ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
6 ta' Awwissu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 257/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati l-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedimenti ta’ ksur

1

2015/C 257/02

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.7630 — FedEx/TNT Express) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 257/03

Rata tal-kambju tal-euro

5

2015/C 257/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2015/C 257/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

2015/C 257/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

8

2015/C 257/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

9

2015/C 257/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

10

2015/C 257/09

Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

11

2015/C 257/10

Irtirar ta' proposti tal-Kummissjoni

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 257/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7566 — Mondi/Walki Assets) ( 1 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/1


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati l-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedimenti ta’ ksur

(2015/C 257/01)

I.   L-INTRODUZZJONI

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat KE (1) (issal-Artikolu 260(1) u (2) TFUE) stabbilixxiet il-bażi li fuqha l-Kummissjoni tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (jew ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew ta’ penali) li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika meta jitressaq minnha każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 260 TFUE, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru.

F’Komunikazzjoni sussegwenti tal-2010 (2) dwar l-aġġornament tad-dejta użata għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni stabbilixxiet li din id-dejta makroekonomika tkun soġġetta għal reviżjoni kull sena, sabiex tqis il-movimenti tal-inflazzjoni u tal-prodott domestiku gross (il-“PDG”).

L-aġġornament ta’ kull sena pprovdut f’din il-Komunikazzjoni huwa bbażat fuq l-iżviluppi tal-inflazzjoni u tal-PDG ta’ kull Stat Membru (3). Ir-rata rilevanti tal-inflazzjoni u l-istatistiċi tal-PDG li għandhom jintużaw huma dawk stabbiliti sentejn qabel l-aġġornament (“ir-regola n-2”), billi l-perjodu minimu meħtieġ għall-ġbir ta’ dejta makroekonomika relattivament stabbli huwa ta’ sentejn. Din il-Komunikazzjoni hija għalhekk ibbażata fuq id-dejta ekonomika għall-PDG nominali u d-deflatur tal-PDG għall-2013 (4) u fuq l-ippeżar attwali tad-drittijiet tal-vot tal-Istati Membri fil-Kunsill.

II.   L-ELEMENTI TAL-AĠĠORNAMENT

Il-lista ta’ kriterji ekonomiċi li għandhom jiġu riveduti hija s-segwenti:

l-ammont standard b’rata fissa għall-ħlas ta’ penali (5), li bħalissa huwa fiss għal EUR 660 kuljum, li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-inflazzjoni;

l-ammont standard b’rata fissa għall-ħlas ta’ somma f’daqqa (6), li bħalissa huwa fiss għal EUR 220 kuljum, li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-inflazzjoni;

il-fattur speċjali “n” (7), li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-PDG tal-Istat Membru inkwistjoni wara li jitqies l-għadd tad-drittijiet tal-vot li għandu fil-Kunsill; il-fattur “n” huwa identiku għall-kalkolu tal-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali għal kull ġurnata;

il-ħlasijiet minimi ta’ somma f’daqqa (8), li għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-inflazzjoni.

III.   L-AĠĠORNAMENTI

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati segwenti biex tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (ħlasijiet ta’ somma f’daqqa jew ta’ penali) meta tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) u (3) TFUE:

(1)

l-ammont tar-rata fissa standard għall-kalkolu tal-ħlas ta’ penali huwa fiss għal EUR 670 kuljum,

(2)

ir-rata fissa standard għall-ħlas ta’ somma f’daqqa hija fissa għal EUR 220 kuljum.

(3)

Il-fattur speċjali “n” u s-somma f’daqqa minima (f’EUR) għat-28 Stat Membru huma stabbiliti skont is-segwenti:

 

Fattur speċjali “n”

Somma f’daqqa minima (EUR 1 000)

Il-Belġju

5,12

2 844

Il-Bulgarija

1,51

839

Ir-Repubblika Ċeka

3,23

1 794

Id-Danimarka

3,13

1 739

Il-Ġermanja

21,21

11 782

L-Estonja

0,64

356

L-Irlanda

2,60

1 444

Il-Greċja

3,48

1 933

Spanja

12,51

6 949

Franza

18,41

10 227

Il-Kroazja

1,30

722

L-Italja

16,05

8 916

Ċipru

0,63

350

Il-Latvja

0,72

400

Il-Litwanja

1,16

644

Il-Lussemburgu

1,00

556

L-Ungerija

2,58

1 433

Malta

0,35

194

In-Netherlands

6,79

3 772

L-Awstrija

4,22

2 344

Il-Polonja

7,68

4 266

Il-Portugall

3,35

1 861

Ir-Rumanija

3,34

1 855

Is-Slovenja

0,89

494

Is-Slovakkja

1,69

939

Il-Finlandja

2,79

1 550

L-Iżvezja

4,91

2 728

Ir-Renju Unit

17,97

9 982

(4)

Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati għad-deċiżjonijiet li tieħu biex tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 TFUE b’seħħ mid-data tal-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni.


(1)  SEC(2005) 1658; ĠU C 126, 7.6.2007, p. 15.

(2)  SEC(2010) 923/3. Din il-Komunikazzjoni ġiet aġġornata fl-2011 (SEC(2011) 1024 final), fl-2012 (C(2012) 6106 final), fl-2013 (C(2013) 8101 final) u fl-2014 (C(2014) 6767 final), għall-adattament ta’ kull sena tad- dejta ekonomika.

(3)  Skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-2005 u tal-2010.

(4)  Id-deflatur tal-prezz tal-PDG jintuża bħala kejl tal-inflazzjoni. L-ammonti uniformi tal-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa u ta’ penali huma mqarrba sal-eqreb numru diviżibbli b’10. Is-somom f’daqqa minimi huma mqarrba sal-eqreb multiplu ta’ 1 000. Il-fattur “n” huwa mqarreb sa żewġ ċifri deċimali.

(5)  L-ammont b’rata fissa standard jew uniformi għall-ħlasijiet ta’ penali għal kull ġurnata huwa ddefinit bħala l-ammont bażiku fiss li għalih jiġu applikati ċerti koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni multiplikaturi. Il-koeffiċjenti ta’ ponderazzjoni huma l-koeffiċjenti tal-gravità u tad-dewmien tal-ksur, u l-fattur speċjali “n” li jikkorrispondi għall- Istat Membru kkonċernat, li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu ta’ ħlasijiet ta’ penali għal kull ġurnata.

(6)  L-ammont b’rata fissa jrid jiġi applikat meta tiġi kkalkolata s-somma f’daqqa. Fir-rigward tal-Artikolu 260(2) TFUE, is-somma f’daqqa se tkun frott il-multiplikazzjoni ta’ ammont (li jkun frott il-multiplikazzjoni tar-rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa bil-koeffiċjent tal-gravità u l-multiplikazzjoni tar-riżultat ta’ dan il-kalkolu bil-fattur speċjali “n”) għal kull ġurnata (somma f’daqqa) bl-għadd ta’ ġranet li l-ksur idum għaddej mid-data tal-ewwel sentenza sad-data li fiha jintemm il-ksur jew id-data tal-qtugħ tas-sentenza skont l-Artikolu 260(2) TFUE. Fir-rigward tal-Artikolu 260(3) TFUE, skont il-punt 28 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-“Implimentazzjoni tal-Artikolu 260(3) tat-TFUE” (SEC(2010)1371 final; ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1), is-somma f’daqqa se tkun frott il-multiplikazzjoni ta’ ammont (li jkun frott il-multiplikazzjoni tar-rata fissa għall-ħlasijiet ta’ somma f’daqqa bil-koeffiċjent tal-gravità u l-multiplikazzjoni tar-riżultat ta’ dan il-kalkolu bil-fattur speċjali “n”) għal kull ġurnata (somma f’daqqa) bl-għadd ta’ ġranet mill-għada tal-iskadenza tat-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni fid-Direttiva sal-ewwel sentenza skont l-Artikoli 258 u 260(3) TFUE. Is-somma f’daqqa (għal kull ġurnata) se tiġi proposta mill-Kummissjoni meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fl-ewwel sentenza jaqbeż is-somma f’daqqa minima fissa.

(7)  Il-fattur speċjali “n” iqis il-kapaċità tal-Istat Membru li jħallas (il-PDĠ) u l-għadd ta’ voti li għandu fil-Kunsill.

(8)  Il-ħlas minimu ta’ somma f’daqqa jiġi ddeterminat għal kull Stat Membru skont il-fattur speċjali “n”. Is-somma f’daqqa fissa minima se tiġi proposta lill-Qorti meta l-għadd totali tal-ħlasijiet ta’ somma fissa għal kull ġurnata ma jaqbżux is-somma f’daqqa fissa minima.


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/4


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.7630 — FedEx/TNT Express)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 257/02)

Fil-31 ta’ Lulju 2015 il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Nru M.7630 — FedEx/TNT Express, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-5 ta’ Awwissu 2015

(2015/C 257/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0883

JPY

Yen Ġappuniż

135,23

DKK

Krona Daniża

7,4617

GBP

Lira Sterlina

0,69630

SEK

Krona Żvediża

9,4776

CHF

Frank Żvizzeru

1,0658

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9955

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,037

HUF

Forint Ungeriż

309,30

PLN

Zloty Pollakk

4,1697

RON

Leu Rumen

4,4145

TRY

Lira Turka

3,0247

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4755

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4334

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4386

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6641

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5057

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 273,24

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8983

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,7580

HRK

Kuna Kroata

7,5800

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 707,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,2202

PHP

Peso Filippin

49,758

RUB

Rouble Russu

68,5840

THB

Baht Tajlandiż

38,346

BRL

Real Brażiljan

3,7721

MXN

Peso Messikan

17,7295

INR

Rupi Indjan

69,3846


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 257/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġaladarba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Sabiex jiġu ċċelebrati t-30 sena tal-bandiera tal-UE, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona tal-Euro ddeċidew li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro joħorġu munita kommemorattiva taż-2 Euro b’disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti taż-Żona tal-Euro għażlu d-disinn rebbieħ permezz ta’ votazzjoni pubblika fuq l-internet. Il-votanti kellhom għażla ta' ħames disinni li kienu magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iz-Zekek Ewropej, u huma għażlu d-disinn maħluq minn Georgios Stamatopoulos, disinjatur professjonali mal-Bank of Greece.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Greċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-30 anniversarju tal-bandiera Ewropea

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-bandiera tal-UE bħala simbolu li tgħaqqad lin-nies u l-kulturi ma’ viżjonijiet u ideali komuni għal futur aħjar. Tnax-il stilla li jinbidlu f’persuni jħaddnu t-twelid ta’ Ewropa ġdida. Fin-naħa ta’ fuq, fuq il-lemin, fis-semi-ċirklu, jidhru l-pajjiż tal-ħruġ ir-REPUBBLIKA HELLENIKA bil-Grieg u s-snin “1985-2015”. Bejn il-bandiera u s-snin hemm il-marka taz-zekka. Fil-qiegħ hemm l-inizjali tal-artist (Georgios Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : It-tielet kwart tal-2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 257/05)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta' muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġaladarba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Sabiex jiġu ċċelebrati t-tletin sena tal-bandiera tal-UE, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona tal-Euro ddeċidew li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro joħorġu munita kommemorattiva taż-2 euro b'disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti taż-Żona tal-Euro għażlu permezz ta' votazzjoni pubblika fuq l-internet id-disinn rebbieħ. Il-votanti kellhom għażla minn ħames disinji li kienu magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iz-Zekki Ewropej, u għażlu d-disinn maħluq minn Georgios Stamatopoulos, disinjatur professjonali fil-Bank of Greece.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : In-Netherlands

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-30 anniversarju tal-bandiera Ewropea

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-bandiera tal-UE bħala simbolu li jgħaqqad lin-nies u l-kulturi permezz ta' viżjonijiet u ideali għal futur komuni aħjar. Tnax-il stilla li jingħaqdu f'figuri umani qegħdin iħaddnu t-twelid ta' Ewropa ġdida. Fin-naħa ta' fuq hemm il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “NEDERLAND”. Fuq il-lemin hemm is-snin “1985-2015”. Bejn il-bandiera u s-snin hemm il-marka tal-mastru taz-zekka u l-marka taz-zekka. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, hemm l-inizjali tal-artist (Georgios Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta' muniti li għandhom jinħarġu :

Id-data tal-ħruġ : Ottubru 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/8


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 257/06)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti ta' EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Sabiex jiġu ċċelebrati t-tletin sena tal-bandiera tal-UE, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona tal-Euro ddeċidew li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro joħorġu munita kommemorattiva taż-2 euro b'disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti taż-Żona tal-Euro għażlu permezz ta' votazzjoni pubblika fuq l-internet id-disinn rebbieħ. Il-votanti kellhom għażla minn ħames disinji li kienu magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iz-Zekki Ewropej, u għażlu d-disinn maħluq minn Georgios Stamatopoulos, disinjatur professjonali fil-Bank of Greece.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Ċipru

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-30 anniversarju tal-bandiera tal-UE

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-bandiera tal-UE bħala simbolu li jgħaqqad lin-nies u l-kulturi permezz ta' viżjonijiet u ideali għal futur komuni aħjar. Tnax-il stilla li jingħaqdu f'figuri umani qegħdin iħaddnu t-twelid ta' Ewropa ġdida. Fin-naħa ta' fuq, fuq il-lemin, f'nofs ċirku, hemm il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “ΚΥΠΡΟΣ KIBRIS” u s-snin “1985-2015”. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, hemm l-inizjali tal-artist (Georgios Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu :

Data tal-ħruġ : ir-raba’ kwart tal-2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/9


Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 257/07)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta' muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġaladarba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Sabiex jiġu ċċelebrati t-tletin sena tal-bandiera tal-UE, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona tal-Euro ddeċidew li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro joħorġu munita kommemorattiva taż-2 euro b'disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti taż-Żona tal-Euro għażlu permezz ta' votazzjoni pubblika fuq l-internet id-disinn rebbieħ. Il-votanti kellhom għażla minn ħames disinji li kienu magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iz-Zekki Ewropej, u għażlu d-disinn maħluq minn Georgios Stamatopoulos, disinjatur professjonali fil-Bank of Greece.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Litwanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-30 anniversarju tal-bandiera Ewropea

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-bandiera tal-UE bħala simbolu li jgħaqqad lin-nies u l-kulturi permezz ta' viżjonijiet u ideali għal futur komuni aħjar. Tnax-il stilla li jingħaqdu f'figuri umani qegħdin iħaddnu t-twelid ta' Ewropa ġdida. Fin-naħa ta' fuq, fuq il-lemin, f'nofs ċirku, hemm il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LIETUVA” u s-snin “1985-2015”. Fuq in-naħa tal-lemin, bejn il-bandiera u s-snin hemm il-marka taz-zekka. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, hemm l-inizjali tal-artist (Georgios Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta' muniti li għandhom jinħarġu :

Id-data tal-ħruġ : Novembru 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/10


Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 257/08)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta' muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġaladarba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Sabiex jiġu ċċelebrati t-tletin sena tal-bandiera tal-UE, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona tal-Euro ddeċidew li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro joħorġu munita kommemorattiva taż-2 euro b'disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti taż-Żona tal-Euro għażlu permezz ta' votazzjoni pubblika fuq l-internet id-disinn rebbieħ. Il-votanti kellhom għażla minn ħames disinji li kienu magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iz-Zekki Ewropej, u għażlu d-disinn maħluq minn Georgios Stamatopoulos, disinjatur professjonali fil-Bank of Greece.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Latvja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-30 anniversarju tal-bandiera Ewropea

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-bandiera tal-UE bħala simbolu li jgħaqqad lin-nies u l-kulturi permezz ta' viżjonijiet u ideali għal futur komuni aħjar. Tnax-il stilla li jingħaqdu f'figuri umani qegħdin iħaddnu t-twelid ta' Ewropa ġdida. Fin-naħa ta' fuq, fuq il-lemin, f'nofs ċirku, hemm il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “LATVIJA” u s-snin “1985-2015”. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, hemm l-inizjali tal-artist (Georgios Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta' muniti li għandhom jinħarġu :

Id-data tal-ħruġ : Novembru 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/11


Wiċċ nazzjonali ġdid ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2015/C 257/09)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u l-partijiet kollha kkonċernati li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta' muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni ġaladarba jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b'mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun simboliku ħafna f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Sabiex jiġu ċċelebrati t-tletin sena tal-bandiera tal-UE, il-Ministri tal-Finanzi taż-Żona tal-Euro ddeċidew li l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro joħorġu munita kommemorattiva taż-2 euro b'disinn komuni fuq il-wiċċ nazzjonali. Iċ-ċittadini u r-residenti taż-Żona tal-Euro għażlu permezz ta' votazzjoni pubblika fuq l-internet id-disinn rebbieħ. Il-votanti kellhom għażla minn ħames disinji li kienu magħżula minn qabel minn ġurija professjonali wara kompetizzjoni tad-disinn fost iz-Zekki Ewropej, u għażlu d-disinn maħluq minn Georgios Stamatopoulos, disinjatur professjonali fil-Bank of Greece.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Portugall

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : It-30 anniversarju tal-bandiera Ewropea

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-bandiera tal-UE bħala simbolu li jgħaqqad lin-nies u l-kulturi permezz ta' viżjonijiet u ideali għal futur komuni aħjar. Tnax-il stilla li jingħaqdu f'figuri umani qegħdin iħaddnu t-twelid ta' Ewropa ġdida. Fin-naħa ta' fuq, fuq il-lemin, f'nofs ċirku, hemm il-pajjiż li qed joħroġ il-munita “PORTUGAL” u s-snin “1985-2015”. Fuq in-naħa tal-lemin, bejn il-bandiera u s-snin hemm il-marka taz-zekka “INCM”. Fil-qiegħ, fuq il-lemin, hemm l-inizjali tal-artist (Georgios Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta' barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta' muniti li għandhom jinħarġu :

Id-data tal-ħruġ : Novembru 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta' Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta' muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/12


IRTIRAR TA' PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI

(2015/C 257/10)

Lista ta’ proposti mneħħija

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs

COM(2014) 0344

2014/0176/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tixrid ta’ dejta satellitari ta’ osservazzjoni tad-Dinja għal għanijiet kummerċjali

Ġustizzja, Konsumaturi u Ugwaljanza bejn is-Sessi

COM(2008) 0637

2008/0193/COD

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

6.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 257/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7566 — Mondi/Walki Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 257/11)

1.

Fid-29 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Mondi Plc (“Mondi”, ir-Renju Unit) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' partijiet millWalki Group Oy (it-“Targit”, il-Finlandja) permezz ta' xiri ta' ishma u assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Mondi hija kumpanija tal-ippakkjar u l-karta integrata vertikalment, li timmanifattura wkoll prodotti tal-kisi bl-estrużjoni.

It-Targit tinkludi L-operazzjonijiet tal-kisi bl-estrużjoni ta' Walki fl-impjanti tagħha fi Pietarsaari, il-Finlandja u fi Wroclaw, il-Polonja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7566 — Mondi/Walki Assets, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).