ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 243

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
24 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 243/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 243/02

Hercule III — Sejħa għal proposti — 2015 — Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku

2

2015/C 243/03

Hercule III — Sejħa għal proposti — 2015 — Assistenza teknika għall-ġlieda kontra l-frodi fl-UE

4

2015/C 243/04

Hercule III — Sejħa għal proposti — 2015 — Taħriġ Kontra l-Frodi

6


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Lulju 2015

(2015/C 243/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0999

JPY

Yen Ġappuniż

136,15

DKK

Krona Daniża

7,4614

GBP

Lira Sterlina

0,70440

SEK

Krona Żvediża

9,4322

CHF

Frank Żvizzeru

1,0517

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9630

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,039

HUF

Forint Ungeriż

309,60

PLN

Zloty Pollakk

4,1229

RON

Leu Rumen

4,4235

TRY

Lira Turka

2,9975

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4844

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4271

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5255

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6477

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5029

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 274,70

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6702

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8299

HRK

Kuna Kroata

7,5830

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 758,12

MYR

Ringgit Malażjan

4,1846

PHP

Peso Filippin

49,873

RUB

Rouble Russu

63,1740

THB

Baht Tajlandiż

38,215

BRL

Real Brażiljan

3,5932

MXN

Peso Messikan

17,6836

INR

Rupi Indjan

70,1379


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/2


HERCULE III

Sejħa għal proposti — 2015

Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku

(2015/C 243/02)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għal Proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-Programm Hercule III, b’mod partikolari l-Artikolu 8(b) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2015, b’mod partikolari t-Taqsima 7.2.1 (Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku).

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ Sejħa għal Proposti għal “Taħriġ u Studji fil-Qasam Ġuridiku”.

2.   Applikanti eliġibbli

Kif definit fl-Artikolu 6 tal-Programm, l-applikanti jridu jkunu:

L-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru u pajjiż parteċipant li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

jew

L-istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ dment li jkunu ilhom stabbiliti u ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż parteċipant, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 7(2) tal-Programm jiddefinixxi l-pajjiżi parteċipanti li mhumiex Stati Membri.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament skont din is-Sejħa għal Proposti huma:

1.

L-iżvilupp ta’ attivitajiet ta’ riċerka ta’ profil għoli, inklużi studji fid-dritt komparattiv;

2.

It-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-prattikanti u l-akkademiċi (permezz ta’ azzjonijiet bħal konferenzi, seminars u sessjonijiet ta’ ħidma), inkluża l-organizzazzjoni tal-laqgħa annwali tal-Presidenti tal-Assoċjazzjonijiet tad-Dritt Kriminali Ewropew u tal-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjari tal-UE;

3.

Is-sensibilizzazzjoni dwar il-ġudikatura u fergħat oħrajn tal-professjoni legali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ għarfien xjentifiku li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jinkisbu permezz tal-organizzazzjoni ta’: studji fid-dritt komparattiv, konferenzi, seminars, sessjonijiet ta’ ħidma, pubblikazzjonijiet perjodiċi, eċċ.

4.   Baġit

Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-Sejħa huwa ta’ EUR 500 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-kostijiet eliġibbli. Fis-Sejħa hemm elenkati l-kriterji li jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u debitament ġustifikati.

Il-limitu minimu stabbilit għal azzjoni ta’ “Taħriġ u Studju fil-Qasam Legali” jkun EUR 40 000. Il-baġit kollu ta’ azzjoni li għaliha tintalab għotja ma jkunx anqas minn dan il-livell minimu stabbilit.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

5.   Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet iridu jitressqu lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn: it-Tlieta, 22 ta’ Settembru 2015.

6.   Informazzjoni ulterjuri

Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-Sejħa għal Proposti jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit fuq l-Internet:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/policy/hercule/index_en.htm

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

OLAF-FMB-HERCULE-LEGAL@ec.europa.eu

Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida għall-mili tal-Formola ta’ Applikazzjoni fuq is-sit web tal-Internet tal-OLAF.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2234 tat-8 ta’ April 2015 li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2014 u l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III.


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/4


HERCULE III

Sejħa għal proposti — 2015

Assistenza teknika għall-ġlieda kontra l-frodi fl-UE

(2015/C 243/03)

1.   Għanijiet u deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għal Proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-Programm Hercule III, b’mod partikolari l-Artikolu 8(a) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2015, b’mod partikolari t-Taqsima 6.1, l-azzjonijiet: 1, 2, 3 u 6 (“Azzjonijiet speċifiċi għall-assistenza teknika”).

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ Sejħa għal Proposti għal “Assistenza Teknika”.

2.   Applikanti eliġibbli

Il-korpi eliġibbli għall-finanzjament skont il-Programm huma amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali (“Applikanti”) ta’ Stat Membru li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea sabiex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

3.   Azzjonijiet eliġibbli

L-azzjonijiet eliġibbli għall-finanzjament skont din is-Sejħa għal Proposti huma:

1.

L-akkwist u l-manutenzjoni ta’ għodod u metodi ta’ investigazzjoni, inkluż taħriġ speċjalizzat meħtieġ biex jitħaddmu l-għodod ta’ investigazzjoni;

2.

L-akkwist u l-manutenzjoni ta’ apparati (scanners) u annimali biex bihom jitwettqu spezzjonijiet ta’ containers, trakkijiet, vaguni tal-ferrovija u vetturi fil-fruntieri interni u esterni tal-Unjoni sabiex ikunu identifikati prodotti li jiddaħħlu b'kuntrabandu u prodotti ffalsifikati;

3.

L-akkwist, il-manutenzjoni u l-interkonnessjoni tas-sistemi għar-rikonoxximent tal-pjanċi tal-vetturi (sistemi ta’ rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi - ANPRS -Automated Number Plate Recognition Systems) jew għall-kodiċi tal-containers;

4.

L-akkwist ta’ servizzi għall-appoġġ tal-kapaċità tal-Istati Membri biex jaħżnu u jeqirdu sigaretti u tabakk sekwestrati.

4.   Baġit

Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-Sejħa huwa ta’ EUR 8 050 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli. F’każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif dovut, il-kontribuzzjoni finanzjarja tista' tiżdied biex tkopri massimu ta’ 90 % tal-kostijiet eliġibbli. Fis-Sejħa hemm elenkati l-kriterji li jiġu applikati għad-determinazzjoni ta’ dawn il-każijiet eċċezzjonali u dawk debitament ġustifikati. Il-limitu minimu għall-baġit ta’ azzjoni li titressaq f’applikazzjoni ġie stabbilit għal: EUR 100 000.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

5.   Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet iridu jitressqu mhux aktar tard minn: it-Tlieta, 15 ta’ Settembru 2015.

6.   Informazzjoni ulterjuri

Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-Sejħa għal Proposti jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit fuq l-internet:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/policy/hercule/index_en.htm

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

OLAF-FMB-HERCULE-TA@ec.europa.eu

Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida għall-mili tal-Formola ta’ Applikazzjoni fuq is-sit web tal-internet tal-OLAF (tal-Kummissjoni).


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2234 tat-8 ta’ April 2015 li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2015 u l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III.


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/6


HERCULE III

Sejħa għal proposti — 2015

Taħriġ Kontra l-Frodi

(2015/C 243/04)

1.   Għanijiet u Deskrizzjoni

Dan l-avviż ta’ Sejħa għal Proposti jibbaża fuq ir-Regolament (UE) Nru 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi l-Programm Hercule III, b’mod partikolari l-Artikolu 8(b) (“Azzjonijiet Eliġibbli”), kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali (2) għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III fl-2015, b’mod partikolari t-Taqsima 7.1 (Konferenzi, seminars u taħriġ fil-forensika diġitali).

Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2015 tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ Sejħa għal Proposti għal “Taħriġ Kontra l-Frodi”.

2.   Applikanti eliġibbli

Kif definit fl-Artikolu 6 tal-Programm, l-applikanti jridu jkunu:

L-amministrazzjonijiet nazzjonali jew reġjonali ta’ Stat Membru u pajjiż parteċipant li jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

jew

Istituti ta’ riċerka u dawk edukattivi u l-entitajiet bla skop ta’ qligħ dment li jkunu ilhom stabbiliti u ilhom joperaw għal mill-inqas sena, fi Stat Membru jew f’pajjiż parteċipant, u jippromwovu t-tisħiħ tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Artikolu 7(2) tal-Programm jiddefinixxi l-pajjiżi parteċipanti li mhumiex Stati Membri.

3.   Azzjonijiet Eliġibbli

Il-Kummissjoni (l-OLAF) se tagħti għotjiet għal azzjonijiet li għandhom bħala għan:

l-iskambju tal-esperjenza u tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi parteċipanti, inklużi servizzi speċjalizzati tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali,

it-tixrid tal-għarfien, b’mod partikolari dwar identifikazzjoni tar-riskju aħjar għall-skopijiet investigattivi.

Dawn l-għanijiet jistgħu jinkisbu permezz tal-organizzazzjoni ta’:

Konferenzi, seminars, colloquia, korsijiet, tagħlim elettroniku u symposia, sessjonijiet ta’ ħidma, taħriġ prattiku u skambji fost il-persunal, skambji tal-aħjar prattika (inklużi dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ frodi), eċċ.

L-iskambji fost il-persunal bejn amministrazzjonijiet nazzjonali u reġjonali fi Stati Membri differenti (b’mod partikolari Stati Membri ġirien) għandhom jitħeġġu.

4.   Baġit

Il-baġit indikattiv disponibbli għal din is-Sejħa huwa ta’ EUR 900 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tieħu l-forma ta’ għotja. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mhix se taqbeż it-80 % tal-kostijiet eliġibbli.

Il-limitu minimu stabbilit għal azzjoni ta’ “Taħriġ” jkun EUR 40 000. Il-baġit ta’ azzjoni li għaliha tintalab għotja ma jkunx anqas minn dan il-livell minimu stabbilit.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li ma tallokax il-fondi kollha disponibbli.

5.   Skadenza

L-applikazzjonijiet iridu jitressqu mhux aktar tard minn: it-Tlieta, 29 ta’ Settembru 2015.

6.   Informazzjoni ulterjuri

Id-dokumenti kollha relatati ma’ din is-Sejħa għall-Proposti jistgħu jitniżżlu minn dan is-sit fuq l-Internet:

http://ec.europa.eu/anti_fraud/policy/hercule/index_en.htm

Il-mistoqsijiet u/jew it-talbiet għal informazzjoni addizzjonali fir-rigward ta’ din is-Sejħa jridu jintbagħtu bil-posta elettronika lil:

Olaf-anti-fraud-training@ec.europa.eu

Jekk ikunu ta’ rilevanza għal applikanti oħrajn, il-mistoqsijiet u t-tweġibiet jistgħu jiġu ppubblikati b’mod anonimu fil-Linji Gwida għall-mili tal-Formola ta’ Applikazzjoni fuq is-sit web tal-Internet tal-OLAF.


(1)  Ir-Regolament UE (Nru) 250/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi programm għall-promozzjoni ta’ attivitajiet fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea (il-programm Hercule III) (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 6).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 2234 tat-8 ta’ April 2015 li tikkonċerna l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2015 u l-finanzjament għall-implimentazzjoni tal-Programm Hercule III