ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 254

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
3 ta' Awwissu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 254/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 254/02

Kawża C-159/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ April 2015 – Franz Lesar

2

2015/C 254/03

Kawża C-163/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ April 2015 – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH

3

2015/C 254/04

Kawża C-183/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ April 2015 – TSI GmbH vs Hauptzollamt Aachen

3

2015/C 254/05

Kawża C-185/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-22 ta’ April 2015 – Marjan Kostanjevec vs F&S LEASING GmbH

4

2015/C 254/06

Kawża C-186/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2015 – Kreissparkasse Wiedenbrück vs Finanzamt Wiedenbrück

5

2015/C 254/07

Kawża C-195/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ April 2015 – Pierre Mulhaupt, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Civile Immobilière Senior Home (SCI)

5

2015/C 254/08

Kawża C-209/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Mejju 2015 – Korpschef van politie vs W.F. de Munk

6

2015/C 254/09

Kawża C-214/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-11 ta’ Mejju 2015 – Município de Vila Pouca de Aguiar vs Sá Machado & Filhos, SA, Norcep Construções e Empreendimentos, Lda

7

2015/C 254/10

Kawża C-226/15 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 minn Apple and Pear Australia Ltd, Star Fruits Diffusion mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-378/13, APAL u Star Fruit vs UASI

7

2015/C 254/11

Kawża C-230/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Rechtbank Den Haag (in-Netherlands) fl-20 ta’ Mejju 2015 – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA

8

2015/C 254/12

Kawża C-238/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

9

2015/C 254/13

Kawża C-244/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

10

2015/C 254/14

Kawża C-253/15 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

10

2015/C 254/15

Kawża C-254/15 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13, City Cycle Industries vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

11

2015/C 254/16

Kawża C-259/15 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

12

2015/C 254/17

Kawża C-260/15 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13, City Cycle Industries vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

13

2015/C 254/18

Kawża C-270/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-538/11, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

14

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 254/19

Kawża T-260/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Iberdrola vs Il-Kummissjoni

16

2015/C 254/20

Kawża T-263/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

16

2015/C 254/21

Kawża T-264/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 – Gameart vs Il-Kummissjoni

17

2015/C 254/22

Kawża T-296/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni

19

2015/C 254/23

Kawża T-299/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Nova vs Il-Kummissjoni

20

2015/C 254/24

Kawża T-317/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

21

2015/C 254/25

Kawża T-320/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro vs Il-Kummissjoni

22

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 254/26

Kawża F-55/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Ġunju 2015 – EE vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Talbiet għal annullament — Proċedura ta’ tiġdid — Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ smigħ — Ksur — Talbiet għal kumpens — Dannu morali)

24

2015/C 254/27

Kawża F-67/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Mikulik vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Perijodu ta’ prova — Estensjoni tal-perijodu ta’ prova — Tkeċċija meta ntemm il-perijodu ta’ prova — Perijodu ta’ prova mwettaq f’kundizzjonijiet irregolari)

24

2015/C 254/28

Kawża F-139/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2015 – van Ourdenaarden vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Leave annwali — Posponiment limitat għal tnax-il ġurnata — Kumpens — Rendikont tal-pensjoni — Assenza ta’ kontestazzjoni fit-termini — Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors manifestament inammissibbli)

25


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 254/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 245, 27.7.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 236, 20.7.2015

ĠU C 228, 13.7.2015

ĠU C 221, 6.7.2015

ĠU C 213, 29.6.2015

ĠU C 205, 22.6.2015

ĠU C 198, 15.6.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ April 2015 – Franz Lesar

(Kawża C-159/15)

(2015/C 254/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Franz Lesar

Konvenut: Beim Vorstand der Telekom Austria AG eingerichtetes Personalamt

Domandi preliminari

L-Artikolu 2(1) u (2)(a) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprovdi li l-perijodi ta’ taħriġ u l-perijodi ta’ xogħol imwettqa minn membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Istat Federali qabel id-dħul tiegħu fis-servizz pubbliku f’din il-kapaċità, perijodi li fir-rigward tagħhom kellhom jitħallsu kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tal-pensjoni obbligatorja,

a)

jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjal meta l-persuna kkonċernata tkun wettqithom wara li laħqet l-età ta’ 18-il sena, f’liema każ l-organu assiguratur għandu jħallas lill-Istat Federali ammont għat-trasferiment għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn il-perijodi skont ir-regoli tad-dritt tal-assigurazzjonijiet soċjali, iżda, min-naħa l-oħra

b)

ma jittiħdux inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tad-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjal meta l-persuna kkonċernata tkun wettqithom qabel ma tilħaq l-età ta’ 18-il sena, f’liema każ l-organu assiguratur ma jkunx meħtieġ iħallas lill-Istat Federali ammont għat-trasferiment u jkollu jirrimborsa lill-assigurat il-kontribuzzjonijiet mħallsa minnu, b’mod partikolari, fid-dawl tal-fatt li, fil-każ li dawn il-perijodi jittieħdu inkunsiderazzjoni a posteriori skont ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni, ikun hemm il-possibbiltà li l-organu assiguratur jitlob lill-uffiċjal iħallsu lura l-kontribuzzjonijiet irrimborsati minnu u l-obbligu għall-organu assiguratur li jħallas a posteriori ammont ta’ trasferiment lill-Istat Federali?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fid-9 ta’ April 2015 – Youssef Hassan vs Breiding Vertriebsgesellschaft mbH

(Kawża C-163/15)

(2015/C 254/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Youssef Hassan

Konvenuta: Breiding Vertriebsgesellschaft mbH

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1), tipprekludi detentur ta’ liċenzja li ma huwiex imniżżel fir-reġistru tat-trade marks Komunitarji milli jieħu azzjoni minħabba vjolazzjoni ta’ trade mark?

2)

Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, tipprekludi mekkaniżmu legali nazzjonali li jawtorizza lid-detentur ta’ liċenzja li jinforza f’ismu stess (“Prozessstandschaft”) id-drittijiet tal-proprjetarju tat-trade mark kontra l-awtur tal-vjolazzjoni?


(1)  ĠU L 78, p. 1.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-23 ta’ April 2015 – TSI GmbH vs Hauptzollamt Aachen

(Kawża C-183/15)

(2015/C 254/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TSI GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Aachen

Domandi preliminari

In-Nomenklatura Magħquda tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li granulometri aerodinamiċi tal-ultravjola u strumenti tal-għadd ta’ partiċelli li jistgħu jinġarru kif deskritti f’iktar dettall fid-digriet jaqgħu taħt is-subintestatura 9027 10 10?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 291, p. 1).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-22 ta’ April 2015 – Marjan Kostanjevec vs F&S LEASING GmbH

(Kawża C-185/15)

(2015/C 254/05)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marjan Kostanjevec

Konvenuta: F&S LEASING GmbH

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ kontrotalba fis-sens tal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll ir-rikors li ġie ppreżentat inkwantu kontrotalba skont id-dritt nazzjonali wara li, fil-kuntest ta’ proċedura għal “reviżjoni”, sentenza li għandha saħħa ta’ res judicata u li saret eżekuttiva, mogħtija f’proċedura sussegwenti għar-rikors oriġinali tal-konvenuta, kienet ġiet annullata u li din l-istess kawża kienet ġiet irrinvijata lill-qorti tal-prim’istanza sabiex tiġi deċiża mill-ġdid, fejn ir-rikorrent madankollu jitlob fil-kontrotalba tiegħu bbażata fuq l-arrikkiment indebitu ir-rimbors tal-ammont li kien obbligat li jħallas skont is-sentenza annullata?

2)

Il-kunċett ta’ kawża “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi” fis-sens tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll is-sitwazzjoni li fiha l-konsumatur jippreżenta rikors li permezz tiegħu huwa jressaq talba li tallega l-arrikkiment indebitu inkwantu kontrotalba skont id-dritt nazzjonali fir-rigward ta’ rikors oriġinali li madankollu jikkostitwixxi kawża li tirrigwarda materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi fis-sens tad-dispożizzjoni ċċitata tar-Regolament Nru 44/2001, u fejn ir-rikorrent – il-konsumatur – jitlob permezz tar-rikors tiegħu r-rimbors ta’ somma li huwa kien obbligat li jħallas skont sentenza annullata (iktar tard) sussegwentement għal proċedura mibdija permezz tar-rikors oriġinali tal-konvenuta, u għalhekk jitlob ir-rimbors ta’ ammont li jirriżulta minn kawża li tirrigwarda materji li għandhom x’jaqsmu ma’ kuntratti konklużi mill-konsumaturi?

3)

Jekk il-ġurisdizzjoni ma tistax tkun fondata fil-każ deskritt, la fuq ir-regoli tal-ġurisdizzjoni applikabbli għall-kontrotalbiet, u lanqas fuq ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-konsumaturi,

(a)

il-kunċett ta’ “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt” skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll ir-rikors li permezz tiegħu l-konsumatur iressaq talba bbażata fuq l-arrikkiment indebitu, iżda li huwa jintroduċi inkwantu kontrotalba skont id-dritt nazzjonali, flimkien mar-rikors oriġinali tal-konvenuta li jikkonċerna r-relazzjoni kuntrattwali bejn il-partijiet, meta s-suġġett tat-talba bbażata fuq l-arrikkiment indebitu jkun madankollu r-rimbors tal-ammont li huwa kien obbligat li jħallas skont sentenza annullata (iktar tard) sussegwentement għal proċedura skont ir-rikors oriġinali tal-konvenuta u għalhekk ir-rimbors ta’ ammont li jirriżulta minn kawża li tikkonċerna materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt;

u jekk tista’ tingħata risposta affermattiva għad-domanda preċedenti

(b)

fil-każ deskritt, il-ġurisdizzjoni skont il-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandha tiġi evalwata skont ir-regoli applikabbli għall-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn talba bbażata fuq l-arrikkiment indebitu?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Münster (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2015 – Kreissparkasse Wiedenbrück vs Finanzamt Wiedenbrück

(Kawża C-186/15)

(2015/C 254/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Münster

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kreissparkasse Wiedenbrück

Konvenut: Finanzamt Wiedenbrück

Domandi preliminari

1)

L-Istati Membri huma marbuta li japplikaw ir-regola ta’ arrotondament li tinsab fl-Artikolu 175(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema ta’ taxxa komuni fuq il-valur miżjud (1) fil-każijiet fejn il-proporzjon ta’ tnaqqis huwa kkalkolat skont wieħed mill-metodi speċjali stipulati fil-punti (a), (b), (ċ) jew (d) tal-Artikolu 173(2) ta’ din id-direttiva?

2)

L-Istati Membri huma marbuta li japplikaw ir-regola ta’ arrotondament li tinsab fl-Artikolu 175(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE dwar is-sistema ta’ taxxa komuni fuq il-valur miżjud fil-każ ta’ aġġustament tat-taxxa tal-input li jkun sar skont l-Artikoli 184 et seq ta’ din id-direttiva fil-każijiet fejn il-proporzjon ta’ tnaqqis fis-sens tal-Artikolu 175(1) ta’ din id-direttiva huwa kkalkolat skont wieħed mill-metodi speċjali stipulati fil-punti (a), (b), (ċ) jew (d) tal-Artikolu 173(2) ta’ din id-direttiva jew skont il-punti (a), (b), (ċ) jew (d) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 17(5) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima?

3)

L-Istati Membru huma marbuta jaġġustaw it-tnaqqis skont l-Artikoli 184 et seq tad-Direttiva 2006/112/KE billi japplikaw ir-regola ta’ arrotondament – it-tieni domanda – b’tali mod li jkun hemm arrotondament tal-ammont tal-VAT tal-input suġġett għal aġġustament ’il fuq jew ’l isfel għal numru sħiħ ta’ perċentwali favur il-persuna taxxabbli?


(1)  ĠU 2006 L 347, p. 1.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ April 2015 – Pierre Mulhaupt, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Civile Immobilière Senior Home (SCI)

(Kawża C-195/15)

(2015/C 254/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Pierre Mulhaupt, bħala amministratur ġudizzjarju ta’ Société Civile Immobilière Senior Home (SCI)

Partijiet oħra fil-kawża:

Gemeinde Wedemark, Hannoversche Volksbank eG

Domanda preliminari

Il-kunċett ta’ dritt in rem li jinsab fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment [proċeduri ta’ insolvenza] (1), ikopri regola nazzjonali, bħal dik li tinsab fl-Artikolu 12 tal-Grundsteuergesetz (Liġi dwar it-taxxa fuq proprjetà immobbli), moqri flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 77(2) tal-Abgabenordnung (Kodiċi fiskali), li tipprovdi li l-krediti tat-taxxa fuq proprjetà immobbli jikkostitwixxu ipso jure piż tad-dritt pubbliku fuq il-proprjetà immobbli u li l-proprjetarju għandu għaldaqstant jittollera l-eżekuzzjoni forzata fuq il-proprjetà immobbli?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Mejju 2015 – Korpschef van politie vs W.F. de Munk

(Kawża C-209/15)

(2015/C 254/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Korpschef van politie

Konvenut: W.F. de Munk

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħalma huwa l-Artikolu 19 tal-Besluit algemene rechtspositie politie (Digriet dwar l-istatus ġuridiku ġenerali tal-pulizija, iktar ’il quddiem il-“Barp”), li tipprovdi li uffiċjal imkeċċi inġustament ma jakkumulax drittijiet għal sigħat ta’ leave matul il-perijodu bejn id-data tat-tkeċċija tiegħu u d-data tar-reintegrazzjoni tiegħu fis-servizz jew dik li fiha r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm b’mod validu?

2)

Jekk mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li fil-fatt matul il-perijodu kontenzjuż ġew akkumulati drittijiet għal sigħat ta’ leave, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-Artikolu 23 tal-Barp, li jipprovdi li, mat-tmiem tas-sena ta’ referenza, huwa biss numru limitat ta’ sigħat ta’ leave li jista’ jiġi ttrasferit għas-sena segwenti u li d-drittijiet għal sigħat ta’ leave li jkunu għadhom ma ttieħdux jiskadu?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-11 ta’ Mejju 2015 – Município de Vila Pouca de Aguiar vs Sá Machado & Filhos, SA, Norcep Construções e Empreendimentos, Lda

(Kawża C-214/15)

(2015/C 254/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Município de Vila Pouca de Aguiar

Konvenuti: Sá Machado & Filhos, SA, Norcep Construções e Empreendimentos, Lda

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 55 tad-Direttiva Nru 2004/18/KE (1), fl-ambitu ta’ proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ta’ xogħlijiet pubbliċi, jippermetti l-esklużjoni immedjata ta’ offerta li, meta tkun ġiet ippreżentata, ma kinitx immedjatament akkumpanjata b’dokument li jinkludi l-ġustifikazzjoni tal-“prezz anormalment baxx” f’sitwazzjoni fejn id-dokumenti tas-sejħa għal offerti jinkludu l-iffissar tal-kriterju meħtieġ għall-osservanza tal-imsemmi kunċett [ara l-punt 90.o/C1 tal-“programm tal-proċedura tas-sejħa għal offerti”]?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132)


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/7


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 minn Apple and Pear Australia Ltd, Star Fruits Diffusion mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-378/13, APAL u Star Fruit vs UASI

(Kawża C-226/15 P)

(2015/C 254/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Apple and Pear Australia Ltd, Star Fruits Diffusion (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tal-25 ta’ Marzu 2015, fil-Kawża T-378/13, EU:T:2015:186, sa fejn ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż, prinċipalment, għar-riforma tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4;

tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-29 ta’ Mejju 2013, fil-Każ R 1215/2011-4, fis-sens li l-appell ippreżentat mill-appellanti lil dan il-Bord tal-Appell huwa fondat u, konsegwentement, għandu jilqa’ l-oppożizzjoni tal-appellanti għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja ENGLISH PINK Nru 8610768;

tikkundanna l-Uffiċċju li jbati l-ispejjeż kollha tal-appellanti marbutin kemm mal-proċedura tal-Appell kif ukoll ma’ dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw l-aggravji li ġejjin.

Fl-ewwel lok, l-appellanti jqisu li kemm il-Qorti Ġenerali kif ukoll il-Bord tal-Appell kisru l-prinċipju ġenerali ta’ awtorità ta’ res judicata bejn l-istess partijiet minn tribunal tat-trade marks Komunitarji b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 fuq it-trade mark Komunitarja (“RTK”) (1), kif ukoll il-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.

Fit-tieni lok, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 65(3) tal-istess regolament, u li ma rriformatx id-deċiżjoni tal-Uffiċċju.

Fl-aħħar nett, l-appellanti jqisu li peress li l-kawża qiegħda fi stat li tiġi ġġudikata, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna li tapplika l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU L 78, p. 1.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Rechtbank Den Haag (in-Netherlands) fl-20 ta’ Mejju 2015 – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA

(Kawża C-230/15)

(2015/C 254/11)

Lingwa tal-kawża: in-Netherlandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Brite Strike Technologies Inc.

Konvenuta: Brite Strike Technologies SA

Domandi preliminari

1)

Il-BCIP [(Konvenzjoni Benelux dwar il-proprjetà intellettwali (trade marks u disinni)] għandha (għar-raġunijiet indikati fil-punti 28-34 tas-sentenza tal-Gerechtshof Den Haag tas-26 ta’ Novembru 2013 jew għal oħrajn) tiġi kkunsidrata bħala konvenzjoni li saret wara, hekk li l-Artikolu 4.6 tagħha ma jistax jitqies bħala regola partikolari fis-sens tal-Artikolu 71 tar-Regolament ta’ Brussell I (1)?

Fil-każ ta’ risposta affermattiva:

2)

Jirriżulta mill-Artikolu 22(4) tar-Regolament ta’ Brussell I li kemm il-qorti Belġjana kif ukoll il-qorti Netherlandiża u l-qorti Lussemburgiża għandhom ġurisdizzjoni internazzjonali sabiex jieħdu konjizzjoni tal-kawża?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva, kif għandu jiġi stabbilit, f’kawża bħal din, jekk hijiex il-qorti Belġjana jew dik Netherlandiża jew il-qorti Lussemburgiza li għandha ġurisdizzjoni internazzjonali? Huwa possibbli li (madankollu) jiġi applikat l-Artikolu 4.6 tal-BCIP sabiex tiġi stabbilita (b’mod iktar preċiż) il-ġurisdizzjoni internazzjonali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Mejju 2015 – Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

(Kawża C-238/15)

(2015/C 254/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria do Céu Bragança Linares Verruga, Jacinto Manuel Sousa Verruga, André Angelo Linares Verruga

Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la recherche

Domanda preliminari

Il-kundizzjoni imposta fuq l-istudenti li ma jirrisjedux fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 2a tal-Liġi tat-22 ta’ Ġunju 2000 dwar l-għajnuna finanzjarja tal-Istat għal edukazzjoni ogħla, kif miżjuda mil-Liġi tad-19 ta’ Lulju 2013, bl-esklużjoni ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kriterju ta’ rabta, jiġifieri li wieħed ikun wild ta’ ħaddiema li kienu impjegati jew li eżerċitaw l-attività tagħhom fil-Lussemburgu għal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas ħames snin fil-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, hija ġġustifikata mill-kunsiderazzjonijiet ta’ politika tal-edukazzjoni u ta’ politika baġitarja invokati mill-Istat Lussemburgiż, u xierqa, rispettivament ipproporzjonata meta mqabbla mal-għan li jrid jintlaħaq, jiġifieri li dan l-Istat ifittex li jinkoraġġixxi ż-żieda fil-proporzjon tal-persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla, filwaqt li jfittex li jiggarantixxi li dawn il-persuni, wara li jkunu bbenefikaw mill-possibbiltà offruta mill-iskema ta’ għajnuna kkonċernata għall-finanzjament tal-istudju tagħhom, li jkunu saru skont il-każ barra mill-pajjiż, jirritornaw lejn il-Lussemburgu sabiex iqiegħdu l-għarfien li jkunu akkwistaw għas-servizz tal-iżvilupp ekonomiku ta’ dan l-Istat Membru?


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/10


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-244/15)

(2015/C 254/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Triantafyllou u W. Roels)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi adottat u żammet fis-seħħ leġiżlazzjoni li tipprovdi eżenzjoni mit-taxxa fuq is-suċċessjoni f’dak li jikkonċerna l-ewwel residenza li tagħti lok għal diskriminazzjoni sa fejn tapplika biss għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirrisjedu fil-Greċja, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

It-trattament fiskali differenti bejn ir-residenti fil-Greċja li ma humiex proprjetarji ta’ immobbli (li huma eżenti mit-taxxa fuq is-suċċessjoni) u l-persuni li ma humiex residenti fil-Greċja fir-rigward tal-ewwel residenza akkwistata permezz ta’ suċċessjoni, jikkostitwixxi restrizzjoni mhux ġustifikata għall-moviment liberu tal-kapital fis-sens tal-Artikolu 63 TFUE (are wkoll l-Artikolu 65 TFUE).

2.

It-trattament fiskali differenti bejn ir-residenti Griegi u l-persuni mhux residenti fil-Greċja jikkostitwixxi trattament differenti mhux iġġustifikat ta’ sitwazzjonijiet paragunabbli, peress li, minn naħa, il-persuni mhux residenti jistgħu wkoll imorru joqogħdu l-Greċja b’tali mod li jsibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni bħar-residenti diġà preżenti fil-Greċja u, min-naħa l-oħra, l-eżenzjoni ma hijiex marbuta mal-okkupazzjoni mill-proprjetarju tal-beni immobbli riċevut f’eredità u allura ma huwiex possibbli li l-post ta’ residenza jikkostitwixxi l-kriterju ta’ bażi fuq liema tingħata l-eżenzjoni. Il-kriterju tar-residenza jaħbi dak tan-nazzjonalità, peress li r-residenti tal-Greċja huma iktar Griegi u viċi-versa.

3.

Tali distinzjoni, li ma hijiex marbuta mal-okkupazzjoni tal-beni immobbli mill-proprjetarju, ma tistax tkun iġġustifikata minn kriterji ta’ politika soċjali u lanqas mill-ħtieġa li jiġi żgurat id-dħul pubbliku.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/10


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-253/15 P)

(2015/C 254/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Chin Haur Indonesia, PT, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Maxcom Ltd

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Marzu 2015 u nnotifikata lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tiċħad it-talbiet tar-rikors fl-ewwel istanza u tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;

jew, sussidjarjament,

tibqgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell tal-Kummissjoni huwa intiż kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13. F’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn jikkonċerna lil Chin Haur Indonesia, PT, l-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 (1), tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le.

Il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tiddeċiedi li l-Kunsill kien kiser ir-Regolament Bażiku (2) peress li din il-konklużjoni hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-premessa rilevanti tar-regolament ikkontestat u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku. It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali tat motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja tal-konklużjonijiet tagħha, bi ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. It-tielet nett, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet proċedural skont l-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU L 153, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51, rettifika ĠU 2010, L 7, p. 22).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/11


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13, City Cycle Industries vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-254/15 P)

(2015/C 254/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: City Cycle Industries, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Maxcom Ltd

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Marzu 2015 u nnotifikata lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13, City Cycle Industries vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tiċħad it-talbiet tar-rikors fl-ewwel istanza u tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;

jew, sussidjarjament,

tibqgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell tal-Kummissjoni huwa intiż kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13. F’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali annullat, sa fejn jikkonċerna lil City Cycle Industries, l-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013 (1), tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le.

Il-Kummissjoni tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ssosstni li l-Qorti Ġenerali ma vverifikatx ex officio jekk ir-rikors għal annullament kienx ammissibbli skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 263 TUFE. It-tieni nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tiddeċiedi li l-Kunsill kien kiser ir-Regolament Bażiku (2) peress li din il-konklużjoni hija bbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tal-premessa rilevanti tar-regolament ikkontestat u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku. It-tielet nett, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali tat motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja tal-konklużjonijiet tagħha, bi ksur tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tqis li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet proċedural skont l-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU L 153, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51, rettifika ĠU 2010, L 7, p. 22).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/12


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-259/15 P)

(2015/C 254/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, R. Bierwagen, C. Hipp, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Chin Haur Indonesia, PT, Il-Kummissjoni Ewropea, Maxcom Ltd

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Marzu 2015 u nnotifikata lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-412/13, Chin Haur Indonesia, PT vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza minn Chin Haur Indonesia, PT għall-annullament tar-regolament kontenzjuż (1); u

tikkundanna lil Chin Haur Indonesia, PT għall-ispejjeż tal-Kunsill fiż-żewġ istanzi.

Sussidjarjament,

tibqgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid; u

tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku (2) inkwantu kkonkludiet li l-Kunsill ma kellux biżżejjed provi sabiex jiddeċiedi li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet involuta f’trasbord. Il-Qorti Ġenerali interpretat il-kundizzjonijiet li l-kumpanniji għandhom jissodisfaw sabiex jiġu eżenti mill-miżuri estiżi, b’mod li jmur kontra l-istruttura tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku (l-ewwel motiv).

Il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx b’mod xieraq il-konklużjoni li tipprovdi li, abbażi tad-dokumenti li ġew prodotti, il-Kunsill ma kellux elementi probatorji li jippermettulu jikkonkludi fir-regolament kontenzjuż li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet tipparteċipa f’operazzjonijiet ta’ trasbord. Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li tgħid is-sentenza appellata, sa fejn it-trasbord kien muri b’mod korrett fuq livell nazzjonali u sa fejn it-talba għal eżenzjoni tar-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kinitx iġġustifikata, is-sempliċi konklużjoni li l-Kunsill u, sussegwentement, il-Qorti Ġenerali, setgħu jisiltu mill-fatti kienet li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet ipparteċipat f’trasbord. Billi adottat konklużjoni differenti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti (it-tieni motiv).


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51, rettifika ĠU 2010, L 7, p. 22).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/13


Appell ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-19 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13, City Cycle Industries vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-260/15 P)

(2015/C 254/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert, aġent, R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: City Cycle Industries, Il-Kummissjoni Ewropea, Maxcom Ltd

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fid-19 ta’ Marzu 2015 u nnotifikata lill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-413/13, City Cycle Industries vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza minn City Cycle Industries għall-annullament tar-regolament kontenzjuż (1); u

tikkundanna lil City Cycle Industries għall-ispejjeż tal-Kunsill fiż-żewġ istanzi.

Sussidjarjament,

tibqgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid; u

tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Bażiku (2) inkwantu kkonkludiet li l-Kunsill ma kellux biżżejjed provi sabiex jiddeċiedi li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet involuta f’trasbord. Il-Qorti Ġenerali interpretat il-kundizzjonijiet li l-kumpanniji għandhom jissodisfaw sabiex jiġu eżenti mill-miżuri estiżi, b’mod li jmur kontra l-istruttura tal-Artikolu 13 tar-Regolament Bażiku (l-ewwel motiv).

Il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx b’mod xieraq il-konklużjoni tagħha li tipprovdi li, abbażi tad-dokumenti li ġew prodotti, il-Kunsill ma kellux elementi probatorji li jippermettulu jikkonkludi fir-regolament kontenzjuż li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet tipparteċipa f’operazzjonijiet ta’ trasbord. Barra minn hekk, bil-kontra ta’ dak li tgħid is-sentenza appellata, sa fejn it-trasbord kien muri b’mod korrett fuq livell nazzjonali u sa fejn it-talba għal eżenzjoni tar-rikorrenti fl-ewwel istanza ma kinitx iġġustifikata, is-sempliċi konklużjoni li l-Kunsill u, sussegwentement, il-Qorti Ġenerali, setgħu jisiltu mill-fatti kienet li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kienet ipparteċipat f’trasbord. Billi adottat konklużjoni differenti, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti (it-tieni motiv).


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 501/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2011 fuq importazzjonijiet ta’ biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ biċikletti kkunsinjati mill-Indoneżja, mill-Malasja, mis-Sri Lanka u mit-Tuneżija, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fl-Indoneżja, il-Malasja, is-Sri Lanka u t-Tuneżija kif ukoll jekk le (ĠU L 153, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51, rettifika ĠU 2010, L 7, p. 22).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/14


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 mir-Renju tal-Belġju mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-538/11, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-270/15 P)

(2015/C 254/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet u J.-C. Halleux, aġenti, L. Van Den Hende, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2015;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-27 ta’ Lulju 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-iskrining [screening] għall-enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (EST) fil-bovini [annimali tal-ifrat] implimentata mill-Belġju [Għajnuna mill-Istat C 44/08 (ex NN 45/04)];

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fir-rigward tal-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

a)

L-ewwel parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni, b’mod partikolari sa fejn ibbażat ruħha fuq il-premessa li, kull darba li l-awtorità timponi obbligu legali jew amministrattiv fuq ċerti impriżi, l-ispejjeż marbuta ma’ dan l-obbligu għandhom awtomatikament jiġu imputati lill-impriżi kkonċernati, mingħajr ma l-awtorità pubblika tkun tista’ tintervjeni bi kwalunkwe mod u indipendentement mill-għan tal-miżura u tar-rabta mal-eżerċizzju tal-prerogattivi ta’ awtorità pubblika. Peress li din il-premessa għandha tiġi miċħuda, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma spjegat għaliex l-ispejjeż tat-testijiet għall-iscreening tal-EST jikkostitwixxu spiża li “normalment” hija ta’ piż għall-baġit ta’ impriża. Il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 36, moqri flimkien mal-Artikolu 53, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari billi ma eżaminatx id-diversi argumenti u preċedenti invokati mill-appellant, jew billi naqset milli tirrikonoxxi r-rilevanża tagħhom.

b)

It-tieni parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn ikkunsidrat li l-eżistenza jew l-assenza ta’ leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni huma kompletament irrilevanti għall-finijiet tal-għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha stabbilit fl-Artikolu 36, moqri flimkien mal-Artikolu 53, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, billi ma rrispondietx għall-argumenti magħmula mir-Renju tal-Belġju.

c)

It-tielet parti: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi tat x’tifhem li r-Renju tal-Belġju ma kienx indika għaliex l-eżistenza jew l-assenza ta’ kumpens eċċessiv huma legalment rilevanti għall-eżistenza ta’ vantaġġ ekonomiku fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Is-sentenza appellata hija wkoll ivvizzjata bi żball ta’ liġi sa fejn tidher li qed tinsinwa li dan l-argument ma ġiex issostanzjat b’mod suffiċjenti fuq livell fattwali.

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kundizzjoni dwar is-selettività fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta affermat, b’mod ġenerali, li l-impriżi kollha suġġetti għall-obbligu li jwettqu kontrolli qabel ma jkunu jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom, kienu, bħala definizzjoni, f’“sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli”. Tal-inqas, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha billi ma spjegat bl-ebda mod għal liema raġuni dawn l-impriżi kollha jinsabu f’“sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli” mill-perspettiva tal-għajnuna mill-Istat u billi ma rrispondietx għar-riżervi espressi mir-Renju tal-Belġju.


Il-Qorti Ġenerali

3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/16


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Iberdrola vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/15)

(2015/C 254/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Iberdrola, SA (Bilbao, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1;

tannulla l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni, sa fejn tirrikjedi li r-Renju ta’ Spanja jtemm l-iskema ta’ għajnuna msemmija fl-Artikolu 1;

tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-Deċiżjoni, sa fejn tordna l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat ikkonstatata mill-Kummissjoni;

sussidjarjament, tillimita l-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja mill-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni skont l-istess termini bħal fil-każ tal-Ewwel u tat-Tieni Deċiżjoni, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15, Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk esposti f’dawn il-kawżi.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/16


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-263/15)

(2015/C 254/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (Gdynia, il-Polonja) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. zo. o. (Gdynia) (rappreżentanti: T. Koncewicz, K. Gruszecka-Spychała u M. Le Berre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara invalida u tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35 388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N), il-Polonja, “Kostruzzjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw, inter alia, il-motivi segwenti:

1.

L-ewwel motiv

Arbitrarjetà u żball flagranti fil-konstatazzjonijiet ta’ fatt li abbażi tagħhom ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, nuqqas konsegwenti min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha, u żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-provi.

2.

It-tieni motiv

Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni fatturi u ċirkustanzi li huma rilevanti għall-evalwazzjoni ġuridika tal-investiment fl-ajruport Gdynia-Kosakowo.

3.

It-tielet motiv

Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza li tenfasizza l-obbligu ta’ istituzzjoni li għandha diskrezzjoni li tispjega għalfejn provi u fatti speċifiċi ttieħdu inkunsiderazzjoni, filwaqt li oħrajn ġew miċħuda.

4.

Ir-raba’ motiv

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE flimkien ma’ prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew – il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ lealtà tal-istituzzjoni fil-konfront ta’ persuni suġġetti għal-liġi – minħabba applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljati.

5.

Il-ħames motiv

Ksur minħabba klassifikazzjoni legali żbaljata tal-fatti u tal-provi, li rriżultat fi ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 107(1) TFUE għaliex ġie kkonstatat li f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent li l-azzjonijiet tar-rikorrenti jissodisfaw it-test tal-investitur privat ma ġewx sodisfatti u ma ġiex stabbilit li l-proġett ta’ investiment kien ser jitwettaq minn investitur privat, bil-konsegwenza li l-investiment Gdynia-Kosakowo kien jiddependi fuq għajnuna pubblika mhux awtorizzata.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/17


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 – Gameart vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-264/15)

(2015/C 254/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gameart sp. z o.o. (Bielsko-Biała, il-Polonja) (rappreżentant: P. Hoffman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Frar 2015 sa fejn din tikkonferma r-rifjut tat-talba indirizzata lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Polonja għall-aċċess għal kopji ta’ ittri fil-pussess ta’ dan il-Ministeru, li ntbagħtu mir-Repubblika tal-Polonja lill-Kummissjoni u li jikkonċernaw proċedura mmexxija mill-Kummissjoni dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni mir-Repubblika tal-Polonja marbuta mal-Liġi tad-19 ta’ Novembru 2009 dwar il-logħob tal-ażżard;

fil-każ li l-Qorti Ġenerali ma tikkondividix l-istess fehma tar-rikorrenti fis-sens li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tadotta deċiżjoni vinkolanti fir-rigward ta’ talba għall-aċċess għal dokumenti, imressqa minn persuna fiżika jew ġuridika quddiem korp ta’ Stat Membru, liema talba tkun ġiet trażmessa lill-Kummissjoni minn dan l-Istat Membru, tiddikjara li, skont l-Artikolu 277 TFUE, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament huwa invalidu u għalhekk ma japplikax għall-kawża preżenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 1049/2001

Peress li t-talba ġiet indirizzata lil korp ta’ Stat Membru u kienet tikkonċerna dokumenti li joriġinaw minn dan l-Istat Membru, l-Artikolu 5 tar-Regolament ma japplikax. Is-sempliċi trażmissjoni tat-talba minn dan lill-Istat Membru lill-Kummissjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament, ma tagħtix kompetenza lill-Kummissjoni peress li t-talba ma tikkonċernax dokumenti li joriġinaw mill-Kummissjoni. Anki li kieku l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament kien applikabbli għat-talba, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tal-istess regolament ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza istituzzjoni tal-Unjoni tieħu deċiżjoni vinkolanti fir-rigward ta’ din it-talba.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament Nru 1049/2001

Peress li ħadet deċiżjoni dwar aċċess għal dokument li joriġina mir-Repubblika tal-Polonja, il-Kummissjoni kienet marbuta tikkonsulta lil dan l-Istat, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament, iżda naqset milli tagħmel dan. Ir-rifjut ta’ aċċess għal dokument li joriġina mir-Repubblika tal-Polonja għandu, fl-assenza ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament, jiġi ammess f’ċirkustanzi eċċezzjonali biss, liema ċirkustanzi ma jirriżultawx f’dan il-każ.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE

Il-Kummissjoni b’ebda mod ma ġġustifikat il-kompetenza tagħha li tadotta d-deċiżjoni fir-rigward tal-parti kkontestata, minkejja li r-rikorrenti ddedikat il-parti l-kbira tat-talba konfermatorja tagħha għall-kwistjoni tan-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni. Il-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma kienet tinkludi ebda informazzjoni dwar dan il-punt, u dan iċaħħad lir-rikorrenti minn protezzjoni xierqa tad-drittijiet tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 277 TFUE

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali tikkonstata, kuntrarjament għall-argumenti invokati fil-kuntest tal-ewwel motiv, li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trażmissjoni, minn Stat Membru lil istituzzjoni tal-Unjoni, ta’ talba għall-aċċess għal dokument, fil-pussess tiegħu, tawtorizza lill-istituzzjoni kkonċernata tadotta deċiżjoni vinkolanti fir-rigward ta’ din it-talba, ir-rikorrenti ssostni li l-Artikolu 5, interpretat b’dan il-mod, ma jistax ikun ibbażat fuq l-Artikolu 15(3) TFUE jew fuq l-Artikolu 255 KE bħala l-bażi legali korretta u konsegwentement huwa invalidu. Barra minn hekk, id-dispożizzjoni interpretata b’dan il-mod hija inkoerenti mal-motivazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001, u dan iwassal għall-invalidità tagħha abbażi tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 253 KE).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/19


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2015 – Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/15)

(2015/C 254/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Químicas del Vallés, SA (Mollet del Vallès, Spanja) (rappreżentanti: C. Fernández Vicién, I. Moreno-Tapia Rivas u C. Vila Gisbert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

ma tapplikax ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu u l-paragrafu 4 tal-Anness II;

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/408, tal-11 ta’ Marzu 2015, rigward l-inklużjoni tal-Metalaxil fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni li tinsab fl-Anness tiegħu, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq li r-Regolament ta’ Implementazzjoni ġie adottat abbażi ta’ regola ġuridika illegali, peress li r-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1107/2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea peress li:

jikser il-prinċipju ta’ prekwazjoni billi jipprevedi mekkaniżmu ta’ sostituzzjoni ta’ sustanzi attivi abbażi ta’ riskji ipotetiċi li ma humiex oġġettivament fondati;

minħabba li jaffettwa s-sustanzi awtorizzati, jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li jmur lil hinn minn dak li huwa strettament neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ livell ta’ protezzjoni għoli;

jikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern peress li jippromwovi s-sostituzzjoni ta’ sustanzi f’tali kundizzjonijiet; u

jikser il-prinċipju ta’ motivazzjoni, fir-rigward tal-kriterju ta’ “proporzjon sinifikanti ta’ isomeri mhux attivi”, inkluż fil-punt 4 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq li r-Regolament (UE) Nru 2015/408 jikser l-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-inklużjoni ta’ Metalaxil fil-lista ta’ sustanzi kandidati għas-sostituzzjoni abbażi ta’ kriterji xjentifiċi u tekniċi ma hijiex iġġustifikata u tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni fir-rigward ta’ Metalaxil-M.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq li r-Regolament (UE) Nru 2015/408 jikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-għanijiet ta’ tnaqqis ta’ riskji għas-saħħa u għall-ambjent promossi mill-Unjoni Ewropea.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/20


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Nova vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-299/15)

(2015/C 254/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Nova Onlus Consorzio nazionale di cooperative sociali – Soc. coop. (Trani, l-Italja) (rappreżentanti: M. Astolfi, M. Petrucci, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

 

Prinċipalment

tikkonstata u tiddikjara li r-rikorrenti ssodisfat l-obbligi kuntrattwali tagħha kollha taħt il-Ftehim ta’ Sussidju Nru HOME/2011/PPRS/AG/2176 Nru Abac 30-CE-0495809/00-94 u, konsegwentement:

tiddikjara li hija intitolata żżomm is-somma ta’ EUR 80  242,78li rċeviet diġà fil-kuntest ta’ “pre-financing payment” u li bħal issa hija s-suġġett tan-nota ta’ debitu maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea – Directorate General Migration and Home Office– Directorate E: Migration and Security Funds – Unit E2: Asylum, Migration and Integration Fund – HOME E2/FL/2015, ref. 1520007HOME E2/FL/2015, tal-1 ta’ April 2015, dwar is-suġġett “HOME/2011/PPRS/AG/2176 TORRE – Transnational Observatory for Refugee’s Resettlement in Europe no 3241503771”, maħruġa mill-konvenuta sabiex tirkupra din is-somma;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-bqija li jammonta għal EUR 52  146,36li għadhom dovuti bħala “final payment”, flimkien mal-interessi moratorji li għandhom jiġu kkalkolati sal-eżekuzzjoni fis-sens tal-Artikolu II.16.3 tal-Ftehim ta’ Sussidju kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura.

 

Sussidjarjament

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Directorate General Migration and Home Affairs – Directorate E: Migration and Security Founds – Unit E2”: Asylum, Migration and Integration Fund – HOME E2/FL/2015, prot. 1520007 tal-1 ta’ April 2015, dwar is-suġġett “HOME/2011/PPRS/AG/2176 TORRE – Transnational Observatory for Refugee’s Resettlement in Europe – nota ta’ debitu Nru 3241503771” li għandha l-għan li tirkupra s-somma ta’ EUR 80  242,78kif ukoll kull att ieħor preċedenti, preparatorju jew ulterjuri;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-bqija li jammonta għas-somma ta’ EUR 52  146,36li għadha dovuta għall-eżekuzzjoni tal-Ftehim ta’ Sussidju Nru HOME/2011/PPRS/AG/2176 Abac 30-CE-0495809/00-94 bħala “final payment” flimkien mal-interessi moratorji li għandhom jiġu kkalkolati sal-eżekuzzjoni skont l-Artikolu II.16.3 tal-Ftehim ta’ Sussidju kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-ħlas tal-bqija u fuq il-ksur tal-obbligi previsti fl-Artikolu article II.15.4 tal-Ftehim ta’ Sussidju.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni l-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju mill-Kummissjoni fl-aġir tagħha, kif ukoll il-ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, imparzjalità u ta’ newtralità tal-evalwatur indipendenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ evalwazzjoni oġġettiva tar-riżultat previsti fl-Anness I – LogFrame tal-Ftehim ta’ Sussidju, u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-limiti ta’ tnaqqis tal-bqija fis-sens tal-Artikolu II.17.5 tal-Ftehim ta’ Sussidju kif ukoll tal-limiti tal-penali previsti fl-Artikolu II.12.

Fuq dan il-punt, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għandha parti mir-responsabbiltà fil-fatt li r-riżultati ma ntlaħqux; hija ssostni l-arrikkament indebitu tal-Kummissjoni, il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba għal dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-għanijet tal-proġett, u fid-dawl tal-kontribut fattwali tal-aġir tal-Kummissjoni nnifisha, kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ osservanza tal-forom proċedurali sostanzjali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ġenerali tal-obbligi kuntrattwali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, il-ksur tal-prinċipju ta’ drittijiet tad-difiża minħabba l-aġir tal-Kummissjoni waqt il-proċedura tal-awditu u ta’ rkupru u l-ksur tal-Artikolu 42(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-obbligi previsti fl-Artikolu II.14.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni l-ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi għal dak li jikkonċerna l-eliġibbiltà tal-ispejjeż relatati mar-riżorsi umani u l-attivitajiet ta’ riċerka.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/21


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-317/15)

(2015/C 254/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-avviż ta’ kompetizzjoni EPSOAD/302/15 – Amministraturi fil-qasam tal-awditjar (AD 5),

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-isteess bħal dawk invokati fil-Kawża T-17/15, Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni (ĠU C 81, 9 ta’ Marzu 2015, p. 27).


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2015 – Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/15)

(2015/C 254/25)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro SpA (Vicenza, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, M. Santacroce, M. Toniolo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Kummissjoni eskludiet lil Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro S.p.A. milli tieħu sehem fil-proċedimenti kollha għall-għoti ta’ kuntratti u għall-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerai tal-Unjoni Ewropea, inkluż il-proċediment Nru JRC/IPR/2014/C.5/0003 RC, ippubblikata fil-ĠU 2014/s 034-054569 u r-rettifiki suċċessivi, għal sentejn u għaxar xhur;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-proċeduri ta’ esklużjoni nfetħu fl-okkażjoni tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fi proċedura ristretta mibdija miċ-Centro Comune di Ricerca fit-18 ta’ Frar 2014 għall-kostruzzjoni ta’ binja ġdida fis-sit ta’ Ispra. Fil-fatt, il-Kummissjoni saret taf b’ċertu irregolaritajiet li twettqu mill-kumpannija rikorrenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ investigazzjoni, żnaturament tal-fatti u konsegwentement żball ta’ liġi minħabba nuqqas ta’ applikazzjoni tad-deroga msemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament finanzjarju.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni, żnaturament tal-fatti u konsegwentement żball ta’ liġi inkwantu ma applikatx għall-każ inkwistjoni l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Nru 996/2012. B’mod partikolari l-Kummissjoni wettqet żball billi ma rrikonoxxietx li fil-każ inkwistjoni ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 106(1)(b) tar-Regolament Nru 966/2012; u billi ma kkunsidratx adegwatament il-provi dokumentarji prodotti minn Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro S.p.A. matul l-investigazzjoni sabiex turi li kienet użat “miżuri xierqa” fil-konfront ta’ E. Maltauro.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-Artikolu 106(1)(c) tar-Regolament finanzjarju.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut, sussidjarjament, li d-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minħabba żnaturament tal-fatti u nuqqas ta’ motivazzjoni inkwantu hija imputat lill-impriża r-responsabbiltà għal żball professjonali serju fis-sens tal-Artikolu 106(1)(c) tar-Regolament Nru 966/2012. Mid-dokumenti li jirrigwardaw il-proċeduri li kienu jimplikaw lil E. Maltauro la kien jirriżulta li Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro S.p.A. naqset mill-obbligi tagħha ta’ viġilanza u ta’ lealtà kuntrattwali, u lanqas li hija siltet vantaġġi mill-aġir illegali attribwit lill-ex kap eżekuttiv tagħha. Għaldaqstant ma kinux ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet sabiex Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro S.p.A. tiġi akkużata bi żball professjonali ta’ serjetà tali li tiġi applikata l-imsemmija raġuni ta’ esklużjoni

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut, dejjem sussidjarjament, li r-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll ivvizzjata minħabba ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju, sa fejn hija bbażata fuq elementi li ma kinux issemmew mill-Kummissjoni fl-ittra li tat lok għall-ftuħ tal-proċeduri u li fir-rigward tagħhom Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro S.p.A. qatt ma tqiegħdet f’kundizzjoni li tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Dan ma ppermettilhiex li tiddefendi lilha nnifisha b’mod xieraq b’riferiment għal elementi li sussegwentement irriżultaw li kienu determinanti għall-finijiet tal-esklużjoni tagħha minn kull proċedimenti għall-għoti ta’ kuntratti u għall-għodi ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u tal-Fond Ewropew tal-Iżvilupp.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fid-determinazzjoni tal-perijodu ta’ esklużjoni.

F’dan ir-rigward qed jiġi sostnut, b’mod ulterjorment sussidjarju, li d-deċiżjoni ta’ esklużjoni ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, b’mod partikolari fil-parti fejn tistabbilixxi l-perijodu ta’ esklużjoni għal sentejn u għaxar xhur. Dan it-tul ta’ żmien huwa għal kollox mhux ġustifikat, kuntrarju għall-ispirtu u l-iskop tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 966/2012 u tar-Regolament Nru 1268/2012, li jirregolaw il-każijiet ta’ esklużjoni, u manifestament sproporzjonat, inkwantu l-elementi li setgħu qiegħdu f’dawl ikrah il-moralità professjonali ta’ Impresa Costruzioni Giuseppe Maltauro S.p.A. ġew ikkonfutati minn din tal-aħħar u ma kien hemm ebda raġuni ta’ biża’ minn danni finanzjarji jew għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/24


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-25 ta’ Ġunju 2015 – EE vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-55/14) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Talbiet għal annullament - Proċedura ta’ tiġdid - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt ta’ smigħ - Ksur - Talbiet għal kumpens - Dannu morali))

(2015/C 254/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EE (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u T. S. Bohr, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament tad-deċiżjoni li ma jiġġeddidx il-kuntratt tar-rikorrenti, li jmissu kien għal żmien indeterminat.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma ġġeddidx il-kuntratt bħala membru tal-persunal bil-kuntratt ta’ EE, ikkomunikata oralment fl-14 ta’ Ottubru 2013, ikkonfermata permezz tan-nota tal-31 ta’ Ottubru 2013 u mmotivata permezz tan-nota tat-13 ta’ Diċembru 2013 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 10  000.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż esposti minn EE.


(1)  ĠU C 421, 24.11.2014, p. 59


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/24


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Mikulik vs Il-Kunsill

(Kawża F-67/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Perijodu ta’ prova - Estensjoni tal-perijodu ta’ prova - Tkeċċija meta ntemm il-perijodu ta’ prova - Perijodu ta’ prova mwettaq f’kundizzjonijiet irregolari))

(2015/C 254/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Filip Mikulik (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jitkeċċa meta ntemm il-perijodu ta’ prova tiegħu u għall-kumpens tad-dannu morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

F. Mikulik għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014, p. 26.


3.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 254/25


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2015 – van Ourdenaarden vs Il-Parlament

(Kawża F-139/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave annwali - Posponiment limitat għal tnax-il ġurnata - Kumpens - Rendikont tal-pensjoni - Assenza ta’ kontestazzjoni fit-termini - Assenza ta’ fatti ġodda u sostanzjali - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors manifestament inammissibbli))

(2015/C 254/28)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Annetje Elisabeth van Ourdenaarden (Grevenmacher, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u N. Chemaï, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li ma jiġux posposti għas-sena 2013 il-ġranet ta’ leave mhux meħuda fl-2012 mir-rikorrenti minħabba leave tal-mard u t-talba għad-danni għad-dannu materjali u morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

A.E. van Ourdenaarden u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 89, 16.3.2015, p. 46.