ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
29 ta' Settembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 321/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7717 — Equistone Partners Europe/Tristyle Mode) ( 1 )

1

2015/C 321/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7719 — Barloworld Handling/BayWa/JV) ( 1 )

1

2015/C 321/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7728 — Amcor/Sidel/JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 321/04

Rata tal-kambju tal-euro

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 321/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7774 — Antofagasta/Barrick/Zaldívar) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7717 — Equistone Partners Europe/Tristyle Mode)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 321/01)

Fil-21 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7717. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7719 — Barloworld Handling/BayWa/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 321/02)

Fit-22 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7719. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7728 — Amcor/Sidel/JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 321/03)

Fit-22 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7728. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-28 ta’ Settembru 2015

(2015/C 321/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1170

JPY

Yen Ġappuniż

134,13

DKK

Krona Daniża

7,4597

GBP

Lira Sterlina

0,73520

SEK

Krona Żvediża

9,4527

CHF

Frank Żvizzeru

1,0941

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,5820

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,220

HUF

Forint Ungeriż

315,43

PLN

Zloty Pollakk

4,2343

RON

Leu Rumen

4,4173

TRY

Lira Turka

3,4137

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5967

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4921

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6569

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7585

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5960

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 334,11

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,6728

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1099

HRK

Kuna Kroata

7,6360

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 419,85

MYR

Ringgit Malażjan

4,9410

PHP

Peso Filippin

52,271

RUB

Rouble Russu

73,3737

THB

Baht Tajlandiż

40,603

BRL

Real Brażiljan

4,4787

MXN

Peso Messikan

19,0756

INR

Rupi Indjan

73,8391


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

29.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 321/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7774 — Antofagasta/Barrick/Zaldívar)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 321/05)

1.

Fil-21 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Antofagasta PLC (“Antofagasta”, ir-Renju Unit) u Barrick Gold Corporation (“Barrick”, il-Kanada) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Compañía Minera Zaldívar SpA (“Zaldívar SpA”, iċ-Ċilì), li bħalissa tappartjeni kompletament lil Barrick, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Antofagasta: grupp tat-tħaffir tal-minjieri li jopera fi tliet minjieri tar-ram li jinsabu fiċ-Ċilì, bi tnejn minnhom jipproduċu prodotti sekondarji bħalma huwa d-deheb, il-fidda u l-molybdenum,

—   għal Barrick: grupp tat-tħaffir tal-minjieri li jopera f’16-il minjiera madwar id-dinja, b’ħafna minnhom iffukati fuq il-produzzjoni tad-deheb bl-eċċezzjoni ta’ żewġ minjieri tar-ram; il-grupp għandu wkoll interess maġġoritarju fl-Acacia Mining plc, li tħaddem tliet minjieri tad-deheb fl-Afrika,

—   għal Zaldívar SpA: kumpanija mwaqqfa ġdida li se topera l-minjiera f’Zaldívar fiċ-Ċilì, minjiera fil-miftuħ (open-pit heap-leach) li tipproduċi r-ram, u bħalissa hija indirettament proprjetà ta’ Barrick.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+ 32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7774 — Antofagasta/Barrick/Zaldívar, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.