ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 258

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
7 ta' Awwissu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 258/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 258/02

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7680 — DCC Group/Butagaz) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

2

2015/C 258/03

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7585 — NXP Semiconductors/Freescale Semiconductors) ( 1 )

3

2015/C 258/04

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7722 — 3i Group/AMP Capital Investors/ESVAGT) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 258/05

Avviż ta' tagħrif — Konsultazzjoni pubblika — Indikazzjoni ġeografika mill-Konfederazzjoni Żvizzera

5


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Awwissu 2015

(2015/C 258/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0885

JPY

Yen Ġappuniż

135,94

DKK

Krona Daniża

7,4614

GBP

Lira Sterlina

0,70140

SEK

Krona Żvediża

9,5365

CHF

Frank Żvizzeru

1,0713

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,0260

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,029

HUF

Forint Ungeriż

310,45

PLN

Zloty Pollakk

4,1846

RON

Leu Rumen

4,4125

TRY

Lira Turka

3,0316

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4849

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4333

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4401

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6665

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5080

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 270,42

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8905

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,7593

HRK

Kuna Kroata

7,5660

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 724,55

MYR

Ringgit Malażjan

4,2588

PHP

Peso Filippin

49,830

RUB

Rouble Russu

69,8530

THB

Baht Tajlandiż

38,283

BRL

Real Brażiljan

3,8273

MXN

Peso Messikan

17,8345

INR

Rupi Indjan

69,4082


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/2


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7680 — DCC Group/Butagaz)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 258/02)

1.

Fit-28 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża DCC Energy, ikkontrollata minn DCC Group (“DCC”, l-Irlanda), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tal-impriża Butagaz S.A.S. (“Butagaz”, Franza), permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal DCC: Din hija attiva fil-bejgħ, il-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ żejt u gass likwidu taż-żejt (liquid petroleum gas, “LPG”) fl-Ewropa,

—   għal Butagaz: Din hija attiva fil-bejgħ ta’ LPG fi Franza li kemm domestiċi u klijenti industrijali u kummerċjali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7680 — DCC Group/Butagaz fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/3


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7585 — NXP Semiconductors/Freescale Semiconductors)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 258/03)

1.

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża NXP Semiconductors NV (“NXP”, in-Netherlands) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta' Freescale Semiconductor Ltd (“Freescale”, Bermuda) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal NXP: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti ta’ semikondutturi, fosthom ċirkwiti integrati, semikondutturi ta' unità waħda, radio frequency transistors, mikrokontrolluri, proċessuri tas-sinjali diġitali u sensors,

—   għal Freescale: l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti ta’ semikondutturi, fosthom mikrokontrolluri, radio frequency transistors, ċirkwiti integrati analoga u sensors.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7585 — NXP Semiconductors/Freescale Semiconductor, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/4


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7722 — 3i Group/AMP Capital Investors/ESVAGT)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 258/04)

1.

Fil-31 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi 3i Group plc (“3i”, ir-Renju Unit), u AMP Capital Investors Limited (“AMP”, l-Awstralja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ ESVAGT A/S u s-sussidjarji tagħha (“ESVGAT”, id-Danimarka) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

3i hija kumpanija tal-kapital ta’ riskju fir-Renju Unit li prinċipalment tinvesti fl-Ewropa. 3i tinvesti fl-ispazju tal-infrastruttura b’enfasi fuq l-utilitajiet, it-trasport u setturi tal-infrastruttura soċjali,

AMP hija kumpanija Awstraljana ta’ investiment li topera tul firxa wiesgħa ta’ kategoriji ta’ assi madwar id-dinja,

ESVAGT għandha l-kwartieri ġenerali fid-Danimarka u hija fornitur ta’ bastimenti ta’ reazzjoni ta’ emerġenza u ta’ salvataġġ u servizzi relatati mal-industrija taż-żejt u tal-gass fil-baħar (offshore). Hija twettaq ukoll attivitajiet supplimentari fosthom servizzi ta’ kontinġenza f'każ ta' tixrid taż-żejt, assistenza lit-tankers, il-prestazzjoni ta’ ċaqliq ta' rigs taż-żejt u xogħol ta' provvista hekk kif ukoll trasferiment bejn ir-rigs taż-żejt ta' merkanzija u persunal għal rigs taż-żejt u l-gass fil-baħar (offshore). Hija topera primarjament fil-Baħar tat-Tramuntana.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7722 — 3i Group/AMP Capital Investors/ESVAGT, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussels

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

7.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/5


AVVIŻ TA' TAGĦRIF — KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

Indikazzjoni ġeografika mill-Konfederazzjoni Żvizzera

(2015/C 258/05)

Il-Ftehim bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel, li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta' prodotti agrikoli (1) (u li żied l-Anness 12, li hu ġdid, ma' dan il-Ftehim) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2011 (2).

L-Artikolu 16 ta' dan l-Anness 12 jipprevedi l-possibbiltà li fl-Appendiċi 1 il-Partijiet iżidu indikazzjonijiet ġeografiċi ġodda għall-protezzjoni. Iż-żewġ partijiet qegħdin fil-proċess ta' aġġornament tal-lista tal-indikazzjonijiet ġeografiċi f'dan l-Appendiċi, b'denominazzjonijiet li ġew irreġistrati fit-territorji rispettivi tagħhom fl-2014. F’dan il-kuntest qed tiġi kkunsidrata l-protezzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-isem “Glarner Alpkäse” tal-Konfederazzjoni Żvizzera, bħala Indikazzjoni Ġeografika.

Il-Kummissjoni tistieden lil kull Stat Membru jew pajjiż terz, jew kull persuna fiżika jew legali li għandha interess leġittimu, li hija residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew f'pajjiż terz, biex topponi t-tali protezzjoni billi tibgħat dikjarazzjoni debitament sostanzjata.

Id-dikjarazzjonijiet ta' oppożizzjoni għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien xahrejn mid-data ta' din il-pubblikazzjoni. Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz tal-posta elettronika:

AGRI-A4-GI@ec.europa.eu

Id-dikjarazzjonijiet ta’ oppożizzjoni jiġu eżaminati biss jekk jaslu fil-limitu taż-żmien stabbilit hawn fuq, u jekk juru li l-protezzjoni tal-isem propost:

(a)

toħloq kunflitt mal-isem ta’ varjetà ta’ pjanta jew ta’ razza ta' annimal u b’hekk x'aktarx tfixkel lill-konsumatur rigward l-oriġini vera tal-prodott;

(b)

l-isem ikun kompletament jew parzjalment omonimu ma' isem li diġà huwa protett fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (3), jew ikun jinsab fil-ftehimiet li l-Unjoni kkonkludiet mal-pajjiżi li ġejjin:

Il-Korea (4)

L-Amerika Ċentrali (5)

Il-Kolombja u l-Perù (6)

Il-Montenegro (7)

Il-Bożnija-Ħerzegovina (8)

Is-Serbja (9)

Il-Georgia (10)

Il-Moldova (11)

(c)

minħabba r-reputazzjoni tal-marka kummerċjali, tal-fatt li tkun magħrufa sew, u minħabba t-tul ta’ żmien li ilha tintuża, tista' tqarraq lill-konsumatur dwar l-identità vera tal-prodott;

(d)

tipperikola l-eżistenza ta’ isem jew ta’ marka kummerċjali kompletament jew parzjalment identiku/a, jew tipperikola l-eżistenza ta’ prodotti li jkunu ilhom fis-suq b’mod legali għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż;

(e)

jew jekk jistgħu jingħataw dettalji li minnhom wieħed jista’ jikkonkludi li l-isem li għalih qed titqies il-protezzjoni huwa ġeneriku.

Il-kriterji msemmija hawn fuq għandhom ikunu evalwati b’rabta mat-territorju tal-Unjoni, li fil-każ tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jirreferi biss għat-territorju jew għat-territorji fejn dawn id-drittijiet huma protetti. Il-protezzjoni eventwali ta’ dawn l-ismijiet fl-Unjoni Ewropea tiddependi fuq il-konklużjoni b’suċċess ta’ dawn in-negozjati u fuq l-att legali sussegwenti.


(1)  ĠU L 297, 16.11.2011, p. 3.

(2)  ĠU L 302, 19.11.2011, p. 1.

(3)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/265/UE tas-16 ta’ Settembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 127, 14.5.2011, p. 1).

(5)  Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3).

(6)  Ftehim Kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u l-Kolombja u l-Perù, min-naħa l-oħra (ĠU L 354, 21.12.2012, p. 3).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Provviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1).

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/474/KE tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnija-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra — Il-Protokoll 6 (ĠU L 169, 30.6.2008, p. 10).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2013/490/UE, Euratom tat-22 ta' Lulju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (ĠU L 278, 18.10.2013, p. 14).

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/164/UE tal-14 ta' Frar 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 30.3.2012, p. 1).

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/7/UE tat-3 ta' Diċembru 2012 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 10, 15.1.2013, p. 1).