|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2015/C 245/01 |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2015/C 245/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Marzu 2015 – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-111/15)
(2015/C 245/02)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Upravno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Občina Gorje
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-Regolament Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, li jipprovdi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, suġġett għall-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti minn dan ir-regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 79(4) tad-[Digriet dwar il-miżuri li jimplementaw l-Assi 1, 3 u 4 tal-Programm ta’ żvilupp rurali tar-Repubblika tas-Slovenja għall-perijodu 2007-2013, matul is-snin 2010-2013 (iktar ’il quddiem id-“Digriet PRP”)], u fil-punt 3 tal-Kapitolu VI tas-sejħa għal offerti, liema leġiżlazzjoni tipprovdi li l-infiq ta’ investiment eliġibbli huwa biss dak li jkun ġie sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji (sat-tmiem tal-proġett ta’ investiment jew sa mhux iktar mit-30 ta’ Ġunju 2015)? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 1698/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 56 tal-Liġi dwar l-agrikoltura (Zakon o kmetijstvu), li jipprovdi li kull talba li ma tkunx konformi mal-Artikolu 79(4) tad-Digriet PRP, dwar l-infiq ta’ investiment eliġibbli sostnut wara d-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni, għandha tiġi miċħuda kollha kemm hi? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26).
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Roma (l-Italja) fit-13 ta’ April 2015 – X vs Presidenza del Consiglio dei Ministri
(Kawża C-167/15)
(2015/C 245/03)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X.
Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Domandi preliminari
|
1) |
Id-Direttiva 2004/80/KE (1) [Artikolu 12(2)] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni li – sa fejn tagħmel riferiment, għall-għoti ta’ kumpens taħt responsabbiltà tal-Istat, għad-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet speċjali favur il-vittma – ma tirrikonoxxix lill-vittma ta’ ksur vjolenti tad-dritt komuni l-aċċess għal skema sostantiva ta’ kumpens ta’ tip ġenerali u tirregola biss l-aspetti proċedurali, għas-sitwazzjonijiet transkonfinali, tal-aċċess għall-imsemmija skema? |
|
2) |
Id-Direttiva 2004/80/KE [Artikolu 12(2)] għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi skema sostantiva ta’ protezzjoni taħt responsabbiltà tal-Istat ta’ tip ġenerali jew li fi kwanlunkwe każ għandha kontenut minimu u, f’dan il-każ, skont liema kriterji dan il-kontenut minimu għandu jiġi ddeterminat? |
(1) Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fl-14 ta’ April 2015 – Milena Tomášová vs Ministerstvo spravodlivosti SR
(Kawża C-168/15)
(2015/C 245/04)
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Prešov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Milena Tomášová
Konvenut: Ministerstvo spravodlivosti SR
Pohotovosťs.r.o.
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Združenie na ochranu spotrebiteľa HOOS
Domandi preliminari
|
1) |
Il-fatt li tiġi rkuprata, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni mwettqa abbażi ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ, somma bbażata fuq klawżola inġusta b’kontradizzjoni mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi ksur serju tad-dritt tal-Unjoni? |
|
2) |
Stat Membru jista’ jitqies responsabbli minn ksur tad-dritt Komunitarju qabel ma l-parti fil-proċedura tagħmel użu mir-rimedji ġudizzjarji kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni; fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ fatt tal-kawża, din ir-responsabbiltà tal-Istat Membru tista’ tinħoloq, f’dan il-każ, qabel l-għeluq stess tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni u qabel ma r-rikorrenti teżawrixxi l-possibbiltà li titlob l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament? |
|
3) |
F’każ ta’ risposta affermattiva, l-aġir tal-korp deskritt mir-rikorrenti jikkostitwixxi ksur suffiċjentement manifest u serju tad-dritt Komunitarju fid-dawl tas-sitwazzjoni fattwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-passività assoluta tar-rikorrenti u tal-fatt li hija ma eżawrixxietx ir-rimedji ġudizzjarji kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mid-dritt tal-Istat Membru? |
|
4) |
Jekk f’dan il-każ hija kwistjoni ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt Komunitarju, is-somma mitluba mir-rikorrenti tikkorrispondi mad-dannu li għandu jwieġeb għalih l-Istat Membru; jista’ d-dannu hekk mifhum ikun ekwiparabbli mad-dejn irkuprat, jiġifieri l-arrikkiment indebitu? |
|
5) |
Il-kawża għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament, inkwantu rikors, tipprevali fuq il-kumpens għad-dannu? |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy we Wrocławiu (il-Polonja) fl-20 ta’ April 2015 – Alicja Sobczyszyn vs Szkoła Podstawowa w Rzeplinie
(Kawża C-178/15)
(2015/C 245/05)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy we Wrocławiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Alicja Sobczyszyn
Konvenuta: Szkoła Podstawowa w Rzeplinie
Domanda preliminari
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex kull ħaddiem ikun intitolat għal leave annwali bi ħlas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, skont il-kundizzonijiet għall-ksib u għall-għoti ta’ leave stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u/jew mill-prattiki nazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li għalliem li bbenefika minn leave ta’ konvalexxenza previst mil-Liġi tas-26 ta’ Jannar 1982 li tistabbilixxi l-istatut tal-għalliema (ustawa z dnia 26 stycznia 1982 roku Karta Nauczyciela, Dz.U.2014, pos.191 e 1198) jikseb ukoll id-dritt għal-leave annwali previst mid-dispożizzjonijiet ġenerali tad-dritt tax-xogħol matul is-sena li matulha jkun eżerċita d-dritt tiegħu għal leave ta’ konvalexxenza?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2015 – Joachim Pöpperl vs Land Nordrhein-Westfalen
(Kawża C-187/15)
(2015/C 245/06)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Joachim Pöpperl
Konvenuta: Land Nordrhein-Westfalen
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema persuna impjegata bħala uffiċjal fi Stat Membru titlef id-drittijiet tagħha għall-pensjoni tal-irtirar (pensjonijiet tal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-uffiċjali) li jirriżultaw minn impjieg bħala uffiċjal għaliex, sabiex tibda impjieg fi Stat Membru ieħor, din il-persuna ġiet irrilaxxata mis-servizz pubbliku fuq talba tagħha, meta fl-istess waqt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li din il-persuna hija assigurata b’mod retroattiv fl-iskema statutorja ta’ pensonijiet abbażi tas-salarju gross irċevut bħala uffiċjal, għalkemm id-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw huma inqas mid-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar mitlufa? |
|
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv għall-uffiċjali kollha jew għal x’uħud minnhom, l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, l-awtorità tal-ħatra preċedenti tal-uffiċjal inkwistjoni għandha tħallas lill-imsemmi uffiċjal l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar abbażi tal-perijodu ta’ servizz li jagħti dritt għall-pensjoni fil-pożizzjoni preċedenti tas-servizz pubbliku, imnaqqas bl-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw mill-assigurazzjoni retroattiva, jew tikkumpensah finanzjarjament b’xi mod ieħor għat-telf tal-pensjoni tal-irtirar, għalkemm taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jingħataw biss il-benefiċċji tal-uffiċjali previsti minn din il-leġiżlazzjoni? |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (l-Italja) fit-28 ta’ April 2015 – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino
(Kawża C-194/15)
(2015/C 245/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Torino
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Véronique Baudinet, Adrien Boyer, Pauline Boyer, Edouard Boyer
Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino
Domandi preliminari
L-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, meta resident ta’ dan l-Istat, li jkun azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi dividendi ntaxxati fiż-żewġ Stati, ma tiġix evitata t-taxxa doppja permezz tal-għoti, fl-Istat ta’ residenza, ta’ kreditu ta’ taxxa għall-inqas ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa fl-Istat li fih għandha s-sede l-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi?
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Sibiu (ir-Rumanija) fit-30 ta’ April 2015 – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP) vs Vasile Toma, Birou Executor Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci
(Kawża C-205/15)
(2015/C 245/08)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)
Konvenuti: Vasile Toma, Birou Executor Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(3) TUE, kif ukoll l-Artikoli 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 16 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 30 tad-Digriet ta’ Urġenza Nru 80/2013 tal-Gvern, li tistabbilixxi l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi biss bejn iċ-ċittadini persuni fiżiċi u mhux bejn dawn u l-persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat, u li teżenta a priori lill-persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku mill-ħlas tat-taxxi tal-boll u mill-garanzija għall-aċċess għall-qrati, filwaqt li tissuġġetta l-aċċess għall-qrati tal-persuni fiżiċi għall-kundizzjoni tal-ħlas ta’ taxxi tal-boll/garanziji?
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/6 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 minn Orange, li kienet France Télécom mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-26 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-385/12, Orange vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-211/15 P)
(2015/C 245/09)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Orange, li kienet France Télécom (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
tiddeċiedi definittivament fil-mertu skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tilqa’ t-talbiet mressqa minn Orange fl-ewwel istanza; |
|
— |
sussidjarjament tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tinvoka diversi aggravji.
Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta kkonstatat li l-kriterji li jippermettu li tinżamm il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE kienu sodisfatti. Il-Qorti Ġenerali, minn naħa, wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li Orange kienet ibbenefikat minn vantaġġ, meta l-miżura kienet intiża sabiex tħassar l-iżvantaġġ strutturali li rriżula miż-żamma tad-dispożittiv previst mil-liġi tal-1990 u sabiex jippermetti l-ħolqien ta’ kompetizzjoni sħiħa fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni totali tas-swieq tat-telekomunikazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti takkuża lill-Qorti Ġenerali wkoll li wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li ma kienx meħtieġ f’dan il-każ, sabiex tiġi kkonfermata n-natura selettiva tal-miżura kkontesta, li tivverifika jekk din kinitx ta’ natura li tintroduċi differenzi bejn operaturi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli filwaqt li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-ebda impriża oħra ma setgħet tiġi inkluża fil-kuntest ta’ riferiment ikkunsidrat mill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u wettqet żball ta’ liġi meta ma analizzatx l-argumenti mressqa mir-rikorrenti sabiex tikkunsidra li l-miżura ma kinitx tista’ tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta użat f’isimha l-analiżi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali, minn naħa, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u żnaturat il-fatti meta kkonkludiet li l-Artikolu 30 tal-Liġi tal-1996, kif emendat, ma jipprovdi xejn fir-rigward tal-finalità tal-kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali u għalhekk ma tipprekludix il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni f’somma waħda eċċezzjonali ma tikkostitwixxi piż soċjali għall-impriża. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta użat l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni u sempliċement ikkonstatat li l-preċedent “La Poste” ma kienx transpożabbli għal France Télécom (Orange).
Fl-aħħar lok, ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-perijodu li matulu l-għajnuna ddefinita fid-deċiżjoni tinsab innewtralizzata bil-kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u ssostitwiet bil-motivazzjoni tagħha dik tad-deċiżjoni kkontestata meta kkonfermat it-tħassir tal-ispejjeż ta’ kumpens u ta’ kumpens żejjed li kienu jagħmlu parti mill-għajnuna ddefinita fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/7 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-188/12, Patrick Breyer vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-213/15 P)
(2015/C 245/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel et H. Krämer, bħala aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Patrick Breyer, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja
Talbiet
|
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
|
— |
tiddeċiedi definittivament it-tilwima u tiċħad ir-rikors; |
|
— |
tikkundanna lir-rikorrent fl-ewwel istanza għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza Breyer vs Il-Kummissjoni (T-188/12, EU:T:2015:124), sa fejn il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ April 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess sħiħ għad-dokumenti li jikkonċernaw it-traspożizzjoni mir-Repubblika tal-Awstrija tad-Direttiva 2006/24 (1) u għad-dokumenti li jikkonċernaw il-kawża li wasslet għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (2), sa fejn din tirrifjuta li tagħti aċċess għall-atti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fl-ambitu ta’ dik il-kawża.
Ir-rikorrent qajjem, insostenn tar-rikors tiegħu għal annullament intiż partikolarment kontra d-deċiżjoni inkwistjoni, motiv uniku bbażat, essenzjalment, fuq ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (3). Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni inkwistjoni sa fejn din irrifjutat li tagħti aċċess għall-atti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fl-ambitu tal-kawża hawn fuq imsemmija. Hija affermat essenzjalment, fir-rigward tal-motiv imressaq, li l-atti inkwistjoni kienu dokumenti fis-sens tal-Artikolu 2(3) moqri flimkien mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, li konsegwentement dawn kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE ma kienx jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għall-atti inkwistjoni minħabba n-natura partikolari tagħhom.
Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tressaq aggravju uniku bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 15(3) TFUE li fuqha l-Qorti Ġenerali bbażat il-konklużjoni tagħha li din id-dispożizzjoni ma kinitx tipprekludi l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 għall-atti inkwistjoni minħabba n-natura partikolari tagħhom.
(1) Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).
(2) C-189/09, EU:C:2010:455.
(3) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi
(Kawża C-217/15)
(2015/C 245/11)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Parti fil-kawża prinċipali
Massimo Orsi
Domanda preliminari
Fis-sens tal-Artikoli 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u 50 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], hija konformi mad-dritt Komunitarju d-dispożizzjoni tal-Artikolu 10b D. Lgs 74/00 sa fejn tippermetti li ssir evalwazzjoni tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (ommissjoni tal-ħlas tal-VAT), kienet diġà suġġetta għal aċċertament definittiv min-naħa tal-Amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat, bl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva fl-ammont ta’ 30 % tat-taxxa mhux imħallsa?
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ Mejju 2015 – Hőszig Kft. vs Alstom Power Thermal Services
(Kawża C-222/15)
(2015/C 245/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Pécsi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Hőszig Kft.
Konvenuta: Alstom Power Thermal Services
Domandi preliminari
|
I. |
Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (1) (Ruma I):
|
|
II. |
Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2):
|
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Catania (l-Italja) fid-19 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Snezhana Velikova
(Kawża C-228/15)
(2015/C 245/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Catania
Parti fil-kawża prinċipali
Snezhana Velikova
Domandi preliminari
L-Artikoli 20 u 21 tad-[Digriet leġiżlattiv tas-6 ta’ Frar 2007, Nru. 30] u [emendi suċċessivi], tat-trażpożizzjoni tad-Direttiva Nru 2004/38/KE (1), huma kunfliġġenti jew le mad-dritt [tal-Unjoni][...]?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membru u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fil-21 ta’ Mejju 2015 – SIA “Oniors Bio” vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-233/15)
(2015/C 245/14)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “Oniors Bio”
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domandi preliminari
|
1) |
Prodotti li fir-rigward tagħhom ir-riżultati tal-eżami tal-kampjuni meħuda fuq ċerti eżemplari ma żvelawx il-preżenza ta’ spirtu metilizzat jew sustanzi oħra noċivi li jagħmluhom mhux tajjba għall-konsum mill-bniedem iżda li, konformement mal-informazzjoni pprovduta mill-produttur, ma jistgħux jintużaw fil-prodotti tal-ikel (produzzjoni u katina tal-ikel) minħabba li wieħed ma jistax jeskludi l-preżenza ta’ sustanzi noċivi fil-prodott minħabba karatteristiċi tal-proċess ta’ produzzjoni għandhom b’mod ġenerali jiġu kklassifikati billi jintuża wieħed mill-kodiċi tal-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, applikabbli għall-prodotti li ma humiex tal-ikel jew madankollu jeħtieġ li dawn il-prodotti jiġu kklassifikati b’mod ġenerali billi jintuża wieħed mill-kodiċi tal-NM applikabbli għall-prodotti tal-ikel? |
|
2) |
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, liema huma l-kriterji determinanti biex jiġu interpretati l-kunċetti ta’ “prodott tal-ikel” u ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”? |
|
3) |
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-użu intenzjonat ta’ prodott jista’ jkun kriterju oġġettiv tal-kassifikazzjoni tal-merkanzija? |
|
4) |
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-opinjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li tgħid li, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Istat Membru fil-qasam tal-ikel, il-merkanzija importata mir-rikorrenti ma tistax tintuża fil-katina tal-ikel peress li ma hijiex tajba għall-konsum mill-bniedem tista’ tintuża bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”? |
|
5) |
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-informazzjoni kkomunikata mill-produttur dwar il-proċess teknoloġiku ta’ produzzjoni ta’ merkanzija, li minħabba fiha wieħed ma jistax jeskludi l-preżenza ta’ sustanzi noċivi fil-prodott tista’ tintuża bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”? |
|
6) |
Liema proprjetajiet fiżiko-kimiċi ta’ merkanzija li għandha tiġi kklassifikata huma determinanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni korretta tal-Kodiċi 1518 00 31 u 1517 90 91 tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana? |
|
7) |
Il-Kodiċi 1518 00 31 tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, għandu jiġi applikat għal merkanzija li tippreżenta proprjetajiet fiżiko-kimiċi bħal dawk li ġew ikkonstatati f’din il-kawża? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Niculaie Aurel Bob-Dogi
(Kawża C-241/15)
(2015/C 245/15)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Parti fil-kawża prinċipali
Niculaie Aurel Bob-Dogi
Domandi preliminari
|
1) |
Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas [2002/584/ĠAI] (1), l-espressjoni “eżistenza ta’ mandat ta’ arrest”, għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – maħruġ konformement mad-dispożizzjonijiet proċedurali tal-Istat Membru emittenti, jiġifieri differenti mill-mandat ta’ arrest Ewropew? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ineżistenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – tikkostitwixxi raġuni impliċita għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew? |
(1) Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Mejju 2015 – Wind 1014 GmbH, Kurt Daell vs Skatteministeriet
(Kawża C-249/15)
(2015/C 245/16)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wind 1014 GmbH, Kurt Daell
Konvenut: Skatteministeriet
Domandi preliminari
|
1) |
Huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 56 TFUE, li vettura li tkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing bejn kumpannija leasing iddomiċiljata fi Stat Membru u kerrej iddomiċiljat jew stabbilit fi Stat Membru ieħor (ara t-tieni domanda iktar ’il quddiem) essenzjalment ma tistax tintuża fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar filwaqt li l-awtoritajiet ikunu qiegħdin jipproċessaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ħlas tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni pro rata fir-rigward ta’ din il-vettura għall-perijodu ta’ użu mixtieq tal-vettura f’dan l-Istat Membru? |
|
2) |
Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 56 TFUE, li miżura nazzjonali tissuġġetta għall-awtorizzazzjoni preliminari r-reġistrazzjoni/il-ħlas tat-taxxa pro rata fir-rigward tal-vettura biss għal użu temporanju, u mhux għal użu permanenti, jew li tali miżura timplika
|
Il-Qorti Ġenerali
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/14 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Health Food Manufacturers’ Association et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/12) (1)
([“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Rikors għal annullament - Att leġiżlattiv li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Ksur tal-Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Nondiskriminazzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati - Regolament Nru 1924/2006 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Dritt ta’ smigħ - Ċertezza legali - Perijodu tranżitorju irraġonevoli - Listi ta’ indikazzjonijiet sospiżi”])
(2015/C 245/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Health Food Manufacturers’ Association (East Molesey, ir-Renju Unit); Quest Vitamins Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit); Natures Aid Ltd (Kirkham, ir-Renju Unit); Natuur-& gezondheidsProducten Nederland (Ermelo, in-Netherlands); New Care Supplements BV (Oisterwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Kelly u G. Castle, solicitors, u P. Bogaert, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Grünheid, aġenti)
Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: FederSalus (Rome, l-Italja); Medestea biotech SpA (Turin, l-Italja); u Naturando Srl (Osio Sotto, l-Italja) (rappreżentanti: E.Valenti u D. Letizia, avukati)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas u S. Menez, sussegwentement minn D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti); il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u L. Visaggio, aġenti); il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Moore, aġenti); u Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S.Pappas, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1), kif ukoll tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta lista ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa msejħa “sospiżi”.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
The Health Food Manufacturers’ Association, Quest Vitamins Ltd, Natures Aid Ltd, Natuur-& gezondheidsProducten Nederland u New Care Supplements B V huma kkundannati jħallsu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
|
3) |
Ir-Repubblika Franċiża, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC), FederSalus, Medestea biotech SpA u Naturando Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/15 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Plantavis u NEM vs Il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel
(Kawża T-334/12) (1)
([“Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa)”])
(2015/C 245/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Plantavis GmbH (Berlin, il-Ġermanja) u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten eV (Laudert, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro Nolin, u S. Grünheid, aġenti) u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (rappreżentanti: D. Detken, aġent, assistit minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)
Intervenjent insostenn tal-parti rikorrenti l-Kummissjoni: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u P. Schonard, aġenti)
Intervejent insostenn tal-partijiet konvenuti l-Kummisjoni u l-EFSA: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u I. Šulce, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament, minn naħa, tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1), kif ukoll tar-Reġistru dwar l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, ippubblikat fis-sit internet tal-Kummissjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Plantavis GmbH u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten eV huma kkundannati li jbatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA). |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/16 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Mc Cullough vs Cedefop
(Kawża T-496/13) (1)
([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u l-konklużjoni tal-kuntratti li jirriżultaw minnu - Talba għall-produzzjoni tad-dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċeżżjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”])
(2015/C 245/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Colin Boyd McCullough (Thessalonica, il-Ġreċja) (rappreżentant: G. Matsos, avukat)
Konvenuta: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: inizjalment C. Lettmayr, aġent, sussegwentement M. Fuchs, aġent, assistit inizjalment minn E. Petritsi, avukat, sussegwentement minn E. Petritsi u E. Roussou, sussegwentement minn E. Roussou u P. Anestis, avukati, u fl-aħħar nett minn P. Anestis)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Cedefop, tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, talba sabiex is-Cedefop tiġi ordnata tipprovdi d-dokumenti mitluba u talba sabiex, bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75, tal-10 ta’ Frar 1975, li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali [Vokazzjonali] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 175), u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali Griegi jkunu awtorizzati jidħlu fil-bini tas-Cedefop, skont il-liġijiet Griegi applikabbli, jinvestigaw, ifittxu u jikkonfiskaw f’dan il-bini, bil-għan li jiksbu d-dokumenti mitluba u li jinvestigaw eventwali każijiet ta’ ksur.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv u tal-Bureau, ħlief għal dak li jirrigwarda l-aċċess għall-ismijiet tal-membri ta’ dawn tal-aħħar. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Is-Cedefop huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Colin Boyd McCullough. |
|
4) |
C. B. McCullough huwa kkundannat ibati kwart tal-ispejjeż tiegħu. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Laboratoroires CTRS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-452/14) (1)
([“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Prodotti mediċinali orfni - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Cholic Acid FGK (magħruf bħala Kolbam) - Indikazzjonijiet terapewtiċi - Esklużività kummerċjali - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nruo141/2000”])
(2015/C 245/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Laboratoroires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, P. Mihaylova u A. Sipos, aġenti)
Suġġett
Preliminarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nruo726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, sa fejn hija tindika, essenzjalment, li t-tqegħid fis-suq ta’ dan il-prodott mediċinali huwa awtorizzat għall-indikazzjonijiet terapewtiċi tal-prodott mediċinali Orphacol, jew, sussidjarjament, titlob l-annullament tal-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nruo726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, hija annullata. |
|
2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Laboratoires CTRS. |
|
3) |
ASK Pharmaceuticals GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/18 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-285/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet (rappreżentanti: inizjalment A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, sussegwentement A. Reuter, C. Bürger, T. Christner u G. Müllejans, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli. |
|
3) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
4) |
Wirtschaftsvereinigung Stahl u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
5) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/19 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Röchling Oertl Kunststofftechnik vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-286/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/22)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Röchling Oertl Kunststofftechnik GmbH (Brensbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Röchling Oertl Kunststofftechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/19 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Schaeffler Technologies vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-287/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Schaeffler Technologies GmbH & Co. KG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Schaeffler Technologies GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/20 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Energiewerke Nord vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-288/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/24)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Energiewerke Nord GmbH (Rubenow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Energiewerke Nord GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/21 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – H-O-T Servicecenter Nürnberg et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-289/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/25)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: H-O-T Servicecenter Nürnberg GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja); H-O-T Servicecenter Schmölln GmbH & Co. KG (Schmölln, il-Ġermanja); H-O-T Servicecenter Allgäu GmbH & Co. KG (Memmingerberg, il-Ġermanja); u EB Härtetechnik GmbH & Co. KG (Nuremberg) (rappreżentanti: inizjalment A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, sussegwentement A. Reuter, C. Bürger, T. Christner u G. Müllejans, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli. |
|
3) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
4) |
H-O-T Servicecenter Nürnberg GmbH, H-O-T Servicecenter Schmölln GmbH & Co. KG, H-O-T Servicecenter Allgäu GmbH & Co. KG u EB Härtetechnik GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
5) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/22 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Klemme vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-294/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Klemme AG (Lutherstadt Eisleben, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli. |
|
3) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
4) |
Klemma AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
5) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/23 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Autoneum Germany vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-295/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/27)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Autoneum Germany GmbH (Roßdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme, M. Ringel u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli. |
|
3) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
4) |
Autoneum Germany GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
5) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Erbslöh vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-296/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erbslöh AG (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Erbslöh AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/24 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Walter Klein vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-297/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Walter Klein GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Walter Klein GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/25 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Erbslöh Aluminium vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-298/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Erbslöh Aluminium GmbH (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Erbslöh Aluminium GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/26 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Fricopan Back vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-300/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Fricopan Back GmbH Immekath (Klötze, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli. |
|
3) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
4) |
Fricopan Back GmbH Immekath għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
5) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/27 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Michelin Reifenwerke vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Michelin Reifenwerke AG & Co. KGaA (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Michelin Reifenwerke AG & Co. KGaA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/27 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Vestolit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-305/14) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2015/C 245/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vestolit GmbH (Marl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Greinacher, J. Martin u B. Scholtka, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].
Dispożittiv
|
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti. |
|
2) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA. |
|
3) |
Vestolit GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
|
4) |
L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/28 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2015 – Buga vs Il-Parlament et
(Kawża T-241/15 R)
((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà”))
(2015/C 245/34)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrent: Aurel Buga (Bacău, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Vasii, avukat)
Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex l-awtoritajiet Rumeni jiġi ordnati jissospendu l-proċeduri kriminali mibdija kontra r-rikorrent quddiem qorti nazzjonali.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/29 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-168/15)
(2015/C 245/35)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u Α. Ε. Vasilopoulou)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2015, innotifikata taħt in-numru ta’ riferenza C(2015) 252 finali, “dwar it-tnaqqis tal-ħlas interim fir-rigward tal-programm ta’ żvilupp rurali tal-Greċja għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u l-ispejjeż għall-perijodi inklużi bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Marzu 2014 u bejn l-1 ta’ April 2014 u t-30 ta’ Ġunju 2014, CCI 2007 GR 06 RPO 001”, għal ammonti ta’ EUR 2 75 118,75 u EUR 2 9 40 050. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 16(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 883/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006 (1), ksur tal-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni u tar-rekwiżiti essenzjali tal-proċedura stabbilita minn tali dispożizzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (2). |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Artikoli 26(5) tar-Regolament Nru 1290/2005 (3), 27(3) u (4) tal-istess regolament, 36(5) tar-Regolament Nru 1306/2013, u 41(3) tal-istess regolament, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u tad-drittjiet ta’ kuntradittorju u tad-difiża tar-Repubblika Ellenika. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 27(4) tar-Regolament Nru 1290/2005, u 41(3) tar-Regolament Nru 1306/2013 u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 27(4) tar-Regolament Nru 1290/2005, u 41(3) tar-Regolament Nru 1306/2013, u ta’ ksur tal-kunċett ta’ forza maġġuri u ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali. |
(1) Regolament tal-Kummissjoni Nru 883/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006 , li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, p. 549).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 286M, p. 1).
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/30 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-178/15)
(2015/C 245/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Kohrener Landmolkerei GmbH (Penig, il-Ġermanja), DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (Frohburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Wagner, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rċevuta fit-2 ta’ Marzu 2015; |
|
— |
tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti tat-23 ta’ Diċembru 2014 fil-proċedura bin-numru ta’ referenza AT-TSG-0007-01035. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, peress li hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi. Skont l-Artikolu 51 tar-Regolment (UE) Nru 1151/2012 (1), ir-rikorrenti jallegaw li għandhom terminu ta’ tliet xhur li fih huma jistgħu jippreżentaw oppożizzjoni quddiem l-awtorità nazzjonali, jekk huma jixtiequ jopponu r-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali ggarantita. Huma jsostnu, f’dan ir-rigward, li l-pubblikazzjoni kkonċernata (ĠU C 340, p. 6) seħħet fit-30 ta’ Settembru 2014 u li l-oppożizzjoni saret quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti fit-23 ta’ Diċembru 2014. Ir-rikorrenti jsostnu li ma jistax jiġi attribwit lilhom nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu ulterjuri. Huma jżidu li huma stess ma jistgħu jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq il-perijodu ta’ żmien qabel ma l-awtorità nazzjonali kompetenti tressaq l-oppożizzjoni magħmula quddiem il-Kummissjoni u li d-deċiżjoni kkontestata ma tiħux kunsiderazzjoni l-fatt li l-oppożizzjoni tressqet fil-ħin. Id-deċiżjoni tieħu inkunsiderazzjoni biss id-data tal-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni quddiem il-Kummissjoni Ewropea.
Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 ma jipprevedi l-ebda terminu għat-trażmissjoni mill-awtorità nazzjonali. Għalhekk dan ifisser li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni mir-rikorrenti quddiem l-awtorità nazzjonali.
(1) Regoalment (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/30 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 – Icap et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-180/15)
(2015/C 245/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Icap plc (Londra, ir-Renju Unit), Icap Management Services Ltd (Londra) u Icap New Zealand Ltd (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: C. Riis-Madsen u S. Frank, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla, fl-intier tagħha jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2015, fil-Każ AT.39861 – Derivattivi tar-Rati tal-Interessi fuq il-Yen – C(2015) 432 finali; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-livell tal-multa imposta; |
|
— |
f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż legali u l-ispejjeż l-oħra relatati ma’ din il-kwistjoni; |
|
— |
tieħu kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni meta kkonstatat li l-banek kienu involuti f’aġir li kien “intiż” li jwassal għar-restrizzjoni u/jew distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi mwettqa mill-konvenuta meta kkonstatat li l-kollaborazzjoni allegata mir-rikorrenti fl-aġir tal-banek kienet tikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni meta stabbilixxiet it-tul tal-involviment allegat tar-rikorrenti fil-ksur.
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u ta’ amministrazzjoni tajba.
|
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.
|
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ “ne bis in idem”. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/32 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill
(Kawża T-207/15)
(2015/C 245/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester u J. Pobjoy, Barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, Solicitors)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 18) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 3) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti; |
|
— |
sussidjarjament, tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament (UE) Nruo267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendat, huma inapplikabbli għar-rikorrenti peress li huma vvizzjati b’illegalità; u |
|
— |
tikkundnna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li, meta l-Kunsill irreġistra mill-ġdid lir-rikorrenti fuq il-listi abbażi tal-istess allegazzjonijiet fattwali li kienet ċaħdet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tat-3 ta’ Lulju 2014, National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill (T-565/12, Ġabra, EU:T:2014:608, iktar il quddiem is-“sentenza NITC”), huwa kiser il-prinċipji ta’ res judicata, ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ġudikat u kiser id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma osservax il-kriterji tar-reġistrazzjoni fuq il-listi, skont liema r-rikorrenti għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju jew għajnuna loġistika lill-Gvern Iranjan. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-allegazzjoni tal-appoġġ finanzjarju fis-sentenza NITC. Ir-rikorrenti ma tipprovdi l-ebda benefiċċju finanzjarju lill-Gvern Iranjan, u dan tal-aħħar ma jieħu l-ebda benefiċċju finanzjarju mir-rikorrenti, sew jekk permezz tal-azzjonisti tiegħu kif ukoll fi kwalunkwe manjiera oħra. Kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza NITC, appoġġ finanzjarju indirett ma huwiex biżżejjed sabiex jissodisfa dan il-kriterju. L-allegazzjoni ta’ għajnuna loġistika hija biss klassifikazzjoni mill-ġdid tal-allegazzjonijiet li saru diġà fil-kawża NITC. Fi kwalunkwe każ, ir-rabta kawżali meħieġa bejn l-attivitajiet tar-rikorrenti u l-proliferazzjoni nukleari hija nieqsa u, fil-każ li r-rikorrenti tipprovdi għajnuna, l-iktar l-iktar tkun għajnuna loġistika indiretta. |
|
3. |
It-tielet motiv, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, kif ukoll id-dritt tagħha għall-amministrazzjoni tajba u għal rimedju ġudizzjarju effettiv. B’mod iktar partikolari, il-Kunsill ma a) informax lir-rikorrenti bil-motivi reali għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tagħha fil-listi jew ma pprovdiex il-provi kontriha; u/jew b) ipprovdiex lir-rikorrenti bl-opportunità li ssostni l-opinjoni tagħha dwar il-motivi reali għar-reġistrazzjoni mill-ġdid u/jew il-provi kontriha qabel ir-reġistrazzjoni mill-ġdid tagħha fuq il-listi. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, b’mod inġustifikat u sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għall-proprjetà, għal-libertà tal-intrapriża tagħha u għad-dritt tagħha ta’ protezzjoni tar-reputazzjoni tagħha. L-atti kkontestati kellhom impatt kbir fuq ir-rikorrenti, għal dak li jirrigwarda kemm l-attivitajiet tagħha kif ukoll ir-reputazzjoni tagħha u n-negozju tagħha fid-dinja kollha. Ir-reġistrazzjoni tar-rikorrenti fil-listi tista’ jkollha effett diżastruż fuq il-benefiċjarji tal-pensjonijiet tal-azzjonisti tar-rikorrenti, li huma kollha ċittadini Iranjani innoċenti, il-maġġoranza tagħhom pensjonati. Il-Kunsill la wera li l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti huwa marbut ma’ għan leġittimu jew iġġustifikat minn tali għan, lanqas, a fortiori, li din il-miżura hija proporzjonata ma’ tali għan. |
|
5. |
Il-ħames motiv, invokat insostenn ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità, huwa bbażat fuq il-fatt li, jekk, għal kuntrarju tal-argumenti li saru fit-tieni motiv, l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu a) appoġġ finanzjarju indirett u/jew b) għajnuna loġistika mingħajr relazzjoni mal-proliferazzjoni nukleari, dawn il-kriterji jkunu illegali u sproporzjonati mal-għanijiet tad-Deċiżjoni 2010/413 u tar-Regolament Nruo267/2012. L-iskop u l-portata arbitrarji tal-kriterji li jirriżultaw minn din l-interpretazzjoni iktar wiesgħa jkunu jmorru lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet. Dawn id-dispożizzjonijiet huma għalhekk illegali. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/33 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Speciality Drinks vs UASI – William Grant (CLAN)
(Kawża T-250/15)
(2015/C 245/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Speciality Drinks (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Pritchard, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: William Grant & Sons Ltd (Dufftown, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CLAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 025 815
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 220/2014-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni; |
|
— |
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti u/jew tannulla l-kundanna għall-ispejjeż mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell. |
Motivi invokati
|
— |
Il-Bord tal-Appell iddefinixxa b’mod żbaljat il-livell ta’ attenzjoni tal-“konsumatur rilevanti” fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell ma ddeċidiex jekk il-kelma “CLAN”, meta ntużat flimkien ma’ “MACGREGOR”, kinitx kelma fantażjuża (jiġifieri nieqsa minn sinjifikat) għall-konsumatur rilevanti jew, bil-kontra, kinitx kelma li kellha sinjifikat li huma setgħu jifhmu; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell ma evalwax ix-xebh tat-trade marks fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta; |
|
— |
Il-Bord tal-Appell ma evalwax il-probabbiltà ta’ konfużjoni fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/34 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2015 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs Bank Ċentrali Ewropew
(Kawża T-251/15)
(2015/C 245/40)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Oliveira, N. Cunha Barnabé u S. Estima Martins, avukati)
Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mogħtija fl-4 ta’ Marzu 2015 skont l-Artikolu 8(3) tad-deċiżjoni BĊE/2004/3 (Deċiżjoni impliċita), li ma tagħtix aċċess komplet għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014, li tissospendi l-istatus ta’ kontroparti, fil-kuntest tal-politika monetarja tal-Eurosistema, ta’ Banco Espírito Santo SA u tobbliga lill-imsemmi bank jirrimborsa d-dejn kollu tiegħu fil-konfront tal-Eurosistema, tal-ammont ta’ EUR 10 biljuni, kif ukoll id-dokumenti kollha fil-pussess tal-BĊE marbuta b’mod jew ieħor mal-imsemmija deċiżjoni; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-BĊE, tal-1 ta’ April 2015 (id-deċiżjoni espliċita), li ma tagħtix aċċess komplet għad-dokumenti msemmija iktar ’il fuq; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq id-deċiżjoni impliċita, ibbażata fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
|
|
2. |
It-tieni motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.
|
|
3. |
It-tielet motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel, it-tieni u s-seba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 f’dak li jikkonċerna d-deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE. |
|
5. |
Il-ħames motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna l-proposti tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.
|
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/35 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Ferrovial et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-252/15)
(2015/C 245/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ferrovial, SA (Madrid, Spanja), Ferrovial Servicios, SA (Madrid, Spanja), Amey UK plc (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u M. Linares Gil, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-15 ta’ Ottubru 2014 irreġistrata bin-Nru C (2014) 7280, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implementata minn Spanja; |
|
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni, u |
|
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni, u T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-miżura inwksitjoni ma tissodisfax, skont ir-rikorrenti, l-elementi speċifiċi tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 [KE], u tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, peress li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna ġdida, illegali u inkompatibbli. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nullità tal-Artikolu 4(2) tat-Tielet deċiżjoni minħabba ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999, inkwantu l-ordni ta’ rkupru ma ġiex limitat bl-istess mod bħalma kien ġie limitat fl-ewwel żewġ deċiżjonijiet (xiri preċedenti gall-21 ta’ Diċembru 2007). |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nullità tal-Artikolu 4 tat-Tielet deċiżjoni (ordni ta’ rkupru) minħabba ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999, inkwantu mill-ordni ta’ rkupru ma ġewx esklużi t-tranżazzjonijiet indiretti preċedenti għall-10 ta’ Marzu 2005. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/36 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Sociedad General de Aguas de Barcelona vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-253/15)
(2015/C 245/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. de Juan Casadevall, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata. |
|
— |
sussidjarjament, fil-każ li t-talba prinċipali tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tillimitax l-ordni ta’rkupru għax-xiri indirett magħmul wara l-21 ta’ Diċembru 2007, u ma tirrikonoxxix id-dritt għall-applikazzjoni sħiħa tal-benefiċċju fiskali matul il-perijodu kollu previst fl-Artikolu 12.5 tad-Digriet Leġiżlattiv 4/2004, tal-5 ta’ Marzu, li jimplementa t-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades [TRLIS – test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji], u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.
Qed jiġi allegat, b’mod partikolari, żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ selettività, użu ħażin ta’ poter u l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ aspettattivi leġittimi.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/37 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – Aldi Einkauf vs UASI – Dyado Liben (Casale Fresco)
(Kawża T-254/15)
(2015/C 245/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. oHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dyado Liben OOD (Sofia, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Casale Fresco”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 010 886 604
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1138/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/37 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Telefónica vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-256/15)
(2015/C 245/44)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Telefónica, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni, sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm l-iskema ta’ għajnuna deskritt fl-Artikolu 1; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jeżiġi l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddeterminata mill-Kummissjoni; |
|
— |
sussidjarjament, tnaqqas l-obbligu ta’ rkupru impost mill-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjonijiet, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.
Qed jiġu allegati, b’mod partikolari, żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni meta eżaminat il-konsultazzjoni tad-Dirección General de Tributos (DGT) u kkunsidrat li kien hemm miżura ġdida li setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida, u meta sostniet li l-ewwel żewġ deċiżjonijiet ma koprewx l-applikazzjoni eventwali tal-miżura inkwistjoni għax-xiri ta’ ishma indiretti.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/38 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Arcelormittal Spain Holding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-257/15)
(2015/C 245/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Arcelormittal Spain Holding, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Ottubru 2014 irreġistrata bin-Nru C (2014) 7280, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.355550 (13/C) (ex 12/CP) implementata minn Spanja; |
|
— |
sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni għall-motivi esposti, u |
|
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander y Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial, SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk diġà invokati fl-imsemmija kawżi.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/39 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Axa Mediterranean Holding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-258/15)
(2015/C 245/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Axa Mediterranean Holding, S.A. (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, D. Armesto Macías u A. Balcells Cartagena, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn dan jistipula li l-interpretazzjoni amministrattiva l-ġdida tal-Artikolu 12 TRLIS [texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji)] adottata mill-amministrazzjoni Spanjola għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni, sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm dak li l-Kummissjoni tqis bħala skema ta’ għajnuna mill-Istat, deskritt fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni; |
|
— |
tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jimponi fuq ir-Renju ta’ Spanja l-obbligu li jirkupra ammonti meqjusa mill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat; |
|
— |
sussidjarjament, tnaqqas il-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja fl-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjonijiet, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/39 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Spirig Pharma vs UASI (Daylong)
(Kawża T-261/15)
(2015/C 245/47)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spirig Pharma AG (Egerkingen, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Daylong” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 537 627
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2455/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri mal-Artikolu 75 tal-istess regolament; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/40 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 – db Technologies Deutschland vs UASI – MIP Metro (Sigma)
(Kawża T-267/15)
(2015/C 245/48)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: db Technologies Deutschland GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Zingsheim, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Sigma” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 779 734
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1444/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tal-UASI tat-28 ta’ April 2014 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa mill-parti l-oħra fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/41 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)
(Kawża T-268/15)
(2015/C 245/49)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: APCOA Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PARKWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 567 021
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2063/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/41 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)
(Kawża T-272/15)
(2015/C 245/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Apcoa Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “PARKWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 248 278
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2062/2014-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/42 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway)
(Kawża T-277/15)
(2015/C 245/51)
Lingwa tar-rikors: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Permapore Ltd (Nenagh Tipperary, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Sales, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda (Grijó, il-Portugall)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Terraway” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 988 301
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2496/2014-1
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI u tissostitwiha b’deċiżjoni oħra li tiddeċiedi jew tordna li jiġi deċiż fid-dettall dwar il-kwistjonijiet fuq il-mertu/sostantivi u ma tillimitax ruħha għall-kwistjoni mqajma fir-rigward tal-ħlas fil-ħin tal-ispejjeż ġudizzjarji. |
Motivi invokati
|
— |
Ir-rikorrenti ssostni li ħalset il-miżata tal-appell prevista fl-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009 fl-20 ta’ Novembru 2014; |
|
— |
Minn perspettiva sostantiva, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 52(1)(a) u (b), tal-Artikolu 7(1)(g) u tal-Artikolu 54(2) in fine tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/43 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – Hamas vs Il-Kunsill
(Kawża T-289/15)
(2015/C 245/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/521, tas-26 ta’ Marzu 2015, li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/483/PESK, sa fejn din tikkonċerna lill-Hamas (inkluż il-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem); |
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513, tas-26 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014, sa fejn dan jikkonċerna lill-Hamas (inkluż il-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem); |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 (1), sa fejn id-deċiżjonijiet nazzjonali invokati mill-Kunsill ma jilħqux il-kundizzjonijiet meħtieġa minn dan l-artikolu sabiex jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball fuq il-materjalità tal-fatti, minħabba li l-parti l-kbira tal-fatti msemmija mill-Kunsill ma huma sostnuti minn l-ebda prova. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni dwar in-natura terroristika tal-organizzazzjoni Hamas. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ indħil li jopponi li l-Hamas, li tikkostitwixxi moviment politiku legali li rebaħ l-elezzjonijiet organizzati fil-Palestina u li jiffurmaw il-qalba tal-Gvern Palestinjan, tista’ titqies bħala entità terroristika. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kunsill. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva matul il-fażi nazzjonali. |
|
7. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà, sa fejn l-iffriżar tal-fondi tar-rikorrenti jippreġudika b’mod inġust id-dritt għall-proprjetà tagħha. |
(1) Pożizzjoni komuni tal-Kunsill, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/44 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 minn Angel Coedo Suárez mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/14, Coedo Suárez vs Il-Kunsill
(Kawża T-297/15 P)
(2015/C 245/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tiddikkjara l-appell odjern ammissibbli; |
|
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015, Coedo Suárez vs Il-Kunsill (F-38/14, EU:F:2015:25); |
|
— |
tilqa’ t-talbiet għal annullament ippreżentati minnu fl-ewwel istanza; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.
|
— |
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żnaturament ta’ elementi fattwali u ta’ provi u fuq żball ta’ liġi, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li l-istat ħażin tas-saħħa tar-rikorrent ma kinitx tikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti. |
|
— |
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/44 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Atlas vs UASI (EFEKT PERLENIA)
(Kawża T-298/15)
(2015/C 245/54)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Atlas sp. z o.o (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent ġuridiku)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “EFEKT PERLENIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 668 125
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2352/2014-5
Talbiet
|
— |
tiddikjara r-rikors fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jikkonċerna r-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark; |
|
— |
tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tiġi rreġistrata għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fl-applikazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/45 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Barqawi vs Il-Kunsill
(Kawża T-303/15)
(2015/C 245/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ahmad Barqawi (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq sa fejn ir-rikorrent qatt ma nstema’ qabel ma ttieħdu s-sanzjonijiet ikkonċernati. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti sa fejn il-Kunsill ma pproduċiex il-prova tal-fatti deskritti, li fuqhom hija bbażata l-motivazzjoni tal-miżuri meħuda. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur sproporzjonat tad-dritt għall-proprjetà u għall-eżerċizzju ta’ attività professjonali. |
|
5. |
Il-ħames motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrent isostni li, sa fejn il-miżuri adottati mill-Kunsill ma għandhom ebda effett fuq ir-reġim Sirjan u sa fejn ir-rikorrent dejjem osserva s-sanzjonijiet ordnati mill-komunità internazzjonali u żamm f’kull mument l-indipendenza tiegħu fil-konfront tal-awtorità attwali, għandu jitqies li l-miżuri kkontestati ttieħdu għal raġunijiet differenti minn dawk indikati fihom (esklużjoni mis-suq – favorizzazzjoni ta’ operaturi oħra). |
|
6. |
Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn il-motivazzjoni mogħtija mill-Kunsill insostenn tal-miżuri kkontestati hija allużiva u ma tagħmel riferiment għal ebda element konkret jew għal data li jippermettu lir-rikorrent jidentifika t-tranżazzjonijiet kummerċjali li bihom qiegħed jiġi akkużat. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/46 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Abdulkarim vs Il-Kunsill
(Kawża T-304/15)
(2015/C 245/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mouhamed Wael Abdulkarim (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-303/15, Barqawi vs Il-Kunsill.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/47 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2015 – CX vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-27/13) (1)
((Servizz pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Rwol u kompetenzi rispettivi tal-Bord Dixxiplinari u tal-Awtorità tal-Ħatra - Sanzjoni dixxiplinari - Tniżżil fil-grad segwit minn deċiżjoni ta’ promozzjoni - Proporzjonalità tas-sanzjoni))
(2015/C 245/57)
Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jniżżlu fil-grad lir-rikorrent għall-grad AD8 skont l-Artikolu 9(1)(f) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal Persunal, kif ukoll talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
CX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 207, 20.7.2013, p. 56.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/47 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – CX vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-5/14) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxipplinari - Revoka - Nuqqas ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat mill-Awtorità tal-Ħatra - Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ))
(2015/C 245/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CX (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)
Suġġett tal-kawża
It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni wara investigazzjoni interna li bdiet wara investigazzjoni mill-OLAF mibdija kontra impriża u talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.
Dispożittiv tas-sentenza
|
1) |
Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea imponiet fuq CX is-sanzjoni li jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu mingħajr tnaqqis pro tempore tal-pensjoni hija annullata. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ CX, inkluż l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża F 5/14 R. |
(1) ĠU C 85, 22/03/2014, p. 27.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/48 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2015 – EF vs SEAE
(Kawża F-65/14) (1)
((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jkunx promoss għall-grad AD 13 - Oġġezzjoni tar-rikorrent għal-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Minimu ta’ sentejn ta’ anzjanità fi grad - Kalkolu tat-terminu ta’ sentejn - Data tad-deċiżjoni ta’ promozzjoni))
(2015/C 245/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: EF (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)
Suġġett
It-talba għal annullament tad-deċiżjonijiet ta’ rifjut li r-rikorrent jiġi promoss għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013 minkejja li kien jinsab fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
EF għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannata ukoll ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. |
(1) ĠU C 380, 27.10.2014, p. 26.
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/49 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – ZZ vs Frontex
(Kawża F-68/15)
(2015/C 245/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2009 u talba għad-danni għad-dannu morali allegatament sostnut.
Talbiet
|
— |
jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2014 innotifikat lir-rikorrent fit-12 ta’ Lulju 2014, sa fejn dan jemenda r-rapport inizjali; |
|
— |
jikkundanna lill-Frontex tħallas lir-rikorrent EUR 4 000 bħala danni; |
|
— |
jikkundanna lill-Frontex għall-ispejjeż. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/49 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-70/15)
(2015/C 245/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni finali dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni (DĠE) il-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.
Talbiet
|
— |
tiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Lulju 2014 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tar-rikorrenti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/50 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs EDC
(Kawża F-71/15)
(2015/C 245/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell li tistabbilixxi b’mod definittiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013
Talbiet
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell li tistabbilixxi b’mod definittiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013; |
|
— |
jikkundanna lil EDC għall-ispejjeż. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/50 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-73/15)
(2015/C 245/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax allowance ta’ kuljum lir-rikorrent wara t-trasferiment tiegħu mill-Kummissjoni, fejn kien mibgħut mad-delegazzjoni tal-UE fil-Yemen, għall-Parlament Ewropew, fi Brussell.
Talbiet
|
— |
Jannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-8 ta’ Lulju 2014; |
|
— |
Sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2015; |
|
— |
Jordna lill-Parlament jagħti lir-rikorrent l-allowance ta’ kuljum, biż-żieda tal-interessi kkalkolati mid-dati meta dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/51 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-76/15)
(2015/C 245/64)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell li tiċħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben ir-rikorrent bħala marda gravi u t-talba għat-teħid ta’ responsabbiltà 100 % tal-ispejjeż mediċi marbuta magħha.
Talbiet
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, tat-8 ta’ April 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben ir-rikorrent bħala marda gravi u t-talba tiegħu għat-teħid ta’ responsabbiltà 100 % tal-ispejjeż mediċi marbuta magħha; |
|
— |
jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
|
27.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 245/51 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-77/15)
(2015/C 245/65)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjoni li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin, mid-data ta’ meta ġiet skoperta l-assenza ta’ ħlas ta’ din l-allowance u talba sabiex il-konvenuta tiġi ordnata tħallas l-interessi moratorji.
Talbiet
|
— |
jannulla id-deċiżjoni tal-PMO li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni, li bi żball ma kinitx tħallset sa mill-1 ta’ Settembru 2007, jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-allowances tal-espatrijazzjoni dovuti lilu sa mill-1 ta’ Settembru 2007 flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti, fuq is-sommom diġà mħallsa lir-rikorrent bħala arretrati fuq ir-remunerazzjoni (allowance tal-espatrijazzjoni) u fuq dawk dovuti, mid-data ta’ meta dawn saru rispettivament dovuti, u, sal-ħlas sħiħ tagħhom; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |