ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 265

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
13 ta' Awwissu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 265/01

Rata tal-kambju tal-euro

1

2015/C 265/02

Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej għas-Sigurtà Soċjali għall-Ħaddiema Migranti — Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 265/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2015/C 265/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7625 — ADM/AOR) ( 1 )

5

2015/C 265/05

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7679 — EVO Payments International/Raiffeisen Bank Polska/Raiffeisenbank/JVs) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 265/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Awwissu 2015

(2015/C 265/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1155

JPY

Yen Ġappuniż

138,45

DKK

Krona Daniża

7,4624

GBP

Lira Sterlina

0,71490

SEK

Krona Żvediża

9,5815

CHF

Frank Żvizzeru

1,0864

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0760

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,021

HUF

Forint Ungeriż

311,21

PLN

Zloty Pollakk

4,1889

RON

Leu Rumen

4,4132

TRY

Lira Turka

3,0965

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5128

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4467

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6500

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6847

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5652

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 310,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,2173

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,1234

HRK

Kuna Kroata

7,5645

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 334,84

MYR

Ringgit Malażjan

4,5061

PHP

Peso Filippin

51,495

RUB

Rouble Russu

72,1582

THB

Baht Tajlandiż

39,321

BRL

Real Brażiljan

3,8597

MXN

Peso Messikan

18,0895

INR

Rupi Indjan

72,1940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/2


KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI GĦALL-ĦADDIEMA MIGRANTI

Rati ta' kambju ta' muniti konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72

(2015/C 265/02)

Artiklu 107 (1), (2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 574/72

Perjodu ta' referenza: Lulju 2015

Perjodu ta' applikazzjoni: Ottubru, Novembru, Diċembru 2015

07-2015

EUR

BGN

CZK

DKK

HRK

HUF

PLN

1 EUR =

1

1,95580

27,0941

7,46163

7,58633

311,531

4,15237

1 BGN =

0,511300

1

13,8532

3,81513

3,87889

159,286

2,12311

1 CZK =

0,0369084

0,0721854

1

0,275396

0,279999

11,4981

0,153257

1 DKK =

0,134019

0,262114

3,63113

1

1,01671

41,7511

0,556497

1 HRK =

0,131816

0,257806

3,57144

0,983563

1

41,0648

0,547350

1 HUF =

0,00320995

0,00627803

0,0869709

0,0239515

0,0243518

1

0,0133289

1 PLN =

0,240826

0,471008

6,52497

1,79695

1,82699

75,0248

1

1 RON =

0,225270

0,440583

6,10349

1,68088

1,70897

70,1786

0,935405

1 SEK =

0,106542

0,208374

2,88665

0,794974

0,80826

33,1910

0,442401

1 GBP =

1,41473

2,76692

38,3308

10,5562

10,7326

440,731

5,87448

1 NOK =

0,111911

0,218876

3,03214

0,835040

0,848995

34,8638

0,464697

1 ISK =

0,00678172

0,0132637

0,183745

0,0506027

0,0514483

2,11272

0,0281602

1 CHF =

0,953127

1,86413

25,8241

7,11188

7,23073

296,928

3,95774


07-2015

RON

SEK

GBP

NOK

ISK

CHF

1 EUR =

4,43912

9,38600

0,706850

8,93565

147,455

1,04918

1 BGN =

2,26972

4,79906

0,361412

4,56880

75,3938

0,536445

1 CZK =

0,163841

0,346422

0,0260887

0,329800

5,44233

0,0387235

1 DKK =

0,594926

1,25790

0,0947314

1,19755

19,7618

0,140610

1 HRK =

0,585147

1,23723

0,093174

1,17786

19,4370

0,138299

1 HUF =

0,0142494

0,0301286

0,00226896

0,0286830

0,473325

0,00336781

1 PLN =

1,06906

2,26039

0,170228

2,15194

35,5111

0,252670

1 RON =

1

2,11438

0,159232

2,01293

33,2172

0,236348

1 SEK =

0,472951

1

0,0753090

0,952019

15,7101

0,111781

1 GBP =

6,28014

13,2786

1

12,6415

208,609

1,48430

1 NOK =

0,496787

1,05040

0,0791045

1

16,5019

0,117415

1 ISK =

0,0301049

0,0636532

0,00479366

0,0605991

1

0,00711523

1 CHF =

4,23104

8,94605

0,673718

8,51681

140,544

1

Nota: il-valuti inkroċjati kollha li jinvolvu l-ISK huma kkalkolati bl-użu ta' dejta tar-rati ISK/EUR mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

referenza: Lulju-15

EUR 1 fil-munita nazzjonali

Unità 1 tal-munita nazzjonali f'EUR

BGN

1,95580

0,511300

CZK

27,0941

0,0369084

DKK

7,46163

0,134019

HRK

7,58633

0,131816

HUF

311,531

0,00320995

PLN

4,15237

0,240826

RON

4,43912

0,225270

SEK

9,38600

0,106542

GBP

0,706850

1,41473

NOK

8,93565

0,111911

ISK

147,455

0,00678172

CHF

1,04918

0,953127

Nota: Ir-rati ISK/EUR msejsa fuq dejta mill-Bank Ċentrali tal-Islanda.

1.

Regolament (KEE) Nru 574/72 jgħid li r-rata ta' kambju ta' ammonti ta' flus f'munita meta mqabbla ma' Ir-munita oħra tkun ir-rata kkalkulata mill-Kummissjoni u bbażata fuq il-medja ta' xahar, matul il-perjodu speċifikat f'paragrafu 2 tar-rati tal-kambju referenza, ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.

2.

Il-perjodu ta' referenza jkun:

ix-xahar ta' Jannar għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' April ta' wara,

ix-xahar ta' April għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Lulju ta' wara,

ix-xahar ta' Lulju għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Ottubru ta' wara,

ix-xahar ta' Ottubru għar-rati ta' kambju applikabbli mill-1 ta' Jannar ta' wara.

Ir-rati tal-kambju jiġu ppubblikati fit-tieni Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) tax-xhur ta' Frar, Mejju, Awwissu u Novembru.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 265/03)

1.

Fil-5 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha REWE-Zentralfinanz eG (“REWE ZF”, il-Ġermanja), sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ REWE Group, takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ parti tad-diviżjoni tal-vjaġġi ta’ Kuoni Investments (“it-Target Companies”) minn Kuoni Travel Investments Ltd (“Kuoni Investments”, l-Iżvizzera), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

REWE ZF tappartjeni għall-REWE Group, attiva fis-settur tal-bejgħ bl-imnut tal-ikel u oġġetti li mhumiex ikel, kif ukoll fil-qasam tal-ivvjaġġar u t-turiżmu. REWE ZF tipprovdi servizzi ta' operatur tal-ġiti u ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, prinċipalment lil klijenti fil-Ġermanja u l-Awstrija,

It-Target Companies jikkonsistu f’erba’ unitajiet tad-diviżjoni tal-ivvjaġġar ta’ Kuoni Investiments: Kuoni Benelux, Kuoni Nordika, Kuoni UK u Kuoni l-Iżvizzera (inkluża Kuoni Reisen AG). Huma joffru servizzi ta’ operatur tal-ġiti u ta' aġenzija tal-ivvjaġġar prinċipalment lil klijenti fl-Iżvizzera, ir-Renju Unit, l-Iżvezja, in-Norveġja, il-Finlandja, id-Danimarka, in-Netherlands u l-Belġju.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32/2/2964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/5


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7625 — ADM/AOR)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 265/04)

1.

Fil-5 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Archer-Daniels-Midland UK (“ADM UK”) tar-Renju Unit, ikkontrollata minn Archer-Daniels-Midland Company tal-Istati Uniti (“ADM”) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriżi AOR NV u AOR Plastics NV kollha kemm huma (flimkien “AOR”) tal-Belġju, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal ADM: tipproċessa ħxejjex taż-żejt, qamħirrum, qamħ, kakaw u prodotti agrikoli oħra u timmanifattura żjut u xaħmijiet veġetali, smida tal-proteina tal-ħxejjex, dolċifikanti magħmula mill-qamħirrum, dqiq, bijodiżil, etanol u ikel u ingredjenti tal-għalf oħrajn b'valur b'miżjud;

—   għal AOR: l-ippakkjar ta’ żjut taż-żrieragħ raffinati.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7625 — ADM / AOR, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/6


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7679 — EVO Payments International/Raiffeisen Bank Polska/Raiffeisenbank/JVs)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 265/05)

1.

Fl-4 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha (i) l-impriża Centrum Elektronicznych Usług Płatniczych “eService” Sp. z o.o., il-Polonja (“eService”, il-Polonja), ikkontrollata b’mod konġunt minn EVO Payments International Group of Companies (“EVO”, l-Istati Uniti tal-Amerika), u Powszechna Kasa Oszczędności Bank Polski Group of Companies (“PKO”, il-Polonja), u (ii) l-impriżi Raiffeisen Bank Polska SA (“RBPL”, il-Polonja) u Raiffeisen a.s. (“RBCZ”, ir-Repubblika Ċeka), it-tnejn li huma parti minn Raiffeisen Zentralbank Österreich Aktiengesellschaft Group of Companies (l-Awstrija) jakkwistaw fit-tifsira tal- Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot fil-Polonja u impriża konġunta li għadha kif inħolqot fir-Repubblika Ċeka (“JVs”, il-Polonja u r-Repubblika Ċeka) permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt ta’ ġestjoni. L-attivitajiet ta' affiljazzjoni gall-kummerċjanti ta' RBPL u RBCZ se jkunu trasferiti lill-JVs.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   eService: il-provvista ta' servizzi li jipproċessaw il-pagamenti permezz tal-kards magħmula f'terminals tal-POS jew permezz tal-internet fil-Polonja

—   EVO: l-ipproċessar tal-pagamenti tat-tranżazzjonijiet elettroniċi u servizzi relatati fl-l-Istati Uniti tal-Amerika, fil-Kanada u fiż-ŻEE

—   RBPL: servizzi bankarji u finanzjarji fil-Polonja

—   RBCZ: Servizzi bankarji u finanzjarji fir-Repubblika Ċeka

—   Raiffeisen Zentralbank Österreich Aktiengesellschaft: servizzi bankarji u finanzjarji fiż-ŻEE

Il-JVs se jipprovdu servizzi ta’ affiljazzjoni ta’ kummerċjanti u l-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7679 — EVO Payments International/Raiffeisen Bank Polska/Raiffeisenbank/JVs, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 265/7


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 265/06)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt li ssir oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

Image ” (MRECH KAMPOT) / “POIVRE DE KAMPOT”

Nru tal-KE: KH-PGI-0005-01264 — 6.10.2014

IĠP ( X ) DOP ( )

1.   Isem/ismijiet

Image ” (Mrech Kampot) / “Poivre de Kampot”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Kambodja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.8. Prodotti oħra tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar; eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Image ” (bil-lingwa tar-reġjun ta' oriġini, il-Khmer) / “Poivre de Kampot” (bil-Franċiż) tirreferi għall-frott ta' żewġ varjetajiet tal-ispeċi Piper nigrum L.; speċifikament, il-varjetajiet Kamchay u Lampong (jew Belantoeung), lokalment magħrufa rispettivament bħala l-varjetajiet “weraq żgħar” u “weraq kbar”, imkabbra fiż-żona definita fit-Taqsima 4

Hemm erba’ tipi differenti ta’ “ Image ” / “Poivre de Kampot” skont iż-żmien tal ħsad u l-ipproċessar li jirċievu wara:

—   Bżar aħdar: hija l-frotta tal-pjanta tal-bżar, maħsuda meta tkun għadha żgħira fil-pjanta. Tista’ jew titqiegħed fis-suq u tiġi kkunsmata friska (ppreżentata f’għenieqed) jew fis-salmura jew fil-ħall (ippreżentata bħala frott sħiħ jew f'għenieqed),

—   Bżar iswed: maħsud meta l-frott jibda jbiddel il-kulur minn aħdar għal isfar, li jiġi sussegwentement imnixxef. Jista’ jiġi ppreżentat bħala frott sħiħ jew mitħun,

—   Bżar aħmar: huwa l-prodott imnixxef ta’ frott żgħir misjur kompletament. Jiġi ppreżentat sħiħ,

—   Bżar abjad: magħmul minn frott żgħir misjur jew aħmar u permezz ta’ proċess ta’ tgħaddis sussegwenti. Jiġi ppreżentat sħiħ.

Il-karatteristika tal-prodott tinsab fil-qawwa pikkanti tiegħu (iżda mhux “ħruq”), mhux aggressiva, iżda li tiżviluppa bil-mod il-mod fil-ħalq. Il-kwalità partikolari tal- “ Image ” / “Poivre de Kampot” ġejja mhux biss mill-karattru pikkanti tiegħu iżda wkoll mill-qawwa aromatika.

Il-bżariet individwali għandhom il-kundizzjonijiet fiżiċi ideali f’termini ta' daqs u densità.

Il-karatteristiċi fiżiċi u organolettiċi tal-prodott huma dawn li ġejjin:

Tip

Forma

Daqs u Densità

Kulur

Riħa

Oħrajn

Bżar iswed

Frott imnixxef

∅ ≥ 4 mm

Densità ≥ 570 g/l

Iswed skur, iswed, iswed fil-kannella jew iswed fil-griż.

Ir-riħa tal-bżara hija pikkanti-medja.

Wara t-tħin, it-trab tal-bżar jerħi riħa pikkanti ħafna u dejjiema.

Tolleranza (2):

Devjazzjoni ta’ 5 % fid-daqs tal-frott u ta' 2 % fil-kulur tal-frott huma permessi.

Difetti mhux permessi:

Skart tal-pjanta

Trab

Faqqiegħ

Riċettaklu (3) ta' 5 %.

Bżar mitħun

Trab b’biċċiet żgħar ta’ frott

Griż skur b'ponot suwed

 

 

Bżar aħmar

Frott imnixxef

∅ ≥ 4 mm

Densità ≥ 570 g/l

Aħmar fil-kannella jew aħmar skur.

Difetti mhux permessi:

Skart tal-pjanta

Trab

Faqqiegħ

Riċettaklu ta' 1 %.

Bżar abjad

Frott imnixxef

∅ ≥ 3 mm

Densità ≥ 600 g/l

Griż fl-abjad bi ftit isfar jew b'tikek kannella ċar.

Irid ikun kulur naturali. L-ebda sustanza ma għandha tiġi miżjuda biex tbiddel il-kulur.

Difetti mhux permessi:

Skart tal-pjanta

Trab

Faqqiegħ

Bżar aħdar

Għanqud sħiħ ta' frott frisk

Għanqud ta’ mill-anqas għaxar (10) bżariet.

Kull żerriegħa ∅ ≥ 3 mm.

Aħdar skur

aroma ta' ħwawar tal-bżar aħdar

Il-bżara ma għandha l-ebda riħa pikkanti.

Mat-tħin, ir-riħa pikkanti hija qawwija iżda tintilef malajr.

Difetti mhux permessi:

Skart tal-pjanta

Trab

Faqqiegħ

Frott jew raggruppamenti sħaħ fis-salmura jew fil-ħall

Għenieqed ta’ mill-anqas għaxar (10) bżariet.

Kull bżara ∅ ≥ 3 mm.

Għadu aħdar. Ma għandux isir kannella.

 

Fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tat-tipi differenti ta’ “ Image ” / “Poivre de Kampot”:

Il-varjetà tal-bżar aħdar għandha togħma ta' ċitru frisk u hija inqas pikkanti mill-varjetajiet imnixxfa,

Il-bżar iswed għandu togħma aktar profonda u qawwija li tfakkrek fil-fjuri, bi ħjiel ta’ fjuri, ewkaliptu u nagħniegħ. Din tista’ tvarja minn kemmxejn ħelwa sa waħda pikkanti u intensa,

Il-bżar aħmar huwa iktar ħelu u inqas pikkanti mill-varjetà sewda, iżda t-togħma tiegħu hija iktar sħiħa. Għandu riħa qawwija ta' frott,

Fil-bżar abjad il-qoxra tal-frotta titneħħa wara l-proċess ta’ tgħaddis u dan jagħti lill-prodott togħma differenti bi ħjiel ta’ ħaxix frisk u ċitru.

Il-prodott huwa kkummerċjalizzat f’pakketti ssiġillati (ta’ materjali u daqsijiet differenti) bl-indikazzjonijiet speċifikati fit-taqsima 3.6.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-produzzjoni jridu jseħħu fiż-żona ġeografika, li jinkludu:

L-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-uċuħ tar-raba’,

Il-ħsad tal-frott,

Il-proċess tat-tnixxif (li japplika għall-bżar abjad, aħmar u iswed),

It-tgħaddis (li japplika biss għall-bżar abjad),

L-għażla tal-frott,

L-ippreżervar (li japplika biss għall-bżar aħdar fis-salmura jew fil-ħall).

Għaldaqstant, il-“ Image ” / “Poivre de Kampot” aħdar u frisk irid jiġi prodott ġewwa ż-żona ġeografika.

U l-“ Image ” / “Poivre de Kampot” iswed, aħmar, abjad u aħdar ippreżervat irid jiġi prodott u pproċessat permezz tat-tgħddis jew tal-ippreżervar ġewwa ż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

Il-pakketti u l-kontenituri tal-prodott għandu jkollhom fuqhom l-isem “ Image ” jew “Poivre de Kampot”. L-isem jista’ jkun akkumpanjat mit-traduzzjoni tiegħu fil-lingwa uffiċjali tat-territorju fejn jinbiegħ il-prodott (eż. Kampot Pepper għall-pajjiżi fejn huwa mitkellem l-Ingliż), f’daqs ta’ tipa li tkun tal-inqas kbira daqs l-ikbar ittri l-oħra fl-ippakkjar. L-espressjoni “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” għandha tidher qrib l-isem “ Image ” jew “Poivre de Kampot” li jista' jkun akkumpanjat minn traduzzjoni.

L-ippakkjar għandu jkun immarkat b’numru tal-lott individwali (li jiġi pprovdut sabiex tiġi żgurata t-traċċabilità tal-prodott).

It-tikkettar għandu jinkludi wkoll, viżibbli u b’mod ċar, l-indikazzjonijiet li ġejjin:

Il-logo kollettiv bil-lingwa korrispondenti:

Image

jew

Image

Il-logo nazzjonali tal-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti tal-Kambodja (li jidher hawn taħt).

Image

Inkella, jista’ jinkludi wkoll il-logo ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (jew simili) ta’ pajjiżi jew reġjuni oħra fejn il-“ Image ” / “Poivre de Kampot” igawdi minn rikonoxximent ta' dan it-tip.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tikkonsisti mid-distretti li ġejjin li jinsabu fin-nofsinhar tal-Kambodja:

Kampong Trach, Dan Tong, Toeuk Chhou, Chhouk u Kampot City, kollha fil-provinċja ta’ Kampot,

Kep City u Damnak Chang Aeur, fil-provinċja ta’ Kep.

Image

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Teżisti rabta kawżali kemm bejn ir-reputazzjoni kif ukoll il-kwalità tal-prodott speċifiku u l-oriġini ġeografika tiegħu

Reputazzjoni:

Il-produzzjoni tal-bżar fil-Kambodja tissemma f’dokumenti antiki daqs id-dokumentazzjonijiet tal-esploratur Ċiniżi Tchéou Ta Kouan fis-seklu 13.

Iżda kien lejn tmiem is-seklu 19 li l-provinċja ta’ Kampot tabilħaqq intlaqtet minn fażi ta' “deni tal-bżar” mal-wasla tal-kolonjalisti Franċiżi. Fil-bidu tas-seklu ta' wara l-produzzjoni ta' din il-ħwara f’Kampot żdiedet sew u leħqet it-8 000 tunnellata fis-sena. F’nofs is-seklu 20 il-produzzjoni tal-bżar ta' Kampot, li stabbilizzat ruħa għal madwar 3 000 tunnellata fis-sena, kienet ta’ kwalità eċċezzjonali. Sa dak iż-żmien, l-isem ta’ Kampot kien diġà marbut sewwa mal-bżar, u l-prodott kien magħruf sew, b’mod partikolari fi Franza u l-bqija tal-Ewropa. Il-bżar ta' Kampot kien apprezzat ħafna għall-kwalità tiegħu, partikolarment fost il-komunità tal-koki fi Franza u fl-Ewropa.

L-istorja u r-reputazzjoni tal-bżar ta' Kampot huma dokumentati tajjeb u spjegati fil-ktieb “Kampot, miroir du Cambodge. Promenade historique, touristique et littéraire” (Edizzjoni YOU-FENG, Pariġi, 2003) minn Luc Mogenet, li jitkellem dwar it-tkabbir tal-bżar li ġab il-ġid f'Kampot lejn tmiem is-seklu 19; fit-tieni deċennju tas-seklu 20, kważi l-bżar kollu kkunsmat fi Franza ġie minn dak ir-reġjun tal-Indoċina, skont dan l-awtur.

F'bosta pubblikazzjonijiet ta' dak iż-żmien hemm referenzi għall-istorja tal-bżar ta' Kampot bejn is-sekli 19 u 20, bħal pereżempju: “Paris-match” (nru 969-977 tas-sena 1967), “Connaissance des arts” (Societe Française de Promotion Artistique, nru 189 tas-sena 1967), il-“Bulletin du comité des travaux historiques et scientifiques” u l-“Bulletin de la Section de géographie” (Imprimerie nationale, 1915), il-ktieb “Un hiver au Cambodge: chasses au tigre, à l'éléphant et au buffle sauvage” (Edgar Boulangier, Mame 1887), il-“Bulletin économique de l'Indochine” (vol. 6, 1903), eċċ.

Wara waqfa drammatika fil-produzzjoni tal-bżar ta' Kampot minħabba r-reġim tal-Khmer Rouge u l-gwerra ċivili li seħħew fil-pajjiż fi tmiem is-seklu 20, bil-kalma relattiva li segwiet fil-pajjiż wara l-elezzjonijiet tal-1998, il-produzzjoni ta’ din il-ħwara fiż-żona kompliet u l-prodott malajr irkupra l-glorja tiegħu tal-imgħoddi.

Il-familji tal-produtturi ta' Kampot u Kep reġgħu lura fl-artijiet ta' missierijiethom. Billi kienu ġejjin għal diversi ġenerazzjonijiet minn produtturi tal-bżar, huma naturalment nadfu l-art mitluqa u reġgħu bdew jikkultivaw il-bżar bl-użu tal-metodi tradizzjonali li wirtu minn missierijiethom.

F’April 2010, il-bżar ta' Kampot ġie reġistrat bħala Indikazzjoni Ġeografika fil-Kambodja, u dan kien l-ewwel prodott lokali li kiseb dan l-istatus.

Il-bidu l-ġdid tal-produzzjoni tal-bżar ta' Kampot f’din l-era l-ġdida ġibed l-attenzjoni tal-midja, kemm nazzjonalment kif ukoll internazzjonalment.

Diversi dokumentarji li jfaħħru l-kwalità tal-prodott u li jittrattaw dwar l-ispeċifiċità tiegħu ġew prodotti u mxandra madwar id-dinja; Pereżempju: il-programm tat-televiżjoni tal-BBC ta' “Rick Stein's Far Eastern Odyssey” (il-programm 1), id-dokumentarju “Nouveaux produits, nouvelles habitudes: révélations sur nos assiettes” trażmess mill-kanal televiżiv Franċiż M6 fi ħdan il-programm “Zone Interdite”, kif ukoll il-programm “Les petits plats du Grand Mékong” ta' TÉLÉRAME ddedika programm għal bżar minn Kampot, eċċ.

Barra minn hekk, il-bżar ta' Kampot illum il-ġurnata jissemma u huwa deskritt bħala bżar tal-aqwa kwalità f'ħafna gwidi tat-turiżmu u li huma marbuta mal-ikel, pereżempju: “Lonely Planet Cambodia” (minn Lonely Planet, Nick Ray, Greg Bloom. 2014), “Consumed: Food for a Finite Planet” (minn Sarah Elton. 2013), “Gordon's Great Escape Southeast Asia: 100 of my favourite Southeast Asian recipes” (minn Gordon Ramsay. 2011), “The Rough Guide to Cambodia” (minn Beverley Palmer, 2013), eċċ.

Dan kollu huwa prova li l- “ Image ” / “Poivre de Kampot” igawdi minn reputazzjoni li ġejja mill-oriġini ġeografika tiegħu.

Kwalità tal-prodott minħabba l-oriġini ġeografika:

Min-naħa l-oħra, l-ispeċifiċità tal-prodott, li ġejja mill-intensità pikkanti qawwija tiegħu (iżda li “ma taħraqx”) u dik aromatika, hija marbuta mal-kundizzjonijiet speċifiċi taż-żona u l-metodi ta’ produzzjoni lokali.

Ħamrija skulata tajjeb u medja għolja ta' xita huma kundizzjonijiet meħtieġa għall-produzzjoni ta’ bżar ta’ kwalità għolja. Il-provinċji ta’ Kampot u Kep għandhom klima b’ammont kbir ta’ xita regolari; l-istaġun tax-xita huwa itwal mill-istaġun ta' nixfa. Għalhekk, mhux biss il-livell medju ta’ xita huwa għoli fiż-żona definita (aktar minn 2 000 mm fis-sena) iżda wkoll ix-xita hija mqassma tajjeb matul is-sena, u dan għandu influwenza diretta fuq il-kwalità tal-prodott, b’mod speċifiku fuq l-aroma u t-togħma qawwija bilanċjata tiegħu. Min-naħa l-oħra, it-topografija taż-żona tippermetti li l-biċċa l-kbira tal-art għat-tħawwil tinsab fuq l-għoljiet (art merfugħa) jew f'qiegħ il-muntanja u, b’hekk, tiżdied il-kapaċità idrawlika tal-ħamrija.

F’dak li jirrigwarda l-fatturi umani, jistgħu jiġu identifikati żewġ tekniki speċifiċi tal-proċess ta' tkabbir tal-bżar użati mill-bdiewa taż-żona ddefinita:

L-irdim tal-ħamrija biex jogħla l-pjantaġġun tal-bżar u t-tħaffir ta’ kanali ta’ irrigazzjoni madwar il-pjantaġġun biex jiżguraw dranaġġ tajjeb,

Il-mili regolari b'ħamrija ġdida.

Dawn it-tekniki mmirati lejn l-iżgurar ta’ drenaġġ tajba tal-ħamrija jikkontribwixxu wkoll għall-produzzjoni ta’ bżar b’riħa qawwija u togħma qawwija bilanċjata.

Min-naħa l-oħra, il-mili regolari ta' ħamrija ġdida kif ukoll miżuri oħra meħuda fil-pjantaġġun (jiġifieri spazju wiesa' bejn il-bsaten, bl-iżgurar tad-dell għall-pjanti ż-żgħar) jikkontribwixxu għall-produzzjoni ta’ bżar ta’ ta' densità u daqs tajbin.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament)

http://cambodiaip.gov.kh/TemplateTwo.aspx?parentId=34&menuid=74&childMasterMenuId=74&lang=en


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Perċentwal ta’ frott mhux konformi ma’ kriterji ta’ daqs u kulur.

(3)  Ir-riċettaklu huwa parti anatomika tal-bżara; zokk irqiq f’nofs il-fjura u l-frotta. Ir-riċettaklu huwa tip ta’ residwu li jitneħħa matul l-istaġun tal-ħsad biex jinkiseb frott safi.