ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 233

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
17 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 233/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7683 — Ardian France/GoldenTree Asset Management/Maxeda DIY Group) ( 1 )

1

2015/C 233/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7668 — Harng Central Department Store/KS Premium Holding) ( 1 )

1

2015/C 233/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7665 — Castleton/Morgan Stanley Global Oil Merchanting Unit) ( 1 )

2

2015/C 233/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7643 — CNRC/Pirelli) ( 1 )

2

2015/C 233/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7650 — Katara Hospitality/Starwood Hotel & Resorts Worldwide/Westin Excelsior Hotel) ( 1 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 233/06

Rata tal-kambju tal-euro

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2015/C 233/07

Sejħa għall-Proposti — L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi għajnuna finanzjarja ġdida tal-EIBURS taħt il-Programm tal-Għarfien tiegħu

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 233/08

Informazzjoni dwar is-segwitu tal-ilment irreġistrat bin-numru ta’ referenza CHAP(2015) 227

7


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7683 — Ardian France/GoldenTree Asset Management/Maxeda DIY Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 233/01)

Fid-9 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7683. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7668 — Harng Central Department Store/KS Premium Holding)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 233/02)

Fid-9 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7668. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7665 — Castleton/Morgan Stanley Global Oil Merchanting Unit)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 233/03)

Fit-3 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7665. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7643 — CNRC/Pirelli)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 233/04)

Fl-1 ta’ Lulju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7643. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7650 — Katara Hospitality/Starwood Hotel & Resorts Worldwide/Westin Excelsior Hotel)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 233/05)

Fis-7 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7650. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Lulju 2015

(2015/C 233/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,0867

JPY

Yen Ġappuniż

134,90

DKK

Krona Daniża

7,4617

GBP

Lira Sterlina

0,69810

SEK

Krona Żvediża

9,2787

CHF

Frank Żvizzeru

1,0407

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8580

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,116

HUF

Forint Ungeriż

309,15

PLN

Zloty Pollakk

4,1084

RON

Leu Rumen

4,4274

TRY

Lira Turka

2,8840

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4713

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4070

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,4229

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6674

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4854

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 248,24

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,4938

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,7496

HRK

Kuna Kroata

7,5915

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 548,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,1311

PHP

Peso Filippin

49,165

RUB

Rouble Russu

61,9145

THB

Baht Tajlandiż

37,187

BRL

Real Brażiljan

3,4219

MXN

Peso Messikan

17,1981

INR

Rupi Indjan

69,0173


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/5


Sejħa għall-Proposti — L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi għajnuna finanzjarja ġdida tal-EIBURS taħt il-Programm tal-Għarfien tiegħu

(2015/C 233/07)

L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jamministra l-biċċa l-kbira tal-għotjiet tiegħu għar-riċerka permezz tal-Programm tal-Għarfien tiegħu, li jikkonsisti f’żewġ skemi ta’ finanzjament differenti:

EIBURS (EIB University Research Sponsorship Programme), il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja,

STAREBEI ( STAges de REcherche BEI ), programm li jiffinanzja lir-riċerkaturi żgħażagħ li jaħdmu fuq proġetti konġunti tal-BEI u Universitajiet

EIBURS jipprovdi għotjiet lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, pajjiżi kandidati jew pajjiżi kandidati potenzjali li jaħdmu fuq temi ta’ riċerka ta’ interess ewlieni għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI). L-iskemi ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ 3 snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka interessati bi speċjalizzazzjoni esperta rikonoxxuta fil-qasam magħżul. Il-proposti magħżulin għandhom jipproduċu għadd ta’ riżultati li jkunu suġġetti għal ftehim kuntrattwali mal-BEI.

Għas-sena akkademika 2015/2016, il-programm EIBURS qiegħed ifittex proposti dwar tema ta’ riċerka waħda ġdida:

L-organizzazzjonijiet il-kbar kif jistgħu jkunu wkoll organizzazzjonijiet innovattivi?

L-objettiv tal-proġett ta’ riċerka huwa li jeżamina kif organizzazzjonijiet stabbiliti jistgħu jużaw bl-aħjar mod proġetti u/jew inizjattivi bħala l-bażi għal innovazzjoni radikali li tirnexxi, sabiex imbagħad jiġu żviluppati firxa ta’ approċċi, għodod u tekniki komuni li jistgħu jappoġġaw dawn il-proġetti jew inizjattivi ta’ innovazzjoni.

Ħafna organizzazzjonijiet stabbiliti huma mibnija madwar il-kapaċità tagħhom li jirreplikaw proċessi eżistenti b’mod effiċjent u sigur, u/jew li jagħmlu innovazzjonijiet inkrimentali għal prodotti u servizzi eżistenti. Hekk kif iċ-ċikli tal-bidla jsiru aktar ikkompressati, l-organizzazzjonijiet jistgħu jibdew iduru dejjem aktar lejn approċċi alternattivi sabiex jiksbu innovazzjonijiet jew bidliet aktar radikali.

Dan l-istudju għandu jiffoka fuq kif organizzazzjonijiet bi proċessi ċentrali stabbli jistgħu jħeġġu wkoll innovazzjoni u bidla radikali. Ir-riċerka għandha tikkonċentra fuq l-eżekuzzjoni – l-organizzazzjonijiet stabbiliti kif jistgħu jimplimentaw bl-aħjar mod il-bidla ladaraba tiġi deċiża? L-istudju għandu jidentifika mudelli għal innovazzjoni u bidla radikali fi ħdan organizzazzjonijiet stabbiliti, u mbagħad jużahom bħala qafas biex jipproponi għodod li l-organizzazzjoni għandha tadotta biex trawwem dik l-innovazzjoni.

L-ewwel stadju għandu jirrevedi l-firxa ta’ mudelli għal innovazzjoni radikali fi ħdan organizzazzjonijiet stabbiliti u għandu jinkludi tagħlim dwar implimentazzjoni effettiva bbażata fuq evidenza empirika.

It-tieni stadju għandu jiffoka fuq approċċi differenti għall-implimentazzjoni, ladarba jkunu ntagħżlu strateġija jew eżitu mixtieqa. Dan għandu jeżamina:

jekk approċċi partikolari jirnexxux aktar biex jiġġeneraw eżiti ta’ innovazzjoni partikolari u

sa liema grad l-organizzazzjonijiet eżistenti jistgħu jikkontrollaw l-eżitu mixtieq billi jinfluwenzaw il-fatturi ta’ appoġġ u ta’ inibizzjoni, u x’inhu l-irwol ta’ fatturi esterni inkontrollabbli u tax-xorti.

L-analiżi għandha tqis ukoll fatturi bħall-kultura tal-kumpanija, u l-ambjent ta’ negozju aktar wiesa’.

It-tielet stadju għandu jibni fuq tagħlim mill-ewwel żewġ stadji u jiffoka biex jiżviluppa:

għodod dijanjostiċi sabiex jiġu identifikati l-aqwa approċċi għal tipi ta’ negozju partikolari sabiex jiġu implimentati tipi ta’ innovazzjoni partikolari u

għodod ta’ appoġġ għall-innovazzjoni li l-organizzazzjonijiet jistgħu jużaw sabiex jappoġġaw l-implimentazzjoni b’suċċess ta’ diversi mudelli għall-innovazzjoni.

Il-proġett jista’ jinvolvi kwalunkwe attività addizzjonali li ċ-ċentru universitarju jqis li huwa importanti sabiex ir-riċerka tirnexxi u r-riżultati tagħha jkunu jistgħu jinxterdu, inkluż:

l-organizzazzjoni ta’ seminars u attivitajiet oħrajn ta’ tixrid tal-informazzjoni

il-ħolqien ta’ databases u

stħarriġ.

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati bl-Ingliż jew bil-Franċiż sat-30 ta’ Settembru 2015 24:00 (CET). Proposti ppreżentati wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposti jistgħu jintbagħtu b’email lil:

institute@eib.org

Għal informazzjoni aktar eżawrjenti dwar il-proċess tal-għażla tal-EIBURS u dwar l-Istitut tal-BEI, jekk jogħġbok żur: http://institute.eib.org/


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 233/7


Informazzjoni dwar is-segwitu tal-ilment irreġistrat bin-numru ta’ referenza CHAP(2015) 227

(2015/C 233/08)

Il-Kummissjoni Ewropea waslitilha sensiela ta' lmenti dwar l-infurzar tal-Att tal-Ġermanja dwar il-Paga Minima fis-settur tat-trasport internazzjonali (ara l-Konferma tal-wasla tal-ilment - Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 86 tat-13 ta’ Marzu 2015, p. 16).

Wara skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet Ġermaniżi u wara evalwazzjoni legali bir-reqqa tal-miżuri Ġermaniżi inkwistjoni, fid-19 ta' Mejju 2015 il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tniedi proċedura ta’ ksur kontra l-Ġermanja (1) dwar l-applikazzjoni tal-Att dwar il-Paga Minima fis-settur tat-trasport. L-awtoritajiet Ġermaniżi issa għandhom xahrejn biex jirrispondu għall-argumenti mressqa mill-Kummissjoni, fl-Ittra ta’ Notifika Formali, li hija l-ewwel pass fil-proċedura ta’ infrazzjoni.


(1)  2015/2100