|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 314/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7541 — IAG/Aer Lingus) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 314/02 |
||
|
2015/C 314/03 |
||
|
2015/C 314/04 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Slovak Telekom (AT.39523) |
|
|
2015/C 314/05 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 314/06 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 314/07 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7769 — Gilde Fund IV/Parcom Fund IV/Koninklijke Ten Cate) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7541 — IAG/Aer Lingus)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 314/01)
Fl-14 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7541. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta’ Settembru 2015
(2015/C 314/02)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1155 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,75 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4602 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,72230 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,3412 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0860 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,2145 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,057 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
310,55 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1970 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4225 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,3881 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5732 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4804 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,6451 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7715 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5817 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 322,15 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
15,2542 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,1129 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,6235 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 257,25 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8017 |
|
PHP |
Peso Filippin |
52,041 |
|
RUB |
Rouble Russu |
73,9790 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
40,164 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
4,4809 |
|
MXN |
Peso Messikan |
18,7248 |
|
INR |
Rupi Indjan |
73,5068 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/3 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta’ Ottubru 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbuta mal-Kawża AT.39523 — Slovak Telekom
Relatur: il-Belġju
(2015/C 314/03)
I
|
1. |
Il-maġġornaza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mad-definizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-suq tal-prodott rilevanti li tinkludi:
|
|
2. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li s-suq ġeografiku rilevanti huwa t-territorju kollu tas-Slovakkja. Minoranza tastjeni. |
|
3. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li, mill-inqas bejn it-12 ta’ Awwissu 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, Slovak Telekom kellha pożizzjoni dominanti fis-suq. Minoranza tastjeni. |
|
4. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li, mill-inqas bejn it-12 ta’ Awwissu 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010, Slovak Telekom kellha pożizzjoni dominanti fis-suq tal-konsumaturi. Minoranza tastjeni. |
|
5. |
Il-maġġornaza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li Slovak Telekom abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq rilevanti billi rrifjutat li tforni l-prodotti tagħha lil operaturi alternattivi bejn it-12 ta’ Awwissu 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010. Minoranza tastjeni. |
|
6. |
Il-maġġornaza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li Slovak Telekom abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha billi kisbet kompressjoni tal-marġni bejn il-prezzijiet bl-ingrossa u l-prezzijiet għall-konsumatur bejn it-12 ta’ Awwissu 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2010. Minoranza tastjeni. |
|
7. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel li l-prassi abbużivi ta’ Slovak Telekom jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 102 tat-TFUE. Minoranza tastjeni. |
II
|
1. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li għandha tiġi imposta multa fuq Slovak Telekom u Deutsche Telekom. Minoranza tastjeni. |
|
2. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li għal finijiet tal-kalkolu tal-multa, il-perjodu li fih sar il-ksur huwa ta’ ħames snin u erba’ xhur. Minoranza tastjeni. |
|
3. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti bażiċi tal-multi. Minoranza tastjeni. |
|
4. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni li hemm ċirkustanzi aggravanti li għandhom ikunu kkunsidrati (reċividità). Minoranza tastjeni. |
|
5. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kumitat li l-multa għandha tiżdied biex ikun hemm effett ta’ deterrent. Minoranza tastjeni. |
|
6. |
Il-maġġoranza tal-Kumitat Konsultattiv taqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tal-ammonti finali tal-multi. Minoranza tastjeni. |
|
7. |
Il-maġġornaza tal-Kumitat Konsultattiv jirrakkomandaw il-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tal-Kumitat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Minoranza tastjeni. |
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/4 |
Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Slovak Telekom
(AT.39523)
(2015/C 314/04)
I. INTRODUZZJONI
|
(1) |
L-uffiċjal tas-seduta oriġinarjament responsabbli għal dan il-każ kien is-Sur Michael Albers. Huwa organizza u mexxa s-seduta ta’ smigħ orali u ppreżenta rapport interim lill-membru kompetenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE. Wara t-tluq tas-Sur Albers mill-Kummissjoni, jiena ħadt f’idejja dan il-każ mis-16 ta’ Ottubru 2013. |
|
(2) |
B’hekk, rigward il-passi proċedurali fis-seħħ qabel il-ħatra tiegħi, dan ir-rapport huwa bbażat fuq ir-riżultati tal-uffiċjal tas-seduta preċedenti. |
II. PROĊEDURA
1. Il-fażi tal-investigazzjoni
|
(3) |
Il-proċediment tnieda mill-Kummissjoni ex officio f’Ġunju 2008, wara rapporti ta’ penetrazzjoni tal-broadband baxxa u dewmien fit-tnedija tat-triple play fir-Repubblika Slovakka. Saru spezzjonijiet fl-uffiċċji ta’ Slovak Telekom (“ST”) mit-13 sal-15 ta’ Jannar 2009 u t-tieni darba, fit-13 u l-14 ta’ Lulju 2009. Il-proċedimenti nfetħu formalment fit-8 ta’ April 2009 kontra ST u fit-13 ta’ Diċembru 2010 kontra Deutsche Telekom (“DT”). |
|
(4) |
ST ippreżentat rikors għal annullament kontra żewġ talbiet mill-Kummissjoni għal informazzjoni dwar dejta mill-perjodu qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Slovakka fl-UE (jiġifieri qabel l-1 ta’ Mejju 2004), minħabba li l-Kummissjoni ma kellha l-ebda kompetenza li titlob u tuża din l-informazzjoni. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet iż-żewġ rikorsi ta’ ST (2). |
2. Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet
|
(5) |
Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) indirizzata lil ST u DT ġiet adottata fis-7 ta’ Mejju 2012. Fid-DO, il-Kummissjoni għall-ewwel sabet li ST kienet abbużat mill-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq għas-servizzi għall-aċċess għall-broadband għall-operaturi (“WBA”) fit-Repubblika Slovakka, permezz tal-prassi segwenti: (i) rifjut ta’ forniment u pressjoni tas-suq rigward id-diżaggregazzjoni taċ-ċirkwiti lokali (“ULL”), li jibda mit-12 ta’ Awwissu 2005; (ii) kompressjoni tal-marġni u rifjut ta’ forniment rigward il-WBA reġjonali, li tibda mis-6 ta’ Ġunju 2007; u (iii) kompressjoni tal-marġni rigward il-WBA nazzjonali, li tibda mill-1 ta’ Mejju 2004. Il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari fid-DO li l-prassi tal-ST kienet ksur tal-Artikolu 102 TFUE, li beda fl-1 ta’ Mejju 2004 u kien għadu għaddej meta saret id-DO. Fid-DO ssemma wkoll b’mod preliminari li DT kienet responsabbli għall-ksur issuspettat ta’ ST minħabba li kienet il-kumpanija prinċipali u kienet f’pożizzjoni li tagħmel influwenza deċiżiva u fil-fatt eżerċitat dik l-influwenza. |
3. Aċċess għall-fajl u l-estensjoni tal-limitu ta’ żmien għal tweġiba għad-DO
|
(6) |
ST u DT ingħataw aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni, permezz tal-aċċess għall-fajl fuq CD-ROMs fil-15 u t-18 ta’ Mejju 2012. |
|
(7) |
Fuq talba, ST ingħatat aċċess addizzjonali għall-fajl mid-DĠ Kompetizzjoni f’Lulju u Awwissu 2012. Fuq talba tal-ST, id-DĠ Kompetizzjoni żvelat xi partijiet tad-DO li qabel kienu tneħħew. Rigward partijiet oħra tad-DO, il-Kummissjoni aċċettat it-talba ta’ DT għal trattament kunfidenzjali. |
|
(8) |
F’Lulju 2012, DT ilmentat dwar il-kwalità tal-verżjoni Ġermaniża tad-DO li rċeviet. Xahar wara, id-DĠ Kompetizzjoni bagħtet rettifika. |
|
(9) |
Bħala riżultat tat-talbiet ta’ ST għal aċċess addizzjonali għall-fajl u l-ilment ta’ DT, id-data tal-iskadenza għat-tweġiba għad-DO kienet estiża għaż-żewġ partijiet bi tliet ġimgħat, sas-6 ta’ Settembru 2012. |
4. Persuni Terzi Interessati
|
(10) |
Fid-9 ta’ Lulju 2012, l-uffiċjal tas-smigħ irċieva applikazzjoni minn Slovanet, li huwa operatur tat-telekomunikazzjoni alternattiv fir-Repubblika Slovakka, biex jinstema’ bħala persuna terza. Slovanet wera “interess suffiċjenti” u għalhekk ġie aċċettat li jinstema’ bil-miktub mill-Kummissjoni. Slovanet ma talabx li jieħu sehem fis-seduta ta’ smigħ orali. |
III. SEDUTA TA’ SMIGĦ ORALI
|
(11) |
Is-seduta ta’ smigħ orali saret fis-6 u s-7 ta’ Novembru 2012. Kemm ST u DT ipparteċipaw. |
IV. AĊĊESS ADDIZZJONALI GĦALL-FAJL WARA D-DO
1. Ittra tal-Fatti
|
(12) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2013 u fl-10 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni indirizzat rispettivament lil St u DT Ittra tal-Fatti biex tiġbdilhom l-attenzjoni għall-provi ġodda li hija kellha l-intenzjoni li tuża f’deċiżjoni futura possibbli, u tathom l-opportunità li jippreżentaw kummenti bil-miktub. Il-Kummissjoni indikat ukoll li hija kellha l-intenzjoni li tikkunsidra li kull deċiżjoni futura indirizzata lil ST u DT għandha tkopri biss l-abbużi rigward l-aċċess għal ULL, u li l-perjodu tal-ksur konsegwentement beda fit-12 ta’ Awwissu 2005 u kompla mill-inqas sal-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(13) |
Flimkien mal-Ittra tal-Fatti, il-Kummissjoni pprovdiet lil ST u DT b’aċċess għad-dokumenti kollha li kienu inklużi fil-fajl wara d-DO. Fuq it-talba ta’ ST, id-DĠ Kompetizzjoni żvela partijiet li qabel kienu mneħħija minn dokument imsemmi fl-Ittra tal-Fatti, kif ukoll ipprovda lil ST u DT b’dokumenti addizjonali li ma kinux oriġinarjament fil-fajl tal-Kummissjoni. |
|
(14) |
Wara talba għal estensjonijiet tal-iskadenza għal tweġba li ngħataw mid-DĠ Kompetizzjoni, ST u DT wieġbu bil-miktub għall-Ittra tal-Fatti, rispettivament, fil-21 ta’ Frar (ST) u fis-6 ta’ Marzu (DT) 2014. |
2. Talba ta’ DT għal seduta ta’ smigħ orali
|
(15) |
Fit-tweġiba tiegħu għall-Ittra tal-Fatti u f’ittra sussegwenti tat-8 ta’ April 2014 indirizzata lid-DĠ Kompetizzjoni, DT talbet seduta ta’ smigħ orali. Id-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta din it-talba permezz tal-ittri tal-21 ta’ Marzu u l-15 ta’ April 2014, u fl-4 ta’ Settembru 2014, DT irreferiet il-kwistjoni lili. Jien irrifjutajt din it-talba għar-raġuni li l-Ittra tal-Fatti ma kinitx tintitola lil DT għal seduta ta’ smigħ orali, u li min-naħa l-oħra, l-Ittra tal-Fatti ma setgħetx tiġi kkunsidrata bħala DO Supplimentari minħabba li ħolqietx oġġezzjonijiet ġodda jew biddlet l-oġġezzjonijiet stabbiliti fid-DO. |
3. Talba għal aċċess għall-analiżi tal-kompressjoni tal-marġni
|
(16) |
Fis-16 ta’ Jannar 2014, ST talbet aċċess għal kull kalkolu tal-kompressjoni tal-marġni rivedut li l-Kummissjoni setgħet għamlet mill-adozzjoni tad-DO. Hija sostniet li dawn il-kalkoli kellhom jiġu inklużi fl-Ittra tal-Fatti u li kienu meħtieġa għall-eżeċizzju xieraq tad-dritt ta’ ST li tinstema’. DT għamlet ukoll talba simili mad-DĠ għall-Kompetizzjoni fl-1 ta’ Marzu 2014. Id-DĠ għall-Kompetizzjoni rrifjuta t-talbiet taż-żewġ partijiet, filwaqt li ġibed l-attenzjoni li f’dan l-istadju tal-proċedura l-Kummissjoni kienet beħsiebha li f’deċiżjoni futura possibbli żżomm l-istess prinċipji tal-kompressjoni tal-marġni u tal-formuli użati fid-DO, u taġġorna l-kalkoli billi taċċetta ċerti argumenti ta’ ST u l-kalkoli kif stipulat fit-tweġiba ta’ ST għad-DO, u billi jiġu ribattuti oħrajn. |
|
(17) |
Għaldaqstant ST irreferiet il-kwistjoni lili. Permezz tal-ittri tal-5 ta’ Frar u l-25 ta’ April 2014, jien irrifjutajt il-pretensjonijiet ta’ ST. L-ewwel nett, l-analiżi tal-kompressjoni tal-marġni kienet għadha għaddejja fi żmien it-talba ta’ ST, u għalhekk kien dokument intern, li bħala tali ma kienx aċċessibbli. It-tieni nett, jien ikkunsidrajt, abbażi tal-ġurisprudenza stabbilita (3), li ma teżisti l-ebda regola li tirrikjedi li l-Kummissjoni tisma’ lil ST dwar il-pożizzjoni finali li għandha l-intenzjoni li tilħaq fil-kalkoli tagħha marbuta mal-kompressjoni tal-marġni tal-prezzijiet, bil-kundizzjoni, madankollu, li tali pożizzjoni ma twassalx għall-introduzzjoni ta’ oġġezzjonijiet ġodda. F’dan ir-rigward, ma kelli l-ebda indikazzjoni li kull tibdil intenzjonat tal-Kummissjoni tal-kalkoli tal-kompressjoni tal-marġni seta’ jibdel l-oġġezzjonijiet stabbiliti fid-DO b’mod li ma jkunx favorevoli għal ST. |
|
(18) |
Madankollu, sabiex ikun hemm trasparenza, waqt il-laqgħat dwar is-sitwazzjoni attwali li saru f’Settembru 2014, id-DĠ Kompetizzjoni wera lil ST u DT il-kalkoli tal-kompressjoni tal-marġni u spjega fid-dettall il-bidliet li saru fil-kalkoli u l-metodoloġija użata, u wieġeb għal għadd ta’ mistoqsijiet mill-partijiet. |
|
(19) |
Fis-6 ta’ Ottubru 2014, irċevejt ittra mingħand ST u DT li sostnew li matul il-laqgħat dwar is-sitwazzjoni attwali, id-DĠ Kompetizzjoni kien ippreżenta lilhom fatti u metodoloġiji ġodda, b’mod partikolari fir-rigward tal-kalkoli tal-kompressjoni tal-marġni, u talbu l-opportunità li jinstemgħu dwar dan bil-miktub u waqt seduta ta’ smigħ orali. Wara rieżami bir-reqqa, irrifjutajt dawn it-talbiet minħabba li fl-abbozz tad-deċiżjoni, il-Kummissjoni ma ntroduċietx xi prinċipji u approċċi ġodda għad-detriment tal-partijiet f’dan ir-rigward. |
|
(20) |
DT talab ukoll aċċess għat-tweġiba ta’ ST għall-Ittra tal-Fatti. Id-DĠ Kompetizzjoni aċċetta din it-talba biss biex ikun trasparenti, u jkollu l-opportunità li jipprovdi kummenti ulterjuri. |
V. L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI
|
(21) |
Wara li semgħet id-destinatarji tad-DO bil-miktub u bil-fomm, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqa’ l-allegazzjonijiet ta’ abbużi fir-rigward tad-WBA nazzjonali u reġjonali, u żżomm biss l-allegazzjoni ta’ abbużi fir-rigward tal-aċċess għal-ULL (4). B’mod ġenerali l-perjodu ta’ ksur kien konsegwentement imnaqqas, peress li l-perjodu inizjali ġie trasferit mill-1 ta’ Mejju 2004 għat-12 ta’ Awwissu 2005, u barra minn hekk, tmiem il-perjodu tal-ksur ġie stabbilit għall-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(22) |
Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jindirizzax biss l-oġġezzjonijiet li rigward tagħhom ST u DT ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u wasalt għal konklużjoni pożittiva. |
|
(23) |
B’mod ġenerali, nikkonkludi li l-partijiet kollha rnexxielhom jeżerċitaw b’mod effettiv id-drittijiet proċedurali tagħhom f’dan il-każ. |
Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2014.
Joos STRAGIER
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29) (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Marzu 2012 fil-Kawżi Konġunti T-458/09 u T-171/10 Slovak Telekom a.s. vs Il-Kummissjoni, EU:T:2012:145.
(3) Il-Kawża T-392/09, Garantovana a.s. vs Il-Kummissjoni, UE:T:2012:674, paragrafu 74; u, il-Kawża T-15/02 BASF vs Il-Kummissjoni, UE:T:2006:74, paragrafu 94.
(4) Ara l-paragrafu (12) ta’ hawn fuq.
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/7 |
Sommarju ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tal-15 ta’ Ottubru 2014
li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE
(Il-Każ AT.39523 — Slovak Telekom)
(notifikata bid-dokument numru C(2014) 7465 finali)
(It-testi bl-Ingliż u l-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(2015/C 314/05)
Fil-15 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-Deċiżjoni, inklużi kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.
1. INTRODUZZJONI
|
(1) |
Fil-15 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (“id-Deċiżjoni”), indirizzata lil Slovak Telecom (“SK”) u Deutsche Telekom (“DT”), il-kumpanija prinċipali, li timponi multa fuq ST u DT għall-ksur tal-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE. Id-Deċiżjoni tikkonċerna l-imġieba ta’ esklużjoni ta’ ST (rifjut ta’ forniment u pressjoni tas-suq), fir-rigward tal-infrastruttura tradizzjonali ta’ broadband tagħha. Id-Deċiżjoni tkopri l-perjodu mit-12 ta’ Awwissu 2005, meta ST ippubblikat offerta ta’ referenza dwar l-aċċess separat (“RUO”) li stabbilixxiet klawżoli u kundizzjonijiet inġusti għall-aċċess, sal-31 ta’ Diċembru 2010 (tul globali ta’ ħames snin u erba’ xhur). |
2. IL-PROĊEDURA
|
(2) |
Fit-13 - 15 ta’ Jannar 2009 il-Kummissjoni spezzjonat skont l-Artiklu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 il-postijiet tan-negozju ta’ ST. Il-Kummissjoni nediet proċedimenti fit-8 ta’ April 2009 kontra ST u fit-13 ta’ Diċembru 2010 kontra DT. Fis-7 ta’ Mejju 2012 il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) tenfasizza l-fehma preliminari tagħha li ST setgħet imponiet pressjoni fuq is-suq fejn għandu x’jaqsam l-aċċess għal-linji lokali disassoċjati (unbundled local loops, “ULL”) tagħha u l-aċċess għal broadband għall-operaturi (wholesale broadband access, “WBA”) lill-kompetituri tagħha, u jista’ jkun li rrifjutat aċċess għall-ewwel tnejn minn dawn il-prodotti għall-operaturi. Il-Kummissjoni kellha l-fehma preliminari li DT taf tkun responsabbli għall-imġiba tas-sussidjarja tagħha abbażi tar-responsabbiltà tal-impriżi prinċipali. Fis-6 - 7 ta’ Novembru 2012 kienu organizzati Seduti Orali. |
|
(3) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2013 ntbagħtet Ittra tal-Fatti lil ST u fl-10 ta’ Jannar 2014 lil DT sabiex tipprovdilhom l-opportunità li jikkummentaw fuq l-evidenza addizzjonali. |
|
(4) |
Fid-9 ta’ Ottubru 2014, ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrinġenti u Pożizzjonijiet Dominanti. Fl-10 ta’ Ottubru 2014 l-Uffiċjal tas-Seduta ħareġ ir-rapport finali tiegħu. |
3. IL-FATTI
|
(5) |
Id-deċiżjoni finali adottata f’dan il-każ tikkonċerna l-imġiba abbużiva ta’ ST fir-rigward ta’ aċċess għall-ULL tagħha. |
|
(6) |
ST, l-operatur tat-telekomunikazzjoni stabbilit fir-Repubblika Slovakka, hija s-sid tal-uniku netwerk ta’ aċċess nazzjonali fiss tar-ram. Skont il-qafas regulatorju tal-UE għall-komunikazzjoni elettronika u skont Deċiżjoni regulatorja tar-regulatur Slovakk tat-telekomunikazzjoni (“TUSR”), ST għandha tagħti aċċess għall-ULL fin-netwerk tagħha lil operaturi alternattivi (“OA”). ST għandha monopolju fis-suq tal-operaturi għall-aċċess tal-ULL u pożizzjoni dominanti fis-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-massa għal servizzi ta’ broadband fiss. Bħala konsegwenza tal-imġiba abbużiva ta’ ST, l-OA ma kellhomx aċċess għall-ULL u għalhekk ma setgħux jidħlu fis-suq tal-bejgħ bl-imnut tal-broadband b’mod li jippermettilhom li joffru servizzi ta’ broadband ta’ kwalita għolja għall-konsumaturi u li jikkompetu effettivament ma’ ST. |
4. VALUTAZZJONI ĠURIDIKA
4.1. Swieq Rilevanti
|
(7) |
B’konformità ma’ każi preċedenti skont l-Artikolu 102 TFUE (Deutsche Telekom, Telefónica, Telekommunikacja Polska (2)) id-Deċiżjoni tiddefinixxi suq għall-operaturi nazzjonali għall-aċċess tal-ULL ta’ ST. Din id-definizzjoni tas-suq hija b’konformità mad-definizzjoni tas-suq mogħtija minn TUSR, ir-regulatur Slovakk tat-telekomunikazzjoni. ST bdiet toffri aċċess għall-ULL tagħha, f’konformità mal-obbligi regulatorji tagħha, bil-pubblikazzjoni ta’ offerta ta’ referenza dwar l-aċċess separat (RUO) fit-12 ta’ Awwissu 2005. L-aċċess għal netwerks lokali oħra possibbli (fibrottika, kejbil tat-TV, Aċċess Fiss bla Wajer (Fixed Wireless Access, “FWA”) u aċċess bil-broadband mobbli) mhuwiex offrut mis-sidien ta’ dawn in-netwerks. Teknikament mhuwiex anqas possibbli għall-OA li jużaw tali netwerks biex jaċċessaw konsumaturi madwar is-Slovakkja b’livell simili ta’ kwalita għal dak fuq l-ULL ta’ ST. Il-WBA mhuwiex sostitut għall-aċċess fil-livell ta’ operaturi għall-ULL għax peress li l-imposti ta’ kull xahar huma ogħla minn tal-ULL, l-OA jinvesti ħafna inqas fl-infrastruttura tiegħu u l-prodott tal-WBA jagħti lill-OA kontroll minimu ħafna fuq il-konnessjoni, b’ebda possibbiltà prattika biex jagħmel differenza bejn il-prodott tiegħu u dak ta’ ST. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni tiddefinixxi suq nazzjonali tal-bejgħ bl-imnut tal-massa għal servizzi broadband offruti minn post fiss (sew jekk bil-wajer sew mingħajru). Is-suq tal-prodotti jkopri konnessjonijiet ta’ broadband fuq netwerks xDSL, fibrottiċi, kejbil tat-TV u netwerks tal-FWA. Servizzi ta’ broadband mobbli mhumiex inklużi fis-suq rilevanti, b’mod partikulari peress li jeżistu differenzi sinifikanti fil-profili ta’ kwalità u użu ta’ dejta bejn servizzi ta’ broadband mobbli u fiss matul il-perjodu ta’ ksur. Il-prezzijiet u l-iżviluppi tal-prezzijiet, kif ukoll l-evidenza ta’ bdil ta’ servizzi, ukoll ma jippermettux il-konklużjoni li s-servizzi ta’ broadband fiss u mobbli jiffurmaw parti mill-istess suq rilevanti. |
|
(9) |
Is-suq ġeografiku rilevanti għall-konsumaturi għal servizzi ta’ broadband fiss u s-suq ġeografiku rilevanti għall-operaturi għal aċċess tal-ULL huma nazzjonali minħabba li ST (kemm fis-suq għall-konsumaturi u kemm fis-suq għall-operaturi) u operaturi oħra (fis-suq għall-konsumaturi) jaġixxu uniformament (l-istess prezz, termini u kundizzjonijiet) madwar iż-żona tan-netwerk tagħhom. Din id-definizzjoni tas-suq hija f’konformità mal-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni f’każi ta’ telekommunikazzjoni (Deutsche Telekom, Telefónica, Telekommunikacja Polska). |
4.2. Dominanza
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tikkonkludi li ST qegħda f’pożizzjoni ta’ monopolju fis-suq tal-ULL għall-operaturi u ma hemm ebda restrizzjonijiet diretti jew indiretti fil-forma ta’ kompetizzjoni attwali jew potenzjali, li tista’ tillimita l-poter tas-suq ta’ ST bħala fornitur ta’ servizzi tal-ULL. L-eżistenza ta’ ostakli għolja għal dħul, li tagħmel ir-replikazzjoni tan-netwerk ta’ ST f’termini ta’ kopertura ġeografika u teknika impossibbli, tispjega, b’mod partikulari l-assenza ta’ kompetizzjoni. Din il-konklużjoni fid-Deċiżjoni hija konsistenti kemm mal-prattika deċiżjonali passata tal-Kummissjoni u mar-regulazzjoni ta’ swieq ta’ telekomunikazzjoni. |
|
(11) |
Fir-rigward tal-pożizzjoni ta’ ST fis-suq għall-konsumaturi id-Deċiżjoni tikkonkludi li, matul il-perjodu analizzat, ST kellha pożizzjoni dominanti fis-suq tal-massa għall-konsumaturi għal servizzi ta’ broadband offrut f’lokazzjoni fissa. Is-sehem mis-suq ta’ ST abbażi tan-numru ta’ abbonati varja bejn 35 % - 55 % matul il-perjodu ta’ ksur. It-tieni l-akbar kompetitur, UPC, kellu sehem mis-suq kważi ħames darbiet inqas (u jonqos) (5 % - 15 % fl-2010). Għalkemm ST iffaċċat xi kompetizzjoni minn OA (b’mod partikulari fir-rigward tal-introduzzjoni gradwali ta’ netwerks tal-fibra), dawn il-kompetituri ma setgħux jeżerċizzaw restrizzjoni suffiċjenti fuq ST. Pereżempju, minkejja l-investiment qawwi tagħha fl-introduzzjoni tal-fibra u l-kummerċjalizzazzjoni, Orange baqgħet biss attur marġinali fis-suq b’sehem ta’ 0 % - 10 % fl-2010. |
4.3. Abbuż minn pożizzjoni dominanti
4.3.1. Rifjut ta’ forniment ta’ ULL:
|
(12) |
Id-Deċiżjoni turi li minkejja li għadd kbir ta’ OA kellhom interess qawwi li jottjenu l-ULL, ST stabbilixxiet klawżoli u kundizzjonijiet inġusti fl-Offerta tagħha ta’ Referenza dwar l-Aċċess Separat (RUO), sabiex trendi l-aċċess separat għaċ-ċirkwit lokali inaċċettabbli għall-OA, u b’hekk iddewwem, tagħmel diffiċli u tipprevjeni l-entrata tagħhom fis-suq għall-konsumaturi tas-servizzi broadband. B’mod partikolari:
|
4.3.2. Pressjoni fuq il-Marġni
|
(13) |
Il-kalkoli fid-Deċiżjoni jieħdu kont tad-dejta ta’ ST u juru li kompetitur ugwalment effiċjenti li juża l-aċċess fil-livell ta’ operatur tal-ULL ta’ ST kien qiegħed jaffaċċa marġni sinifikatament negattivi u ma setax jirreplika bi profitt il-portafoll ta’ konsum ta’ broadband ta’ ST fuq bażi permanenti. Dan huwa veru anki jekk servizzi addizzjonali (servizzi tal-vuċi, IPTV, servizzi multi-play) f’portafoll iktar 'l isfel fil-katina ta’ attivitajiet jittieħed kont tagħhom. L-inklużjoni ta’ servizzi tal-vuċi (aċċess għall-vuċi, użu tal-vuċi) isservi ta’ verifika tas-sensittività minħabba li dawn is-swieq mhumiex indirizzati mid-Deċiżjoni preżenti. |
4.4. Impatt probabbli fuq il-kompetizzjoni u l-konsumaturi
|
(14) |
L-imġieba ta’ ST iddeprivat lill-OA mill-possibbiltà li jikkompetu effettivament ma’ ST u atturi oħra billi ddependew fuq aċċess għall-ULL u jingaġġaw fil-kompetizzjoni fis-suq tal-massa għall-konsumaturi għal servizzi ta’ broadband fiss. B’konformità mal-istrateġija ta’ ST, l-imġieba tagħha pprekludiet lill-OA mis-segment tal-xDSL ibbażat fuq il-ULL tas-suq għall-konsumaturi. B’dan il-mod, hija artifiċjalment ħolqot ostakoli għad-dħul fis-suq għall-konsumaturi billi tagħmel il-kompetizzjoni fuq is-suq għall-konsumaturi iktar diffiċli u għaldaqstant inqas effettiva, inkluża l-kompetizzjoni bbażata fuq in-netwerk tal-OA stess (kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura). |
|
(15) |
L-iskjerament lokali tan-netwerks tal-OA ma jistax jegħleb dawn l-effetti negattivi. Mingħajr l-imġieba ta’ esklużjoni ta’ ST x’aktarx li l-kompetizzjoni kienet tkun iktar effettiva madwar it-territorju kollu tas-Slovakkja u anki fiż-żoni b’densità għolja, fejn kien hemm kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura. Tali dħul u r-reazzjoni kompetittiva li kienet tqajjem mingħand ST u fornituri oħra tal-broadband x’aktarx li kienu jibbenifikaw lil konsumaturi permezz ta’ għażla ikbar, prezzijiet orħos u kwalità ogħla ta’ servizzi. |
4.5. Ir-responsabbiltà ta’ DT
|
(16) |
Id-Deċiżjoni ssib li DT hija responsabbli għall-ksur bħala l-kumpanija prinċipali. Fir-rigward tal-abbiltà li teżerċita influenza deċiżiva fuq ST, id-Deċiżjoni tirreferi prinċiparjament għall-fatt li (i) DT hija azzjonista ta’ maġġoranza b’51 % u li l-Istat Slovakk, li tiegħu huma d-49 % li jifdal, ma għandu ebda drittijiet ta’ minorità partikulari; u (ii) li DT tista’ tinnomina l-maġġoranza tal-Bord ta’ Diretturi (BtD). L-eżerċizzju ta’ influenza deċiżiva huwa muri b’mod partikulari bil-preżentazzjoni ta’ (i) trikkib bejn il-persunal ta’ maniġment superjuri bejn DT u ST; (ii) evidenza tal-influenza ta’ DT fuq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni tal-BtD ta’ ST; u (iii) rappurtaġġ upstream minn ST għal DT. L-evidenza tikkostitwixxi korp ta’ evidenza konsistenti li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn DT u ST. |
5. MULTI U RIMEDJI
|
(17) |
Sakemm kwalunkwe mill-prattiki abbużivi identifikati għadhom għaddejjin, ST u DT huma meħtieġa li jtemmu tali ksur, u minn issa 'l quddiem li għandhom iżommu lura minn kwalunkwe prattiki li jkollhom l-istess oġġett jew effett, jew simili, kif deskritt fid-Deċiżjoni. |
|
(18) |
Id-Deċiżjoni timponi multa ta’ EUR 38 838 000 in solidum fuq DT u ST, u multa ta’ EUR 31 070 000 fuq DT. Din il-multa hija stabbilita waqt li jittieħed kont tal-valur ta’ bejgħ fis-suq rilevanti, tal-livell ta’ gravità tal-ksur u l-perjodu tal-ksur li kien ta’ 5 snin u 4 xhur, tal-fatt li DT kienet diġa kkommettiet ksur simili fl-2003 u tal-ħtieġa li tiġi żgurata d-deterrenza. |
(2) Il-Każ AT.37451 tal-21 ta’ Mejju 2003; AT.38784 tal-4 ta’ Lulju 2007 u AT.39525 tat-22 ta’ Ġunju 2011.
(3) Il-kollokazzjoni tirreferi għall-pjazzament tat-tagħmir tal-OA fil-livell tal-Qafas Prinċipali ta’ Distribuzzjoni (MDF) tal-fornitur stabbilit.
(4) “Kwalifikazzjoni” tirreferi għall-proċess li bih ST kienet taċċerta jekk linja partikulari kinitx lesta għal aċċess separat.
(5) L-OA għandhom obbligazzjoni li jippreżentaw previżjonijiet għar-rikjesti intiżi tagħhom għall-kwalifikazzjoni taċ-ċirkwiti lokali.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/11 |
AVVIŻ GĦALL-IMPORTATURI
Importazzjonijiet ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ lejn l-Unjoni Ewropea minn pajjiżi benefiċjarji tas-SPĠ li jappartjenu lill-grupp ta’ akkumulazzjoni reġjonali I u Grupp III
(2015/C 314/06)
Il-Kummissjoni Ewropea tinforma lill-operaturi tal-Unjoni Ewropea li hemm dubji raġonevoli dwar l-applikazzjoni xierqa tat-trattament preferenzjali u l-applikabbiltà tal-provi tal-oriġini ppreżentati lill-Unjoni għal drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ta’ subintestaturi HS 7019 40, 7019 51 u 7019 59 impurtati mill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP li jappartjenu lill-grupp ta’ akkumulazzjoni reġjonali I u l-Grupp III (1).
Wara numru ta’ investigazzjonijiet, jidher li kwantitajiet sinifikanti ta’ drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ ta’ subintestaturi HS 7019 40, 7019 51 u 7019 59, mibgħuta lejn l-UE b’mod ġenerali minn Singapore, qed jiġu ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni bħala li għandhom l-oriġini preferenzjali ta’ wieħed mill-pajjiżi li jappartjenu lill-gruppi ta’ akkumulazzjoni reġjonali I jew III, mingħajr ma jkunu intitolati għaliha.
L-operaturi tal-Unjoni Ewropea li jiddikjaraw u/jew jippreżentaw xhieda ddokumentata tal-oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq huma għalhekk avżati jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, ladarba r-rilaxx tal-prodotti kkonċernati għall-moviment liberu jista’ jagħti lok għal dejn doganali, iwassal għal frodi u konsegwentement jaffettwa b’mod negattiv l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Meta l-annotazzjoni sussegwenti possibbli fil-kontijiet ta’ dejn doganali tirriżulta miċ-ċirkustanzi msemmijin hawn fuq, il-persuna responsabbli ma tistax tagħmel rikors għal bona fide skont il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 220 (2) (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).
(1) Il-lista tal-pajjiżi hija stabbilita fl-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju. Fil-mument tal-publikazzjoni ta’ dan l-avviż, dawn il-pajjiżi benefiċjarji li ġejjin jifformaw parti minn dawn il-gruppi:
|
— |
Grupp I – il-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Filippini, il-Vjetnam, il-Mjanmar/il-Burma |
|
— |
Grupp III – il-Bangladexx, il-Butan, l-Indja, in-Nepal, il-Pakistan, is-Sri Lanka |
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
23.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 314/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7769 — Gilde Fund IV/Parcom Fund IV/Koninklijke Ten Cate)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 314/07)
|
1. |
Fl-14 ta’ Settembru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Gilde Buy Out Fund IV CV u Gilde Buy Out-Fund IV Coöperatief UA (il-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod konġunt “Gilde Fund IV”) u Parcom Buy Out Fund IV BV (il-Pajjiżi l-Baxxi, “Parcom Fund IV”), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Koninklike Ten Cate NV (il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Gilde Fund IV: investiment indipendenti f’kumpaniji ta’ nofs is-suq b'portafoll li jvarja f’għadd ta’ industriji u jkopri prinċipalment il-Benelux, il-Ġermanja, l-Isvizzera u l-Awstrija; — għal Parcom Fund IV: investiment f’ekwità privata, prinċipalment f’kumpaniji ta’ daqs medju fil-pajjiżi tal-Benelux; — għal Koninklijke Ten Cate NV: fornitur ta’ oġġetti semi-manifatturati u komponenti fil-qasam tat-tessuti avvanzati u kompożiti, ġeosintetiċi u grass. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7769 — Gilde Fund IV/Parcom Fund IV/Koninklijke Ten Cate, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.