ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 302

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
14 ta' Settembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 302/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 302/02

Kawża C-170/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH (Kompetizzjoni — Artikolu 102 TFUE — Impriża li żżomm privattiva essenzjali għal standard li timpenja ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja lit-terzi b’kundizzjonijiet ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji msejħa FRAND (fair, reasonable and non-discriminatory) — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Azzjonijiet għal ksur — Kawża għal inibizzjoni — Azzjoni għal sejħa lura tal-prodotti — Azzjoni għall-finijiet tal-provvista ta’ data tal-kontabbiltà — Azzjoni għal kumpens — Obbligi tal-proprjetarju tal-privattiva essenzjali għal standard)

2

2015/C 302/03

Kawżi magħquda C-544/13 u C-545/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iStockholms tingsrätt – l-Isvezja) – Abcur AB vs Apoteket Farmaci AB (C-544/13), Apoteket AB u Apoteket Farmaci AB (C-545/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Direttiva 2001/83/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikoli 2(1) u 3(1) u (2) — Prodotti mediċinali ppreparati industrijalment jew manifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali — Derogi — Prodotti mediċinali ppreparati fl-ispiżerija skont riċetta mingħand tabib ddestinata għal pazjent speċifiku — Prodotti mediċinali ppreparati skont l-indikazzjonijiet ta’ farmakopea u jkunu intiżi li jiġu pprovduti direttament lill-pazjenti moqdija minn din l-ispiżerija — Direttiva 2005/29/KE)

3

2015/C 302/04

Kawża C-580/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali u industrijali — Direttiva 2004/48/KE — Artikolu 8(3)(e) — Bejgħ ta’ oġġetti li jikkontravjenu — Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza lill-istituzzjonijiet bankarji jirrifjutaw li jirrispondu b’mod favorevoli għal talba intiża sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar kont bankarju (sigriet bankarju))

4

2015/C 302/05

Kawża C-39/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Bejgħ ta’ art agrikola mill-awtoritajiet pubbliċi — Dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jopponu l-bejgħ ta’ art agrikola meta l-prezz offert huwa meqjus bħala sproporzjonat ħafna fil-konfront tal-valur fis-suq — Vantaġġ mogħti lil ċerti impriżi jew produzzjonijiet — Kriterju ta’ investitur privat — Determinazzjoni tal-valur fis-suq)

5

2015/C 302/06

Kawża C-88/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 1289/2013 — Artikolu 1(1) u (4) — Regolament (KE) Nru 539/2001 — Artikolu 1(4)(f) — Artikolu 290 TFUE — Sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża — Inklużjoni ta’ nota ta’ qiegħ il-paġna — Emenda tal-att leġiżlattiv)

5

2015/C 302/07

Kawża C-95/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Unione nazionale industria conciaria (UNIC), Unione Nazionale dei Consumatori di Prodotti in Pelle, Materie Concianti, Accessori e Componenti (Unicopel) vs FS Retail, Luna srl, Gatsby srl (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-merkanzija — Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Direttiva 94/11/KE — Artikoli 3 u 5 — Armonizzazzjoni eżawrjenti — Projbizzjoni milli tiġi ostakolata l-kummerċjalizzazzjoni tax-xeddijiet tas-saqajn li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ttikkettjar tad-Direttiva 94/11 — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-pajjiż ta’ oriġini jiġi indikat fuq it-tikketta ta’ prodotti mmanifatturati barra mill-pajjiż li jużaw l-espressjoni bit-Taljan pelle — Oġġetti rrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera)

6

2015/C 302/08

Kawżi Magħquda C-108/14 u C-109/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Beteiligungsgesellschaft Larentia + Minerva mbH & Co. KG vs Finanzamt Nordenham (C-108/14) u Finanzamt Hamburg-Mitte vs Marenave Schiffahrts AG (C-109/14) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — VAT — Sitt Direttiva 77/388/KEE — Artikolu 17 — Dritt għal tnaqqis — Tnaqqis parzjali — VAT imħallsa minn kumpanniji holdings għall-akkwist ta’ kapital investit fil-kumpanniji sussidjarji tagħhom — Provvisti ta’ servizzi pprovduti lill-kumpanniji sussidjarji — Kumpanniji sussidjarji kkostitwiti minn soċjetajiet — Artikolu 4 — Kostituzzjoni ta’ grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda — Kundizzjonijiet — Neċessità ta’ relazzjoni ta’ subordinazzjoni — Effett dirett)

7

2015/C 302/09

Kawża C-172/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Ir-Rumanija) – ING Pensii, Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA vs Consiliul Concurenței (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Akkordji — Modalitajiet ta’ tqassim tal-klijenti fuq suq ta’ fondi ta’ pensjoni privati — Eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE — Kummerċ bejn l-Istati Membri affettwati)

8

2015/C 302/10

Kawża C-184/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – A vs B (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali — Ġurisdizzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment — Regolament (KE) Nru 4/2009 — Artikolu 3(ċ) u (d) — Talba dwar obbligu ta’ manteniment favur ulied minuri simultanja għal proċedura ta’ separazzjoni tal-ġenituri, imressqa fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih l-ulied għandhom ir-residenza abitwali tagħhom)

8

2015/C 302/11

Kawża C-218/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – L-Irlanda) – Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly vs Minister for Justice and Equality (Rinviju preliminari — Direttiva 2004/38/KE — Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) — Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni — Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz — Żamma tad-dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz wara t-tluq mill-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni, segwit b’divorzju — Artikolu 7(1)(b) — Riżorsi suffiċjenti — Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-konjuġi ċittadin ta’ pajjiż terz — Dritt taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jaħdmu fl-Istat Membru ospitanti sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ riżorsi suffiċjenti”)

9

2015/C 302/12

Kawża C-222/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias – il-Ġreċja) – Konstantinos Maïstrellis vs Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 96/34/KE — Ftehim qafas dwar il-leave parentali — Punt 1 tal-klawżola 2 — Dritt individwali għal leave parentali minħabba t-twelid ta’ wild — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ċċaħħad mid-dritt għal tali leave lill-uffiċjal li l-konjuġi tiegħu ma jaħdimx — Direttiva 2006/54/KE — Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol — Artikoli 2(1)(a) u 14(1)(ċ) — Kundizzjonijiet tax-xogħol — Diskriminazzjoni diretta)

10

2015/C 302/13

Kawża C-255/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Robert Michal Chmielewski vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1889/2005 — Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni Ewropea jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea — Artikoli 3 u 9 — Obbligu ta’ dikjarazzjoni — Ksur — Sanzjonijiet — Proporzjonalità)

10

2015/C 302/14

Kawża C-379/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – TOP Logistics BV, Van Caem International BV vs Bacardi Co. Ltd, Bacardi International Ltd u Bacardi Co. Ltd, Bacardi International Ltd vs TOP Logistics BV, Van Caem International BV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 89/104/KEE — Artikolu 5 — Prodotti li għandhom trade mark irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera u mqiegħda taħt is-sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark — Dritt ta’ dan il-proprjetarju li jopponi dan it-tqegħid — Kunċett ta’ użu fil-kummerċ)

11

2015/C 302/15

Kawża C-237/15 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – l-Irlanda) – Minister for Justice and Equality vs Francis Lanigan (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 6 — Dritt għal-libertà u għas-sigurtà — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Mandat ta’ arrest Ewropew — Obbligu li jiġi eżegwit il-mandat ta’ arrest Ewropew — Artikolu 12 — Żamma f’detenzjoni tal-persuna rikjesta — Artikolu 15 — Deċiżjoni dwar il-konsenja — Artikolu 17 — Termini u modalitajiet tad-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni — Konsegwenzi tal-iskadenza tat-termini)

12

2015/C 302/16

Kawża C-103/15 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2015 minn Internationaler Hilfsfonds e.V. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-482/12, Internationaler Hilfsfonds e.V. vs Il-Kummissjoni

12

2015/C 302/17

Kawża C-240/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni vs Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT et

13

2015/C 302/18

Kawża C-256/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

14

2015/C 302/19

Kawża C-285/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Beca Engineering Srl vs Ministeru tal-Intern

15

2015/C 302/20

Kawża C-287/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2015 – Società LIS Srl, Società Cerutti Lorenzo Srl vs Abbanoa SpA

15

2015/C 302/21

Kawża C-293/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 minn Slovenská pošta a.s. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-556/08, Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni

16

2015/C 302/22

Kawża C-295/15 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 minn Matratzen Concord GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ April 2015 fil-Kawża T-258/13 – Matratzen Concord vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

17

2015/C 302/23

Kawża C-304/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

18

2015/C 302/24

Kawża C-312/15 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 minn SolarWorld AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ April 2015 fil-Kawża T-393/13, SolarWorld AG vs Il-Kummisjoni Ewropea

19

2015/C 302/25

Kawża C-330/15 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 minn Johannes Tromana et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-22 ta’ April 2015 fil-Kawża T-190/12, Johannes Tomana et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

20

2015/C 302/26

Kawża C-333/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – María Pilar Planes Bresco vs Comunidad Autónoma de Aragón

21

2015/C 302/27

Kawża C-334/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – María Pilar Planes Bresco vs Comunidad Autónoma de Aragón

21

2015/C 302/28

Kawża C-346/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn Steinbeck GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawżi T-707/13 u T-709/13, Steinbeck GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

22

2015/C 302/29

Kawża C-349/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fl-10 ta’ Lulju 2015 – Banco Popular Español S.A. vs Elena Lucaciu u Cristian Laurentiu Lucaciu

23

2015/C 302/30

Kawża C-353/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Bari (l-Italja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Leonmobili Srl, Gennaro Leone vs Homag Holzbearbeitungssysteme GmbH et

24

2015/C 302/31

Kawża C-354/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Évora (il-Portugall) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA

24

2015/C 302/32

Kawża C-356/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

25

2015/C 302/33

Kawża C-381/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zamora (Spanja) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Javier Ángel Rodríguez Sánchez vs Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SAU (Banco CEISS)

26

2015/C 302/34

Kawża C-392/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

26

2015/C 302/35

Kawża C-401/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Noémie Depesme, Saïd Kerrou vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

27

2015/C 302/36

Kawża C-402/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Adrien Kauffmann vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

28

2015/C 302/37

Kawża C-403/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Maxime Lefort vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 302/38

Kawża T-45/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – GEA Group vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar ta’ prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali sensittiva — Multi — Imputazzjoni tal-ksur — Preżunzjoni kapitalistika — Tul u prova tal-ksur — Preskrizzjoni — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża)

30

2015/C 302/39

Kawża T-47/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tas-sħana — Deċiżjoni li tikkonstata żewġ okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Tul tal-ksur — Preskrizzjoni — Tul tal-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Imputazzjoni tal-ksur — Ksur imwettaq mis-sussidjarji, minn partenarjat mingħajr personalità ġuridika u minn sussidjarja — Kalkolu tal-ammont tal-multi)

30

2015/C 302/40

Kawża T-189/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – GEA Group vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi tas-sħana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ksur imwettaq minn sussidjarji — Multi — Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarji u tal-kumpannija parent — Qbiż tal-limitu ta’ 10 % għal waħda mis-sussidjarji — Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid — Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal din is-sussidjarja — Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas tal-multa lis-sussidjarja l-oħra u lill-kumpannija parent — Drittijiet tad-difiża — Dritt ta’ smigħ — Dritt ta’ aċċess għall-fajl)

31

2015/C 302/41

Kawżi T-389/10 u T-419/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – SLM u Ori Martin vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku, kumpless u kontinwu — Preskrizzjoni — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 — Imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur lill-kumpannija parent — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Ġurisdizzjoni sħiħa)

32

2015/C 302/42

Kawża T-391/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Nedri Spanstaal vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ — Dħul mill-bejgħ rilevanti — Kooperazzjoni maul il-proċedura amministrattiva — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006)

33

2015/C 302/43

Kawża T-393/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta Lulju 2015 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Ksur kumpless — Ksur uniku u kontinwu — Tbegħid — Gravità tal-ksur — Ċirkustanzi attenwanti — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas — Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 — Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ġurisdizzjoni sħiħa)

34

2015/C 302/44

Kawża T-398/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Fapricela vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni maul il-proċedura amministrattiva)

35

2015/C 302/45

Kawża T-406/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali)

36

2015/C 302/46

Kawżi T-413/10 u T-414/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Socitrel vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Terminu raġonevoli)

37

2015/C 302/47

Kawża T-418/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – voestalpine u voestalpine Wire Rod Austria vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Ksur uniku, kumpless u kontinwu — Kuntratt ta’ aġenzija — Imputabbiltà lill-prinċipal tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-aġent — Assenza ta’ għarfien mill-prinċipal tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-aġent — Parteċipazzjoni f’komponent tal-ksur u għarfien tal-pjan globali — Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Ġurisdizzjoni sħiħa)

37

2015/C 302/48

Kawża T-422/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Trafilerie Meridionali vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Ksur uniku, kumpless u kontinwu — Proporzjonalità — Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Ġurisdizzjoni sħiħa)

38

2015/C 302/49

Kawża T-423/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Redaelli Tecna vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Terminu raġonevoli)

39

2015/C 302/50

Kawża T-436/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – HIT Groep vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Regoli dwar l-imputabbiltà tal-prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Terminu raġonevoli)

40

2015/C 302/51

Kawża T-485/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Akzo Nobel u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabblizzaturi tas-sħana — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ksur imwettaq minn sussidjarja komuni — Multi — Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarja u tal-kumpanniji parent — Preskrizzjoni deċennali għal waħda mill-kumpanniji parent — Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid — Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal waħda mill-kumpanniji parent — Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas lis-sussidjarja u lill-kumpannija parent l-oħra — Drittijiet tad-difiża)

40

2015/C 302/52

Kawża T-323/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Knauf Insulation Technology vs UASI – Saint Gobain Cristalería (ECOSE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali ECOSE — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ECOSEC FACHADAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

41

2015/C 302/53

Kawża T-324/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Knauf Insulation Technology vs UASI – Saint Gobain Cristalería (ECOSE TECHNOLOGY) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva ECOSE TECHNOLOGY — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ECOSEC FACHADAS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

42

2015/C 302/54

Kawża T-462/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Pilkington Group vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni allegatament koperta bis-sigriet tan-negozju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Aspettattivi leġittimi)

42

2015/C 302/55

Kawża T-465/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – AGC Glass Europe et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni trid tippubblika — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Programm ta’ klemenza — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament)

43

2015/C 302/56

Kawża T-24/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Cactus vs UASI – Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CACTUS u figurattiva preċedenti Cactus — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009)

44

2015/C 302/57

Kawża T-115/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2105 – Dennekamp vs Il-Parlament [Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti marbuta mal-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u mal-integrità tal-individwu — Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 — Trasferiment tad-data ta’ natura personali — Kundizzjonijiet marbuta man-neċessità ta’ trasferiment tad-data u mar-riskju ta’ preġudizzju tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata]

45

2015/C 302/58

Kawża T-215/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Recticel (λ) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja figurattiva λ — Użu ġenwin — Użu bħala parti minn trade mark kumplessa — Prova tal-użu — Artikolu 15 u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

46

2015/C 302/59

Kawża T-314/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni [Fond ta’ Koeżjoni — Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (Port ta’ Caniçal) — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali]

46

2015/C 302/60

Kawża T-333/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Westermann Lernspielverlag vs UASI – Diset (bambinoLÜK) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bambinoLÜK — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BAMBINO — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

47

2015/C 302/61

Kawża T-337/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – CSF vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2006/42/KE — Makkinarju li jġib il-marka CE — Rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà — Riskji għas-sigurtà tal-persuni — Klawżola ta’ salvagwardja — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara ġġustifikata miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Kundizzjonijiet li jirregolaw l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament)

48

2015/C 302/62

Kawża T-398/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – TVR Automotive vs UASI – TVR Italia (TVR ITALIA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TVR ITALIA — Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti TVR — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Proċedimenti ta’ revoka — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009]

48

2015/C 302/63

Kawża T-561/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni [FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Galiċia (2007-2013) — Miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali — Indennizz kumpensatorju għal żvantaġġi naturali — Infiq imwettaq minn Spanja — Kontrolli fuq il-post — Obbligu ta’ ċensiment tal-bhejjem — Artikolu 10(2) u (4) u Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 — Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nruo796/2004 — Proċedura fil-kontumaċja]

49

2015/C 302/64

Kawża T-611/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Australian Gold vs UASI – Effect Management & Holding (HOT) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark figurattiva HOT — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Assenza ta’ karattru deskrittiv — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75tar-Regolament Nru 207/2009 — Appell inċidentali quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 — Rikors inċidentali quddiem il-Qorti Ġenerali — Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991)

50

2015/C 302/65

Kawża T-55/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen vs UASI (Lembergerland) [Trade mark komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Lembergerland — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade mark għal inbid li tinkludi indikazzjonijiet ġeografiċi — Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

51

2015/C 302/66

Kawża T-352/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – The Smiley Company vs UASI – The Swatch Group Management Services (HAPPY TIME) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HAPPY TIME — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HAPPY HOURS — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

51

2015/C 302/67

Kawża T-457/14 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Rouffaud vs SEAE (Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt — Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt — Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment — Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)

52

2015/C 302/68

Kawża T-631/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Roland vs UASI – Louboutin (Kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal Trade mark komunitarja li tikkonsisti f’kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna — Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti SHOES — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

53

2015/C 302/69

Kawża T-259/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2015 – Close u Cegelec vs Il-Parlament (Miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Kostruzzjoni ta’ ċentrali elettrika — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

53

2015/C 302/70

Kawża T-245/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Klymenko vs Il-Kunsill

54

2015/C 302/71

Kawża T-284/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

55

2015/C 302/72

Kawża T-285/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Syria Steel and Al Buroj Trading vs Il-Kunsill

56

2015/C 302/73

Kawża T-286/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – KF vs SATCEN

57

2015/C 302/74

Kawża T-294/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – ArcelorMittal Ruhrort vs Il-Kummissjoni

59

2015/C 302/75

Kawża T-319/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Edelstahlwerke vs Il-Kummissjoni

60

2015/C 302/76

Kawża T-345/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – Modas Cristal vs UASI – Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama (KRISTAL)

61

2015/C 302/77

Kawża T-346/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill

62

2015/C 302/78

Kawża T-364/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2015 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

63

2015/C 302/79

Kawża T-368/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Alcimos Consulting vs BĊE

64

2015/C 302/80

Kawża T-374/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – VM Vermögens-Management vs UASI – DAT Vermögensmanagement (Vermögensmanufaktur)

64

2015/C 302/81

Kawża T-385/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – Loops vs UASI (Forma ta’ xkupilja tas-snien)

65

2015/C 302/82

Kawża T-391/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – Aldi vs UASI – Società Cooperativa Agricola Cantina Sociale Tollo (ALDIANO)

66

2015/C 302/83

Kawża T-394/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – KPN vs Il-Kummissjoni

67

2015/C 302/84

Kawża T-396/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – Herm. Sprenger vs UASI – web2get (Forma ta’ staffa magħquda)

67

2015/C 302/85

Kawża T-397/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – PAL-Bullermann vs UASI – Symaga (PAL)

68

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 302/86

Kawża F-101/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs SEAE

70

2015/C 302/87

Kawża F-102/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs KESE

70

2015/C 302/88

Kawża F-104/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

71


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 302/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 294, 7.9.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 279, 24.8.2015

ĠU C 270, 17.8.2015

ĠU C 262, 10.8.2015

ĠU C 254, 3.8.2015

ĠU C 245, 27.7.2015

ĠU C 236, 20.7.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Huawei Technologies Co. Ltd vs ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH

(Kawża C-170/13) (1)

((Kompetizzjoni - Artikolu 102 TFUE - Impriża li żżomm privattiva essenzjali għal standard li timpenja ruħha, mal-organu ta’ standardizzazzjoni, li tagħti liċenzja lit-terzi b’kundizzjonijiet ekwi, raġonevoli u mhux diskriminatorji msejħa “FRAND” (“fair, reasonable and non-discriminatory”) - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Azzjonijiet għal ksur - Kawża għal inibizzjoni - Azzjoni għal sejħa lura tal-prodotti - Azzjoni għall-finijiet tal-provvista ta’ data tal-kontabbiltà - Azzjoni għal kumpens - Obbligi tal-proprjetarju tal-privattiva essenzjali għal standard))

(2015/C 302/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Huawei Technologies Co. Ltd

Konvenuti: ZTE Corp., ZTE Deutschland GmbH

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ privattiva stabbilita minn organu ta’ standardizzazzjoni, li jkun impenja ruħu irrevokabbilment lejn dan l-organu li jagħti lit-terzi liċenzja skont kundizzjonijiet FRAND (“fair, reasonable and non-discriminatory”), ma jabbużax mill-pożizzjoni dominanti tiegħu fis-sens ta’ dan l-artikolu bl-introduzzjoni ta’ azzjoni ta’ ksur għall-inibizzjoni tal-ksur tal-privattiva tiegħu jew għas-sejħa lura tal-prodotti li għall-manifattura tagħhom din il-privattiva ntużat, meta:

qabel l-introduzzjoni ta’ din l-azzjoni, huwa, minn naħa, kien avża lill-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva li huwa kkritika billi indika din il-privattiva u ppreċiża l-mod kif dan kiser il-privattiva u, min-naħa l-oħra, wara li l-allegat awtur tal-ksur esprima r-rieda tiegħu li jikkonkludi kuntratt ta’ liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, bagħat lil dan l-awtur tal-ksur tal-privattiva, offerta konkreta u bil-miktub ta’ liċenzja għal tali kundizzjonijiet, li tispeċifika, b’mod partikolari, ir-royalty u l-modalitajiet ta’ kalkolu tagħha.

l-imsemmi awtur tal-ksur tal-privattiva kompla jisfrutta din l-privattiva b’diliġenza, konformement mal-konswetudnijiet kummerċjali aċċettati fil-qasam u mal-bona fide, u dan għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u jimplika b’mod partikolari l-assenza ta’ kull tattika ta’ dewmien.

2)

L-Artikolu 102 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprojbixxix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, lil impriża li tinsab f’pożizzjoni dominanti u li żżomm privattiva essenzjali għal standard stabbilit minn organu ta’ standardizzazzjoni li impenjat ruħha, ma’ dan l-organu, li tagħti liċenzja skont il-kundizzjonijiet FRAND, li tressaq azzjoni għal ksur tal-privattiva kontra l-allegat awtur tal-ksur tal-privattiva u intiża għall-provvista ta’ data tal-kontabbiltà relatata mal-atti passati ta’ użu ta’ din il-privattiva jew l-għoti ta’ danni fir-rigward ta’ tali atti.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-iStockholms tingsrätt – l-Isvezja) – Abcur AB vs Apoteket Farmaci AB (C-544/13), Apoteket AB u Apoteket Farmaci AB (C-545/13)

(Kawżi magħquda C-544/13 u C-545/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikoli 2(1) u 3(1) u (2) - Prodotti mediċinali ppreparati industrijalment jew manifatturati b’metodu li jinvolvi proċess industrijali - Derogi - Prodotti mediċinali ppreparati fl-ispiżerija skont riċetta mingħand tabib ddestinata għal pazjent speċifiku - Prodotti mediċinali ppreparati skont l-indikazzjonijiet ta’ farmakopea u jkunu intiżi li jiġu pprovduti direttament lill-pazjenti moqdija minn din l-ispiżerija - Direttiva 2005/29/KE))

(2015/C 302/03)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Stockholms tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abcur AB

Konvenuti: Apoteket Farmaci AB (C-544/13), Apoteket AB u Apoteket Farmaci AB (C-545/13)

Dispożittiv

1)

Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ipprovduti fuq riċetta mingħand it-tabib u li ma jibbenefikawx minn awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jew skont ir-Regolament Nru 726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, jaqgħu fid-Direttiva 2001/83, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendat bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, skont l-Artikolu 2(1) ta’ dan tal-aħħar, jekk kienu prodotti industrijalment jew immanifatturati skont metodu li jinvolvi proċess industrijali. Dawn il-prodotti mediċinali jistgħu jibbenefikaw mid-deroga li hemm fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27, biss jekk ikunu ġew ippreparati skont riċetta mingħand it-tabib redatta qabel il-preparazzjoni tagħhom, li għandha ssir speċifikament għal pazjent identifikat minn qabel. L-imsemmija prodotti mediċinali jistgħu jibbenefikaw mid-deroga imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Diorettiva 2004/27, biss jekk jiġu pprovduti mill-ispiżerija li ppreparathom lill-pazjenti li tathomlhom. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet humiex issodisfatti fil-kawżi prinċipali.

2)

Ukoll fl-ipoteżi li prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83, kif emendat bid-Direttiva 2004/27, prattiki ta’ reklamar relatati ma’ dawn il-prodotti mediċinali, bħal dawk allegati fil-kawżi prinċipali, jistgħu wkoll jaqgħu fid-Direttiva 2005/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, sakemm ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 15, 18.1.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Coty Germany GmbH vs Stadtsparkasse Magdeburg

(Kawża C-580/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali u industrijali - Direttiva 2004/48/KE - Artikolu 8(3)(e) - Bejgħ ta’ oġġetti li jikkontravjenu - Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ksur ta’ dritt għall-proprjetà intellettwali - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tawtorizza lill-istituzzjonijiet bankarji jirrifjutaw li jirrispondu b’mod favorevoli għal talba intiża sabiex tiġi pprovduta informazzjoni dwar kont bankarju (sigriet bankarju)))

(2015/C 302/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Coty Germany GmbH

Konvenuti: Stadtsparkasse Magdeburg

Dispożittiv

L-Artikolu 8(3)(e) tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li mingħajr limiti jew kundizzjonijiet tawtorizza lil istituzzjoni bankarja tinvoka s-sigriet bankarju sabiex tirrifjuta li tipprovdi, fil-kuntest tal-Artikolu 8(1)(ċ) tal-imsemmija direttiva, informazzjoni dwar l-isem u l-indirizz tad-detentur ta’ kont.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – proċedura mibdija minn Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG)

(Kawża C-39/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Bejgħ ta’ art agrikola mill-awtoritajiet pubbliċi - Dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jopponu l-bejgħ ta’ art agrikola meta l-prezz offert huwa meqjus bħala “sproporzjonat ħafna” fil-konfront tal-valur fis-suq - Vantaġġ mogħti lil ċerti impriżi jew produzzjonijiet - Kriterju ta’ investitur privat - Determinazzjoni tal-“valur fis-suq”))

(2015/C 302/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Bodenverwertungs- und -verwaltungs GmbH (BVVG)

Fil preżenza ta’: Thomas Erbs, Ursula Erbs, Landkreis Jerichower Land

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li regola ta’ dritt nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, bil-għan li tiżgura l-ħarsien tal-interessi tal-impriżi agrikoli, tipprojbixxi lil korp tal-Istat milli jbigħ, fil-kuntest ta’ sejħa pubblika għal offerti, art agrikola lill-ogħla offerent meta l-awtorità lokali kompetenti tqis li l-offerta ta’ dan tal-aħħar hija sproporzjonata ħafna fil-konfront tal-istima tal-valur tal-imsemmija art, ma taqax taħt il-kwalifika ta’ “għajnuna mill-Istat”, sa fejn l-applikazzjoni tal-imsemmija regola tippermetti li wieħed jasal għall-prezz li jqarreb kemm jista’ jkun possibbilment il-valur fis-suq tal-art agrikola kkonċernata, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 102, 7.4.2014


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-88/14) (1)

((Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 1289/2013 - Artikolu 1(1) u (4) - Regolament (KE) Nru 539/2001 - Artikolu 1(4)(f) - Artikolu 290 TFUE - Sospensjoni tal-eżenzjoni mill-ħtieġa ta’ viża - Inklużjoni ta’ nota ta’ qiegħ il-paġna - Emenda tal-att leġiżlattiv))

(2015/C 302/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, B. Martenczuk u G. Wils, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, A. Troupiotis u A. Pospíšilová Padowska, aġenti)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pleśniak u K. Michoel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, D. Hadroušek u J. Škeřík, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – Unione nazionale industria conciaria (UNIC), Unione Nazionale dei Consumatori di Prodotti in Pelle, Materie Concianti, Accessori e Componenti (Unicopel) vs FS Retail, Luna srl, Gatsby srl

(Kawża C-95/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikoli 34 TFUE sa 36 TFUE - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Direttiva 94/11/KE - Artikoli 3 u 5 - Armonizzazzjoni eżawrjenti - Projbizzjoni milli tiġi ostakolata l-kummerċjalizzazzjoni tax-xeddijiet tas-saqajn li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ ttikkettjar tad-Direttiva 94/11 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-pajjiż ta’ oriġini jiġi indikat fuq it-tikketta ta’ prodotti mmanifatturati barra mill-pajjiż li jużaw l-espressjoni bit-Taljan “pelle” - Oġġetti rrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera))

(2015/C 302/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Milano

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unione nazionale industria conciaria (UNIC), Unione Nazionale dei Consumatori di Prodotti in Pelle, Materie Concianti, Accessori e Componenti (Unicopel)

Konvenuti: FS Retail, Luna srl, Gatsby srl

Dispożittiv

L-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-23 ta’ Marzu 1994, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tikkettjar tal-materjali li jintużaw fil-komponenti ewlenin tax-xeddijiet tas-saqajn għall-bejgħ lill-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi, inter alia, il-kummerċjalizzazzjoni tal-komponenti tal-ġilda tax-xeddijiet tas-saqajn li joriġinaw minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi u li, f’dan il-każ tal-aħħar, diġà ġew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor jew fl-Istat Membru kkonċernat, meta dawn il-prodotti ma jinkludux indikazzjoni dwar il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Beteiligungsgesellschaft Larentia + Minerva mbH & Co. KG vs Finanzamt Nordenham (C-108/14) u Finanzamt Hamburg-Mitte vs Marenave Schiffahrts AG (C-109/14)

(Kawżi Magħquda C-108/14 u C-109/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 17 - Dritt għal tnaqqis - Tnaqqis parzjali - VAT imħallsa minn kumpanniji holdings għall-akkwist ta’ kapital investit fil-kumpanniji sussidjarji tagħhom - Provvisti ta’ servizzi pprovduti lill-kumpanniji sussidjarji - Kumpanniji sussidjarji kkostitwiti minn soċjetajiet - Artikolu 4 - Kostituzzjoni ta’ grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda - Kundizzjonijiet - Neċessità ta’ relazzjoni ta’ subordinazzjoni - Effett dirett))

(2015/C 302/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beteiligungsgesellschaft Larentia + Minerva mbH & Co. KG (C-108/14), Finanzamt Hamburg-Mitte (C-109/14)

Konvenuti: Finanzamt Nordenham (C-108/14), Marenave Schiffahrts AG (C-109/14)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 17(2) u (5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/69/KE, tal-24 ta’ Lulju 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

l-ispejjeż marbuta max-xiri tal-ishma fil-kumpanniji sussidjarji appoġġjati minn kumpannija holding li tinvolvi ruħha fl-amministrazzjoni tagħhom u li, għal dan il-għan, twettaq attività ekonomika għandhom jitqiesu li jagħmlu parti mill-ispejjeż ġenerali tagħha u t-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fuq dawn l-ispejjeż għandha, bħala prinċipju, titnaqqas fl-intier tagħha, sakemm uħud mit-tranżazzjonijiet ekonomiċi mwettqa output ma jkunux eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud bis-saħħa tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2006/69, f’liema każ id-dritt għal tnaqqis għandu jseħħ biss skont il-metodi previsti fl-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva;

l-ispejjeż marbuta max-xiri tal-ishma fil-kumpanniji sussidjarji appoġġjati minn kumpannija holding li tinvolvi ruħha biss fl-amministrazzjoni ta’ xi wħud minnhom u li, fir-rigward tal-oħrajn, ma twettaqx, min-naħa l-oħra, attività ekonomika għandhom jitqiesu li jagħmlu parti biss parzjalment mill-ispejjeż ġenerali tagħha, hekk li t-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa fuq dawn l-ispejjeż tista’ titnaqqas biss fi proporzjon għal dawk li huma inerenti għall-attività ekonomika, skont kriterji ta’ allokazzjoni ddefiniti mill-Istati Membri, liema kriterji, fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa, għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni – fatt li l-qrati nazzjonali għandhom jivverifikaw – l-għan u l-istruttura ġenerali tas-Sitt Direttiva u, għal dan il-għan, jipprovdu metodu ta’ kalkolu hekk li jirrifletti oġġettivament il-parti tal-attribuzzjoni reali tal-ispejjeż input lill-attività ekonomika u lill-attività mhux ekonomika.

2)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2006/69, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-liġi nazzjonali tirriżerva l-possibbiltà li tikkostitwixxi raggruppament ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda għal raġunijiet ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif previst fl-imsemmija dispożizzjoni, unikament lill-entitajiet li għandhom personalità ġuridika u li huma marbuta mal-korp dominanti ta’ dan ir-raggruppament f’relazzjoni ta’ subordinazzjoni, sakemm dawn iż-żewġ rekwiżiti ma jikkostitwixxux miżuri neċessarji u xierqa biex jiksbu l-għanijiet intiżi li jipprevjenu l-prattiki jew l-aġir abbużiv jew il-ġlieda kontra l-frodi jew l-evażjoni tat-taxxa, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

L-Artikolu 4(4) tas-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 2006/69, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li għandu effett dirett li jippermetti lill-persuni taxxabbli sabiex jitolbu għall-benefiċċju tiegħu kontra l-Istat Membru tagħhom fil-każ li l-leġiżlazzjoni ta’ dan tal-aħħar ma tkunx kompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni u ma tistax tiġi interpretata konformement magħha.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Ir-Rumanija) – ING Pensii, Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA vs Consiliul Concurenței

(Kawża C-172/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Akkordji - Modalitajiet ta’ tqassim tal-klijenti fuq suq ta’ fondi ta’ pensjoni privati - Eżistenza ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE - Kummerċ bejn l-Istati Membri affettwati))

(2015/C 302/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ING Pensii, Societate de Administrare a unui Fond de Pensii Administrat Privat SA

Konvenut: Consiliul Concurenței

Dispożittiv

L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehimiet ta’ tqassim tal-klijenti, bħal dawk konklużi bejn fondi ta’ pensjoni privati fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxi akkordju b’għan antikompetittiv, u n-numru ta’ klijenti previsti minn dawn il-ftehimiet ma jistax ikun rilevanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni marbuta mar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern.


(1)  ĠU C 212, 07.07.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – A vs B

(Kawża C-184/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Ġurisdizzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikolu 3(ċ) u (d) - Talba dwar obbligu ta’ manteniment favur ulied minuri simultanja għal proċedura ta’ separazzjoni tal-ġenituri, imressqa fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih l-ulied għandhom ir-residenza abitwali tagħhom))

(2015/C 302/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Dispożittiv

L-Artikolu 3(ċ) u (d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fejn qorti ta’ Stat Membru tkun adita b’azzjoni dwar is-separazzjoni jew it-tmiem tar-rabta konjugali bejn il-ġenituri ta’ wild minuri u qorti ta’ Stat Membru ieħor tkun adita b’azzjoni għar-responsabbiltà tal-ġenituri li tikkonċerna lil dan il-wild, talba dwar obbligu ta’ manteniment li tikkonċerna lil dan l-istess wild hija anċillari biss għall-azzjoni dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 3(d) ta’ dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – L-Irlanda) – Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-218/14) (1)

((Rinviju preliminari - Direttiva 2004/38/KE - Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) - Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni - Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz - Żamma tad-dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz wara t-tluq mill-Istat Membru ospitanti taċ-ċittadin tal-Unjoni, segwit b’divorzju - Artikolu 7(1)(b) - Riżorsi suffiċjenti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-riżorsi tal-konjuġi ċittadin ta’ pajjiż terz - Dritt taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jaħdmu fl-Istat Membru ospitanti sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta’ riżorsi suffiċjenti”))

(2015/C 302/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kuldip Singh, Denzel Njume, Khaled Aly

Konvenut: Minister for Justice and Equalityf

fil-preżenza ta’: Immigrant Council of Ireland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri, li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, iddivorzjat minn ċittadin tal-Unjoni, li ż-żwieġ tiegħu jkun dam mill-inqas tliet snin qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, inkluż mill-inqas sena fl-Istat Membru ospitanti, ma jistax jibbenefika miż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, meta qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, il-konjuġi ċittadin tal-Unjoni jkun telaq mill-imsemmi Stat Membru.

2)

L-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċ-ċittadin tal-Unjoni jkollu riżorsi suffiċjenti għalih u għall-membri tal-familja tiegħu, sabiex ma jkunx ta’ piż għas-sistema tal-assigurazzjoni soċjali tal-Istat Membri ospitanti matul il-perijodu ta’ residenza tiegħu, anki fil-każ li dawn ir-riżorsi joriġinaw parzjalment minn dawk tal-konjuġi tiegħu, li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Symvoulio tis Epikrateias – il-Ġreċja) – Konstantinos Maïstrellis vs Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

(Kawża C-222/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 96/34/KE - Ftehim qafas dwar il-leave parentali - Punt 1 tal-klawżola 2 - Dritt individwali għal leave parentali minħabba t-twelid ta’ wild - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ċċaħħad mid-dritt għal tali leave lill-uffiċjal li l-konjuġi tiegħu ma jaħdimx - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u ta’ xogħol - Artikoli 2(1)(a) u 14(1)(ċ) - Kundizzjonijiet tax-xogħol - Diskriminazzjoni diretta))

(2015/C 302/12)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Konstantinos Maïstrellis

Konvenuta: Ypourgos Dikaiosynis, Diafaneias kai Anthropinon Dikaiomaton

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, kif ukoll bid-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li uffiċjal ma huwiex intitolat għal leave parentali fis-sitwazzjoni meta l-konjuġi tiegħu ma jkunx jaħdem jew ma jkun jeżerċita ebda professjoni, sakemm, minħabba mard serju jew diżabbiltà, dan ma jkunx jista’ jaqdi l-bżonnijiet relatati mat-trobbija tal-wild.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Robert Michal Chmielewski vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-255/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni Ewropea jew ħerġin mill-Unjoni Ewropea - Artikoli 3 u 9 - Obbligu ta’ dikjarazzjoni - Ksur - Sanzjonijiet - Proporzjonalità))

(2015/C 302/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kecskeméti Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Robert Michal Chmielewski

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, timponi l-ħlas ta’ multa amministrattiva li l-ammont tagħha huwa ta’ 60 % tas-somma ta’ flus kontanti mhux iddikjarata, meta din is-somma tkun ta’ iktar minn EUR 50  000.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – TOP Logistics BV, Van Caem International BV vs Bacardi Co. Ltd, Bacardi International Ltd u Bacardi Co. Ltd, Bacardi International Ltd vs TOP Logistics BV, Van Caem International BV

(Kawża C-379/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 5 - Prodotti li għandhom trade mark irrilaxxati għal ċirkulazzjoni libera u mqiegħda taħt is-sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark - Dritt ta’ dan il-proprjetarju li jopponi dan it-tqegħid - Kunċett ta’ “użu fil-kummerċ”))

(2015/C 302/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Gerechtshof Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TOP Logistics BV, Van Caem International BV, Bacardi Co. Ltd, Bacardi International Ltd

Konvenuti: Bacardi Co. Ltd, Bacardi International Ltd, TOP Logistics BV, Van Caem International BV

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark irreġistrata fi Stat Membru wieħed jew iktar jista’ jopponi li terz iqiegħed merkanzija li għandha din it-trade mark taħt is-sistema ta’ sospensjoni tad-dazji tas-sisa wara li, mingħajr il-kunsens ta’ dan il-proprjetarju, jkun introduċiha fiż-ŻEE u rrilaxxaha għal ċirkulazzjoni libera.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland – l-Irlanda) – Minister for Justice and Equality vs Francis Lanigan

(Kawża C-237/15 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 6 - Dritt għal-libertà u għas-sigurtà - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Mandat ta’ arrest Ewropew - Obbligu li jiġi eżegwit il-mandat ta’ arrest Ewropew - Artikolu 12 - Żamma f’detenzjoni tal-persuna rikjesta - Artikolu 15 - Deċiżjoni dwar il-konsenja - Artikolu 17 - Termini u modalitajiet tad-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni - Konsegwenzi tal-iskadenza tat-termini))

(2015/C 302/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Minister for Justice and Equality

Konvenut: Francis Lanigan

Dispożittiv

L-Artikoli 15(1) u 17 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tibqa’ bl-obbligu li tadotta d-deċiżjoni dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew wara l-iskadenza tat-termini stabbiliti f’dan l-Artikolu 17.

L-Artikolu 12 tal-imsemmija deċiżjoni qafas, moqri flimkien mal-Artikolu 17 tagħha u fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’tali sitwazzjoni, iż-żamma f’detenzjoni tal-persuna rikjesta, b’mod konformi mad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, anki jekk it-tul totali tal-perijodu ta’ detenzjoni ta’ din il-persuna jeċċedi dawn it-termini, sakemm dan it-tul ma jkunx ta’ natura eċċessiva fir-rigward tal-karatteristiċi tal-proċedura segwita fil-każ inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fatt li huwa għall-qorti tar-rinviju li tivverifika. Anki jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tiddeċiedi li twaqqaf id-detenzjoni tal-imsemmija persuna, din l-awtorità għandha tissuġġetta l-ħelsien provviżorju tagħha b’kull miżura li hija tqis neċessarja sabiex tevita li taħrab u sabiex tiżgura ruħha li l-kundizzjonijiet materjali neċessarji għall-konsenja effettiva tagħha jibqgħu ssodisfati sakemm tingħata deċiżjoni definittiva dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew.


(1)  ĠU C 236, 20.7.2015.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/12


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2015 minn Internationaler Hilfsfonds e.V. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-482/12, Internationaler Hilfsfonds e.V. vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-103/15 P)

(2015/C 302/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Internationaler Hilfsfonds e.V. (rappreżentant: H.-H. Heyland, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2015;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal deċiżjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell, li ġie ppreżentat skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwa intiż kontra d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-482/12. Permezz ta’ dan id-digriet, il-Qorti Ġenerali ddikjarat inammissibbli r-rikors ta’ Internationaler Hilfsfonds e.V. kontra l-Kummissjoni Ewropea abbażi ta’ insuffiċjenza ta’ produzzjoni ta’ dokumenti u ta’ motivi. Madankollu, konformement mar-rekwiżiti stabbiliti fis-sentenza tat-22 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża T-300/10, il-Kummissjoni kienet obbligata, ħlief fil-każ ta’ ċerti eċċezzjonijiet, tipprovdi lill-appellanti d-dokumentazzjoni sħiħa fil-fajl tal-kuntratt LIEN 97-2011. Dawn ir-rekwiżiti ma ġewx issodisfatti: minflok, il-Kummissjoni pprovdiet diversi dokumenti b’partijiet vojta jew esklużi u naqset kompletament milli tipprovdi numru ikbar ta’ dokumenti. Fir-rikors tagħha tas-27 ta’ Ottubru 2012, Internationaler Hilfsfonds e.V. kienet ippreżentat l-oġġezzjonijiet tagħha b’mod komprensiv, billi ppreżentat u rreferiet għall-ittra tas-27 ta’ Lulju 2012 li kienet indirizzat lill-Kummissjoni u li fiha kienet talbet lil din tal-aħħar tieħu l-miżuri konsegwenti neċessarji skont l-Artikolu 266 TFUE, moqri flimkien mas-sitt paragrafu tal-Artikolu 254 TFUE. Hija pprovdiet ukoll lill-Qorti Ġenerali bil-korrispondenza li rriżultat bejn il-partijiet u, barra minn hekk, inkludiet din il-korrispondenza mar-rikors fil-forma ta’ anness.

L-appellanti ssostni li, fid-digriet li huwa s-suġġett tal-appell preżenti, il-Qorti Ġenerali allegat li r-rikors ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti proċedurali pprovduti fl-Artikolu 44(1)(c) tar-Regoli tal-Proċedura u li l-motivi ma kinux ġew ippreżentati suffiċjentement. L-appellanti tikkontesta dan, u ssostni li hija mhux biss ippreżentat fil-qosor il-kuntest tar-rikors, il-motivi tiegħu u l-informazzjoni kollha rilevanti, iżda saħansitra għamlet hekk fid-dettall, li permezz ta’ dan il-Qorti Ġenerali setgħet tirrikonoxxi s-suġġett tal-kawża mingħajr diffikultà. L-appellanti tikkontesta partikolarment il-fatt li l-Qorti Ġenerali ċaħdet ukoll, bħala inammissibbli, it-talba tagħha sabiex id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Awwissu 2012 (li permezz tagħha l-Kummissjoni ssottomettiet id-dokumentazzjoni inkompleta tagħha) tiġi annullata parzjalment – għalkemm f’dan ir-rigward il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-motiv korrispondenti.

Barra minn hekk, l-appellanti tallega li l-Qorti Ġenerali kkunsidrat id-dokumenti sottomessi mill-appellanti fil-forma ta’ anness bħala sempliċi referenzi ġenerali u ma ħadithomx inkunsiderazzjoni, minkejja li kienu jikkontribwixxu għall-kjarifika tal-motivi u tad-dokumenti fir-rikors tagħha u għalhekk kienu jikkostitwixxu parti integrali mir-rikors. L-appellanti tikkontesta wkoll id-dikjarazzjoni tal-Qorti Ġenerali li r-replika tal-appellanti kienet ineffettiva minkejja li kienet ġiet ippreżentata konformement mar-Regoli tal-Proċedura sabiex issostni r-rikors tagħha, kienet ikkjarifikat l-argumenti tagħha u pprovdiet id-dokumenti kollha kkontestati. L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fid-digriet appellat inkwantu huwa bbażat fuq difetti proċedurali serji u f’dan is-sens il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-appellanti għal rimedju ġudizzjarju effettiv.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni vs Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT et

(Kawża C-240/15)

(2015/C 302/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Konvenuti: Istituto Nazionale di Statistica – ISTAT, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Economia e delle Finanze

Domanda preliminari

Il-prinċipji ta’ imparzjalità u ta’ indipendenza anki mill-perspettiva finanzjarja u organizzattiva li għandhom jiġu rikonoxxuti favur l-awtoritajiet nazzjonali regolatorji msemmija fl-Artikolu [3] tad-Direttiva 2002/21/KE (1), kif ukoll il-prinċipju ta’ awto-finanzjament sostanzjali msemmi fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE (2) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik inkwistjoni fil-kawża f’din il-kawża) li tissuġġetta anki lil tali awtoritajiet bħala regola ġenerali għad-dispożizzjonijiet fil-qasam tal-finanzi pubbliċi u, b’mod partikolari, għal dispożizzjonijiet speċifiċi marbuta mal-limitazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż tal-amminstrazzjonijiet pubbliċi?


(1)  Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29. p. 349).

(2)  Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Drago Nemec vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-256/15)

(2015/C 302/18)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Drago Nemec

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

It-tielet paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/35/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sistema fejn tinħareġ awtorizzazzjoni lil persuni fiżiċi sabiex iwettqu attività eknomika, li għandha espressament tinkludi riferiment għall-attività konkretament awtorizzata, ma għandux jitqies li teżisti impriża u, għaldaqstant, lanqas ma teżisti tranżazzjoni kummerċjali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta t-tranżazzjoni legali li minnha tirriżulta tardività fil-ħlas tirreferi għal attività li ma taqax taħt din l-awtorizzazzjoni?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti:

2)

It-tielet paragrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/35/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna fiżika għandha titqies li hija impriża u li t-tranżazzjoni legali li minnha tirriżulta tardività fil-ħlas tikkostitwixxi tranżazzjoni kummerċjali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta t-tranżazzjoni legali ma taqax fl-ambitu tal-attività rreġistrata tal-imsemmija persuna fiżika iżda, min-natura tagħha, tista’ tkun attività eknomika u tkun inħarġet fattura għal din it-tranżazzjoni?

3)

Il-prinċipju li interessi minħabba ħlas tardiv jieqfu jiddekorru meta l-ammont tal-interessi akkumulati u mhux imħallsa jilħaq l-ammont prinċipali dovut (prinċipju ne ultar alterum tantum) huwa kontra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/35?


(1)  Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 226)


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fil-11 ta’ Ġunju 2015 – Beca Engineering Srl vs Ministeru tal-Intern

(Kawża C-285/15)

(2015/C 302/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Beca Engineering Srl

Konvenut: Ministeru tal-Intern

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-prodotti għall-bini (1), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003 (2), tipprekludi li ċ-ċmieni għandhom “ikunu magħmula minn materjali mhux kombustibbli”, bħalma tipprevedi d-dispożizzjoni li tinsab fil-Parti II tal-Ħames Parti tal-Anness IX tad-digriet leġiżlattiv Nru 152 tat-3 ta’ April 2006 dwar l-“impjanti termiċi ċivili”, li ma ġietx innotifikata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 9, p. 296.

(2)  Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jadatta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE id-dispożizzjonijiet dwar kumitati li jassistu lill-Kummissjoni fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tagħha stabbiliti fi strumenti suġġetti għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 447).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-12 ta’ Ġunju 2015 – Società LIS Srl, Società Cerutti Lorenzo Srl vs Abbanoa SpA

(Kawża C-287/15)

(2015/C 302/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Società LIS Srl, Società Cerutti Lorenzo Srl

Konvenuta: Abbanoa SpA

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li s-sempliċi talba għal konkordat preventiv magħmula lill-qorti kompetenti mid-debitur titqies li hija “proċedura pendenti”, huwa kompatibbli mal-Artikolu 45(2)(a) u (b) tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-31 ta’ Marzu 2004? (1)?

2)

Huwa kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja msemmija iktar ’il fuq li l-fatt li l-ammissjoni tad-debitur li jinsab fi stat ta’ insolvenza u li jixtieq iressaq talba għal konkordat preventiv “in bianco” (li l-karatteristiċi tiegħu ġew ippreċiżati iktar ’il fuq) tiġi kkunsidrata bħala raġuni ta’ esklużjoni mill-proċedura ta’ sejħa għall-offerti pubblika, b’interpretazzjoni estensiva tal-kunċett ta’ “proċedura pendenti” fis-sens tal-leġiżlazzjoni Komunitarja (Artikolu 45 tad-direttiva) u nazzjonali (Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv Nruo163-2006) iċċitati iktar ’il fuq?

3)

Dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163, tas-16 ta’ April 2006, analizzat iktar ’il fuq, li taċċetta l-parteċipazzjoni ta’ impriża b’proġettist “maħtur” li, skont ġurisprudenza nazzjonali, ma tistax tirrikorri għall-kapaċità ta’ terz (avvalimento) peress li ma huwiex offerent, hija kompatibbli mal-Artikolu 48 tad-Direttiva KE Nruo18, tal-31 ta’ Marzu 2004?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/16


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 minn Slovenská pošta a.s. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-556/08, Slovenská pošta vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-293/15 P)

(2015/C 302/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Slovenská pošta a.s. (rappreżentanti: O. W. Brouwer u A.A.J. Pliego Selie, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjopni Ewropea, Ir-Repubblika Slovakka, Cromwell a.s., Slovak Mail Services a.s., Prvá Doručovacia, a.s., ID Marketing Slovensko s.r.o. (li qabel kienet TNT Post Slovensko s.r.o.)

Talbiet

tannulla parzjalment jew kompletament is-sentenza appellata u tagħti sentenza definittiva dwar l-appell, filwaqt li tannulla d-deċiżjoni kkontestata kompletament jew parzjalment, jew – sussidjarjament – terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, inklużi l-ispejjeż tal-partijiet intervenjenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament b’rabta mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-7 ta’ Ottubru 2008 dwar il-leġiżlazzjoni postali Slovakka relatata ma’ servizzi ta’ posta ibrida C (2008) 5912, indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Slovenská pošta a.s. titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

(i)

Tannulla kompletament jew parzjalment, is-sentenza msemmija iktar ’il fuq tal-Qorti Ġenerali għall-motivi li ġejjin:

i.

L-ewwel aggravju: żbalji ta’ liġi, applikazzjoni ta’ livell ta’ prova żbaljat u applikazzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova billi kkonkludiet li r-Repubblika Slovakka kisret l-Artikolu 86(1) moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE;

a.

Żbalji ta’ liġi billi kkonkludiet li l-provvista ta’ dritt esklużiv tista’ fiha nnifisha tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 86(1) moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE;

b.

Żbalji ta’ liġi applikazzjoni ta’ livell ta’ prova żbaljat u applikazzjoni żbaljata tal-oneru tal-prova billi kkonkludiet li r-Repubblika Slovakka kisret l-Artikolu 86(1) moqri flimkien mal-Artikolu 82 KE billi llimitat is-servizzi output għall-utenti finali.

ii.

It-tieni aggravju: żbalji ta’ liġi, livell ta’ kontroll insuffiċjenti u żnaturament tal-provi waqt il-kontroll u l-aċċettazzjoni tad-definizzjoni tas-suq rilevanti proposta mill-Kummissjoni Ewropea;

a.

Żball ta’ liġi u livell ta’ kontroll insuffiċjenti billi aċċettat li s-suq rilevanti ta’ servizzi ta’ posta ibrida integrata seta’ jiġi ddefinit abbażi ta’ (allegata) eżistenza ta’ domanda u provvista ta’ servizz uniku;

b.

Żnaturament tal-provi u applikazzjoni ta’ kontroll insuffiċjenti billi kkonkludiet li d-domanda prevalenti fis-suq setgħet tinsilet mill-provi prodotti mill-Kummissjoni.

(ii)

Tagħti sentenza definittiva fuq l-appell, tannulla d-deċiżjoni kkontestata kompletament jew parzjalment, jew – sussidjarjament – terġa’ tibgħat il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.

(iii)

Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja inklużi l-ispejjeż tal-partijiet intervenjenti.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/17


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 minn Matratzen Concord GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-16 ta’ April 2015 fil-Kawża T-258/13 – Matratzen Concord vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-295/15 P)

(2015/C 302/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Matratzen Concord GmbH (rappreżentant: I. Selting, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), KBT & Co. Ernst Kruchen agenzia commerciale sociétá in accomandita

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 fil-Kawża T-258/13 dwar it-tħassir tat-trade mark Komunitarja 281 86 80 “Arktis” minħabba fin-nuqqas ta’ użu ġenwin li sar minn din;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-kawża għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tallega li d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fiha l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat id-data fuq il-bejgħ tal-kumpannija Breiding fl-evalwazzjoni tat-trade mark ikkontestata. In-numru ta’ unitajiet mibjugħa mill-kumpannija Breiding matul il-perijodu inkwistjoni, li jmur mill-2006 sal-2009, ma kellux jittieħed inkunsiderazzjoni.

Fl-eżami tal-użu ġenwin, il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ma ħaditx inkunsiderazzjoni “Arktis”, iżda kkunsidrat il-prodotti identifikati permezz tad-deskrizzjoni “Arktis Line”, filwaqt li kkunsidrat iż-żieda ta’ “Line” bħala li hija esklużivament deskrittiva.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali għamlet użu żbaljat mid-diskrezzjoni tagħha meta kkunsidrat l-użu ġenwin li joriġina mit-trade mark ikkontestata, anki jekk id-dħul mill-bejgħ tal-merkanzija tal-proprjetarju tat-trade mark kienu estremament baxxi.

Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat meta qieset li l-użu ġenwin ta’ “friex” u “kutri”, inkwistjoni f’din il-kawża, kienet irrilevanti. Il-proprjetarju tat-trade mark, kien madankollu pproduċa biss prova tal-użu tat-trade mark għal “kutri”, iżda mhux għall-friex bħall-imħaded u bħas-saqqijiet. Għalhekk, “friex” għandha għallinqas titħassar minn din it-trade mark.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/18


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-304/15)

(2015/C 302/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici, S. Petrova, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

tiddikjara u tiddeċiedi li, billi ma applikax korrettament id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (1) f’dak li jirrigwarda l-impjant “Aberthaw Power Station”, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4(3) moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness VI tad-Direttiva 2001/80/KE dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni;

tikkundanna lil Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Renju Unit naqas milli jwettaq l-obbligu tiegħu li japplika korrattement l-Artikolu 4(3), moqri flimkien mal-Parti A tal-Anness VI La tad-Direttiva 2001/80/KE dwar il-limitazzjoni ta’ l-emissjonijiet ta’ ċerti tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni f’dak li jirrigwarda l-impjant “Aberthaw Power Station”. L-Aberthaw Power Station, li hija ċentrali elettrika li taħdem bil-faħam b’kapaċità termika nominali ta’ 4  090 MWth u li taqa’ għaldaqstant fil-kategorija ta’ impjanti li għandhom kapaċità superjuri għal 500 MWth, teċċedi l-limitu ta’ emissjoni applikabbli għall- ossidi tan-nitroġenu (NOx) skontt għall-Artikolu 4(3) tad-direttiva imsemmija iktar ’il fuq, moqri flimkien mal-Artikolu 14(1)(a) u l-Parti A tal-Anness. Skont id-dispożizzjonijiet applikabbli, mill-1 ta’ Jannar 2008, ir-Renju Unit għandu d-dmir li jiżgura ruħu li impjant ta’ din il-kapaċità ma jeċċedix il-limitu ta’ 500 mg/Nm3 għan-NOx, imnaqqas għal 200 mg/Nm3 minn Jannar 2016. Madankollu, il-limitu ta’ emissjonijiet tal-impjant kif stabbilit fl-awtorizzazzjoni tal-impjant hija attwalment ta’ 1  050 mg/Nm3 għan-NOx.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 299


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/19


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 minn SolarWorld AG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fl-14 ta’ April 2015 fil-Kawża T-393/13, SolarWorld AG vs Il-Kummisjoni Ewropea

(Kawża C-312/15 P)

(2015/C 302/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: SolarWorld AG (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Solsonica SpA

Talbiet

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla d-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-393/13 sa fejn jiddeċiedi li ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament u dwar ir-rikors għad-danni;

tiddikjara r-rikors għal annullament u r-rikors għad-danni ppreżentati fil-Kawża T-393/13 bħala ammissibbli;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar il-mertu tar-rikors għal annullament u tar-rikors għad-danni.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest meta ddeċidiet li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament u dwar ir-rikors għad-danni li hija kienet ippreżentat.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/20


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 minn Johannes Tromana et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-22 ta’ April 2015 fil-Kawża T-190/12, Johannes Tomana et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-330/15 P)

(2015/C 302/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Johannes Tomana et (rappreżentanti: M. O’Kane, Solicitor, M. Lester, Z. Al-Rikabi, Barristers)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju Unit u L-Irlanda ta’ Fuq

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, tannulla l-atti kkontestati sa fejn japplikaw għar-rikorrenti u tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż tal-ewwel u tat-tieni istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li r-regolament ikkontestat ġie adottat fuq bażi legali valida. L-unika bażi legali tiegħu li jissemma ppermettiet lill-Kummissjoni temenda r-Regolament Nru 314/2004 (1) abbażi ta’ pożizzjoni komuni li sadanittant tħassret, u ma setgħetx tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għal deċiżjoni sussegwenti.

It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li persuni jistgħu jitniżżlu fil-lista ta’ atti kkontestati għar-raġuni li huma “membri tal-Gvern” jew “assoċjati” tagħhom unikament abbażi tal-funzjonijiet tagħhom jew tal-funzjonijiet preċedenti tagħhom. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li persuni għandhom jitqiesu li huma “assoċjati” ta’ membri tal-gvern abbażi tal-fatt li allegazzjonijiet li fil-passat huma kienu involuti f’aġir li allegatament jippreġudika l-istat tad-dritt, id-demokrazija jew id-drittijiet tal-bniedem fiż-Żimbabwe wrew li huma kienu f’“kollużjoni” mal-Gvern. Il-Qorti Ġenerali ma kellhiex tippermetti lill-appellati jibbażaw ruħhom fuq preżunzjonijiet li ma kinux inklużi fl-atti kkontestati u li la kienu konformi u lanqas proporzjonati mal-għanijiet ta’ dawn l-atti, iżda kellha titlobhom jissodisfaw l-obbligu tagħhom li jimmotivaw l-inklużjoni mill-ġdid fil-lista fuq bażi fattwali suffiċjentement solida.

It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ddeċidiet li l-motivazzjoni kienet suffiċjenti filwaqt li hija sempliċement elenkat il-funzjonijiet li l-membri tal-Gvern jew l-assoċjati tagħhom kienu allegatament eżerċitaw, jew semmiet allegazzjonijiet vagi u ġenerali dwar aġir illegali fil-passat. Il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi billi ppermettiet li l-motivazzjoni tiġi kkompletata b’raġunijiet ex post facto addizzjonali li ma jissemmewx fl-atti kkontestati. Meta xi uħud mill-appellanti ppreżentaw osservazzjonijiet kontra l-allegazzjonijiet kontrihom, il-Qorti Ġenerali ddikjarat, b’mod inkorrett u inġust, li l-argumenti tagħhom kienu inammissibbli u ma eżaminathomx fil-mertu.

Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali ma segwietx il-ġurisprudenza stabbilita fil-qasam tad-drittijiet tad-difiża billi qieset li l-appellati ma kinux meħtieġa jikkomunikaw il-provi jew ir-raġunijiet għaż-żamma fuq il-lista, jew jippermettu lill-appellanti jippreżentaw osservazzjonijiet, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tagħhom li l-appellanti jiġu inklużi mill-ġdid fil-lista.

Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx jekk l-inklużjoni ta’ kull wieħed mill-appellanti ħolqitx bilanċ proporzjonat bejn il-ksur serju tad-drittijiet fundamentali tagħhom u l-għanijiet tal-atti kkontestati.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004, tad-19 ta’ Frar 2004, dwar ċertu miżuri restrittrivi fir-rigwar[d] taż-Żimbabwe, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 3, p. 50.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – María Pilar Planes Bresco vs Comunidad Autónoma de Aragón

(Kawża C-333/15)

(2015/C 302/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Pilar Planes Bresco

Konvenuta: Comunidad Autónoma de Aragón

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 43 u 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (1), tad-29 ta’ Settembru 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-kategorija ta’ ettari eliġibbli s-superfiċi kollha ta’ mergħat permanenti ddikjarati minn bidwi li jeċċedu s-superfiċi li preċedentement kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ drittijiet normali dovuti lilu, li tissuġġetta l-inklużjoni tal-imsemmija superfiċi, u għalhekk is-sostituzzjoni ta’ artijiet ta’ koltivazzjoni b’mergħat għall-kundizzjoni li dawn tal-aħħar ikunu effettivament iddedikati għat-trobbija tal-annimali matul is-sena li fiha l-bidwi jixtieq jibbenefika mid-dritt li jirċievi l-għajnuna?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv,

2)

L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jeskludi l-pagamenti taħt l-iskemi ta’ għajnuna lill-istess benefiċjarji tagħhom “li jinstabu li ħolqu artifiċjalment il-kondizzjonjiet mitluba biex jakkwistaw tali pagamenti bl-intenzjoni li jiksbu vantaġġ kontra l-għanijiet ta’ dik l-iskema ta’ appoġġ”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali li jnaqssu n-numru ta’ “ettari eliġibbli” (ta’ mergħat permanenti), billi jiddefinixxi oġġettivament sitwazzjonijiet ġenerali li fihom jitqies li l-benefiċjarju ħoloq kundizzjonijiet b’mod artifiċjali sabiex jikseb il-pagament mingħajr ma jkun wera b’mod konkret u b’rabta ma’ bidwi speċifiku, l-attività mwettqa mill-imsemmi bidwi u l-aġir ta’ dan tal-aħħar?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – María Pilar Planes Bresco vs Comunidad Autónoma de Aragón

(Kawża C-334/15)

(2015/C 302/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Pilar Planes Bresco

Konvenuta: Comunidad Autónoma de Aragón

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 43 u 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (1), tad-29 ta’ Settembru 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-kategorija ta’ ettari eliġibbli s-superfiċi kollha ta’ mergħat permanenti ddikjarati minn bidwi li jeċċedu s-superfiċi li preċedentement kienu ttieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ drittijiet normali dovuti lilu, li tissuġġetta l-inklużjoni tal-imsemmija superfiċi, u għalhekk is-sostituzzjoni ta’ artijiet ta’ koltivazzjoni b’mergħat għall-kundizzjoni li dawn tal-aħħar ikunu effettivament iddedikati għat-trobbija tal-annimali matul is-sena li fiha l-bidwi jixtieq jibbenefika mid-dritt li jirċievi l-għajnuna?

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv,

2)

L-Artikolu 29 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jeskludi l-pagamenti taħt l-iskemi ta’ għajnuna lill-istess benefiċjarji tagħhom “li jinstabu li ħolqu artifiċjalment il-kondizzjonjiet mitluba biex jakkwistaw tali pagamenti bl-intenzjoni li jiksbu vantaġġ kontra l-għanijiet ta’ dik l-iskema ta’ appoġġ”, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet ġenerali li jnaqssu n-numru ta’ “ettari eliġibbli” (ta’ mergħat permanenti), billi jiddefinixxi oġġettivament sitwazzjonijiet ġenerali li fihom jitqies li l-benefiċjarju ħoloq kundizzjonijiet b’mod artifiċjali sabiex jikseb il-pagament mingħajr ma jkun wera b’mod konkret u b’rabta ma’ bidwi speċifiku, l-attività mwettqa mill-imsemmi bidwi u l-aġir ta’ dan tal-aħħar?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/22


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn Steinbeck GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawżi T-707/13 u T-709/13, Steinbeck GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-346/15 P)

(2015/C 302/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Steinbeck GmbH (rappreżentanti: M. Heinrich u M. Fischer, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Alfred Sternjakob GmbH & Co. KG

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħquda T-707/13 u T-709/13;

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-appellanti, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) għar-raġunijiet li ġejjin:

1.

Il-Qorti Ġenerali tindika bħala waħda mir-raġunijiet għall-assenza ta’ karattru distintiv tat-trade mark “BE HAPPY” il-fatt li din tista’ tiġi pperċepita bħala slogan ta’ reklamar. Dan huwa f’kontradizzjoni diretta mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea peress li skont din il-ġurisprudenza dan waħdu ma huwiex biżżejjed għaċ-ċaħda tal-karattru distintiv.

2.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma sabet l-ebda relazzjoni speċifika bejn it-trade mark “BE HAPPY” u l-prodotti li għalihom saret ir-reġistrazzjoni, li ma jeħtiġux minimu ta’ interpretazzjoni mill-pubbliku rilevanti. Barra minn hekk, inħolqot konnessjoni arbitrarja bejn il-prodotti u s-sinjali, li, anki kieku kienet korretta, kienet teħtieġ sforz fl-interpretazzjoni mill-pubbliku rilevanti.

3.

Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kriterji għall-evalwazzjoni tal-karattru distintiv tat-trade mark “BE HAPPY”.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fl-10 ta’ Lulju 2015 – Banco Popular Español S.A. vs Elena Lucaciu u Cristian Laurentiu Lucaciu

(Kawża C-349/15)

(2015/C 302/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Castellón

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Banco Popular Español S.A.

Konvenuti: Elena Lucaciu u Cristian Laurentiu Lucaciu

Domandi preliminari

1)

Il-limitazzjoni ratione temporis tal-effetti tan-nullità ta’ klawżola ddikjarata nulla minħabba li din il-klawżola tirriżulta li hija abbużiva hija kompatibbli mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1)?

2)

Fil-każ li l-imsemmija limitazzjoni tal-effetti titqies li hija kompatibbli mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, b’mod speċifiku mal-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, b’bona fide tal-oqsma involuti u r-riskju ta’ tħarbit gravi:

a)

X’inhu mfisser bi tħarbit gravi li jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-effetti?

b)

Għandu jiġi debitament ipprovat ir-riskju ta’ tħarbit gravi fil-kawża ġudizzjarja inkwistjoni jew, bil-kontra, tista’ titqies suffiċjenti l-evalwazzjoni ġenerali mill-qorti tal-imsemmi riskju, mingħajr informazzjoni konkreta sabiex din tiġi ssostanzjata?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte di Appello di Bari (l-Italja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Leonmobili Srl, Gennaro Leone vs Homag Holzbearbeitungssysteme GmbH et

(Kawża C-353/15)

(2015/C 302/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Bari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leonmobili Srl, Gennaro Leone

Konvenuti: Homag Holzbearbeitungssysteme GmbH, Curatela del Fallimento Leonmobili Srl, ICO Srl, Arturo Salice SpA, Grafiche Ricciarelli di Ricciarelli Bernardino, Deutsche Bank SpA, Fida Srl, Elica SpA.

Domandi preliminari

1)

Fl-assenza ta’ stabbilimenti li jinsabu fi Stat Membru ieħor, il-preżunzjoni msemmija fl-aħħar parti tal-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 (1), tista’ tiġi kkonfutata meta l-parti tikkontesta l-ġurisdizzjoni, billi tipproduċi l-prova li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali jinsab fi Stat differenti minn dak tas-sede tal-kumpannija?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, il-prova tista’ tirriżulta minn preżunzjoni oħra, jiġifieri mill-evalwazzjoni ta’ indizji li minnhom jista’ jiġi loġikament konkluż li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali jinsab fi Stat Membru ieħor?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Évora (il-Portugall) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Andrew Marcus Henderson vs Novo Banco SA

(Kawża C-354/15)

(2015/C 302/31)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Évora

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Andrew Marcus Henderson

Konvenut: Novo Banco SA

Domandi preliminari

1)

Fil-każ ta’ qorti Portugiża li fiha għaddejja kawża ċivili kontra ċittadin residenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, li tordna t-taħrika ta’ dan l-istess ċittadin, għall-imsemmija kawża, permezz ta’ ittra rreġistrata b’avviż ta’ riċevuta, fejn l-avviż ta’ riċevuta rispettiv ma jasalx, il-qorti Portugiża tista’ tqis, billi tieħu inkunsiderazzjoni r-Regolament [(KE) Nru 1393/2007] (1) u l-prinċipji sottostanti tiegħu, li din it-taħrika seħħet billi tuża bħala bażi d-dokumentazzjoni tal-entità postali tal-pajjiż ta’ residenza tad-destinatarju tal-missiva li turi n-notifika tal-ittra rreġistrata b’avviż ta’ riċeviment lid-destinatarju?

2)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 230 tal-Código de Processo Civil Português (Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Portugiż), fil-każ imsemmi fl-ewwel domanda, tikser ir-Regolament u l-prinċipji sottostanti tiegħu?

3)

L-applikazzjoni tad-dispożizzjoni fl-Artikolu 191(2) tal-Código de Processo Civil Português, fil-każ inkwistjoni, tikser ir-Regolament u l-prinċipji sottostanti tiegħu?


(1)  Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (ĠU L 324, p. 79).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/25


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-356/15)

(2015/C 302/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Martin, avukat)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

tikkonstata li billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-Liġi-Qafas tas-27 ta’ Diċembru 2012, ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 11, 12 u 76(6) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u taħt id-Deċiżjoni Nru A1 tal-Kummissjoni amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali (3).

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Billi adotta l-Artikoli 23 u 24 tal-Liġi-Qafas tas-27 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni tqis li r-Renju tal-Belġju kiser l-Artikoli 11, 12 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, kif ukoll l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u d-Deċiżjoni Nru A1 tal-Kummissjoni amministrattiva għall-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, peress li huwa ma jirrikonoxxix in-natura vinkolanti tad-dokument li joriġina mill-Istat Membru tal-ħaddiem ikkollokat li jattesta li huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali ta’ dak l-Istat Membru.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  ĠU L 284, p. 1.

(3)  ĠU C 106, 24.4.2010, p. 1.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Zamora (Spanja) fis-17 ta’ Lulju 2015 – Javier Ángel Rodríguez Sánchez vs Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SAU (Banco CEISS)

(Kawża C-381/15)

(2015/C 302/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Zamora

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Javier Ángel Rodríguez Sánchez

Konvenut: Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria SAU (Banco CEISS)

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li l-konstatazzjoni ta’ nullità minħabba n-natura inġusta tal-klawżola dwar rata ta’ interessi minima li ddaħħlet fil-kuntratt ipotekarju, tipproduċi retroattivament l-effetti tagħha mhux fid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt iżda f’data sussegwenti, huwa kompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

2)

L-applikazzjoni tal-klawżola inġusta matul il-perijodu ta’ żmien stabbilit mill-Qorti Suprema tagħna tagħti lok għal arrikkiment indebitu favur il-parti kontraenti li hija bejjiegħ jew fornitur mhux previst mil-leġiżlazzjoni Komuntarju, peress li ma tistabbilixxix mill-ġdid l-ekwilibriju tal-provvista tas-servizzi bejn il-partijiet u tagħti vantaġġ lill-parti kontraenti li introduċiet il-klawżola finanzjarja ddikjarata inġusta?

3)

Ir-riskju ta’ tfixil serju għall-ekonomija nazzjonali bħala limitazzjoni fl-applikazzjoni u effetti ta’ klawżola, japplika għal kawża individwali mressqa minn konsumatur jew bil-kontra, f’din il-kawża individwali, dan it-tfixkil serju huwa dak ikkawżat lis-sitwazzjoni finanzjarja tal-konsumatur minħabba l-limitazzjoni tal-effetti tal-klawżola nulla għall-perijodu ta’ żmien indikat?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/26


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-392/15)

(2015/C 302/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija

Talbiet

tikkonstata li, billi ssuġġettat l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar għal rekwiżit ta’ nazzjonalità, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tikkunsidra li rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ nutar huwa diskriminatorju u jikkostitwixxi ostakolu sproporzjonat għal-libertà ta’ stabbiliment. Billi imponiet tali rekwiżit, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni tqis li, min-natura tagħhom, il-funzjonijiet attribwiti lin-nutara mil-leġiżlazzjoni Ungeriża ma humiex relatati mal-eżerċizzju tal-poter pubbliku u, konsegwentement, l-impożizzjoni ta’ rekwiżit ta’ nazzjonalità għall-eżerċizzju ta’ din il-professjoni ma tistax tiġi ġġustifikata bl-invokazzjoni tad-deroga fl-Artikolu 51 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Noémie Depesme, Saïd Kerrou vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

(Kawża C-401/15)

(2015/C 302/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Noémie Depesme, Saïd Kerrou

Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

Domandi preliminari

Bl-għan li jiġu ssodisfatti b’mod effettiv ir-rekwiżiti ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011 (1), dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 45(2) TFUE, fil-kuntest tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-livell reali ta’ rabta ta’ student mhux residenti, li jitlob għajnuna finanzjarja għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, mas-soċjetà u mas-suq tax-xogħol tal-Lussemburgu, Stat Membru fejn ħaddiem transkonfinali kien impjegat jew eżerċita l-attività tiegħu fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2bis tal-Liġi, tat-22 ta’ Ġunju 2000, dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Istat għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, kif miżjud bil-Liġi tad-19 ta’ Lulju 2013 bħala konsegwenza diretta tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Ġunju 2013 (Kawża C-20/12) (2),

il-kundizzjoni li l-imsemmi student ikun il-“wild” tal-imsemmi ħaddiem transkonfinali għandha tiġi kklassifikata li hija ekwivalenti għal dik li huwa jkun “id-dixxendent [tiegħu] fil-linja diretta u fl-ewwel livell fejn il-filjazzjoni tiegħu tkun ġuridikament stabbilita fir-rigward tal-awtur tagħha” billi ssir enfasi fuq ir-rabta ta’ filjazzjoni stabbilita bejn l-istudent u l-ħaddiem transkonfinali, preżunta li sservi ta’ bażi għar-rabta msemmija iktar ’il fuq, jew

għandha ssir enfasi fuq il-fatt li l-ħaddiem transkonfinali “jkompli jipprovdi l-manteniment tal-istudent” mingħajr ma jkun hemm neċessarjament rabta ġuridika ta’ filjazzjoni li torbtu mal-istudent, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita rabta suffiċjenti ta’ ħajja komuni, tali li tgħaqqdu ma’ dak il-ġenitur tal-istudent li fir-rigward tiegħu tinsab ġuridikament stabbilita rabta ta’ filjazzjoni?

f’din it-tieni perspettiva, il-kontribuzzjoni, b’ipoteżi mhux obbligatorja, tal-ħaddiem transkonfinali, fil-każ fejn din ma tkunx esklużiva, iżda parallela għal dik tal-ġenitur jew tal-ġenituri marbuta permezz ta’ rabta ġuridika ta’ filjazzjoni mal-istudent u marbuta, għaldaqstant, bħala prinċipju, b’obbligu legali ta’ manteniment fir-rigward tiegħu, għandha tissodisfa ċerti kriterji ta’ konsistenza?


(1)  ĠU L 141, p. 1.

(2)  EU:C:2013:411.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Adrien Kauffmann vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

(Kawża C-402/15)

(2015/C 302/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Adrien Kauffmann

Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

Domandi preliminari

Bl-għan li jiġu ssodisfatti b’mod effettiv ir-rekwiżiti ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011 (1), dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 45(2) TFUE, fil-kuntest tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-livell reali ta’ rabta ta’ student mhux residenti, li jitlob għajnuna finanzjarja għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, mas-soċjetà u mas-suq tax-xogħol tal-Lussemburgu, Stat Membru fejn ħaddiem transkonfinali kien impjegat jew eżerċita l-attività tiegħu fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2bis tal-Liġi, tat-22 ta’ Ġunju 2000, dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Istat għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, kif miżjud bil-Liġi tad-19 ta’ Lulju 2013 bħala konsegwenza diretta tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Ġunju 2013 (Kawża C-20/12) (2),

il-kundizzjoni li l-imsemmi student ikun il-“wild” tal-imsemmi ħaddiem transkonfinali għandha tiġi kklassifikata li hija ekwivalenti għal dik li huwa jkun “id-dixxendent [tiegħu] fil-linja diretta u fl-ewwel livell fejn il-filjazzjoni tiegħu tkun ġuridikament stabbilita fir-rigward tal-awtur tagħha” billi ssir enfasi fuq ir-rabta ta’ filjazzjoni stabbilita bejn l-istudent u l-ħaddiem transkonfinali, preżunta li sservi ta’ bażi għar-rabta msemmija iktar ’il fuq, jew

għandha ssir enfasi fuq il-fatt li l-ħaddiem transkonfinali “jkompli jipprovdi l-manteniment tal-istudent” mingħajr ma jkun hemm neċessarjament rabta ġuridika ta’ filjazzjoni li torbtu mal-istudent, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita rabta suffiċjenti ta’ ħajja komuni, tali li tgħaqqdu ma’ dak il-ġenitur tal-istudent li fir-rigward tiegħu tinsab ġuridikament stabbilita rabta ta’ filjazzjoni?

f’din it-tieni perspettiva, il-kontribuzzjoni, b’ipoteżi mhux obbligatorja, tal-ħaddiem transkonfinali, fil-każ fejn din ma tkunx esklużiva, iżda parallela għal dik tal-ġenitur jew tal-ġenituri marbuta permezz ta’ rabta ġuridika ta’ filjazzjoni mal-istudent u marbuta, għaldaqstant, bħala prinċipju, b’obbligu legali ta’ manteniment fir-rigward tiegħu, għandha tissodisfa ċerti kriterji ta’ konsistenza?


(1)  ĠU L 141, p. 1.

(2)  EU:C:2013:411.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative (il-Lussemburgu) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Maxime Lefort vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

(Kawża C-403/15)

(2015/C 302/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maxime Lefort

Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

Domandi preliminari

Bl-għan li jiġu ssodisfatti b’mod effettiv ir-rekwiżiti ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011 (1), dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, flimkien ma’ dawk tal-Artikolu 45(2) TFUE, fil-kuntest tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-livell reali ta’ rabta ta’ student mhux residenti, li jitlob għajnuna finanzjarja għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, mas-soċjetà u mas-suq tax-xogħol tal-Lussemburgu, Stat Membru fejn ħaddiem transkonfinali kien impjegat jew eżerċita l-attività tiegħu fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2bis tal-Liġi, tat-22 ta’ Ġunju 2000, dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Istat għal studji ta’ edukazzjoni ogħla, kif miżjud bil-Liġi tad-19 ta’ Lulju 2013 bħala konsegwenza diretta tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-20 ta’ Ġunju 2013 (Kawża C-20/12) (2),

il-kundizzjoni li l-imsemmi student ikun il-“wild” tal-imsemmi ħaddiem transkonfinali għandha tiġi kklassifikata li hija ekwivalenti għal dik li huwa jkun “id-dixxendent [tiegħu] fil-linja diretta u fl-ewwel livell fejn il-filjazzjoni tiegħu tkun ġuridikament stabbilita fir-rigward tal-awtur tagħha” billi ssir enfasi fuq ir-rabta ta’ filjazzjoni stabbilita bejn l-istudent u l-ħaddiem transkonfinali, preżunta li sservi ta’ bażi għar-rabta msemmija iktar ’il fuq, jew

għandha ssir enfasi fuq il-fatt li l-ħaddiem transkonfinali “jkompli jipprovdi l-manteniment tal-istudent” mingħajr ma jkun hemm neċessarjament rabta ġuridika ta’ filjazzjoni li torbtu mal-istudent, b’mod partikolari billi tiġi stabbilita rabta suffiċjenti ta’ ħajja komuni, tali li tgħaqqdu ma’ dak il-ġenitur tal-istudent li fir-rigward tiegħu tinsab ġuridikament stabbilita rabta ta’ filjazzjoni?

f’din it-tieni perspettiva, il-kontribuzzjoni, b’ipoteżi mhux obbligatorja, tal-ħaddiem transkonfinali, fil-każ fejn din ma tkunx esklużiva, iżda parallela għal dik tal-ġenitur jew tal-ġenituri marbuta permezz ta’ rabta ġuridika ta’ filjazzjoni mal-istudent u marbuta, għaldaqstant, bħala prinċipju, b’obbligu legali ta’ manteniment fir-rigward tiegħu, għandha tissodisfa ċerti kriterji ta’ konsistenza?


(1)  ĠU L 141, p. 1.

(2)  EU:C:2013:411.


Il-Qorti Ġenerali

14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej ta’ stabilizzaturi termiċi ESBO/esteri - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar ta’ prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali sensittiva - Multi - Imputazzjoni tal-ksur - Preżunzjoni kapitalistika - Tul u prova tal-ksur - Preskrizzjoni - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża”))

(2015/C 302/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kallmayer, I. du Mont, G. Schiffers u R. Van der Hout, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 8682 final, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GEA Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-47/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tas-sħana - Deċiżjoni li tikkonstata żewġ okkorrenzi ta’ ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Tul tal-ksur - Preskrizzjoni - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Imputazzjoni tal-ksur - Ksur imwettaq mis-sussidjarji, minn partenarjat mingħajr personalità ġuridika u minn sussidjarja - Kalkolu tal-ammont tal-multi”))

(2015/C 302/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Nobel Chemicals GmbH (Düren, il-Ġermanja); Akzo Nobel Chemicals BV (Amersfoort, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Akcros Chemicals Ltd (Warwickshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment C. Swaak u M. van der Woude, sussegwentement C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(4), (6), (21) u (23) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi tas-sħana) huwa annullat sa fejn ġew imposti multi fuq Akzo Nobel Chemicals GmbH u fuq Akzo Nobel Chemicals BV.

2)

L-ammont totali tal-multi imposti fl-Artikolu 2(1) sa (7) u (18) sa (24) tad-Deċiżjoni C (2009) 8682 finali tnaqqas għal EUR 40  194 miljun għal Akzo Nobel NV u għal EUR 1 1 8 81  980 miljun għal Akcros Chemicals Ltd.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati żewġ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż ta’ Akzo Nobel, ta’ Akzo Nobel Chemicals GmbH, ta’ Akzo Nobel Chemicals BV u ta’ Akcros Chemicals u tliet partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha. Akzo Nobel, Akzo Nobel Chemicals GmbH, Akzo Nobel Chemicals BV u Akcros Chemicals għandhom ibatu, min-naħa tagħhom, tliet partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħhom u żewġ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – GEA Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-189/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabbilizzaturi tas-sħana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ksur imwettaq minn sussidjarji - Multi - Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarji u tal-kumpannija parent - Qbiż tal-limitu ta’ 10 % għal waħda mis-sussidjarji - Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid - Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal din is-sussidjarja - Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas tal-multa lis-sussidjarja l-oħra u lill-kumpannija parent - Drittijiet tad-difiża - Dritt ta’ smigħ - Dritt ta’ aċċess għall-fajl”))

(2015/C 302/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Kallmayer, I. du Mont u G. Schiffers, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn W. Berg, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 727, tat-8 ta’ Frar 2010, li emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 727, tat-8 ta’ Frar 2010, li emendat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil GEA Group AG.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – SLM u Ori Martin vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-389/10 u T-419/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Preskrizzjoni - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 - Imputazzjoni tar-responsabbiltà għall-ksur lill-kumpannija parent - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 302/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) (Ceprano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Belotti u F. Covone, avukati) (Kawża T-389/10); u Ori Martin SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: P. Ziotti, avukat) (Kawża T-419/10))

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, V. Bottka u P. Rossi, sussegwentement V. Bottka, P. Rossi u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T 389/10 u T 419/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Il-punt 16 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011, hija annullata sa fejn timputa lil Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) il-parteċipazzjoni f’sensiela ta’ akkordji u ta’ prattiki miftiehma fis-settur tal-azzar għall-prestressing fis-suq intern u fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) mill-10 ta’ Frar 1997 sal-14 ta’ April 1997.

3)

Il-punt 16 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2010) 4387 finali, kif emendata bid-Deċiżjoni C (2010) 6676 finali u bid-Deċiżjoni C (2011) 2269 finali, huwa annullat.

4)

L-ammont tal-multa imposta fuq SLM huwa mnaqqas minn EUR 19,8 miljun għal EUR 19-il miljun, li EUR 13,3 miljun minnhom huma imposti fuq Ori Martin SA bis-saħħa tar-responsabbiltà in solidum tagħha; minħabba l-limitu massimu legali ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003, l-ammont finali tal-multa imposta fuq SLM huwa ffissat għal EUR 1,956 miljun.

5)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

6)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha, żewġ terzi mill-ispejjeż ta’ SLM u terz mill-ispejjeż ta’ Ori Martin.

7)

SLM għandha tbati terz mill-ispejjeż tagħha.

8)

Ori Martin għandha tbati żewġ terzi mill-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Nedri Spanstaal vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Dħul mill-bejgħ rilevanti - Kooperazzjoni maul il-proċedura amministrattiva - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006”))

(2015/C 302/42)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Nedri Spanstaal BV (Venlo, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment M. Slotboom u B. Haan, sussegwentement M. Slotboom, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, S. Noë u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nedri Spanstaal BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta Lulju 2015 – Westfälische Drahtindustrie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur kumpless - Ksur uniku u kontinwu - Tbegħid - Gravità tal-ksur - Ċirkustanzi attenwanti - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Evalwazzjoni tal-kapaċità ta’ ħlas - Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002 - Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 302/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälische Drahtindustrie GmbH (Hamm, il-Ġermanja) Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG (Hamm); Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment C. Stadler u N. Tkatchenko, sussegwentement C. Stadler et S. Budde, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn M. Buntscheck, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011 kif ukoll talba għall-annullament tal-ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal Kompetizzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2011.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors għal tnaqqis tal-multa imposta fuq Westfälische Drahtindustrie GmbH u fuq Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG fid-deċiżjoni tal Kummissjoni C (2010) 6676 finali tat-30 ta’ Settembru 2010.

2)

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, relatata ma’ proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim taż-ŻEE (Każ COMP/38344 – Azzar għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, huwa annullat.

3)

L-ittra tad-Direttur Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2011 hija annullata.

4)

Westfälische Drahtindustrie, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. huma kkundannati in solidum għall-ħlas ta’ multa ta’ EUR 1 5 4 85  000.

5)

Westfälische Drahtindustrie u Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. huma kkundannati in solidum għall-ħlas ta’ multa ta’ EUR 2 3 3 70  000.

6)

Westfälische Drahtindustrie hija kkundannata għall-ħlas ta’ multa ta’ EUR 7 6 95  000.

7)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

8)

Westfälische Drahtindustrie, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. għandhom ibatu n-nofs tal-ispejjeż tagħhom stess, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. Il-Kummissjoni għandha tbati l ispejjeż tagħha stess u nofs l-ispejjeż ta’ Westfälische Drahtindustrie, ta’ Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. u ta’ Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co., inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Fapricela vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-398/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ kwoti u ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni maul il-proċedura amministrattiva”))

(2015/C 302/44)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA (Ançã, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment M. Gorjão-Henriques u S. Roux, avukati, sussegwentement T. Guerreiro, R. Lopes u S. Alberto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011, hija annullata sa fejn tikkonstata li Fapricela – Indústria de Trefilaria, SA kisret id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 101(1) TFUE billi pparteċipat, minbara fi ksur tal-imsemmija dispożizzjoni fis-suq Iberiku, f’akkordju li kien ikopri s-suq intern u mbagħad fi ħdan iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u sa fejn imponitilha multa ta’ EUR 8 8 74  000.

2)

L-ammont tal-multa imposta fuq Fapricela – Indústria de Trefilaria huwa ffissat għal EUR 8 8 74  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”))

(2015/C 302/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Emesa-Trefilería, SA (Arteixo, Spanja); u Industrias Galycas, SA (Vitoria, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Bottka u F. Castilla Contreras, sussegwentement V. Bottka u A. Biolan, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Emesa-Trefilería, SA u Industrias Galycas, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lill-Qorti Ġenerali ammont ta’ EUR 1  500 taħt l-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha bħala rimbors għal parti mill-ispejjeż li kellha ssostni l-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Socitrel vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-413/10 u T-414/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Terminu raġonevoli”))

(2015/C 302/46)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Socitrel – Sociedade Industrial de Trefilaria, SA (Trofa, il-Portugall) (rappreżentanti: F. Proença de Carvalho u T. Faria, avukati) (Kawża T-413/10); u Companhia Previdente – Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: D. Proença de Carvalho u J. Caimoto Duarte, avukati) (Kawża T-414/10)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-413/10 u T-414/10 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Socitrel – Sociedade Industrial de Trefilaria, SA et Companhia Previdente – Sociedade de Controle de Participações Financeiras, SA għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – voestalpine u voestalpine Wire Rod Austria vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-418/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Kuntratt ta’ aġenzija - Imputabbiltà lill-prinċipal tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-aġent - Assenza ta’ għarfien mill-prinċipal tal-aġir li jikkostitwixxi ksur tal-aġent - Parteċipazzjoni f’komponent tal-ksur u għarfien tal-pjan globali - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006 - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 302/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: voestalpine AG (Linz, l-Awstrija); u voestalpine Wire Rod Austria GmbH, li kienet voestalpine Austria Draht GmbH (Sankt Peter-Freienstein, l-Awstrija) (rappreżentanti: A. Ablasser-Neuhuber, G. Fussenegger, U. Denzel u M. Mayer, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Sauer, V. Bottka u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Il-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010 u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, huwa annullat.

2)

L-ammont tal-multa imposta in solidum fuq voestalpine AG u fuq voestalpine Wire Rod Austria GmbH huwa mnaqqas minn EUR 22 miljun għal EUR 7,5 miljuni.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ voestalpine u ta’ voestalpine Wire Rod Austria.

5)

Voestalpine u voestalpine Wire Rod Austria għandhom ibatu terz tal-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Trafilerie Meridionali vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-422/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Ksur uniku, kumpless u kontinwu - Proporzjonalità - Prinċipju ta’ individwalità tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 302/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Trafilerie Meridionali SpA, li kienet Emme Holding SpA (Pescara, l-Italja) (rappreżentanti: G. Visconti, E. Vassallo di Castiglione, M. Siragusa, M. Beretta u P. Ferrari, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka u R. Striani, u finalment V. Bottka u G. Conte, aġenti, assistiti minn P. Manzini, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Il-punt 17 tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011, hija annullata sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat il-parteċipazzjoni ta’ Trafilerie Meridionali SpA, li kienet Emme Holding SpA, fl-aspett pan-Ewropew tal-ksur inkwistjoni mill-4 ta’ Marzu 1997 sad-9 ta’ Ottubru 2000, qieset li din il-parteċipazzjoni kienet tikkonċerna l-istrands bi tliet fili mill-4 ta’ Marzu 1997 sat-28 ta’ Frar 2000, u kkonstatat din il-parteċipazzjoni fil-prattiki antikompetittivi fir-rigward tal-perijodu bejn it-30 ta’ Awwissu 2001 u l-10 ta’ Ġunju 2002.

2)

Il-punt 17 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2010) 4387 finali, kif emendata bid-Deċiżjoni C (2010) 6676 finali u bid-Deċiżjoni C (2011) 2269 finali, huwa annullat.

3)

L-ammont tal-mulsta imposta fuq Trame huwa ffissat għal EUR 3,2 miljuni.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha fir-rigward tal-Kawża T-422/10.

6)

Trafilerie Meridionali għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Kawża T-422/10 R.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Redaelli Tecna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-423/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli”))

(2015/C 302/49)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Redaelli Tecna SpA (Milano, it-Taljan) (rappreżentanti: R. Zaccà, M. Todino, E. Cruellas Sada u S. Patuzzo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initialement B. Gencarelli, L. Prete u V. Bottka, sussegwentement V. Bottka, G. Conte u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Redaelli Tecna SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – HIT Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-436/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Regoli dwar l-imputabbiltà tal-prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Terminu raġonevoli”))

(2015/C 302/50)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: HIT Groep (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment G. van der Wal, G. Oosterhuis u H. Albers, sussegwentement G. van der Wal u G. Oosterhuis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, S. Noë u V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

HIT Groep BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Akzo Nobel u Akcros Chemicals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-485/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabblizzaturi tas-sħana - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ksur imwettaq minn sussidjarja komuni - Multi - Responsabbiltà in solidum tas-sussidjarja u tal-kumpanniji parent - Preskrizzjoni deċennali għal waħda mill-kumpanniji parent - Deċiżjoni ta’ adozzjoni mill-ġdid - Tnaqqis tal-ammont tal-multa għal waħda mill-kumpanniji parent - Imputazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-ammont imnaqqas lis-sussidjarja u lill-kumpannija parent l-oħra - Drittijiet tad-difiża”))

(2015/C 302/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Akcros Chemicals Ltd (Warwickshire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Ronkes Agerbeek u J. Bourke, sussegwentement F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti, assistiti minn J. Holmes, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), sa fejn din hija indirizzata lil Akzo Nobel u lil Akcros Chemicals, jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2011 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabbilizzaturi tas-sħana), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 331, 12.11.2011.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Knauf Insulation Technology vs UASI – Saint Gobain Cristalería (ECOSE)

(Kawża T-323/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali ECOSE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ECOSEC FACHADAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 302/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Knauf Insulation Technology (Visé, il-Belġju) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Montañá, S. Sebé u I. Carulla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ April 2012 (Każ R 259/2011-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería, SL u Knauf Insulation Technologies.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Knauf Insulation Technology hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Knauf Insulation Technology vs UASI – Saint Gobain Cristalería (ECOSE TECHNOLOGY)

(Kawża T-324/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva ECOSE TECHNOLOGY - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ECOSEC FACHADAS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 302/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Knauf Insulation Technology (Visé, il-Belġju) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Saint Gobain Cristalería, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Montañá, S. Sebé u I. Carulla, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każijiet R 1193/2011-5 u R 1426/2011-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Saint Gobain Cristalería, SL u Knauf Insulation Technologies.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każijiet R 1193/2011-5 u R 1426/2011-5), hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell, minn naħa waħda, ċaħad ir-rikors ippreżentat minn Knauf Insulation Technology u, min-naħa l-oħra, annulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Knauf Insulation Technology

3)

Saint Gobain Cristalería, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Knauf Insulation Technology.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Pilkington Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni allegatament koperta bis-sigriet tan-negozju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))

(2015/C 302/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking, K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors, u C. Puech Baron, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, P. Van Nuffel u G. Meessen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5718 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, bis-saħħa tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-karozzi).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2012) 5718 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, bis-saħħa tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-karozzi) hija annullata sa fejn tirrigwarda t-talba ta’ Pilkington Group relatata mal-premessa 115 tad-Deċiżjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Pilkington Group hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 379, 8.12.2012


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – AGC Glass Europe et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-465/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni trid tippubblika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Programm ta’ klemenza - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2015/C 302/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AGC Glass Europe (Brussell, il-Belġju); AGC Automotive Europe SA (Fleurus, il-Belġju); AGC France SAS (Boussois, Franza); AGC Flat Glass Italia Srl (Cuneo, l-Italja); AGC Glass UK Ltd (Northampton, ir-Renju Unit); AGC Glass Germany GmbH (Wegberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Garzaniti, J. Blockx, P. Niggemann, A. Burckett St Laurent, avukati, u S. Ryan, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, G. Meessen u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5719 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA, AGC Franza SAS, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd u AGC Glass Germany GmbH, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-Uffiċjal tas-Seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA, AGC France SAS, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd u AGC Glass Germany GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 379, 08.12.2012.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Cactus vs UASI – Del Rio Rodríguez (CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ)

(Kawża T-24/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CACTUS OF PEACE CACTUS DE LA PAZ - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CACTUS u figurattiva preċedenti Cactus - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 302/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cactus SA (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Isabel Del Rio Rodríguez (Malaga, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2005/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cactus SA u Isabel Del Rio Rodríguez.

Dispożittiv

1)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-19 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2005/2011-2), huwa annullat sa fejn ifisser iċ-ċaħda tal-oppożizzjoni minħabba li s-servizzi ta’ “bejgħ bl-imnut ta’ pjanti u fjuri naturali, żrieragħ; frott u ħxejjex friski”, li jaqgħu taħt il-klassi 35, ma kinux koperti mit-trade marks preċedenti.

2)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ottubru 2012, imsemmija iktar ’il fuq, huwa annullat sa fejn ifisser l-annullament tal-parti tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni li laqgħet l-oppożizzjoni bbażata fuq il-“fjuri u pjanti naturali; żrieragħ”, prodotti li jaqgħu taħt il-klassi 31, kif ukoll il-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din l-istess deċiżjoni, li caħad l-oppożizzjoni bbażata fuq l-imsemmija prodotti.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Cactus SA għandha tbati terz tal-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. L-UASI għandha tbati żewġ terzi tal-imsemmija spejjeż.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2105 – Dennekamp vs Il-Parlament

(Kawża T-115/13) (1)

([“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti marbuta mal-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u mal-integrità tal-individwu - Artikolu 8(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 - Trasferiment tad-data ta’ natura personali - Kundizzjonijiet marbuta man-neċessità ta’ trasferiment tad-data u mar-riskju ta’ preġudizzju tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata”])

(2015/C 302/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gert-Jan Dennekamp (Giethoorn, Il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: O. Brouwer, T. Oeyen u E. Raedts, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u N. Görlitz, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: H. Leppo, aġent); Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment A. Falk, C. Meyer-Seitz, S. Johannesson u U. Persson, sussegwentement A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg, C. Hagerman u F. Sjövall, aġenti); u il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: A. Buchta u U. Kallenberger, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni A (2012) 13180 tal-Parlament, tal-11 ta’ Diċembru 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament tad-Deċiżjoni A (2012) 13180 tal-Parlament, tal-11 ta’ Diċembru 2012, li tirrifjuta li tagħti lil Gert-Jan Dennekamp l-aċċess għal ċerti dokumenti marbuta mal-affiljazzjoni ta’ ċerti membri tal-Parlament fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali, sa fejn biha ġie rrifjutat l-aċċess għall-ismijiet ta’ 65 membru tal-Parlament rikorrenti fil-kawżi li taw lok għad-digriet tal-15 ta’ Diċembru 2010, Albertini u Donnelly vs Il-Parlament (T-219/09 u T-326/09, Ġabra, EU:T:2010:519), u għas-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2011, Purvis vs Il-Parlament (T-439/09, Ġabra, EU:T:2011:600).

2)

Id-Deċiżjoni A (2012) 13180 hija annullata sa fejn biha ġie rrifjutat l-aċċess għall-ismijiet tal-membri parteċipanti fl-iskema tal-pensjoni addizzjonali tal-Parlament li, bħala membri tal-assemblea plenarja tal-Parlament, effettivament ipparteċipaw fil-votazzjonijiet fuq din l-iskema tal-pensjoni addizzjonali waqt l-iskrutinji tal-24 ta’ April 2007, tat-22 ta’ April 2008 u tal-10 ta’ Mejju 2012.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Parlament għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu u tliet kwarti minn dawk ta’ Dennekamp.

5)

Dennekamp għandu jbati kwart mill-ispejjeż proprji tiegħu.

6)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 114, 20.4.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Recticel (λ)

(Kawża T-215/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja figurattiva λ - Użu ġenwin - Użu bħala parti minn trade mark kumplessa - Prova tal-użu - Artikolu 15 u Artikolu 51(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 302/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment L. Rampini, sussegwentement P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Recticel SA (Brussell, il-Belġju)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2013 (Każ R 112/2012-15), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG u Recticel SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 22.6.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/13) (1)

([“Fond ta’ Koeżjoni - Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira (Port ta’ Caniçal) - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”])

(2015/C 302/59)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn M. Gorjão-Henriques u J. da Silva Sampaio, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 1870 finali, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija lir-Repubblika Portugiża għall-proġett “Żvilupp tal-infrastrutturi portwarji tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Westermann Lernspielverlag vs UASI – Diset (bambinoLÜK)

(Kawża T-333/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva bambinoLÜK - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti BAMBINO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 302/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Westermann Lernspielverlag GmbH (Braunschweig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Diset, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ April 2013 (Każ R 1323/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diset, SA u Westermann Lernspielverlag GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Westermann Lernspielverlag GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 252, 31.8.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – CSF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-337/13) (1)

((“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2006/42/KE - Makkinarju li jġib il-marka ‘CE’ - Rekwiżiti essenzjali ta’ sigurtà - Riskji għas-sigurtà tal-persuni - Klawżola ta’ salvagwardja - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara ġġustifikata miżura nazzjonali ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Kundizzjonijiet li jirregolaw l-implementazzjoni tal-klawżola ta’ salvagwardja - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2015/C 302/61)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CSF Srl (Grumolo delle Abbadesse, l-Italja) (rappreżentanti: R. Santoro, S. Armellini u R. Bugaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Zavvos, aġent, assistit minn M. Pappalardo, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn V. Pasternak Jørgensen u M. Wolff, sussegwentement minn M. Wolff, C. Thorning, U. Melgaard u N. Lyshøj, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/173/UE, tat-8 ta’ April 2013, dwar miżura adottata mid-Danimarka skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprojbixxi tip ta’ makkinarju multifunzjonali li jintuża għat-tħaffir u l-ġarr ta’ materjal (ĠU L 101, p. 29).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CSF Srl għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 233, 10.08.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – TVR Automotive vs UASI – TVR Italia (TVR ITALIA)

(Kawża T-398/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva TVR ITALIA - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali preċedenti TVR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedimenti ta’ revoka - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 302/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider u S. Hanne, sussegwentement J. Crespo Carillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: TVR Italia Srl (Canosa, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Mejju 2013 (Każ R 823/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Muadib Beteiligung GmbH u TVR Italia Srl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Mejju 2013 (Każ R 823/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Muadib Beteiligung GmbH u TVR Italia Srl, hija annullata.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

L-UASI u TVR Italia huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-561/13) (1)

([“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Programm ta’ Żvilupp Rurali tal-Galiċia (2007-2013) - Miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali - Indennizz kumpensatorju għal żvantaġġi naturali - Infiq imwettaq minn Spanja - Kontrolli fuq il-post - Obbligu ta’ ċensiment tal-bhejjem - Artikolu 10(2) u (4) u Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 - Artikolu 35(1) tar-Regolament (KE) Nruo796/2004 - Proċedura fil-kontumaċja”])

(2015/C 302/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn N. Díaz Abad, sussegwentement minn M. Sampol Pucurull, avukat tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Galindo Martín u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219, p. 49), sa fejn din tikkonċerna l-infiq imwettaq mir-Renju ta’ Spanja għal ammont ta’ EUR 7 57  968,97.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Australian Gold vs UASI – Effect Management & Holding (HOT)

(Kawża T-611/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva HOT - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75tar-Regolament Nru 207/2009 - Appell inċidentali quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Rikors inċidentali quddiem il-Qorti Ġenerali - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991”))

(2015/C 302/64)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Australian Gold LLC (Indianapolis, Indiana, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch u S. Hanne, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Effect Management & Holding GmbH (Vöcklabruck, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Pernez, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1881/2012-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Australian Gold LLC u Effect Management & Holding GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1881/2012-4), hija annullata, sa fejn il-Bord tal-Appell naqas milli jagħti deċiżjoni fuq l-applikazzjoni ta’ Australian Gold LLC relatata mal-“preparazzjonijiet għat-tindif, għall-lustrar, biex togħrok u biex tobrox” li jaqgħu taħt il-klassi 3 u mal-“preparazzjonijiet sanitarji għal skopijiet mediċi”, li jaqgħu taħt il-klassi 5 u sa fejn annullat u bidlet id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni għall-“prodotti ta’ fwejjaħ, żjut meħudin minn pjanti, kożmetiċi, fost l-oħrajn xampùs, ġellijiet tad-doċċa, ħalib tal-ġisem, krema tal-wiċċ” li jaqgħu taħt il-klassi 3.

2)

L-appell ippreżentat minn Effect Management & Holding GmbH quddiem il-Bord tal-Appell huwa miċħud fir-rigward tal-“prodotti ta’ fwejjaħ, żjut meħudin minn pjanti, kożmetiċi, fost l-oħrajn xampùs, ġellijiet tad-doċċa, ħalib tal-ġisem, krema tal-wiċċ”.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

It-talba għall-bidla mressqa minn Effect Management & Holding hija miċħuda.

5)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen vs UASI (Lembergerland)

(Kawża T-55/14) (1)

([“Trade mark komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Lembergerland - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark għal inbid li tinkludi indikazzjonijiet ġeografiċi - Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 302/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen eG (Vaihingen an der Enz, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Steffan, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Novembru 2013 (Każ R 566/2013-1), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Lembergerland bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen eG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – The Smiley Company vs UASI – The Swatch Group Management Services (HAPPY TIME)

(Kawża T-352/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali HAPPY TIME - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti HAPPY HOURS - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 302/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I.-M. Helbig, P. Hansmersmann u S. Rengshausen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Swatch Group Management Services AG (Biel, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2014 (Każ R 1497/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Swatch Group Management Services AG u The Smiley Company SPRL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Smiley Company SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Rouffaud vs SEAE

(Kawża T-457/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt - Klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratt - Regola ta’ konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal”))

(2015/C 302/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Thierry Rouffaud (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, sussegwentement J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Appellat: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ April 2014, Rouffaud vs SEAE (F-59/13, ĠabraFP, EU:F:2014:49), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ April 2014, Rouffaud vs SEAE (F-59/13, ĠabraFP, EU:F:2014:49), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Roland vs UASI – Louboutin (Kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna)

(Kawża T-631/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal Trade mark komunitarja li tikkonsisti f’kulur aħmar fuq il-qiegħ ta’ żarbuna - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti SHOES - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 302/68)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Roland SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Onken u O. Rauscher, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christian Louboutin (Paris, Franza) (rappreżentant: T. van Innis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 Mejju 2014 (Każ R 1591/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roland SE u Christian Louboutin.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Roland SE hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/53


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ġunju 2015 – Close u Cegelec vs Il-Parlament

(Kawża T-259/15 R)

((“Miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Kostruzzjoni ta’ ċentrali elettrika - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 302/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: SA Close (Harzé-Aywaille, il-Belġju); u Cegelec (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-M. Rikkers u J.-L. Teheux, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Rantala, M. Mraz u F. Poilvache, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tad-19 ta’ Marzu 2015 li permezz tagħha l-Parlament ċaħad l-offerta li kienu ppreżentaw ir-rikorrenti wara s-sejħa għal offerti INLO-D-UPIL-T-14-A04 dwar il-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet li jirrigwardaw il-lott Nru 73 (ċentrali elettrika) tal-“proġett ta’ estensjoni u ta’ modernizzazzjoni tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu” u tad-deċiżjoni tal-istess ġurnata li permezz tagħha l-kuntratt inkwistjoni ngħata lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/54


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-245/15)

(2015/C 302/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: B. Kennelly u J. Pobjoy, Barristers, u R. Gherson, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 25) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal- 5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2015, L 62, p. 1) sa fejn japplikaw għar-rikorrent;

sussidjarjament, tiddikjara li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014 (kif emendata) u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014 (kif emendat), huma inapplikabbli sa fejn japplikaw għar-rikorrent minħabba illegalità;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jidentifika bażi legali korretta għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364 (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni”) u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357 (iktar ’il quddiem ir-“Regolament”) (flimkien, il-“miżuri kkontestati”). L-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma huwiex bażi legali korretta għad-Deċiżjoni peress li l-ilment li tressaq kontra r-rikorrent ma identifikahx bħala individwu li xekkel id-demokrazija fl-Ukraina jew ċaħħad lill-poplu Ukrain mill-benefiċċji ta’ żvilupp sostenibbli ta’ pajjiżhom (fis-sens tal-Artikolu 23 TUE u d-dispożizzjonijiet ġenerali fl-Artikolu 21(2) TUE). Peress li d-Deċiżjoni kienet invalida, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 215(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex jadotta r-Regolament.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni meta kkonstata li l-kriterju għall-elenkar tar-rikorrent fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta’ Marzu 2014 (kif emendata) u fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014 (kif emendat) kien issodisfatt. Ir-rikorrent ma huwiex suġġett għal proċeduri kriminali għall-“miżapproprijazzjoni ta’ fondi jew assi pubbliċi”, u lanqas ma huwa suġġett għal proċeduri kriminali “għall-abbuż tal-poter minn uffiċjal pubbliku bl-għan li jinkiseb vantaġġ indebitu għalih jew għal terz”.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal amministrazzjoni tajba u għal rimedju ġudizzjarju effettiv. B’mod partikolari, il-Kunsill naqas milli jeżamina rigorożament u imparzjalment jekk l-allegati raġunijiet li jiġġustifikaw nomina mill-ġdid kinux fondati fid-dawl tal-osservazzjonijiet ippreżentati mir-rikorrent qabel in-nomina mill-ġdid.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill naqas milli jikkonforma ruħu mal-obbligi ta’ motivazzjoni xierqa għan-nomina mill-ġdid tar-rikorrent.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, mingħajr ġustifikazzjoni u b’mod sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, inklużi d-dritt tiegħu għal protezzjoni tal-proprjetà u tar-reputazzjoni tiegħu. L-impatt tal-miżuri kkontestati fuq ir-rikorrent huwa detrimentali, kemm għall-proprjetà tiegħu kif ukoll għar-reputazzjoni tiegħu fuq livell dinji. Il-Kunsill naqas milli juri li l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrent huwa relatat ma’, jew iġġustifikat minn, kwalunkwe għan leġittimu, u wisq inqas li huwa proporzjonat ma’ tali għan.

6.

Is-sitt motiv huwa invokat insostenn tad-dikjarazzjoni tal-illegalità, ibbażata fuq il-fatt li jekk, kuntrarjament għall-argumenti invokati fil-kuntest tat-tieni motiv, l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014 (kif emendata) u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014 (kif emendat) għandhom jiġu interpretati b’mod li jinkludu (a) kull investigazzjoni minn awtorità Ukraina indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk hemmx deċiżjoni jew proċedura ġudizzjarja li ssostniha, li tikkontrollaha jew li tissorveljaha; u/jew (b) kull “abbuż minn uffiċjal pubbliku sabiex jinkiseb vantaġġ indebitu” irrispettivament minn jekk hemmx allegazzjoni ta’ miżapproprijazzjoni ta’ fondi tal-Istat, il-kriterju tan-nomina, fid-dawl tal-portata u tal-kamp ta’ applikazzjoni li jirriżultaw minn interpretazzjoni tant wiesgħa, ikun nieqes minn bażi legali korretta; u/jew spoporzjonat mal-għanijiet tad-Deċiżjoni u tar-Regolament. Għaldaqstant, id-dispożizzjoni tkun illegali.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/55


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-284/15)

(2015/C 302/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AlzChem AG (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Alexiadis, Solicitor, A. Borsos u I. Georgiopoulos, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 abbażi tal-Artikoli 107(1) u 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jikkonċerna l-għajnuna mill-Istat SA.33797 – (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implementata mis-Slovakkja favur NCHZ;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żball billi kkonkludiet li l-kontinwazzjoni tal-operat ta’ NCHZ skont id-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li ma kien ingħata l-ebda vantaġġ lil Novácké chemické závody, a.s. v konkurze (NCHZ) meta l-attivitajiet tagħha tkomplew wara d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanziji. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li d-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanziji li jitkomplew l-attivitajiet ta’ NCHZ ma hijiex imputabbli lill-Istat.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, sanċit fl-Artikolu 296 TFUE, fir-rigward tal-imputabbiltà tal-Istat għad-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanziji

Il-Kummissjoni ma pprovdietx motivazzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tad-deċiżjoni tal-kumitat tal-kredituri u tal-kredituri li jgawdu minn garanziji mill-qorti ta’ Trenčín. Il-Kummissjoni lanqas ma pprovdiet motivazzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ veto tal-kredituri li jgawdu minn garanziji b’rabta mal-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ NCHZ skont id-dritt Slovakk tal-falliment.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/56


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Syria Steel and Al Buroj Trading vs Il-Kunsill

(Kawża T-285/15)

(2015/C 302/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Syria Steel SA (Homs, is-Sirja); u Al Buroj Trading (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: V. Davies, Solicitor, u T. Eicke, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2013 L 147, p. 14) kif emendata, u/jew id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2012/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplementa d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2015 L 64, p. 41), sa fejn għandhom x’jaqsmu mar-rikorrenti;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU 2012 L 16, p. 1) kif emendat, u/jew ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplementa r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

tordna lill-Unjoni Ewropea tikkumpensa lir-rikorrenti,

tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni li hemm nuqqas ta’ bażi legali għall-miżuri restrittivi kontra r-rikorrenti u/jew żball manifest ta’ evalwazzjoni, fuq il-bażi li ma hemm l-ebda konnessjoni razzjonali bejn ir-rikorrenti u l-persuni jew entitajiet li qed ifittxu li jiġu mmirati mill-miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni, jiġifieri dawk li qed jibbenefikaw minn jew li jappoġġaw ir-reġim Sirjan.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegazjoni li d-deċiżjonijiet u regolamenti tal-Kunsill ikkontestati jammontaw għal ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti kif protetti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew il-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż id-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba, id-dritt tagħhom għal difiża, l-obbligu ta’ motivazzjoni u l-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq, il-libertà ta’ twettiq ta’ negozju, u d-dritt għall-proprjetà.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/57


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – KF vs SATCEN

(Kawża T-286/15)

(2015/C 302/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KF (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Kunst, avukat)

Konvenut: European Union Satellite Centre (SATCEN)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tas-26 ta’ Jannar 2015 innotifikata lir-rikorrenti fit-23 ta’ Marzu 2015 li tiċħad iż-żewġ ilmenti tagħha. Ir-rikorrenti tinvoka l-inapplikabbiltà tal-Artikolu 28(6) tar-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (1), konformement mal-Artikolu 277 TFUE;

tannula d-deċiżjoni impliċita tas-SATCEN tal-5 ta’ Lulju 2013 li tiċħad it-talba għall-assistenza mressqa mir-rikorrenti;

tannula d-deċiżjoni tas-SATCEN tal-5 ta’ Lulju 2013 li tissospendi lir-rikorrenti mill-funzjonijiet tagħha u tibda proċeduri dixxiplinarji, sussidjarjament, tistħarreġ il-legalità tad-deċiżjoni inċidentalment fl-azzjoni kontra d-deċiżjoni ta’ tneħħija;

tannula d-deċiżjoni ta’ revoka meħuda minn SATCEN fit-28 ta’ Frar 2014;

tikkundanna lis-SATCEN tħallas lir-rikorrenti kumpens għad-danni materjali subiti f’forma ta’ salarji, remunerazzjonijiet u drittijiet sa t-tmiem tal-kuntratt tagħha u li tikkumpensaha għad-danni mhux materjali subiti, stmati b’mod provviżorju ex aequo et bono għal EURO 5 00  000;

tikkundanna lis-SATCEN għall-ispejjeż, b’rata ta’ interessi ta’ 8 %.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

Insostenn tal-azzjoni ta’ annullament tagħha tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell ta’ SATCEN tas-26 ta’ Jannar 2015, ir-rikorrenti tinvoka motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tagħha għal rimedju effettiv u għal proċedura ekwa.

Il-Bord tal-Appell ma ħax inkunsderazzjoni l-maġġoranza tar-raġunijiet ta’ fatt u ta’ dritt li invokat u li bilkemm ikkunsidra d-diversi vjolazzjonijiet tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.

2.

Insostenn tal-azzjoni għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita ta’ SATCEN tal-5 ta’ Lulju 2013 li tirrifjuta li tagħti assistenza skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ SATCEN, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ assistenza skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta tal-UE”).

it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u d-dritt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 31 tal-Karta tal-UE.

3.

Insostenn tal-azzjoni tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni meħuda minn SATCEN u tad-deċiżjoni tiegħu li jiftaħ proċeduri dixxiplinarji, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità, tal-ksur tad-dritt tar-rikorrenti għal amministrazzjoni tajba u ta’ abbuż ta’ poter.

it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti, ksur tal-Artikoli 1(1) u 2 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea.

it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

4.

insostenn tal-azzjoni tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ revoka meħuda minn SATCEN fit-28 ta’ Frar 2014, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

l-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, tal-Artikolu 10(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt tar-rikorrenti għal aministrazzjoni tajba.

it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità.

it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu tal-istabbiliment tal-fondatezza tal-fatti invokati mill-Awtorità tal-Ħatra, id-dritt ta’ aċċess tar-rikorrenti bil-għan li tiġi stabbilita l-innoċenza tagħha kif ukoll tal-prinċipju tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

ir-raba’ motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-Rapport tad-Direttur ma jsemmix il-fatti li dwarhom sar l-ilment. Iċ-chairperson tal-Bord Dixxiplinarju indebitament irrifjuta li jitlob lid-direttur li jiddtermina l-atti speċifiċi li bihom ġiet akkużata r-rikorrenti.


(1)  Deċiżjoni tal-kunsill 2009/747/PESK tal-14 ta’ Settembru 2009 dwar ir-Regolamenti tal-Persunal taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2009 L 276, p. 1)


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/59


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – ArcelorMittal Ruhrort vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-294/15)

(2015/C 302/74)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ArcelorMittal Ruhrort GmbH (Duisburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Janssen u G. Engel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Novembru 2014, fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013) (ex 2013/NN) – Il-Ġermanja, Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C(2014) 8786 final, skont l-Artikolu 264 TFUE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li s-soprataxxa-EEG imnaqqsa ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat peress li la kien hemm għoti ta’, u lanqas rinunzja għal, riżorsi Statali. Barra minn hekk, is-soprataxxa-EGG imnaqqsa ma twettqitx b’mod selettiv. Fl-aħħar nett, din ma ħolqotx distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma kellhiex effett ħażin fuq il-kummerċ fis-suq intern.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE

Fil-każ li, kuntrarjament għall-fehma tar-rikorrenti, ikun hemm inkwistjoni għajnuna mill-Istat, ir-rikorrenti tqis li, fi kwalunkwe każ, il-konvenut ma kellu l-ebda dritt jitlob rimbors abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE. Dan għaliex is-soprataxxa-EEG imnaqqsa ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat ġdida sa fejn il-leġiżlazzjoni preċedenti tagħha, li l-kontenut tagħha kien identiku fir-rigward ta’ ċerti aspetti essenzjali, kienet diġà ġiet awtorizzata mill-konvenuta fl-2012.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(3) TFUE u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. F’dan ir-rigward, il-konvenuta ma kinitx awtorizzata teżamina l-fatti abbażi tal-linji gwida tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija fir-rigward tal-perijodu 2014-2020, li ġew ippubblikati għall-ewwel darba fit-28 ta’ Ġunju 2014. Minflok, hija kellha tapplika l-linji gwida li ġew ippubblikati fl-2008. Fuq il-bażi tal-kriterji tal-2008, il-konvenuta ma setgħet tislet ebda konklużjoni oħra għajr dik li l-allegata għajnuna mill-Istat kienet kompatibbli mas-suq intern.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipju taċ-ċertezza legali kif ukoll l-Artikolu 108(1) TFUE sa fejn adottat id-deċiżjoni kkontestata fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat ġdida. Peress li l-konvenuta kienet approvat il-leġiżlazzjoni preċedenti tal-EEG 2012, hija kellha tadotta deċiżjoni fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat eżistenti u mhux fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat ġdida.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/60


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Edelstahlwerke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-319/15)

(2015/C 302/75)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Edelstahlwerke GmbH (Witten, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Janssen u S. Altenschmidt, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2014 fil-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013) (ex 2013/NN) – Il-Ġermanja, Sostenn għal elettriku rinnovabbli u soprataxxa-EEG imnaqqsa għal utenti intensivi tal-enerġija, C(2014) 8786 final, skont l-Artikolu 264 TFUE;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li s-soprataxxa-EEG imnaqqsa ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat peress li la kien hemm għoti ta’, u lanqas rinunzja għal, riżorsi Statali. Barra minn hekk, is-soprataxxa-EGG imnaqqsa ma twettqitx b’mod selettiv. Fl-aħħar nett, din ma ħolqotx distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma kellhiex effett ħażin fuq il-kummerċ fis-suq intern.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE

Fil-każ li, kuntrarjament għall-fehma tar-rikorrenti, ikun hemm inkwistjoni għajnuna mill-Istat, ir-rikorrenti tqis li, fi kwalunkwe każ, il-konvenut ma kellu l-ebda dritt jitlob rimbors abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE. Dan għaliex is-soprataxxa-EEG imnaqqsa ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat ġdida sa fejn il-leġiżlazzjoni preċedenti tagħha, li l-kontenut tagħha kien identiku fir-rigward ta’ ċerti aspetti essenzjali, kienet diġà ġiet awtorizzata mill-konvenuta fl-2012.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(3) TFUE

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tikser l-Artikolu 107(3) TFUE u l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. F’dan ir-rigward, il-konvenuta ma kinitx awtorizzata teżamina l-fatti tal-każ abbażi tal-linji gwida tagħha dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni tal-ambjent u għall-enerġija fir-rigward tal-perijodu 2014-2020, li ġew ippubblikati għall-ewwel darba fit-28 ta’ Ġunju 2014. Minflok, hija kellha tapplika l-linji gwida li ġew ippubblikati fl-2008. Fuq il-bażi tal-kriterji tal-2008, il-konvenuta ma setgħet tislet ebda konklużjoni oħra għajr dik li l-allegata għajnuna mill-Istat kienet kompatibbli mas-suq intern.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(1) TFUE u tal-prinċipju taċ-ċertezza legali

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret il-prinċipju taċ-ċertezza legali kif ukoll l-Artikolu 108(1) TFUE sa fejn adottat id-deċiżjoni kkontestata fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat ġdida. Peress li l-konvenuta kienet approvat il-leġiżlazzjoni preċedenti tal-EEG 2012, hija kellha tadotta deċiżjoni fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat eżistenti u mhux fil-kuntest ta’ proċedura dwar għajnuna mill-Istat ġdida.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/61


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – Modas Cristal vs UASI – Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama (KRISTAL)

(Kawża T-345/15)

(2015/C 302/76)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Modas Cristal, SL (Santa Lucía, Spanja) (rappreżentant: E. Manresa Medina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zorlu Tekstil Ürünleri Pazarlama Anonim Sirketi (Denizli, it-Turkija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “KRISTAL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 574 473

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ April 2015 fil-Każ R 341/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, minħabba fil-prova ta’ użu tat-trade mark Spanjola Nru 2 569 089 “MODAS CRISTAL”, klassi 35, kif ukoll minħabba li t-talba l-ġdida hija inkompatibbli mat-trade marks Spanjoli Nru 2 569 089 “MODAS CRISTAL”, klassi 35, u Nru 2 7 63  821“home CRISTAL”, klassi 24

tikkundanna lill-UASI u lil kull intervenjent eventwali favur tiegħu għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/62


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Bank Tejarat vs Il-Kunsill

(Kawża T-346/15)

(2015/C 302/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Tejarat (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, A. Meskarian, Solicitors, M. Brindle, QC, u R. Blakeley, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/556 tas-7 ta’ April 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015 L 92, p. 101), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/549, tas-7 ta’ April 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2015 L 92, p. 12) sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;

tordna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 266 TFEU

Il-miżuri kkontestati huma bi ksur tal-Artikolu 266 TFUE peress li l-Kunsill naqas milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-176/12.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ res judicata

Il-miżuri kkontestati jiksru l-prinċipji ta’ res judicata u/jew ta’ ċertezza legali u/jew ta’ finalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

Il-promulgazzjoni tal-atti kkontestati tikser il-prinċipju ta’ effettività, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, u d-drittijiet tar-rikorrent skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew skont l-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem billi jannullaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża T-176/12.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

Il-miżuri kkontestati jiksru d-dritt tar-rikorrent għal amministrazzjoni tajba, peress li r-rikorrent ma ġiex ittrattat imparzjalment jew kif jixraq mill-Kunsill.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għar-rispett għar-reputazzjoni u d-dritt għall-proprjetà:

Il-miżuri kkontestati jiksru d-drittijiet tar-rikorrent skont l-Artikoli 7 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u/jew l-Artikolu 8 KEDB u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u/jew il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq allegazzjoni tal-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Il-Kunsill naqas milli jagħti raġunijiet adegwati għall-miżuri kkontestati u r-rikorrent ma setax iwieġeb sew għall-allegazzjoni tal-Kunsill.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni

Il-kriterji sostantivi għan-nomina fi kwalunkwe każ ma ġewx issodisfati u l-Kunsill ikkommetta żball manifest ta’ evalwazzjoni bil-promulgazzjoni tal-miżuri kkontestati peress illi l-allegazzjonijiet fid-dikjarazzjoni tar-raġunijiet huma foloz u l-kriterji għan-nomina ma ġewx issodisfati.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/63


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2015 – ADR Center vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-364/15)

(2015/C 302/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ADR Center Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Tantalo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 3117 finali tal-4 ta’ Mejju 2015;

alternattivament, tiddikjara eliġibbli l-ispejjeż kollha kkonstatati mill-Kummissjoni bħala inammissibbli;

tikkundanna lill-konvenuta u lil kull intervenjenti għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti u l-ispejjeż għal din il-kawża għal ammont li għandu jiġi ddeterminat mill-Qori Ġenerali kif jidhrilha li huwa xieraq.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni li tadotta ordni ta’ rkupru f’materji kuntrattwali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni hija bbażata fuq żbalji ta’ fatt u ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-Kummissjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/64


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Alcimos Consulting vs BĊE

(Kawża T-368/15)

(2015/C 302/79)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alcimos Consulting SMPC (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: F. Rodolaki, avukat)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tiddikjara r-rikors promotur tagħha ammissibbli;

tiddikjara d-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew fit-28 ta’ Ġunju 2015 u fis-6 ta’ Lulju 2015 mingħajr effett, u alternattivament tannulhom, u

tiffissa d-danni favur ir-rikorrenti f’ammont ta’ EUR 1.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv jallega li l-Bank Ċentrali Ewropew (iktar ’il quddiem il-“BĊE”) aġixxa bi ksur tal-Artikolu 14(4) tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (iktar ’il quddiem is-“SEBĊ”), peress li r-rifjut tal-BĊE għat-talba mressqa mill-Bank tal-Greċja biex tiżdied l-Assistenza ta’ Likwidità ta’ Emerġenza (iktar ’il quddiem l-“ALE”) lill-banek Griegi ma kinitx tinterferixxi mal-għanijiet u l-ħidma tas-SEBĊ.

2.

It-tieni motiv li jallega li l-BĊE aġixxa bi ksur tal-Artikoli 4 u 5 TUE, peress li aġixxa ultra vires meta ċaħad it-talba tal-Bank tal-Greċja.

3.

It-tielet motiv li jallega li l-BĊE aġixxa fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet politiċi u b’hekk kiser l-Artikolu 130 TFUE, li jistabbilixxi l-indipendenza tal-BĊE.

4.

Ir-raba’ motiv li jallega li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-BĊE ma jissodisfawx il-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-promozzjoni tal-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas stabbilita fl-Artikolu 127(2) TFUE hija waħda mill-erba’ ħidmiet bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tal-Eurosistema, filwaqt li l-estensjoni ta’ ALE addizzjonali lill-banek Griegi bl-effetti potenzjalment minimi tagħha fuq l-implementazzjoni tal-politika monetarja unika kienet ittellef inqas l-għanijiet tal-BĊE.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/64


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – VM Vermögens-Management vs UASI – DAT Vermögensmanagement (Vermögensmanufaktur)

(Kawża T-374/15)

(2015/C 302/80)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: VM Vermögens-Management GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Dolde, P. Homann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DAT Vermögensmanagement GmbH (Baldham, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Vermögensmanufaktur” – Trade mark Komunitarja Nru 8 770 042

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2015 fil-Każ R 418/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/65


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – Loops vs UASI (Forma ta’ xkupilja tas-snien)

(Kawża T-385/15)

(2015/C 302/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Loops, LLC (Ferndale, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Schmidpeter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark tridimensjonali (Forma ta’ xkupilja tas-snien) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 187 189

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30/04/2015 fil-Każ R 1917/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tammetti l-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 187 198 għall-klassijiet mitluba;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti ta’ appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/66


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – Aldi vs UASI – Società Cooperativa Agricola Cantina Sociale Tollo (ALDIANO)

(Kawża T-391/15)

(2015/C 302/82)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Società Cooperativa Agricola Cantina Sociale Tollo (Tollo, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “ALDIANO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 942 274

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1612/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/67


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – KPN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-394/15)

(2015/C 302/83)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KPN BV (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree u C. van der Hoeven, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 7241 final, tal-10 ta’ Ottubru 2014, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern u mal-Ftehim ŻEE (Każ M.7000 – Liberty Global vs Ziggo), u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 (1) sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni tal-effetti vertikali tal-konċentrazzjoni fis-suq tal-istazzjonijiet sportivi Premium Pay TV.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 296 TFUE sa fejn il-Kummissjoni naqset milli timmotiva d-deċiżjoni tagħha li ma tevalwax l-effetti antikompetittivi fis-suq tal-istazzjonijiet sportivi Premium Pay TV.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 2 u tal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 sa fejn, fid-deċiżjoni, il-Kummissjoni wettqet żball manifest fl-evalwazzjoni fir-rigward tal-irwol u tal-influwenza ta’ J. Malone f’impriżi oħra attivi fl-istess swieq.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Volum 3, p. 40-61).


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/67


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – Herm. Sprenger vs UASI – web2get (Forma ta’ staffa magħquda)

(Kawża T-396/15)

(2015/C 302/84)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Herm. Sprenger GmbH & Co. KG (Iserlohn, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schiller, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: web2get GmbH & Co. KG (Dülmen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ staffa magħquda) – Trade mark Komunitarja Nru 1 599 620

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22/04/2015 fil-Każ R 520/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba tal-kumpannija web2get GmbH & Co. KG intiża għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 1 599 620 tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien, tal-Artikolu 52(1)(a), u tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tad-dispożizzjonijiet, meħuda flimkien, tal-Artikolu 52(1)(a) u (2), u tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 77(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/68


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – PAL-Bullermann vs UASI – Symaga (PAL)

(Kawża T-397/15)

(2015/C 302/85)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PAL-Bullermann GmbH (Friesoythe-Markhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Symaga, SA (Villarta de San Juan, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva “PAL” – Trade mark Komunitarja Nru 690 750

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1626/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sabiex it-talba għal revoka tintlaqa’ kollha kemm hi;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regola 22(3)(4) tar-Regolament Nru 2868/95.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/70


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-101/15)

(2015/C 302/86)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD13 fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 sa fejn hija ma tinkludix isem ir-rikorrent;

jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/70


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs KESE

(Kawża F-102/15)

(2015/C 302/87)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-KESE li jiċħdu t-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent kif ukoll il-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab.

Talbiet

jannulla d-deċiżjonijiet tal-10 ta’ Settembru 2014 u tad-19 ta’ Novembru 2014, li jiċħdu t-talba għal aċċess għal dokumenti mressqa mir-rikorrent fit-12 ta’ Ġunju 2014, ikkompletata bit-talbiet tat-23 ta’ Settembru, 20 u 30 ta’ Ottubru 2014;

jannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Marzu 2015, li wasslet fil-31 ta’ Marzu 2015, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tal-1 ta’ Diċembru 2014;

jordna l-ħlas ta’ kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent stmat għal EUR 10  000;

jikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż kollha.


14.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 302/71


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-104/15)

(2015/C 302/88)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-24 ta’ Settembru 2014 u tal-10 ta’ April 2015;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.