ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 249A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
30 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2015/C 249A/01

Avviż ta’ Kompetizzjonijiet Ġenerali — EPSO/AD/315/15 — Tradutturi tal-lingwa Finlandiża (FI) (AD5) — EPSO/AD/316/15 — Tradutturi tal-lingwa Ungeriża (HU) (AD5) — EPSO/AD/317/15 — Tradutturi tal-lingwa Latvjana (LV) (AD5) — EPSO/AD/318/15 — Tradutturi tal-lingwa Pollakka (PL) (AD5) — EPSO/AD/319/15 — Tradutturi tal-lingwa Portugiża (PT) (AD5) — EPSO/AD/320/15 — Tradutturi tal-lingwa Slovakka (SK) (AD5)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

30.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 249/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI

EPSO/AD/315/15 — Tradutturi tal-lingwa Finlandiża (FI) (AD5)

EPSO/AD/316/15 — Tradutturi tal-lingwa Ungeriża (HU) (AD5)

EPSO/AD/317/15 — Tradutturi tal-lingwa Latvjana (LV) (AD5)

EPSO/AD/318/15 — Tradutturi tal-lingwa Pollakka (PL) (AD5)

EPSO/AD/319/15 — Tradutturi tal-lingwa Portugiża (PT) (AD5)

EPSO/AD/320/15 — Tradutturi tal-lingwa Slovakka (SK) (AD5)

(2015/C 249 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: l-1 ta’ Settembru 2015 f’nofsinhar, ħin ta’ Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali, ibbażati fuq testijiet, sabiex jinħolqu listi ta’ riserva u li minnhom l-Istituzzjonijiet Ewropej jirreklutaw membri ġodda tas-servizz pubbliku bħala “tradutturi” (grupp ta’ funzjoni AD).

Dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, flimkien mar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Ġenerali ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 70 A tas-27 ta’ Frar 2015 ( http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC ), jifforma l-qafas legalment vinkolanti għal dawn il-proċeduri tal-għażla.

Għadd ta’ kandidati ammessi mixtieqa skont il-kompetizzjoni u skont l-għażla:

 

Għażla 1 -

Għażla 2

EPSO/AD/315/15 – FI

20

9

EPSO/AD/316/15 – HU

15

10

EPSO/AD/317/15 – LV

20

5

EPSO/AD/318/15 – PL

23

2

EPSO/AD/319/15 – PT

32

4

EPSO/AD/320/15 – SK

17

3

Innota li l-postijiet li jistgħu jiġu offruti lill-kandidati magħżula, fil-prinċipju se jkunu bbażati fil-Lussemburgu, ħlief għall-kompetizzjonijiet lingwistiċi Finlandiżi u Portugiżi, li għalihom jistgħu jiġu offruti postijiet Brussel jew fil-Lussemburgu.

Dan l-Avviż fih 6 kompetizzjonijiet, kull waħda b’żewġ għażliet. Int tista’ tapplika biss għal kompetizzjoni u għażla waħda. Din l-għażla għandha ssir fil-ħin tal-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt l-applikazzjoni tiegħek b’mod elettroniku.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

AD 5 huwa l-grad li fih ħafna gradwati u professjonisti żgħażagħ jibdew il-karriera tagħhom bħala amministraturi – lingwistiċi jew oħrajn – fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Ir-rwol ewlieni tal-amministratur lingwistiku (traduttur) huwa li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-korp fejn ikun impjegat billi jipprovdi traduzzjoni ta’ kwalità għolja ta’ dokumenti fil-limiti ta’ żmien mitluba u billi jagħti pariri lingwistiċi. Il-kompiti jinkludu, fost oħrajn, it-traduzzjoni, ir-reviżjoni u r-riċerki terminoloġiċi minn mill-inqas żewġ lingwi sors għal lingwa ewlenija.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jitwettqu.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Inti trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:

Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha tiegħek bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti.

Kundizzjonijiet speċifiċi:

lingwi

Għażla 1

Lingwa 1: livell minimu – C2 fil-lingwa tal-kompetizzjoni

Lingwa 2: livell minimu – C1 fl-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż;

Lingwa 3: livell minimu – C1 fl-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż; din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwa 2

Għażla 2

Lingwa 1: livell minimu – C2 fil-lingwa tal-kompetizzjoni

Lingwa 2: livell minimu – C1 fl-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż;

Lingwa 3: livell minimu – C1 f’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE; trid tkun differenti mil-lingwa 1 u mhux l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż;

Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi ( https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr )

Kundizzjonijiet speċifiċi:

Kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Mill-inqas 3 snin ta’ studji universitarji lesti ċċertifikati b’diploma

Għal dettalji dwar diplomi, ara l-Anness 1 tar-Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Kompetizzjonijiet Ġenerali ( http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070A:TOC )

L-ebda esperjenza professjonali mhi meħtieġa.

It-tieni lingwa magħżula trid tkun l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Dawn huma l-lingwi ta’ ħidma prinċipali użati fl-istituzzjonijiet tal-UE u, fl-interessi tas-servizz, ir-rekluti l-ġodda jridu jkunu kapaċi li jibdew jaħdmu u jikkomunikaw mal-ewwel b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum f’mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi.

Ara l-ANNESS II għal aktar informazzjoni dwar il-lingwi f’kompetizzjonijiet tal-UE.

KIF NINTGĦAŻEL?

1)    Testijiet b’għażliet multipli (MCQ) bil-kompjuter

Jekk inti tivvalida l-formola tal-applikazzjoni tiegħek fi żmien id-data tal-għeluq inti se tiġi mistieden sabiex tagħmel serje ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Tul ta’ ħin

Marka minima meħtieġa

Ir-raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

Verbali + astratt flimkien: 15/30

Ir-raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 minuta

4/10

Ir-raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 minuti

Verbali + astratt flimkien: 15/30

Il-Fehim Lingwistiku

Lingwa 2

12-il mistoqsija

25 minuta

6/12

Il-Fehim Lingwistiku

Lingwa 3

12-il mistoqsija

25 minuta

6/12

Ir-riżultati tat-test tar-raġunament numeriku ma jitqisux fil-marka totali globali tiegħek. Madankollu, int trid iġġib il-marki minimi meħtieġa fit-testijiet kollha sabiex tkun tista’ tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Bejn wieħed u ieħor 3 darbiet, iżda mhux aktar minn 4 darbiet , in-numru ta’ kandidati ta’ suċċess meħtieġa skont il-kompetizzjoni u l-għażla jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet tat-traduzzjoni.

2)    Testijiet tat-traduzzjoni:

Jekk int tissodisfa r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà skont id-dejta fl-applikazzjoni onlajn tiegħek, u jekk inti ġibt waħda mill- ogħla marki totali għat-testijiet MCQ bil-kompjuter, int tiġi mistieden għal żewġ testijiet tat-traduzzjoni f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Testijiet

Lingwa

Tul ta’ ħin

Marka minima meħtieġa

(a)

Test tat-traduzzjoni bid-dizzjunarju

Mil-lingwa 2 għal-lingwa 1

60 minuta

40/80

(b)

Test tat-traduzzjoni bid-dizzjunarju

Mil-lingwa 3 għal-lingwa 1

60 minuta

40/80


L-ippeżar tat-testijiet tat-traduzzjoni (il-kompetenzi speċifiċi)

65 % tal-marka globali

Jekk il-kandidat ma jġibx il-minimu meħtieġ fit-test (a), it-test (b) ma jiġix ikkoreġut.

Inti trid tikseb waħda mill- ogħla marki totali f’dawn it-testijiet sabiex tikkwalifika għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni.

Bejn wieħed u ieħor darbtejn, iżda mhux aktar minn 2,5 darbiet , in-numru ta’ kandidati ta’ suċċess meħtieġa skont il-kompetizzjoni u l-għażla jiġu mistiedna jagħmlu t-testijiet fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni.

3)    Iċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni

Jekk ġibt waħda mill- ogħla marki totali fit-testijiet tat-traduzzjoni, inti tiġi mistieden sabiex tagħmel ġurnata fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni, x’aktarx fi Brussell , sabiex tagħmel testijiet fil-lingwa 2 tiegħek.

Tmien kompetenzi ġenerali, kull waħda bil-massimu ta’ 10 marki, jiġu ttestjati fiċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni permezz ta’ 3 testijiet (il-preżentazzjoni orali, l-intervista ibbażata fuq il-kompetenza u l-eżerċizzju fi grupp) kif deskritt fil-matriċi li ġejja:

Il-marki għal dawn it-testijiet jingħaddu flimkien mal-marki li diġà ngħataw għat-testijiet tat-traduzzjoni biex il-kandidati jingħataw il-punteġġ kumplessiv tagħhom:

Kompetenzi

Testijiet

1

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Preżentazzjoni orali

Eżerċizzju fi grupp

2

Komunikazzjoni

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

3

Kwalità u riżultati

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

4

Tagħlim u żvilupp

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

5

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Preżentazzjoni orali

Eżerċizzju fi grupp

6

Reżiljenza

Preżentazzjoni orali

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

7

Ħidma ma’ oħrajn

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza

8

Ħiliet ta’ tmexxija

Eżerċizzju fi grupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenza


Marka minima meħtieġa

40/80

L-ippeżar tal-kompetenzi ġenerali

35 % tal-marka globali

4)    Lista ta’ riserva

Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tas-selezzjoni jistabbilixxi listi ta’ riżerva li fihom l-ismijiet tal-kandidati eliġibbli li marru l-aħjar wara ċ-Ċentru ta’ Valutazzjoni sakemm jintlaħaq in-numru meħtieġ ta’ kandidati li għaddew skont il-kompetizzjoni u l-għażla. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu sal-:

1 ta’ Settembru 2015 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.


ANNESS I

ID-DMIRIJIET

Il-grad AD 5 huwa l-grad li bih wieħed jista’ jibda l-karriera tiegħu ta’ amministratur – fil-qasam lingwistiku jew f’oqsma oħra – fl-Istituzzjonijiet Ewropej.

Ir-rwol ewlieni ta’ amministratur lingwistiku (traduttur) huwa li jikkontribwixxi għat-twettiq tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-korp fejn ikun impjegat billi jipprovdi traduzzjoni ta’ kwalità għolja ta’ dokumenti fil-limiti ta’ żmien mitluba u billi jagħti pariri lingwistiċi.

Il-kompiti ta’ amministratur lingwistiku (traduttur) jinkludu t-traduzzjoni u r-reviżjoni minn mill-inqas żewġ lingwi sors għal-lingwa ewlenija tagħhom, ir-riċerka terminoloġika, assistenza fuq miżuri ta’ taħriġ u l-iżvilupp tal-għodod tal-informatika. Is-suġġetti li ħafna drabi huma kumplessi, ġeneralment ikunu ta’ natura politika, ġuridika, ekonomika, finanzjarja, xjentifika u teknika u jkopru s-setturi kollha ta’ attività tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-kompiti jeħtieġu użu intensiv tal-għodda tal-informatika u tal-uffiċċju speċifiċi għal dan ix-xogħol.

Tmiem l-ANNESS I, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

IL-LINGWI

Fid-dawl tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, l-Italja vs. il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE jixtiequ jiddikjaraw ir-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa f’din il-kompetizzjoni għal għadd żgħir ta’ lingwi uffiċjali tal-UE.

Il-kandidati huma nfurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa f’din il-kompetizzjoni ġew definiti f’konformità mal-interessi tas-servizz, li jeżiġu li r-rekluti l-ġodda jibdew jaħdmu minnufih u li jkunu kapaċi jikkomunikaw b’mod effiċjenti fil-ħidma tagħhom ta’ kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista’ jiġi affettwat ħażin ħafna.

Abbażi ta’ prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b’kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi l-aktar użati bħala t-tieni lingwa fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta’ edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jistenna mill-kandidati għal pożizzjonijiet mal-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, sabiex ikun hemm bilanċ bejn l-interess u l-ħtiġijiet tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, u minħabba l-qasam partikolari ta’ din il-kompetizzjoni, ikun leġittimu li jiġu organizzati testijiet f’dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li l-kandidati kollha jkunu kapaċi jaħdmu f’mill-inqas waħda minnhom, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b’dan il-mod tippermetti li l-istituzzjonijiet jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jibdew jaħdmu minnufih f’ambjent simili għal dak li jsibu fl-impjieg.

Għall-istess raġunijiet, huwa raġonevoli li tiġi limitata l-lingwa ta’ komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jiġu abbozzati l-applikazzjonijiet. Barra minn hekk, dan jiżgura l-uniformità fit-tqabbil tal-kandidati u l-verifika tal-formoli tal-applikazzjoni tagħhom.

Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs għall-kandidati kollha, kulħadd – inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom tkun waħda minn dawn it-tlieta – irid jagħmel xi testijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi.

Xejn minn dan ma jaffettwa l-possibilità ta’ taħriġ sussegwenti sabiex il-persunal ikun jista’ jaħdem fit-tielet lingwa, b’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali