|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 333/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7666 — Repsol Química/Grupo Kuo/Synthetic Rubber in Emulsion & Rubber Chemicals Business) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 333/02 |
||
|
2015/C 333/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2015/C 333/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 333/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7763 — TCCC/Cobega/CCEP) ( 1 ) |
|
|
2015/C 333/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7750 — Delphi/HellermannTyton) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 333/07 |
||
|
2015/C 333/08 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7666 — Repsol Química/Grupo Kuo/Synthetic Rubber in Emulsion & Rubber Chemicals Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 333/01)
Fis-6 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ispanjol u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7666. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-8 ta’ Ottubru 2015
(2015/C 333/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1254 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
134,92 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4611 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,73660 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2790 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0935 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2185 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,117 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
312,17 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2321 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4162 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,3012 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5664 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4683 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7220 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7050 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5890 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 305,49 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,1556 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,1507 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6135 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 619,12 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,7500 |
|
PHP |
Peso Filippin |
51,923 |
|
RUB |
Rouble Russu |
70,3304 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,500 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,3574 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,6929 |
|
INR |
Rupi Indjan |
73,2592 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/3 |
Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1.11.2015
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
(2015/C 333/03)
Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella ta’ qabel din hija ppubblikata fil-ĠU C 281, 26.8.2015, p. 3.
|
Minn |
sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.11.2015 |
… |
0,17 |
0,17 |
1,85 |
0,17 |
0,52 |
0,17 |
0,37 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
1,58 |
1,53 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
1,76 |
0,17 |
1,67 |
- 0,21 |
0,17 |
0,17 |
1,02 |
|
1.9.2015 |
31.10.2015 |
0,17 |
0,17 |
1,85 |
0,17 |
0,52 |
0,17 |
0,29 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
1,58 |
1,53 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
1,76 |
0,17 |
1,67 |
- 0,17 |
0,17 |
0,17 |
1,02 |
|
1.8.2015 |
31.8.2015 |
0,17 |
0,17 |
1,85 |
0,17 |
0,52 |
0,17 |
0,24 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
1,58 |
1,80 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
0,17 |
1,76 |
0,17 |
1,67 |
- 0,13 |
0,17 |
0,17 |
1,02 |
|
1.7.2015 |
31.7.2015 |
0,22 |
0,22 |
1,85 |
0,22 |
0,52 |
0,22 |
0,24 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
1,58 |
1,80 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
1,76 |
0,22 |
1,67 |
- 0,07 |
0,22 |
0,22 |
1,02 |
|
1.6.2015 |
30.6.2015 |
0,22 |
0,22 |
2,18 |
0,22 |
0,52 |
0,22 |
0,17 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
1,58 |
2,21 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
0,22 |
1,76 |
0,22 |
1,67 |
0,00 |
0,22 |
0,22 |
1,02 |
|
1.5.2015 |
31.5.2015 |
0,26 |
0,26 |
2,18 |
0,26 |
0,52 |
0,26 |
0,27 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
1,58 |
2,21 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
0,26 |
2,16 |
0,26 |
2,04 |
0,13 |
0,26 |
0,26 |
1,02 |
|
1.4.2015 |
30.4.2015 |
0,34 |
0,34 |
2,18 |
0,34 |
0,52 |
0,34 |
0,42 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
1,58 |
2,21 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
2,16 |
0,34 |
2,04 |
0,23 |
0,34 |
0,34 |
1,02 |
|
1.3.2015 |
31.3.2015 |
0,34 |
0,34 |
2,18 |
0,34 |
0,52 |
0,34 |
0,66 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
1,58 |
2,21 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
2,16 |
0,34 |
2,04 |
0,33 |
0,34 |
0,34 |
1,02 |
|
1.1.2015 |
28.2.2015 |
0,34 |
0,34 |
2,18 |
0,34 |
0,52 |
0,34 |
0,66 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
1,58 |
2,21 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
0,34 |
2,16 |
0,34 |
2,63 |
0,46 |
0,34 |
0,34 |
1,02 |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/4 |
Avviż mill-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi fiż-żona “Moszczenica”
(2015/C 333/04)
Din il-proċedura tikkonċerna l-għoti ta’ konċessjonijiet għall-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’metan mis-saffi tal-faħam fiż-żona “Moszczenica” fil-Provinċja ta’ Śląskie:
|
Isem |
Sistema ta’ koordinati 2000 |
|
|
X |
Y |
|
|
Moszczenica |
5 536 180,58 |
6 537 551,72 |
|
5 534 963,28 |
6 537 566,01 |
|
|
5 533 784,88 |
6 539 829,49 |
|
|
5 536 110,35 |
6 541 152,16 |
|
|
5 535 734,19 |
6 543 029,12 |
|
|
5 535 025,71 |
6 542 901,34 |
|
|
5 533 132,15 |
6 542 559,78 |
|
|
5 532 937,96 |
6 539 390,94 |
|
|
5 532 375,39 |
6 538 685,86 |
|
|
5 532 812,60 |
6 536 463,98 |
|
|
5 533 786,70 |
6 536 942,74 |
|
|
5 534 805,65 |
6 537 051,67 |
|
L-applikazzjonijiet iridu jkopru l-istess żona.
Applikazzjonijiet għal konċessjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-uffiċċju ċentrali tal-Ministeru tal-Ambjent sa mhux iktar tard min-nofsinhar (12:00 CET/CEST) fl-aħħar jum tal-perjodu ta’ 91 jum li jibda fil-jum ta’ wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjonijiet rċevuti se jkunu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
|
(a) |
it-teknoloġija proposta għax-xogħol (40 %); |
|
(b) |
il-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji tal-applikant (50 %); |
|
(c) |
it-tariffa proposta għall-istabbiliment tad-drittijiet tal-użufrutt tal-minjieri (10 %). |
It-tariffa minima għall-istabbiliment tad-drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri għaż-żona “Moszczenica” hija:
|
1. |
għall-prospettar ta’ metan mis-saffi tal-faħam: — waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 2 000,00 fis-sena; — għar-raba’ u għall-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 000,00 fis-sena; — Għas-sitt sena u għas-snin ta’ wara ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 2 098,28 fis-sena; |
|
2. |
għall-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam: — Waqt perjodu bażi ta’ tliet snin: PLN 4 000,00 fis-sena; — għar-raba’ u għall-ħames sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 000,00 fis-sena; — Għas-sitt sena u għas-snin ta’ wara ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 4 196,55 fis-sena; |
|
3. |
Għall-prospettar u l-esplorazzjoni tal-metan mis-saffi tal-faħam: — Waqt perjodu bażi ta’ ħames snin: PLN 6 000,00 fis-sena; — Għas-sitt, għas-seba’ u għat-tmien sena ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena; — Għad-disa’ sena u għas-snin ta’ wara ta’ validità tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri: PLN 6 000,00 fis-sena. |
Il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-applikazzjonijiet se titlesta f’perjodu ta’ sitt xhur mid-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet. L-applikanti se jirċievu notifika miktuba dwar ir-riżultat tal-proċedura.
L-applikazzjonijiet għandhom jitfasslu bil-Pollakk.
L-awtorità tal-liċenzjar se tagħti konċessjonijiet għall-prospettar jew għall-esplorazzjoni ta’ metan mis-saffi tal-faħam lill-applikant magħżul wara li tqis l-opinjoni tal-awtoritajiet relevanti, u se tikkonkludi kuntratt ta’ użufrutt tal-minjieri miegħu.
Sabiex ikun jista’ jwettaq attività li tinvolvi l-prospettar jew l-esplorazzjoni ta’metan mis-saffi tal-faħam fil-Polonja, operatur għandu jkollu kemm drittijiet ta’ użufrutt tal-minjieri kif ukoll konċessjoni.
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
|
Ministerstwo Środowiska |
|
Departament Geologii i Koncesji Geologicznych [Id-Dipartiment tal-Ġeoloġija u tal-Konċessjonjiet Ġeoloġiċi] |
|
ul. Wawelska 52/54 |
|
00-922 Warszawa |
|
POLSKA |
L-informazzjoni tista’ tinkiseb minn:
|
— |
Is-sit web tal-Ministeru tal-Ambjent: www.mos.gov.pl |
|
— |
|
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7763 — TCCC/Cobega/CCEP)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 333/05)
|
1. |
Fit-2 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Coca-Cola Company (“Coca-Cola”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Cobega SA (“Cobega”, Spanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża li għadha kif inħolqot, Coca-Cola European Partners Plc (“CCEP”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal The Coca-Cola: detentur tal-marki kummerċjali, liċenzjatur tat-trademarks u produttur ta’ soft drinks konċentrati u ġulepp, — għal Cobega: l-ibbottiljar u d-distribuzzjoni ta’ xorb minerali, — għal CCEP: l-ibbottiljar u d-distribuzzjoni ta’ xorb minerali. CCEP se tikkombina l-attivitajiet tal-bottiljaturi li ġejjin ta’ xorb mhux alkoħoliku: Coca-Cola Erfrischungsgetränke AG, Coca-Cola Enterprises Inc., Coca-Cola Iberian Partners SA u Vífilfell hf. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7763 — TCCC/Cobega/CCEP, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7750 — Delphi/HellermannTyton)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 333/06)
|
1. |
Fit-2 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Delphi Automotive PLC (“Delphi”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża HellermannTyton Group PLC (“HellermannTyton”, ir-Renju Unit) permezz ta’ sejħa pubblika mħabbra fit-30 ta’ Lulju 2015. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Delphi: il-manifattura u l-provvista globali ta’ komponenti awtomotivi lill-manifatturi ta’ tagħmir oriġinali kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ partijiet tal-bdil tal-karozzi. Il-komponenti tal-karozzi ta’ Delphi jintużaw prinċipalment bħala parti mill-arkitettura tal-elettriku, is-sistema tal-motopropulsjoni u s-sistemi ta’ sikurezza tal-vetturi; — għal HellermannTyton: il-manifattura u l-provvista ta’ soluzzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kejbil għas-settur tal-karozzi, is-settur elettriku u s-settur tat-telekomunikazzjoni. Is-soluzzjonijiet tal-ġestjoni tal-kejbil ta’ HellermannTyton jinkludu fixings, l-identifikazzjoni, l-iżolazzjoni u prodotti għall-protezzjoni, prodotti tal-konnettività tan-netwerk u soluzzjonijiet tal-installaturi. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permez tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7750 — Delphi/HellermannTyton, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/8 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 333/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
DOKUMENT UNIKU
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2)
“ALHEIRA DE MIRANDELA”
Nru tal-UE: PT-PGI-0005-0864 – 10.3.2011
IĠP ( X ) DOP ( )
1. Isem
“Alheira de Mirandela”
2. Stat Membru jew pajjiż terz
Il-Portugall
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajjar, immellaħ, affumikat, eċċ.)
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
L-“Alheira de Mirandela” huwa tip ta’ zalzett affumikat li għandu forma ċilindrika tradizzjonali u mogħti l-forma ta’ nagħla. In-naħa ta’ ġewwa taz-zalzett tikkonsisti minn pejst ta’ konsistenza bil-boċoċ fini li fih laħam imqatta’ f’biċċiet żgħar viżibbli. Il-qoxra hija magħmula minn intestini tal-baqra mmelħa naturali, li t-truf tagħhom huma marbutin bi spaga tal-qoton.
Dan il-prodott għandu dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
Iz-zalzett huwa twil madwar 20 cm sa 25 cm u għandu sfumaturi differenti ta’ kulur safrani sa kannella.
Dijametru: 2 ċm sa 3 ċm
Piż: Bejn 150 g u 200 g
Proteini: Aktar minn 14 %
Kontenut tal-ilma: Inqas minn 50 %
Xaħam: Inqas minn 18 %
Riħa: kemxejn affumikata.
Togħma: xi ftit affumikata, b’togħma ta’ żejt taż-żebbuġa b’xejra ta’ frott aromatika ħafna u bit-tewm bħala l-iktar taħwir prominenti.
Konsistenza: irregolari, b’biċċiet ta’ laħam imqatta’ bċejjeċ viżibbli.
3.3. Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
Il-materja prima li ġejja tintuża biex isir l-“Alheira de Mirandela”:
Majjal
L-“Alheira de Mirandela” huwa magħmul bl-użu ta’ karkassa sħiħa ta’ ħnieżer puri tar-razza Bísaro jew taħlitiet ma’ ħnieżer tar-razez Landrace, Large White, Duroc u Pietrain (sakemm dawn ikollhom 50 % mid-demm tar-razza Bísaro). Il-partijiet interni biss ma jintużawx.
Tjur
It-tiġieġ qed jintuża biex itejjeb l-istokk u mbagħad jitħallat mal-massa taz-zalzett. Il-laħam jista’ jinkiseb mill-partijiet kollha tal-karkassa minbarra l-ġewwieni.
Kaċċa (fakultattiv)
Jistgħu jintużaw il-borok, il-perniċi, il-faġan ta’ fenek, jew il-fenek selvaġġ.
Stokk tal-laħam
Il-laħam imħawwar jitħalla jagħli fl-ilma fuq nar baxx biex jipproduċi stokk li huwa magħruf lokalment bħala “calda”. Huwa estremament aromatiku u għandu kontenut għoli ta’ proteini u jintuża biex ixxarrab il-ħobż, u b’hekk jipproduċi massa niedja b’togħma qawwija u aromatika.
Ħobż tal-qamħ reġjonali
Il-ħobż jitħalla jixxarrab fl-istokk wara li jitqatta’ f’biċċiet. Dan għandu jinħażen għal ammont minimu ta’ żmien, normalment 48 siegħa, qabel ma jintuża.
Dan huwa l-ħobż tal-qamħ tradizzjonali tar-reġjun. Il-ħobża hija magħmula minn dqiq tal-qamħ (“Tip 55” dqiq tal-qamħ tal-ħobż mitħun), hija tonda, b’piż ta’ madwar 1,5 kg u hija r-riżultat ta’ proċess twil ta’ ħami bi ftit jew mingħajr ħmira.
Żejt taż-żebbuġa
Iż-żejt taż-żebbuġa użat huwa DOP “Trás-os-Montes”, jew żejt taż-żebbuġa b’karatteristiċi organolettiċi simili. Dan huwa żejt taż-żebbuġa b’aroma u togħma ta’ frott frisk, bi ħjiel ta’ lewż u li notevolment għandu element ħelu, ħarr, morr u pikkanti, li jagħti lill-“Alheira de Mirandela” it-togħma pikkanti karatteristika tiegħu.
Kisi naturali
Il-qoxra hija magħmula mill-musrana tal-baqra intatta, naturali, u mielħa li teħel mal-massa taz-zalzett, biż-żewġ truf tagħha marbuta bi spaga tal-qoton.
Xaħam
Togħmiet
Melħ tal-ikel (NaCl)
Sinniet tat-tewm imnixxfa u mingħajr nibbieta (Allium sativum L.)
Paprika ħelwa/taħraq jew bżar aħmar
Il-perċentwal minimu ta’ laħam huwa 60 %, bil-majjal jammonta għal bejn 10 % u 15 % fil-waqt li l-laħam tat-tjur jammonta għal bejn 45 % u 50 %. Il-perċentwal ta’ ħobż fiz-zalzett ivarja bejn 15 % u 25 %, u l-perċentwal taż-żejt taż-żebbuġa “Trás-os-Montes” DOP jew taż-żejt taż-żebbuġa bl-istess karatteristiċi organolettiċi, jista’ jvarja bejn 4 % u 8 %.
3.4. Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)
—
3.5. Stadji speċifiċi fil-produzzjoni li għandhom iseħħu fiż-żona ġeografika identifikata
Il-fażijiet speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata huma: it-tqattigħ tal-ħobż, it-tqattigħ u l-ħasil tal-laħam, it-tisjir u t-tqattigħ tal-laħam taz-zalzett, il-preparazzjoni tal-massa taz-zalzett, il-mili taz-zalzett u l-affumikar.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.
—
3.7. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Dawn li ġejjin għandhom jidhru fuq it-tikketta tal-IĠP “Alheira de Mirandela”:
“Alheira de Mirandela — IGP” jew “Alheira de Mirandela — Indicação Geográfica Protegida”,
il-logo “Alheira de Mirandela”.
4. Definizzjoni konċiża taż-żona ġeografika
Iż-żona li fiha huwa prodott l-“Alheira de Mirandela” hija limitata għall-muniċipalità ta’ Mirandela.
5. Rabta maż-żona ġeografika
5.1. Speċifiċità taż-żona ġeografika
Il-kundizzjonijiet naturali taż-żona ġeografika huma favorevoli għall-produzzjoni tal-“Alheira de Mirandela”.
Il-klima hija kkaratterizzata minn sjuf sħan u xotti, b’medja annwali ta’ temperatura massima ta’ 20 °C u xtiewi kesħin ħafna, b’medja annwali ta’ temperatura minima ta’ 7 °C. Dawn il-kundizzjonijiet huma marbuta strettament mal-preżenza ta’ speċijiet ta’ siġar tipiċi li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Mirandela, bħal siġar tal-balluta u taż-żebbuġa, li huma użati biex jaffumikaw l-“Alheira de Mirandela”, u għall-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa.
It-tekniki użati biex jagħmlu l-“Alheira de Mirandela” huma marbuta, minn naħa, għall-użu tal-ħobż tal-qamħ tar-reġjun, is-sigrieti tal-produzzjoni li ngħaddew, u li baqgħu l-istess, minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ furnara fi Trás-os-Montes, u min-naħa l-oħra, għal-għarfien tal-abitanti taż-żona, li huwa bbażat fuq metodi lokali awtentiċi u kostanti li għadhom jintużaw sal-lum.
5.2. Speċifiċità tal-prodott
L-“Alheira de Mirandela” huwa kkaratterizzat minn zalzett ieħor fl-istess kategorija b’riħa u togħma kemxejn ta’ affumikazzjoni u, mit-togħma tat-tewm u taż-żejt taż-żebbuġa b’togħma ta’ frott u pikkanti ħafna użati (DPO “Trás-os-Montes” jew żejt taż-żebbuġa b’karatteristiċi organolettiċi simili), u mill-konsistenza mhux uniformi taz-zalzett, li fih il-biċċiet tal-laħam huma viżibbli b’mod ċar. Il-massa taz-zalzett hija fina u bil-boċoċ, minħabba ż-żieda tal-ħobż tal-qamħ reġjonali, li huwa magħmul minn dqiq tal-qamħ tat-“Tip 55” u li jiġi magħġun u moħmi speċifikament biex jagħmel l-“Alheira de Mirandela”. Il-kulur tipiku, it-togħma u l-aroma li jiddistingwu l-“Alheira de Mirandela” jiġu wkoll mill-ħwawar użati u t-tul ta’ żmien ta’ affumikazzjoni u maturazzjoni, jiġifieri madwar tmint ijiem.
L-“Alheira de Mirandela” huwa kkaratterizzat mill-fatt li dan iz-zalzett huwa ppreparat permezz tal-użu ta’ stokk aromatiku ħafna magħmul minn tiġieġa sħiħa u mill-karkassi tal-majjali (mingħajr ir-riżorsi ġeoloġiċi) u mhux biss minn partijiet speċifiċi, u mill-fatt li jintużaw biss imsaren tal-baqar naturali u mielħa għall-qoxra taz-zalzett. Il-ħobż tal-qamħ reġjonali jitgħaddas fl-istokk biex jipproduċi massa niedja b’togħma qawwija u aromatika.
5.3. Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DOP) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP)
L-“Alheira de Mirandela” huwa magħruf għall-konsistenza u t-togħma tiegħu, li huma r-riżultat tal-mod li bih issir il-massa taz-zalzett u l-proporzjonijiet li l-ingredjenti tiegħu huma kkombinati, u dan ilu għal żmien twil wieħed mill-aktar zalzett imfittxa tar-reġjun fil-ħarifa u fix-xitwa.
Ir-reputazzjoni tal-prodott u l-preferenza tal-konsumatur għall-“Alheira de Mirandela” dejjem kienu marbutin b’mod intrinsiku mal-prattiki tal-manifattura, jiġifieri kif u f’liema proporzjonijiet huma kkombinati d-diversi tipi ta’ materja prima, u t-tekniki ta’ affumikazzjoni użati; iz-zalzett jiġi affumikat għal madwar tmint ijiem f’duħħan prodott mill-ħruq tal-injam minn speċijiet tipiċi tar-reġjun, bħall-balluta u ż-żebbuġa, bil-mod u fi sħana baxxa. B’riżultat ta’ sjuf sħan u xotti, l-injam ikun niexef ħafna u kompatt, li huwa fattur determinanti biex jikseb it-togħma u l-aroma karatteristiċi li jagħtu lill-prodott it-togħma kemxejn affumikata awtentika tiegħu.
It-tekniki ta’ produzzjoni lokali, li għadhom jintużaw sal-lum, jiġifieri t-tqattigħ bl-idejn tal-laħam, it-taħlit ta’ massa taz-zalzett, il-proporzjonijiet li fihom il-laħam jiġu kkombinati u l-użu ta’ ħobż tradizzjonali, iż-żejt taż-żebbuġa (“Trás-os-Montes” DOP jew żejt taż-żebbuġa b’karatteristiċi organolettiċi simili), it-tewm u ħwawar oħra, jipproduċu zalzett b’massa mhux uniformi b’togħma partikolari ta’ tewm u żejt taż-żebbuġa (“Trás-os-Montes” DOP jew żejt taż-żebbuġa b’karatteristiċi organolettiċi simili), li jiddistingwu l-“Alheira de Mirandela” minn prodotti oħra tal-istess kategorija.
Il-proċess tal-qtugħ irqiq irqiq tal-ħobż tal-qamħ reġjonali moħmi tradizzjonalment u tat-tixrib fl-istokk tal-laħam huwa fattur ewlieni għall-karatteristiċi finali tal-prodott, minħabba li dan jippermetti li jiġu assorbiti l-aromi tad-diversi laħmijiet mill-istokk, b’tali mod li, meta jitħallat mal-ingredjenti l-oħra, il-massa taz-zalzett li tirriżulta jkollha l-konsistenza, it-togħma u l-aroma mixtieqa.
Il-prodott għandu l-konsistenza li għandu minħabba l-użu ta’ intestini tal-baqar naturali u mielħa u minħabba l-ippressar tal-massa taz-zalzett matul il-mili.
Xhieda ċara tar-rabta każwali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi ta’ “Alheira de Mirandela” hija pprovduta permezz ta’ evidenza miġbura mill-istampa lokali, li tmur lura għal mill-inqas l-1957, b’referenzi għal dan il-prodott bħala speċjalità lokali magħmula fl-industrija artiġjanali.
Ir-reputazzjoni tal-“Alheira de Mirandela” dejjem kienet marbuta maż-żona li fih jiġi prodott, kif jirriżulta minn artikolu li deher f’gazzetta ta’ kull ġimgħa Notícias de Mirandela fid-29 ta’ Mejju 1960. L-Artikolu ċċita l-Ħarġa Nru 4 ta’ kull ħmistax tal-pubblikazzjoni agrikola O Campo u ddeplora l-imitazzjoni, dak iż-żmien, tal-“Alheira de Mirandela” ġenwin f’żoni ġeografiċi oħra, waqt li esprima l-ħtieġa li jitwaqqaf l-abbuż u appella biex jiġi stabbilit reġistru ta’ “denominazzjonijiet lokali jew reġjonali li għandhom jiġu osservati” Il-gazzetta kellha dan li ġej xi tgħid dwar is-suġġett: “Huwa tassew ħasra li żoni oħra qed jużaw ħażin l-isem ta’ Mirandela billi jassoċjawh ma’ zalzett li huwa simili għall-‘Alheira’; bla dubju ta’ xejn dawn qed jagħmlu ħsara għar-reputazzjoni tiegħu, minħabba li dan iz-zalzett l-ieħor ma għandux it-togħma u l-kwalità li għal ħafna snin iddistingwew l-ispeċjalità lokali tagħna mill-oħrajn”.
Illum hemm ukoll għadd kbir ta’ referenzi għall-“Alheira de Mirandela” u diversi kwotazzjonijiet li huma assoċjati mal-ikel tipiku tal-muniċipalità ta’ Mirandela u dan iz-zalzett huwa msemmi bħala wieħed miz-zalzetti l-iktar maħbuba tar-reġjun.
Minħabba r-reputazzjoni, il-fama, it-tradizzjoni u t-togħma tiegħu, l-“Alheira de Mirandela” huwa l-prodott tal-ikel l-aktar importanti tal-muniċipalità u dejjem issibu fuq il-menu f’ristoranti lokali u nazzjonali u f’diversi avvenimenti gastronomiċi, kompetizzjonijiet, fieri kummerċjali jew eżibizzjonijiet tal-prodotti tal-ikel.
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni
(l-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)
http://www.dgadr.mamaot.pt/IMAGES/DOCS/VAL/DOP_IGP_ETG/VALOR/ALHEIRA_MIRANDELA.PDF
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
|
9.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 333/12 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ Aqsa Mahmood, Nasser Ahmed Muthana, Omar Ali Hussain, Sally-Anne Frances Jones, Boubaker Ben Habib Ben al-Hakim, Peter Cherif, Maxime Hauchard, Amru Al-Absi, Mu'tassim Yahya 'Ali Al-Rumaysh, Tarad Mohammad Aljarba, Lavdrim Muhaxheri, Aseel Muthana, Mujahidin Indonesian Timur (MIT), Jund Al-Khilafah in Algeria (JAK-A), Maghomed Maghomedzakirovich Abdurakhmanov, Islam Seit-Umarovich Atabiev, Akhmed Rajapovich Chataev, Tarkhan Ismailovich Gaziev, Zaurbek Salimovich Guchaev u Shamil Magomedovich Ismailov li ġew miżjuda mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1815
(2015/C 333/08)
|
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al Qaida u ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b’mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999). Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi lil:
L-atti jew l-attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” Al Qaida, jinkludu:
|
|
2. |
Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva fit-28, id-29, it-30 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru 2015 iż-żieda ta’ Aqsa Mahmood, Nasser Ahmed Muthana, Omar Ali Hussain, Sally-Anne Frances Jones, Boubaker Ben Habib Ben al-Hakim, Peter Cherif, Maxime Hauchard, Amru Al-Absi, Mu'tassim Yahya 'Ali Al-Rumaysh, Tarad Mohammad Aljarba, Lavdrim Muhaxheri, Aseel Muthana, Mujahidin Indonesian Timur (MIT), Jund Al-Khilafah in Algeria (JAK-A), Maghomed Maghomedzakirovich Abdurakhmanov, Islam Seit-Umarovich Atabiev, Akhmed Rajapovich Chataev, Tarkhan Ismailovich Gaziev, Zaurbek Salimovich Guchaev u Shamil Magomedovich Ismailov mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet ta’ Al Qaida. Aqsa Mahmood, Nasser Ahmed Muthana, Omar Ali Hussain, Sally-Anne Frances Jones, Boubaker Ben Habib Ben al-Hakim, Peter Cherif, Maxime Hauchard, Amru Al-Absi, Mu'tassim Yahya 'Ali Al-Rumaysh, Tarad Mohammad Aljarba, Lavdrim Muhaxheri, Aseel Muthana, Mujahidin Indonesian Timur (MIT), Jund Al-Khilafah in Algeria (JAK-A), Maghomed Maghomedzakirovich Abdurakhmanov, Islam Seit-Umarovich Atabiev, Akhmed Rajapovich Chataev, Tarkhan Ismailovich Gaziev, Zaurbek Salimovich Guchaev u Shamil Magomedovich Ismailov jistgħu f’kull ħin jippreżentaw talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma’ kull dokumentazzjoni ta’ appoġġ, sabiex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar ’il fuq terġa’ tiġi kkunsidrata. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Għal aktar informazzjoni ara http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml. |
|
3. |
B’segwitu għad-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1815 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al Qaida (3). L-emenda, magħmula skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Aqsa Mahmood, Nasser Ahmed Muthana, Omar Ali Hussain, Sally-Anne Frances Jones, Boubaker Ben Habib Ben al-Hakim, Peter Cherif, Maxime Hauchard, Amru Al-Absi, Mu’tassim Yahya 'Ali Al-Rumaysh, Tarad Mohammad Aljarba, Lavdrim Muhaxheri, Aseel Muthana, Mujahidin Indonesian Timur (MIT), Jund Al-Khilafah in Algeria (JAK-A), Maghomed Maghomedzakirovich Abdurakhmanov, Islam Seit-Umarovich Atabiev, Akhmed Rajapovich Chataev, Tarkhan Ismailovich Gaziev, Zaurbek Salimovich Guchaev u Shamil Magomedovich Ismailov mal-lista tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“l-Anness I”). Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-individwi u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
|
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1815 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
|
|
5. |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/1815 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba’ u fis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta’ dan ir-Regolament. |
(1) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.
(2) ĠU L 264, 9.10.2015, p. 6.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.