, it-tessuti, il-kimiċi, l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju u oħrajn. — għal Sumitomo: il-produzzjoni u l-forniment ta’ prodotti u servizzi f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inklużi prodotti tal-metall, sistemi tat-trasportazzjoni u tal-kostruzzjoni, infrastrutturi, il-midja, ir-riżorsi minerali, l-enerġija, il-kimiċi, l-elettronika u oħrajn. — għal MITS: il-produzzjoni u l-forniment ta’ prodotti tal-azzar għall-inġinerija ċivili, prodotti tal-azzar għall-kostruzzjoni u materjal ieħor tal-azzar għall-kostruzzjoni. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7781 — Marubeni-Itochu Steel/Sumitomo Corporation/MITS JV, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
|
15.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 340/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7798 — CCMP Capital/INEOS/Eco Services)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 340/07)
|
1. |
Fis-7 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha fondi ġestiti minn CCMP Capital, LLC (“CCMP”, l-Istati Uniti tal-Amerka) u INEOS Investments Partnership (“INEOS”, ir-Renju Unit) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Eco Services Operations, LLC kollha kemm hi (“Eco Services”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — CCMP: ditta ta’ ekwità privata globali, — INEOS: manifattur globali ta’ petrokimiċi, kimiki speċjalizzati u prodotti miż-żejt, — Eco Services: manifattur ta’ aċidu sulfuriku fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7798 — CCMP Capital/INEOS/Eco Services, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.