|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2015/C 262/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2015/C 262/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-29 ta’ April 2015 – Ciclat Soc. Coop. vs Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
(Kawża C-199/15)
(2015/C 262/02)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ciclat Soc. Coop.
Konvenuti: Consip SpA, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture
Domanda preliminari
L-Artikolu 45 tad-Direttiva 18/2004 (1), interpretat ukoll fid-dawl tal-prinċipju ta’ raġonevolezza, kif ukoll l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti li tkun ’il fuq mil-livell ta’ rilevanza, li ċ-ċertifikat maħruġ mill-organi ta’ sigurtà soċjali (DURC) jintalab ex officio u li obbliga lill-awtorità kontraenti tikkunsidra bħala raġuni ta’ esklużjoni ċertifikat li juri nuqqqas ta’ ħlas preċedenti ta’ kontribuzzjonijiet soċjali, li kien speċifikament jeżisti fil-mument tal-parteċipazzjoni, għalkemm l-operatur ekonomiku – li pparteċipa abbażi ta’ DURC pożittiv li kien għadu validu – ma kienx jaf dwaru u li fi kwalunkwe każ ma kienx għadu jeżisti fil-mument tal-għoti jew tal-istħarriġ ex officio?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Milano (l-Italja) fid-29 ta’ April 2015 – Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso vs H3 g SpA
(Kawża C-202/15)
(2015/C 262/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso
Konvenuta: H3 g SpA
Domandi preliminari
|
1) |
Peress li l-leġiżlatur Taljan eżerċita s-setgħa mogħtija mill-Artikolu 90(2) u mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 185(2) tad-Direttiva 2006/112/KE (1) (u, qabel l-adozzjoni tagħha, mill-Artikolu 11(Ċ)(1) u mit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Direttiva 77/388/KEE (2)), li jirrigwardaw rispettivament it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli u l-aġġustament tal-VAT dovuta fuq it-tranżazzjonijiet taxxabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas totali jew parzjali tal-korrispettiv stabbilit bejn il-partijiet kontraenti, huwa konformi mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ effettività, iggarantiti mit-TFUE, u mal-prinċipji ta’ newtralità li jirregolaw l-applikazzjoni tal-VAT, li jiġu imposti limiti li jagħmluha impossibbli jew eċċessivament diffiċli għall-persuna taxxabbli li tirkupra t-taxxa fuq il-korrispettiv li baqa’ parzjalment jew totalment mhux imħallas? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, dispożizzjoni bħall-Artikolu 26(2) tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633/1972 li, skont il-prassi tal-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tal-Unjoni Ewropea, tissuġġetta d-dritt għall-irkupru tat-taxxa għas-sodisfazzjon tal-prova li kienu ttieħdu proċeduri ta’ insolvenza jew miżuri ta’ eżekuzzjoni mingħajr suċċess, anki meta tali azzjonijiet ma humiex raġonevolment ekonomiċi meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-ammont tal-kreditu allegat, il-prospetti tal-irkupru tiegħu u l-ispejjeż tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni jew tal-proċeduri ta’ insolvenza, hija kompatibbli mal-prinċipji mfakkra iktar ’il fuq? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).
(2) Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/3 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 minn Nissan Jidosha KK mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-572/12 – Nissan Jidosha KK vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-207/15 P)
(2015/C 262/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Nissan Jidosha KK (rappreżentanti: B. Brandreth, D. Cañadas Arcas, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fl-4 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-572/12; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fis-6 ta’ Settembru 2012 fil-Kawża R 2469/2011-1; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti fl-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti fl-appell issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1). Hija b’mod partikolari osservat bi żball li l-Artikolu 47 ma jawtorizzax it-talbiet għal tiġdid suċċessiv. Minbarra l-interpretazzjoni żbaljata tagħha tal-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 207/2009, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 48 tar-Regolament Nru 207/2009 meta qieset li din id-dispożizzjoni kienet tirrigwarda biss is-sinjal tat-trade mark Komunitarja.
|
a) |
L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 47(3) tinkludi kontradizzjonijiet interni. |
|
b) |
L-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 47(3) timplika rinunzja de facto ta’ parti mit-trade mark skont kundizzjonijiet li jmorru kontra dawk previsti fl-Artikolu 50 tar-Regolament Nruo207/2009. |
|
c) |
Ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali invokat mill-Qorti Ġenerali huwa msemmi biss għal raġunijiet ta’ miżuri meħuda mill-UASI. Dan ir-rekwiżit ma jirriżultax mill-interpretazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 47(3) u ċ-ċertezza legali hija wkoll iggarantita mill-interpretazzjoni proposta mill-appellanti. F’dan il-każ, l-UASI aġixxiet fuq il-premessa li t-trade mark kienet ġiet irrinunzjata, fatt li ġie kklassifikat bħala żball ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali. |
|
d) |
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 47(3) proposta mir-rikorrenti, ma hijiex prekluża mill-formulazzjoni ta’ dan l-artikolu. |
|
e) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fil-kuntest tal-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 48 meta qieset li din id-dispożizzjoni kienet tirrigwarda biss is-sinjal tat-trade mark Komunitarja. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Mureș (ir-Rumanija) fit-8 ta’ Mejju 2015 – ENEFI Energiahatekonysagi Nyrt vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Brașov – Administrația Județeană a Finanțelor Publice Mureș
(Kawża C-212/15)
(2015/C 262/05)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Mureș
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ENEFI Energiahatekonysagi Nyrt
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Brașov
Domandi preliminari
|
1) |
Fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2)(f) u (k) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (1), l-effetti tal-proċeduri ta’ insolvenza previsti mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri jistgħu jinkludu, fir-rigward ta’ kreditur li ma pparteċipax fil-proċeduri ta’ insolvenza, id-dekadenza mid-dritt li jieħu azzjoni sabiex jinforza l-kreditu tiegħu fi Stat Membru ieħor jew is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni forzata ta’ tali kreditu f’dan l-Istat Membru l-ieħor? |
|
2) |
Hija rilevanti f’dan ir-rigward in-natura fiskali tal-kreditu li huwa s-suġġett ta’ eżekuzzjoni forzata fi Stat Membru differenti mill-Istat tal-ftuħ tal-proċeduri? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Campobasso (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Gianpaolo Paoleti et
(Kawża C-218/15)
(2015/C 262/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Campobasso
Partijiet fil-kawża prinċipali
Gianpaolo Paoletti, Umberto Castaldi, Domenico Faricelli, Antonio Angelucci, Mauro Angelucci, Antonio D’Ovidio, Camillo Volpe, Alfredo Viali, Giampaolo Canzano, Raffaele Di Giovanni, Antonio Della Valle
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 7 tal-KEDB, l-Artikolu 49 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ipproklamata f’Nice fis-7 ta’ Diċembru 2000, u l-Artikolu 6 tat-[TUE], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, li seħħet fl-1 ta’ Jannar 2007, wasslet għat-tneħħija tar-reat previst u ssanzjonat mill-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998 (test uniku [dwar l-immigrazzjoni]) f’dak li jirrigwarda l-għajnuna għall-immigrazzjoni u l-preżenza kontinwa ta’ ċittadini Rumeni fl-Italja? |
|
2) |
L-artikoli ċċitati għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa pprojbit għall-Istat Membru li japplika l-prinċipju tar-retroattività in mitius fir-rigward ta’ dawk li, qabel l-1 ta’ Jannar 2007 (jew kull data suċċessiva li tiddetermina l-applikazzjoni sħiħa tat-trattat), data tad-dħul fis-seħħ tal-adeżjoni tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, nstabu ħatja tal-ksur tal-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286/1998 (test uniku dwar l-immigrazzjoni) talli kienu ta’ għajnuna għall-immigrazzjoni ta’ ċittadini Rumeni, fatt li ma huwiex iktar ikkunsidrat bħala reat mill-1 ta’ Jannar 2007? |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Brussel (il-Belġju) fit-13 ta’ Mejju 2015 – Openbaar Ministerie vs Etablissements Fr. Colruyt NV
(Kawża C-221/15)
(2015/C 262/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Openbaar Ministerie
Konvenuta: Etablissements Fr. Colruyt NV
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2011/64/UE (1), moqri flimkien jew mhux flimkien mal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), tas-7 ta’ Diċembru 2000, jipprekludi miżura nazzjonali li timponi fuq il-bejjiegħa bl-imnut li jirrispettaw prezzijiet minimi billi tipprojbixxi li jiġi applikat għal prodotti tat-tabakk prezz inqas mill-prezz li l-produttur/importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali? |
|
2) |
L-Artikolu 34 TFUE jipprekludi miżura nazzjonali li timponi fuq il-bejjiegħa bl-imnut li jirrispettaw prezzijiet minimi billi tipprojbixxi li jiġi applikat għal prodotti tat-tabakk prezz inqas mill-prezz li l-produttur/importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali? |
|
3) |
L-Artikolu 4(3) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 101 TFUE, jipprekludi li miżura nazzjonali li timponi fuq il-bejjiegħa bl-imnut li jirrispettaw prezzijiet minimi billi tipprojbixxi li jiġi applikat għal prodotti tat-tabakk prezz inqas mill-prezz li l-produttur/l-importatur ikun indika fuq il-bolla fiskali? |
(1) Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (ĠU L 176, p. 24).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Reggio Calabria (l-Italja) fil-15 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Domenico Politano’
(Kawża C-225/15)
(2015/C 262/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Reggio Calabria
Parti fil-kawża prinċipali
Domenico Politano’
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 49 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-għoti ta’ konċessjonijiet, tipprevedi proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (hekk kif irregolata mill-Artikolu [10] (9 g) tal-Liġi Nru 44 tas-26 ta’ April 2012) li, mingħajr ma tipprevedi f’dan ir-rigward għal kriterji oħra minbarra r-rekwiżit ta’ żewġ referenzi bankarji li ġejjin minn żewġ stabbilimenti finanzjarji differenti, tinkludi klawżola ta’ esklużjoni li teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti impriżi li ma għandhomx kapaċità ekonomika u finanzjarja? |
|
2) |
L-Artikolu 47 tad-Direttiva 2004/18/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-logħob tal-ażżard li, għall-għoti ta’ konċessjonijiet, tipprevedi proċedura ta’ sejħa għal offerti ġdida (hekk kif irregolata mill-Artikolu [10] (9 g) tal-Liġi Nru 44 tas-26 ta’ April 2012) li, mingħajr ma tipprevedi f’dan ir-rigward dokumentazzjoni jew għażliet oħra, kif previst fil-leġiżlazzjoni sopranazzjonali, [tinkludi klawżola ta’ esklużjoni li teskludi mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti impriżi] li ma għandhomx kapaċità ekonomika u finanzjarja? |
(1) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/6 |
Appell ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2015 minn ultra air GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-377/13 – ultra air GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-232/15 P)
(2015/C 262/09)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: ultra air GmbH (rappreżentant: C. König, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-377/13 sa fejn il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma annullatx id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1100/2011-4); |
|
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tal-appellanti. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka żewġ aggravji:
1. L-ewwel aggravju: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)
|
a) |
Hemm ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, l-ewwel nett, peress li l-allegat sinjifikat deskrittiv tat-trade mark “ultra.air ultrafilter” fis-sens ta’ “arja ta’ kwalità eċċellenti miksuba permezz ta’ “ultrafilter”” ma jistax jiġi dedott, skont il-punti 18 u 19 tas-sentenza appellata, direttament u mingħajr kunsiderazzjoni supplimentari tat-trade mark. Fil-punt 19, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li “ultra.air” fiha nfisha ma għandhiex sinjifikat konkret u la tiddeskrivi kwalità u lanqas karatteristika. Il-Qorti Ġenerali waslet għall-allegat sinjifikat deskrittiv tat-trade mark biss permezz tal-preżunzjoni li l-pubbliku rilevanti ma jevalwax id-denominazzjoni “ultra.air” kif tiġi ppreżentata lilu, iżda jissupplementaha bi kliem li jiddeskrivu kwalità, bħal “pur” jew “fin”. |
|
b) |
Hemm ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, it-tieni nett, fir-rigward tal-prodotti “apparati u impjanti għall-filtrazzjoni ta’ likwidi” sa fejn is-sinjifikat deskrittiv diverġenti ta’ “ultra.air ultrafilter” fis-sens ta’ “riżultat ta’ filtrazzjoni ta’ kwalità eċċellenti miksub permezz ta’ “ultrafilter””, li ġie aċċettat mill-Qorti Ġenerali ma jistax, a fortiori, jiġi dedott direttament u mingħajr kunsiderazzjoni supplimentari tat-trade mark. Kien biss wara diversi stadji fir-raġunament tagħha li l-Qorti Ġenerali nfisha waslet għal dan is-sinjifikat diverġenti: l-ewwel nett, il-pubbliku rilevanti jkollu jinterpreta “ultra.air ultrafilter” fis-sens ta’ “arja ta’ kwalità eċċellenti miksuba permezz ta’ “ultrafilter”. It-tieni nett, ikollu jasal għall-konklużjoni li dan l-allegat sinjifikat ma huwiex deskrittiv għall-apparat u għall-impjanti ta’ filtrazzjoni ta’ likwidi li jkunu effettivament qegħdin jiġu evalwati, iżda huwa pjuttost deskrittiv għall-apparat u impjanti ta’ filtrazzjoni tal-arja. It-tielet nett, huwa jkollu jislet “riżultat ta’ filtrazzjoni ta’ kwalità eċċellenti miksuba permezz ta’ “ultrafilter”” mis-sinjifikat speċifikament stabbilit ta “ultra.air ultrafilter”. L-allegat sinjifikat miksub permezz tal-iżvolġiment ta’ dawn l-istadji jinkludi numru ta’ kliem li ma humiex inklużi fit-trade mark (“riżultat ta’ filtrazzjoni”), (“kwalità eċċellenti”), filwaqt li sempliċement jeskludi kliem li huwa inkluż (“air”). |
2. It-tieni aggravju: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
Hemm ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 għall-istess raġunijiet li għalihom hemm ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/8 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 minn Maxcom Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-247/15 P)
(2015/C 262/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Maxcom Ltd (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: Chin Haur Indonesia, PT; il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddeċiedi li l-appell huwa ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali dwar it-tieni parti tal-ewwel motiv; |
|
— |
tiċħad fl-intier tiegħu l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza; |
|
— |
tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest tal-appell u tal-intervent tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq l-argumenti li ġejjin.
|
— |
Huwa manifestament b’mod żbaljat li l-Qorti Ġenerali iddeċidiet li, konformement mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku (1), il-Kunsill ma setax jikkonkludi fuq l-eżistenza ta’ trażbord magħmul mir-rikorrenti fl-ewwel istanza abbażi tal-fatt (i) li ma kinitx produttriċi Indoneżjana ġenwina u (ii) li ma wettqitx operazzjonijiet ta’ mmuntar li jeċċedu l-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Bażiku. |
|
— |
Sussidjarjament, l-annullament tar-Regolament Nru 501/2013 (2) sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma huwiex iġġustifikat, anki jekk il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-eżistenza ta’ trażbord huma żbaljati, peress li l-Qorti Ġenerali kkonfermat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet wettqet operazzjonijiet ta’ mmuntar li ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Bażiku u kkonfermat ukoll l-eżistenza tal-kriterji l-oħra kollha rikjesti għal rifjut ta’ għoti lir-rikorrenti fl-ewwel istanza ta’ eżenzjoni mill-miżuri kontra l-evażjoni. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/8 |
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 minn Maxcom Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13, City Cycle Industries vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-248/15 P)
(2015/C 262/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Maxcom Ltd (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, J. Beck, Solicitor)
Partijiet oħra fil-proċedura: City Cycle Industries, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn din tirrigwarda t-tieni parti tal-ewwel motiv; |
|
— |
tiċħad b’mod sħiħ l-ewwel motiv tar-rikorrenti fl-ewwel istanza; |
|
— |
tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti fil-kuntest tal-appell u tal-intervent tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-argumenti li ġejjin:
|
— |
huwa manifestament bi żball li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li, skont l-Artikolu 13(1) tar-regolament bażiku (1), il-Kunsill ma setax jikkonkludi favur l-eżistenza ta’ trasbord imwettaq mir-rikorrenti fl-ewwel istanza abbażi tal-fatt (i) li hija ma kinitx verament produttur mis-Sri-Lanka u (ii) li hija ma kinitx wettqet operazzjonijiet ta’ assemblaġġ li jmorru lil hinn mil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 13(2) tar-regolament bażiku. |
|
— |
sussidjarjament: l-annullament tar-Regolament Nru 501/2013 (2) sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza ma huwiex iġġustifikat, anki jekk il-konklużjonijiet tal-Kunsill marbuta mal-eżistenza ta’ trasbord huma żbaljati, peress li l-Qorti Ġenerali kkonfermat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kien wettaq operazzjonijiet ta’ assemblaġġ li ma jmorrux lil hinn mil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 13(2) tar-regolament bażiku u kkonfermat ukoll l-eżistenza tal-kriterji l-oħra kollha rikjesti sabiex jinċaħad l-għoti lir-rikorrent fl-ewwel istanza ta’ eżenzjoni mill-miżuri ta’ kontra l-evażjoni. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).
(2) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen (il-Belġju) fid-29 ta’ Mejju 2015 – Vivium SA vs Belgische Staat
(Kawża C-250/15)
(2015/C 262/12)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vivium SA
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività u l-prinċipju ta’ ekwivalenza, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha r-rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji disponibbli kontra atti u regolamenti ta’ awtoritajiet amministrattivi bbażati fuq dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, ma jkunux disponibbli f’każ fejn sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, adottata skont l-Artikolu 267 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ex Artikolu 234 KE), tiddeċiedi li dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, filwaqt li kull persuna kkonċernata tista’ tippreżenta quddiem il-Qorti Kostituzzjonali nazzjonali rikors għall-annullament ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali f’każ li sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, li tagħti deċiżjoni dwar domanda preliminari magħmula minn qorti nazzjonali, tkun ikkonstatat li din id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tmur kontra l-Kostituzzjoni, u li s-sentenza għal annullament tal-Qorti Kostituzzjonali adottata f’dan ir-rikors tiftaħ mill-ġdid ir-rimedji amministrattivi jew ġudizzjarji disponibbli kontra atti u regolamenti ta’ awtoritajiet amministrattivi bbażati fuq id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali annullata?
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Gemeente Woerden, il-parti l-oħra: Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-267/15)
(2015/C 262/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
L-appellant: Gemeente Woerden
Il-parti l-oħra fil-kawża: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
F’każ bħal dak ineżami, fejn il-persuna taxxabbli kkummissjonat il-kostruzzjoni ta’ bini u biegħet dan il-bini bi prezz li ma jkoprix l-ispejjeż kollha tal-kostruzzjoni, filwaqt li x-xerrej tal-bini jagħti l-użu ta’ parti speċifika tal-bini bla ħlas lil terz, tali persuna taxxabbli hija intitolata tnaqqas it-taxxa kollha imposta fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-bini jew inkella biss parti minn din it-taxxa fuq il-valur miżjud li tikkorrispondi għall-partijiet mill-bini li x-xerrej juża għall-attivitajiet kummerċjali tiegħu (fil-każ ineżami kera bi ħlas)?
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ZS “Ezernieki” vs Lauku atbalsta dienests
(Kawża C-273/15)
(2015/C 262/14)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ZS “Ezernieki”
Konvenut: Lauku atbalsta dienests
Domandi preliminari
|
1) |
L-estensjoni tal-konsegwenzi legali previsti fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament Nru 817/2004 (1) għall-għajnuna agroambjentali mogħtija għal parti minn superfiċi inizjalment iddikjarata li fir-rigward tagħha l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna ġew issodisfatti għal ħames snin hija kompatibbli mal-għan tar-Regolamenti Nru 1257/99 (2) u Nru 817/2004 u mal-prinċipju ta’ proporzjonalità? |
|
2) |
L-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 52 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-estensjoni tal-konsegwenzi legali previsti fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament Nru 817/2004 għall-għajnuna agroambjentali mogħtija għal parti minn superfiċi li fir-rigward tagħha l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna ġew issodisfatti għal ħames snin hija kompatibbli ma’ dawn id-dispożizzjonijiet? |
|
3) |
L-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li ssir deroga mill-applikazzjoni tal-konsegwenzi legali li ġew reżi obbligatorji minn regolament u mid-dispożizzjonijiet adottati minn Stat Membru skont dan ir-regolament jekk, f’każ partikolari, ikunu jeżistu ċirkustanzi partikolari li fil-kuntest tagħhom il-limitazzjoni inkwistjoni għandha titqies li hija sproporzjonata? |
|
4) |
Fid-dawl tal-għan tar-Regolamenti Nru 1257/99 u Nru 817/2004 u tal-limiti imposti minn dawn ir-regolamenti għall-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri, huwa aċċettabbli għall-qorti li ser tiddeċiedi fuq il-mertu li ma tapplikax kompletament l-Artikolu 84 tad-Digriet Nru 295 tal-Kunsill tal-Ministri tat-23 ta’ Marzu 2010“dwar l-għoti, il-ġestjoni u l-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp rurali bil-għan li jittejbu l-ambjent u l-pajsaġġ rurali”, li huwa dispożizzjoni li tirrigwarda r-rimbors tal-għajnuna, jekk, f’ċirkustanzi partikolari, l-applikazzjoni tiegħu tirriżulta li tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità kif interpretat fl-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru? |
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2004, tad-29 ta’ April 2004, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u l-Garanzija (FAEGG) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 46, p. 87).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999, tas-17 ta’ Mejju 1999, dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Harju Maakohus (l-Estonja) fl-10 ta’ Ġunju 2015 – Irina Nikolajeva vs OÜ Multi Protect
(Kawża C-280/15)
(2015/C 262/15)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Harju Maakohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Irina Nikolajeva
Konvenuta: OÜ Multi Protect
Domandi preliminari
Id-domandi preliminari li ġejjin tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tingħata interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 (1), tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata):
|
1) |
Qorti tat-trade marks Komunitarji għandha toħroġ ordni bħal dik prevista fl-Artikolu 102(1) anki fil-każ fejn ir-rikorrent ma jkunx għamel talba f’dan is-sens u fejn il-partijiet ma jsostnux li l-konvenut għamel vjolazzjoni jew hedded li jagħmel vjolazzjoni ta’ trade mark Komunitarja wara data speċifika fil-passat, jew il-fatt li tali allegazzjoni jew ċirkustanza ma tiġix invokata jikkostitwixxi “raġuni speċjali” fis-sens tal-ewwel sentenza tad-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq? |
|
2) |
L-Artikolu 9(3) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja jista’ biss jeżiġi minn terz, f’każ ta’ użu min-naħa ta’ dan tal-aħħar ta’ sinjal identiku għat-trade mark tiegħu matul il-perijodu inkluż bejn il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzoni tar-reġistrazzjoni, kumpens raġonevoli skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3), iżda mhux kumpens għad-danni subiti u għall-valur kurrenti miksub permezz tal-att ta’ vjolazzjoni u li d-dritt għal kumpens raġonevoli huwa eskluż ukoll għall-perijodu ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni? |
|
3) |
Liema tipi ta’ spejjeż u tipi oħra ta’ kumpens jinkludi l-kumpens raġonevoli msemmi fit-tieni sentenza tal-Artikolu 9(3) u dan jista’ jinkludi wkoll, u jekk ikun il-każ, taħt liema kundizzjonijiet, il-kumpens għad-danni mhux partimonjali lill-proprjetarju tat-trade mark? |
Il-Qorti Ġenerali
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-3/11) (1)
([“FAEG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Nuqqasijiet fis-sistema ta’ identifikazzjoni tal-porzjonijiet agrikoli u s-sistema ta’ informazzjoni ġeografika (SIPA-SIG), fl-eżekuzzjoni tal-kontrolli fuq il-post u fil-kalkolu tas-sanzjonijiet (snin 2005 sa 2007)”])
(2015/C 262/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn din tapplika korrezzjonijiet finanzjarji għar-Repubblika Portugiża fl-ammont ta’ EUR 4 0 6 90 655,11 minħabba “[n]uqqasijiet fis-sistema LPIS-GIS [sistema ta’ identifikazzjoni ta’ porzjonijiet agrikoli-sistema ta’ informazzjoni ġeografika], [fl-eżekuzzjoni] ta’ verifiki fuq il-post u l-[kalkolu] tas-sanzjonijiet” matul is-snin 2005 sa 2007.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/13 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-358/11) (1)
((“FAEGG - Taqsima Garanzija - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Ħżin pubbliku taz-zokkor - Żieda fl-ispejjeż marbuta ma’ kiri tal-imħażen - Inventarju annwali tal-ħażniet - Spezzjonijiet fiżiċi tal-postijiet tal-ħżin - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eżistenza ta’ riskju ta’ dannu finanzjarju għall-fondi - Effettività”))
(2015/C 262/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Marchini, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Nardi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/244/UE, tal-15 ta’ April 2011, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 102, p. 33), sa fejn teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Taljana, kif ukoll tal-ittri tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Frar 2010 u tat-3 ta’ Jannar 2011 bħala atti preparatorji għal din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – FSL et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-655/11) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-banana fl-Italja, fil-Greċja u fil-Portugall - Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet - Ammissibbiltà tal-provi - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Prova tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multa”))
(2015/C 262/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: FSL Holdings (Antwerpen, il-Belġju); Firma Léon Van Parys (Antwerpen); u Pacific Fruit Company Italy SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: P. Vlaemminck, C. Verdonck, B. Van Vooren u B. Gielen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer u A. Biolan, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], u, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa.
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 7273 finali, tat-12 ta’ Ottubru 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] [Każ COMP/39482 – Frott eżotiku – (banana)], huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda l-perijodu mill-11 ta’ Awwissu 2004 sad-19 ta’ Jannar 2005, sa fejn jikkonċerna lil FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy SpA. |
|
2) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa annullat inkwantu jiffissa l-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy bħala EUR 8 9 19 000. |
|
3) |
L-ammont tal-multa imposta fuq FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy fl-Artikolu 2 tal-imsemmija Deċiżjoni C (2011) 7273 finali huwa stabbilit għal EUR 6 6 89 000. |
|
4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
5) |
FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy huma kkundannati jħallsu terz tal-ispejjeż tagħhom stess u nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
6) |
Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas nofs l-ispejjeż tagħha stess u żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ FSL Holdings, Firma Léon Van Parys u Pacific Fruit Company Italy. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Polytetra vs UASI – EI du Pont de Nemours (POLYTETRAFLON)
(Kawża T-660/11) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali POLYTETRAFLON - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti TEFLON - Assenza ta’ użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Prodott finali li jintegra komponent - Użu mit-trade mark preċedenti fir-rigward tal-prodotti finali ta’ terz - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2015/C 262/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Polytetra GmbH (Mönchengladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Schiffer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2005/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EI du Pont de Nemours and Company u Polytetra GmbH.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-29 ta’ Settembru 2011 (Każ R 2005/2010-1) hija annullata. |
|
2) |
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Polytetra GmbH. |
|
3) |
EI du Pont de Nemours and Company għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – PT Musim Mas vs Il-Kunsill
(Kawża T-26/12) (1)
([“Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja - Aġġustament - Artikolu 2(9) u (10)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaġixxi fuq il-bażi ta’ kummissjoni - Entità ekonomika unika - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ugwaljanza u nondiskriminazzjoni”])
(2015/C 262/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) (Medan, l-Indoneżja) (rappreżentant: D. Luff, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn D. Geradin, avukat, u fl-aħħar nett minn E. McGovern, barrister)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti); Sasol Olefins & Surfactants GmbH (Hamburg, il-Ġermanja); u Sasol Germany GmbH (Hamburg) (rappreżentanti: inizjalment V. Akritidis, avukat, u J. Beck, solicitor, sussegwentement V. Akritidis)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1138/2011, tat-8 ta’ Novembru 2011, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti alkoħols xaħmija u t-taħlitiet tagħhom li joriġinaw mill-Indja, l-Indoneżja u l-Malasja (ĠU L 293, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1241/2012, tal-11 ta’ Diċembru 2012, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1138/2011 (ĠU L 352, p. 1).
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
PT Perindustrian dan Perdagangan Musim Semi Mas (PT Musim Mas) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
|
4) |
Sasol Olefins & Surfactants GmbH u Sasol Germany GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Ġunju 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Maquet (LUCEA LED)
(Kawża T-186/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LUCEA LED - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LUCEO - Assenza ta’ preeżistenza - Invokazzjoni ta’ prijorità - Data ta’ prijorità mniżżla fir-reġistru - Dokumenti ta’ prijorità - Eżami ex officio - Drittijiet tad-difiża”])
(2015/C 262/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) ġiet awtorizzata tissostitwixxi lil Verus EOOD (rappreżentanti: inizjalment minn S. Vykydal, sussegwentement minn F. Henkel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Maquet SAS (Ardon, Franza) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Frar 2012 (Każ R 67/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Capella EOOD u Maquet SAS.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Copernicus-Trademarks Ltd ħandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u dawk ta’ Maquet SAS. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2015 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-88/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Imparzjalità tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Talba għal rikuża ta’ Imħallef - Assenjazzjoni mill-ġdid - Interess tas-servizz - Regola ta’ korrispondenza bejn il-grad u l-kariga - Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċeduri dixxiplinari - Drittijiet tad-difiża”))
(2015/C 262/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Z (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-5 ta’ Diċembru 2012, Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja (F-88/09 u F-48/10, ĠabraSP, EU:F:2012:171) u intiż għal annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), Z vs Qorti tal-Ġustizzja (F-88/09 u F-48/10, ĠabraSP, EU:F:2012:171), hija annullata sa fejn ċaħdet bħala ineffettiv il-motiv, ippreżentat fil-Kawża F-48/10, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Mejju 2004 dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ. |
|
2) |
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. |
|
3) |
Ir-rikors fil-Kawża F-48/10 huwa miċħud sa fejn kien fondat fuq il-motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-kumitat responsabbli tal-ilmenti u tal-illegalità tal-Artikolu 4 tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-4 ta’ Mejju 2004 dwar l-eżerċizzju tas-setgħat iddelegati permezz tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea lill-Awtorità tal-Ħatra kif ukoll mill-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea lill-awtorità awtorizzata li tikkonkludi l-kuntratti ta’ reklutaġġ. |
|
4) |
Fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma’ din l-istanza, Z għandha tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja u tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha u l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha u kwart tal-ispejjeż sostnuti minn Z. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – SACE u SACE BT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-305/13) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni - Kopertura ta’ riassigurazzjoni mogħtija minn impriża pubblika lis-sussidjarja tagħha - Kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ kapital sabiex ikopru t-telf tas-sussidjarja - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2015/C 262/23)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: SACE Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE) (Ruma, l-Italja); u Sace BT SpA (Ruma) (rappreżentanti: M. Siragusa u G. Rizza, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: G. Conte, D. Grespan u K. Walkerová, aġenti)
Parti konvenuta in sostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)
Suġġett
It-talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/525/UE, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (11/C) (ex NN 41/10) implimentati mill-Italja fl-2004 u l-2009 favur is-Sace BT SpA (ĠU 2014, L 239, p. 24).
Dispożittiv
|
1) |
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/525/UE, tal-20 ta’ Marzu 2013, dwar il-miżuri SA.23425 (11/C) (ex NN 41/10) implimentati mill-Italja fl-2004 u l-2009 favur is-Sace BT SpA, hija annullat. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Servizi assicurativi del commercio estero SpA (SACE) u Sace BT għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
|
5) |
Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Silicium España Laboratorios vs UASI – LLR-G5 (LLRG5)
(Kawża T-306/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali LLRG5 - Raġuni assoluta għal rifjut - Mala fede tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 262/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Silicium España Laboratorios, SL (Tarragona, Spanja) (rappreżentant: C. Sueiras Villalobos, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 383/2012-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn LLR-G5 Ltd u Silicium España Laboratorios, SL.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Silicium España Laboratorios, SL hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/19 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-527/13) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Dazju fuq il-ħalib - Għajnuna mogħtija mill-Italja lill-produtturi tal-ħalib - Skema ta’ għajnuna marbuta mar-rimbors tad-dazju fuq il-ħalib - Deċiżjoni kundizzjonata - Nuqqas ta’ osservanza ta’ kundizzjoni li tippermetti r-rikonoxximent tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern - Għajnuna de minimis - Għajnuna eżistenti - Għajnuna ġdida - Modifika ta’ għajnuna eżistenti - Proċedura ta’ verifika tal-għajnuna mill-Istat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova”))
(2015/C 262/25)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino u P. Grasso, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, D. Nardi u P. Němečková, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/665/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, rigward l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat SA.33726 (11/C) [ex SA.33726 (11/NN)] implementata mill-Italja (proroga tal-ħlas tad-dazju fuq il-ħalib) (ĠU L 309, p. 40).
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/665/UE, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-iskema tal-għajnuna mill-Istat SA.33726 (11/C) [ex SA.33726 (11/NN)] implementata mill-Italja (proroga tal-ħlas tat-taxxa fuq il-ħalib), huwa annullat. |
|
2) |
L-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-deċiżjoni huma annullati sa fejn huma jirrigwardaw, minn naħa, l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) tagħha, u min-naħa l-oħra, l-għajnuna individwali mogħtija b’applikazzjoni ta’ din l-iskema ta’ għajnuna. |
|
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
4) |
Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/20 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – H.P. Gauff Ingenieure vs UASI (Gauff JBG Ingenieure)
(Kawża T-585/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Gauff JBG Ingenieure - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti GAUFF - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 262/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Molnar, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 596/2013-1), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
3) |
Gauff GmbH & Co. Engineering KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/21 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – H.P. Gauff Ingenieure vs UASI – Gauff (Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW)
(Kawża T-586/13) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Gauff THE ENGINEERS WITH THE BROADER VIEW - Trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi preċedenti GAUFF - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Applikazzjoni għal restitutio in integrum - Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 262/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG (Nuremburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Schneider-Rothhaar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Molnar, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 118/2013-1), dwar applikazzjoni għal restitutio in integrum.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
H.P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
3) |
Gauff GmbH & Co. Engineering KG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Gako Konietzko vs UASI (Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad)
(Kawża T-654/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ kontenitur ċilindriku aħmar u abjad - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 262/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gako Konietzko GmbH (Bamberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Reinhardt, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2232/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li huwa kkostitwit mill-forma ta’ kontenitur ċilindriku aħma u abjad bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Gako Konietzko GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/22 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – dm-drogerie markt vs UASI – Diseños Mireia (M)
(Kawża T-662/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti dm - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 262/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Bludovsky u C. Mellein, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Diseños Mireia, SL (Barcelona, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 911/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u Diseños Mireia, SL.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2015 – BMV Mineralöl vs UASI – Delek Europe (GO)
(Kawża T-60/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva GO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GO - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 262/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft mbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. von Fuchs u I. Czernik, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Delek Europe BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2013 (Każ R 382/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft mbH u Delek Europe BV.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
BMV Mineralöl Versorgungsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill
(Kawża T-95/14) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Żball ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għall-proprjetà - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2015/C 262/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Iranian Offshore Engineering & Construction Co. (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Elera-San Miguel Hurtado u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Iranian Offshore Engineering & Construction Co. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ Ġunju 2015 – Norma Lebensmittelfilialbetrieb vs UASI – Yorma’s (Yorma Eberl)
(Kawża T-229/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Yorma Eberl - Trade marks Komunitarji u nazzjonali verbali preċedenti NORMA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 262/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nuremberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yorma’s AG (Deggendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Weiß u C. Muck, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2014 (Każ R 532/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG u Yorma’s AG.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Best-Lock (Europe) vs UASI– Lego Juris (Forma ta’ figurina tal-logħob)
(Kawża T-395/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ figurina tal-logħob - Motivi assoluti għal rifjut - Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott - Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 262/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit (rappreżentant: J. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2014 (Każ R-1695/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Best-Lock (Europe) Ltd u Lego Juris A/S.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Best-Lock (Europe) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/25 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ġunju 2015 – Best-Lock (Europe) vs UASI – Lego Juris (Forma ta’ figurina tal-logħob bi sporġenza)
(Kawża T-396/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ figurina tal-logħob bi sporġenza - Motivi assoluti għal rifjut - Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma imposta min-natura stess tal-prodott - Sinjal kkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 262/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Best-Lock (Europe) Ltd (Colne, ir-Renju Unit) (rappreżentant: J. Becker, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Hanf u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lego Juris A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentant: V. von Bomhard, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Marzu 2014 (Każ R-1696/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Best-Lock (Europe) Ltd u Lego Juris A/S.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Best-Lock (Europe) Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)
(Kawża T-621/14) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali DINKOOL - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti DIN - Identifikatur kummerċjali nazzjonali preċedenti DIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 262/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda (Luanda, ir-Repubblika tal-Angola) (rappreżentant: A. Oliviera, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Bagh, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1312/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn DIN – Deutsches Institut für Normung eV u Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI). |
|
3) |
DIN – Deutsches Institut für Normung eV għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – GHC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-847/14) (1)
((“Ambjent - Protezzjoni tas-saff tal-ożonu - Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra - Regolament (UE) Nru 517/2014 - Tqegħid fis-suq ta’ idrofluworokarburi - Determinazzjoni ta’ valur ta’ referenza - Allokazzjoni ta’ kwoti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Metodu ta’ kalkolu”))
(2015/C 262/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Lang, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Hermes u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/774/UE, tal-31 ta’ Ottubru 2014, li f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 318, p. 28), sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna lir-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/774/UE, tal-31 ta’ Ottubru 2014, li f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2017 għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta t-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi skont ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, hija annullata sa fejn din tikkonċerna lil GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/27 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2015 – Ben Ali vs Il-Kunsill
(Kawża T-149/15)
(2015/C 262/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sirine (Cyrine) Bent Zine El Abidine Ben Haj Hamda Ben Ali (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentant: S. Maktouf, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, tal-4 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 31, p. 1), kif aġġornata (1) u emendata (2) b’mod regolari (iktar 'il quddiem l-“atti kkontestati”), sa fejn jinnominaw lir-rikorrenti, |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-motivi li minħabba fihom ittieħdu s-sanzjonijiet ma humiex iktar validi fid-dawl tal-bidliet li seħħew fuq il-livell politiku fit-Tuneżija.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-proċedura penali nazzjonali mibdija fil-konfronti tagħha ħadet fit-tul u li, konsegwentement, ma jistax jintqal li l-ksur li minħabba fih ittieħdu sanzjonijiet kien is-suġġett ta’ investigazzjoni “ġenwina”.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti. Ir-rikorrenti tqis li l-motivi invokati mill-Kunsill sabiex jiġġustifika l-inklużjoni tagħha fil-lista jirrepetu biss il-motivi li minħabba fihom ittieħdu s-sanzjonijiet.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali. Ir-rikorrenti tqis li hija kienet suġġetta għal miżuri arbitrarji intiżi li jiffaċilitaw is-sekwestru futur tal-assi tagħha. Hija tinvoka, konsegwentement, ksur tad-dritt tagħha għall-proprjetà u għall-preżunzjoni ta’ innoċenza.
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti ssostni li l-motivi invokati mill-Kunsill, kif ukoll id-dispożizzjonijiet legali nazzjonali li fuqhom dawn huma bbażati, ma humiex konformi mal-motivi li minħabba fihom ittieħdu s-sanzjonijiet.
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/50/PESK, tas-27 ta’ Jannar 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 27, p. 11), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 32, p. 20).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 2).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/28 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2015 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament
(Kawża T-181/15)
(2015/C 262/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sopra Steria Group SA (Annecy-le-Vieux, Franza) (rappreżentanti: A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta’ data mhux magħrufa li titnieda l-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ kuntratt għal NPE-15.8; |
|
— |
tannulla kull deċiżjoni li l-Parlament Ewropew seta’ adotta fir-rigward tas-segwitu ta’ din il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika NPE-15.8; |
|
— |
tiddikjara li l-kuntratt(i) li huma possibbilment magħluqa bbażati fuq il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ notifika għal NPE-15.8, huwa (huma) nulli u mingħajr effett; |
|
— |
tordna li l-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż għal rappreżentant legali mħallsa mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega l-ksur tal-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 103 tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 104.2 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 134.1 (c) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni, li b’hekk jirrendi invalida d-deċiżjoni ta’ data mhux magħrufa, li titnieda l-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika ta’ kuntratt.
Skont ir-rikorrenti, il-Parlament Ewropew bi żball u illegalment uża l-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ notifika tal-kuntratt, peress li kellu jiġi ddikjarat li din il-proċedura kienet proċedura eċċezzjonali li l-użu tagħha kellu jkun legalment ġustifikat (anki fid-dawl tal-obbligu tal-Parlament Ewropew li jiżgura li kull għoti ta’ kuntratt pubbliku għandu jingħata b’offerta fuq l-iktar bażi wiesgħa, ara l-Artikolu 102.2 tar-Regolament Finanzjarju). Tali ġustifikazzjoni, skont ir-rikorrenti, ma ngħatatx mill-Parlament Ewropew, u lanqas kien hemm raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti mhux mistennija mhux attribwibbli lill-Parlament Ewropew (kif meħtieġ għall-applikazzjoni tal-Artikolu 134.1 (c) tar-Regoli ta’ Implementazzjoni).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/29 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2015 – Sopra Steria Group vs Il-Parlament
(Kawża T-182/15)
(2015/C 262/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sopra Steria Group SA (Annecy-le-Vieux, Franza) (rappreżentanti: A. Verlinden, R. Martens u J. Joossen, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew mogħtija f’data mhux magħrufa, innotifikati permezz ta’ ittri datati 13 ta’ Frar 2015, li jeskludu lil IBI IUS minn Lott 2 u li jeskludu lil STEEL minn Lott 3 fis-sejħa għal offerti għal PE/ITEC-ITS14; |
|
— |
tiddikjara li minħabba dawn id-deċiżjonijiet ta’ esklużjoni, il-kuntratt(i) mal-offerenti l-oħra huwa (huma) null(i) u bla effett; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-konsulenza legali esposti mir-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur mill-Parlament Ewropew tal-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità u ugwaljanza fit-trattament skont l-Artikolu 102.1 tar-Regolament Finanzjaru, il-ksur tal-kriterji ta’ esklużjoni skont l-Artikolu 107.1(a) u (b) tar-Regolament Finanzjaru, il-ksur tal-Artikolu 158.3 tar-Regolament Finanzjaru, il-ksur mill-Parlament Ewropew tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kunratt tiegħu stess ITS14, b’hekk jinvalida d-deċiżjonijiet mogħtija f’data mhux magħrufa, innotfikati permezz ta’ ittri datati 13 ta’ Frar 2015, li jeskludu lil IBI IUS minn Lott 2 u li jeskludu lil STEEL minn Lott 3 ta’ ITS14.
Fil-parti primarja ta’ dan l-ewwel u uniku motiv, ir-rikorrent jitlob lill-Parlament Ewropew naqas milli japplika korrettament tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Kunratt tiegħu stess ITS14 u r-rekwiżit proċedurali ġenerali ta’ patere legem quam ipse fecisti u kiser l-Artikolu 107.1(a) u (b) tar-Regolament Finanzjarju u dan billi eskluda lir-rikorrenti u konsegwentement, il-konsorzji IBI IUS minn Lott 2 u STEEL minn Lott 3 ta’ ITS14, minħabba kunflitt ta’ interess allegat (u mhux ippruvat) u minħabba nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni allegat (u mhux ippruvat) lill-Parlament Ewropew.
Fil-parti sekondarja tal-ewwel u l-uniku motiv (sussidjarjament), ir-rikorrenti titlob li l-Parlament Ewropew kiser il-prinċipji ta’ trasparenza, proporzjonalità u ugwaljanza fit-trattament (nondiskriminazzjoni) kif stabbilit fl-Artikolu 102.1 tar-Regolament Finanzjarju u dan billi eskluda lir-rikorrenti u konsegwentement, il-konsorzji IBI IUS minn Lott 2 u STEEL minn Lott 3 ta’ ITS14, minħabba kunflitt ta’ interess allegat (u mhux ippruvat) u minħabba nuqqas ta’ għoti ta’ informazzjoni allegat (u mhux ippruvat) lill-Parlament Ewropew.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/30 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 – Trivisio Prototyping vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-184/15)
(2015/C 262/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Trivisio Prototyping GmbH (Trier, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bartosch u A. Böhlke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2015) 633 final, tat-2 ta’ Frar 2015, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 3 85 112,19, flimkien mal-interessi, dovut minn Trivisio Prototyping GmbH; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-fatti.
|
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-argument li ma hemmx ksur tar-regoli previsti fl-Anness II tal-programmi ta’ finanzjament dwar l-għoti ta’ subappalt mir-rikorrenti.
|
|
3. |
It-tielet motiv, invokat sussidjarjament u bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
|
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/31 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Dôvera zdravotná poist'ovňa vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-216/15)
(2015/C 262/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Dôvera zdravotná poist'ovňa (Bratislava, is-Slovakkja) (rappreżentanti: O. Brouwer u A. Pliego Selie, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżuri SA. 23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP) [notifikata bid-dokument C(2014) 7277] (ĠU 2015, L 41, p. 25); |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni ħażina tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni
|
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/31 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs Awtorità Bankarja Ewropea
(Kawża T-229/15)
(2015/C 262/42)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Abazis u M. Sfyri, avukati)
Konvenut: Awtorità Bankarja Ewropea (ABE)
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-ABE, innotifikata lir-rikorrenti permezz tal-ittra tat-2/3/2015 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Bankarja Ewropea, li permezz tagħha l-ABE ċaħdet il-Parti 1 tal-offerta tar-rikorrenti fis-sejħa għal offerti fil-proċedura ristretta n. 2014/S 158–283576 (EBA/2014/06/OPS/SER/RT), imsejħa “Provvista ta’ xogħol għal żmien determinat; Parti 1: Xogħol għal żmien determinat fis-settur tal-Informatika”; |
|
— |
tikkundanna lill-ABE sabiex tikkumpensa għad-dannu kkawżat lir-rikorrenti meta ċaħdithom mill-possibbiltà li jirbħu l-kuntratt qafas EBA/2014/06/OPS/SER/RT għall-Parti 1, dannu li hija stmat ex aequo et bono tlett mitt elf ewro (EUR 3 00 000), flimkien mal-interessi mid-data ta’ meta ttieħdet id-deċiżjoni jew skont kif deċiż li huwa xieraq mill-Qorti Ġenerali, u |
|
— |
tikkundanna lill-ABE għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
|
— |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur, minn ABE, tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għal motivazzjoni insuffiċjenti tal-evalwazzjoni tal-offerta teknika tar-rikorrenti. |
|
— |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dokumenti kuntrattwali u tad-dritt tal-Unjoni rigward l-eżistenza ta’ żbalji evidenti ta’ evalwazzjoni. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/32 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 minn Tuula Rajala mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-24/14, Rajala vs UASI
(Kawża T-271/15 P)
(2015/C 262/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Tuula Rajala (El Campello, Spanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-24/14; |
|
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni maħrug fir-rigward tal-appellanti għall-perijodu mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI jħallas kumpens adegwat skont id-diskrezzjoni tal-qorti kkonċernata – sa mhux inqas minn EUR 500 – lill-appellanti għad-danni morali u materjali subiti mill-appellanti b’riżultat tal-imsemmi rapport ta’ evalwazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż fir-rigward tal-proċedura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u l-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.
|
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq żnaturament ta’ fatti prinċipali u fuq sentenza bbażata fuq il-fatti żnaturati min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. L-appellanti tinvoka l-każijiet ta’ żnaturament tal-fatti li ġejjin:
|
|
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku billi qal li żball manifest fl-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ma ġiex ikkonstatat ġaladarba minn seba’ kompetenzi evalwati, ħamsa tqiesu li kienu minn tal-inqas konsistenti mal-livell meħtieġ għall-pożizzjoni okkupata. |
|
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku billi ċaħad il-motiv ibbażat fuq l-abbuż tad-dmir ta’ fiduċja min-naħa tal-UASI. |
|
4. |
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku billi ċaħad il-ksur tal-aspettattivi leġittimi tal-appellanti min-naħa tal-UASI. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/33 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2015 – Smarter Travel Media vs UASI (SMARTER TRAVEL)
(Kawża T-290/15)
(2015/C 262/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Smarter Travel Media LLC (Boston, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentanti: P. Olson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “SMARTER TRAVEL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 460 044
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20/03/2015 fil-Każ R 1986/2014-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ddeċieda li t-trade mark ma kinitx distintiva; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta applika b’mod żbaljat id-deċiżjoni Bild; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ma ħax inkunsiderazzjoni li t-trade mark kien fiha element li seta’ jiġi rreġistrat indipendentement; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ma ħax inkunsiderazzjoni li l-istess trade mark b’logo differenti kienet ġiet irreġistrata għal essenzjalment l-istess servizzi u li l-applikazzjoni l-ġdida hija sempliċement modernizzazzjoni; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell żbalja meta ma għamilx evalwazzjoni globali. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/34 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – Zhang vs UASI – K & L Ruppert Stiftung (Anna Smith)
(Kawża T-295/15)
(2015/C 262/45)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Yongyu Zhang (Manchester, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Steinert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: K & L Ruppert Stiftung & Co. Handels-KG (Weilheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Anna Smith” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 981 446
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 1559/2014-5
Talbiet
|
— |
taċċetta, wara li tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 2 264 227 fir-rigward tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 981 446 tat-12 ta’ Lulju 2013, it-trade mark verbali Anna Smith bħala trade mark Komunitarja għall-klassijiet 18 u 25, skont it-talba tar-rikorrent. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/34 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – OASE vs UASI – COMPO France (AlGo)
(Kawża T-300/15)
(2015/C 262/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: OASE, GmbH (Hörstel, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Weeg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: COMPO France SAS (Roche-Lez-Beaupré, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali Komunitarja “AlGo” – Nru 10 096 337
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 1409/2013-1
Talbiet
|
— |
tibdel id-deċiżjoni kkontestata, b’tali mod li tiċħad kompletament l-oppożizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/35 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-313/15)
(2015/C 262/47)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/301/15 – Amministraturi (AD 5) |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma identiċi għal dawk invokati fil-Kawża T-17/15, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (ĠU C 81 tad-9 ta’ Marzu 2015, p. 27).
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/35 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2015 – Zitro IP vs UASI (TRIPLE BONUS)
(Kawża T-318/15)
(2015/C 262/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Zitro IP Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “TRIPLE BONUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 013 629
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2015 fil-Każ R 1648/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/36 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – GSA u SGI Security vs Il-Parlament
(Kawża T-321/15)
(2015/C 262/49)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gruppo Servizi Associati SpA (GSA) (Ruma, l-Italja); u Security Guardian’s Institute (SGI Security) (Bierges, il-Belġju) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, innotifikata fit-12 ta’ Ġunju 2015, li tiddikjara mhux konformi l-offerta li Gruppo Servizi Associati s.p.a. u Security Guardian’s Institute s.a. ssottomettew għall-għoti tal-kuntratt EP/DGSAFE/UIB/SER/2014-014 dwar is-servizzi ta’ sigurtà kontra n-nirien, ta’ assisstenza lill-persuni u ta’ sorveljanza esterna fuq is-sit tal-Parlament Ewropew fi Brussell u d-deċiżjoni tiegħu li dan il-kuntratt jingħata lil offerent ieħor; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza, sa fejn il-Parlament talab, b’mod mhux iġġustifikat, li l-membri kollha tal-grupp ekonomiku jkollhom awtorizzazzjoni skont il-liġi tal-10 ta’ April 1990 li tirregola s-sigurtà privata u personali, u b’hekk inkluda lill-membri tal-grupp li ma kinux ser jeżegwixxu s-servizzi kkonċernati mill-imsemmija liġi. |
|
2. |
It-tieni motiv, ippreżentat b’mod sussidjarju u bbażat fuq ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-prinċipji sottostanti ta’ ugwaljanza u ta’ proporzjonalità, sa fejn il-kundizzjoni li wieħed ikollu awtorizzazzjoni kif mitlub mil-liġi tal-10 ta’ April 1990, kienet tirrendi eċċessivament diffiċli, jew anki tostakola l-parteċipazzjoni ta’ impriża li l-offerta tagħha tirrigwarda servizzi li ma huwiex inkuż, għall-proċedura tal-għoti tal-kuntratt. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/37 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2015 – Bimbo vs UASI (THE SNACK COMPANY)
(Kawża T-331/15)
(2015/C 262/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bimbo, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “THE SNACK COMPANY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 173 852
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 954/2014-2
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
taċċetta r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-prinċipju ta’ trattament ugwali; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/37 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Josel vs UASI – Nationale Nederlanden Nederland (NN)
(Kawża T-333/15)
(2015/C 262/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Josel, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nationale-Nederlanden Nederland BV (Amsterdam, il-Pajjizi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “NN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 066 097
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2015 fil-Każ R 1531/2004-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni, sa fejn, peress li ċaħdet parzjalment l-appell ippreżentat mir-rikorrenti, ikkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li ċaħdet l-oppożizzjoni B 1 887 887 u l-għoti tat-trade mark Komunitarja (Reġistrazzjoni Internazzjonali) Nru 1 066 097 “NN”, klassi 36, (verbali); |
|
— |
tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu din l-azzjoni għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/39 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Z vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża F-64/13) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Redazzjoni tardiva tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni))
(2015/C 262/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Z [rappreżentant: F. Rollinger, avukat]
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea [rappreżentant: A. V. Placco, aġent]
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2008, kif ukoll għall-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas ta’ somma bħala kumpens għad-dannu morali.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Z għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 274, 21.09.2013, p. 30.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/39 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Curdt-Christiansen vs Il-Parlament
(Kawża F-120/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Spejjeż ta’ vjaġġ annwali - Artikolu 7(3) u Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Stabbiliment tal-post tal-oriġini u taċ-ċentru tal-interessi - Talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini - Kunċett ta’ ċentru tal-interessi - Tibdil tar-residenza ta’ membru tal-familja - Terminu li ġie fi tmiemu bejn it-tibdil taċ-ċentru tal-interessi u t-talba għar-reviżjoni tal-post tal-oriġini - Natura eċċezzjonali tar-reviżjoni))
(2015/C 262/53)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Caspar Curdt-Christiansen (Perl, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u N. Chemaï, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jbiddel il-post tal-oriġini tiegħu għal Larnaca (Ċipru) u ċ-ċentru tal-interessi tiegħu għal Singapor, minflok Montréal (il-Kanada), wara t-trasferiment tiegħu fil-Parlament Ewropew.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
C. Curdt-Christiansen għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew. |
(1) ĠU C 7, 12.01.2015, p. 57.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/40 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Petsch vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-124/14) (1)
((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Persunal mal-crèches u mal-garderies - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014 - Regolament Nru 1023/2013 - Żieda fis-sigħat ta’ xogħol - Ammont fix-xahar supplimentari - Artikolu 50 tar-Regoli tal-Proċedura - Ġerarkija tar-regoli - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 110(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 2 tal-Anness tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikoli 27 u 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))
(2015/C 262/54)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Olivier Petsch (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, D. Verbeke u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma żżidx is-salarju tar-rikorrent, li huwa membru tal-persunal bil-kuntratt impjegat mal-OIB, wara ż-żieda fis-sigħat ta’ xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda fl-1 ta’ Jannar 2014.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
O. Petsch għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/41 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Dybman vs SEAE
(Kawża F-129/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinarja - Sanzjoni dixxiplinarja - Proċeduri kriminali pendenti fil-mument tal-adozzjoni tas-sanzjoni dixxiplinarja - Identiċità tal-fatti sottomessi lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-qorti kriminali - Ksur tal-Artikolu 25 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal))
(2015/C 262/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Pierre Dybman (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, D. Verbeke u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-SEAE li permezz tagħha r-rikorrent tneħħa mill-post, mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna neħħa lil P. Dybman mill-funzjonijiet tiegħu mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni hija annullata. |
|
2) |
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundanant li jbati l-ispejjeż sostnuti minn P. Dybman. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/41 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Centurione vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-43/15) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Inċident - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Regoli Komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Stabbiliment tal-grad tal-invalidità permanenti parzjali - Rapport tal-Kumitat Mediku - Artikolu 82 tar-Regoli tal-Proċedura - Eċċezzjonijiet ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku - Konkordanza bejn ir-rikors u l-ilment - Assenza - Inammissibbiltà))
(2015/C 262/56)
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fernando Centurione (Nivelles, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi biss rata ta’ invalidità ta’ 2 % wara l-inċident fuq ix-xogħol li kien vittma tiegħu ir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 178, 1/06/2015, p. 29.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/42 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-81/15)
(2015/C 262/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 45 u tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal u l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li r-rikorrenti ma jiġux inklużi fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad ta’ AST10 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni annwali 2014.
Talbiet
|
— |
Prinċipalment: jikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I, kif ukoll tal-miżuri tranżitorji marbuta magħhom; |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li r-rikorrenti ma jiġux inklużi fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad ta’ AST10, fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni annwali 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar- Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
— |
sussidjarjament: tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li r-rikorrenti ma jiġux inklużi fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad ta’ AST10, fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni annwali 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/42 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-85/15)
(2015/C 262/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: C. Mourato, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġux ammessi r-rikorrenti għall-istadju ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10, wara ftuħ mill-ġdid ta’ din il-kompetizzjoni minn EPSO wara l-annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-deċiżjoni inizjali li ma jiġux ammessi r-rikorrenti għall-fażi ta’ evalwazzjoni tal-kompetizzjoni kif ukoll il-kumpens għad-danni lir-rikorrenti għad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjonijiet, tal-25 ta’ Lulju 2014, tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 indirizzati lil kull wieħed minnhom; |
|
— |
jagħti lil kull wieħed mir-rikorrenti kumpens provviżorju ta’ EUR 1 000,00, bħala dannu morali, u kumpens provviżorju ieħor ta’ EUR 2 27 899,50 bħala dannu finanzjarju; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/43 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-87/15)
(2015/C 262/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix estiż ir-rikonoxximent tal-istat ta’ marda gravi tat-tifla tar-rikorrent u kumpens għad-dannu morali u materjali allegatament sostnut.
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Awissu 2014 tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, li tirrifjuta li testendi r-rikonoxximent tal-istat ta’ marda gravi għall-marda tat-tifla tar-rikorrent; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-5 ta’ Marzu 2015, li tiċħad l-ilment tal-24 ta’ Novembru 2014 tar-rikorrent; |
|
— |
tordna kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali tar-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/44 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Chezzi vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-62/14) (1)
(2015/C 262/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 361, 13.10.2014, p. 31.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/44 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Campanella vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-64/14) (1)
(2015/C 262/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-president tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 361, 13.10.2014, p. 31.
|
10.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/44 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-30 ta’ Ġunju 2015 – EI vs Il-Kunsill
(Kawża F-87/14) (1)
(2015/C 262/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tat-Tielet Awla Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 431, 1.12.2014, p. 49.