ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 222

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
7 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 222/01

Att tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2014 li jestendi l-mandat ta’ Viċi Direttur tal-Europol

1

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 222/02

Rata tal-kambju tal-euro

3

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 222/03

Notifika tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Litwanja — il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Kontroll tal-Enerġija u l-Prezzijiet (minn hawn 'il quddiem — NCC/National Control Commission) — skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE fir-rigward tal-ħatra ta’ AB Amber Grid bħala operatur tas-sistema tat-trasmissjoni tal-gass naturali fil-Litwanja

4


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 222/04

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

5


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

7.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/1


ATT TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Diċembru 2014

li jestendi l-mandat ta’ Viċi Direttur tal-Europol

(2015/C 222/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 38 paragrafi 1 sa 3 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Europol tal-4 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi r-regoli dwar l-għażla, l-estensjoni tal-mandat u t-tkeċċija tad-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Europol (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 paragrafu 1 tagħha,

Waqt li jaġixxi bħala l-awtorità mogħtija s-setgħa li taħtar id-Direttur u l-Viċi Diretturi tal-Europol,

B’kont meħud tal-opinjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni,

BILLI:

(1)

Il-mandat ta’ Viċi Direttur tal-Europol maħtur mill-Att tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2011 (3), wasal biex jiskadi fil-31 ta’ Ottubru 2015.

(2)

Il-Viċi Diretturi tal-Europol jinħatru għal perijodu ta’ erba’ snin li jista’ jiġġedded darba skont l-Artikolu 38(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol).

(3)

Il-Bord ta’ Amministrazzjoni ppreżenta opinjoni lill-Kunsill fejn ippropona li l-mandat tal-Viċi Direttur attwali tal-Europol, is-Sur Oldřich MARTINŮ, jiġi estiż.

(4)

Abbażi tal-opinjoni mogħtija mill-Bord ta’ Amministrazzjoni, il-Kunsill jixtieq jestendi l-mandat tas-Sur Oldřich MARTINŮ bħala Viċi Direttur,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Oldřich MARTINŮ huwa b’dan estiż mill-1 ta’ Novembru 2015 sal-31 ta’ Ottubru 2019 fil-grad AD 14, skala 1.

Artikolu 2

Dan l-Att għandu jsir effettiv mill-jum tal-adozzjoni tiegħu.

Huwa għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

A. ORLANDO


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 3.

(3)  ĠU C 310, 22.10.2011, p. 5.


Il-Kummissjoni Ewropea

7.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Lulju 2015

(2015/C 222/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1008

JPY

Yen Ġappuniż

135,11

DKK

Krona Daniża

7,4610

GBP

Lira Sterlina

0,70800

SEK

Krona Żvediża

9,3699

CHF

Frank Żvizzeru

1,0422

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,9095

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,135

HUF

Forint Ungeriż

316,13

PLN

Zloty Pollakk

4,2005

RON

Leu Rumen

4,4863

TRY

Lira Turka

2,9622

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4688

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3914

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,5338

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6440

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,4876

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 241,95

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,6731

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,8337

HRK

Kuna Kroata

7,5750

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 700,08

MYR

Ringgit Malażjan

4,2018

PHP

Peso Filippin

49,651

RUB

Rouble Russu

62,1340

THB

Baht Tajlandiż

37,257

BRL

Real Brażiljan

3,4659

MXN

Peso Messikan

17,4537

INR

Rupi Indjan

69,8398


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

7.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/4


Notifika tal-awtorità regolatorja nazzjonali tal-Litwanja — il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Kontroll tal-Enerġija u l-Prezzijiet (minn hawn 'il quddiem — NCC/National Control Commission) — skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE fir-rigward tal-ħatra ta’ AB Amber Grid bħala operatur tas-sistema tat-trasmissjoni tal-gass naturali fil-Litwanja

(2015/C 222/03)

Wara d-deċiżjoni finali tal-awtorità regolatorja tal-Litwanja fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni ta’ AB Amber Grid bħala Operatur tas-Sistema ta’ Trasmissjoni bi Proprjetà Sseparata (l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/73/KE) tal-10 ta’ April, 2015 (ir-riżoluzzjoni tal-NCC tal-10 ta’ April 2015 Nru O3-242 dwar il-Ħatra tal-Operatur tas-Sistema ta’ Trasmissjoni u l-Ħruġ tal-Liċenzja għall-Attività ta’ Trasmissjoni tal-Gass Naturali), il-Litwanja nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea l-ħatra uffiċjali ta’ din il-kumpanija bħala Operatur tas-Sistema ta’ Trasmissjoni tal-Gass Naturali li jopera fil-Litwanja skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2009/73/KE.

Kull informazzjoni addizzjonali tista’ tinkiseb minn dan l-indirizz:

Rimgailė Baliūnaitė, the Head of Electricity Division of NCC Gas and Electricity Department, tel. +370 52190710, e-mail: rimgaile.baliunaite@regula.lt;

Rimas Valungevičius, the Chief Specialist of NCC Gas and Electricity Department Gas Division, tel. +370 52506185, e-mail: rimas.valungevicius@regula.lt

Is-sit elettroniku tal-NCC dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ AB Amber Grid:

http://www.regula.lt/en/Pages/TSO-unbundling-gas.aspx


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

7.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/5


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 222/04)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“KNACK D’ALSACE”

Nru tal-UE: FR-PGI-0005-1247 — 23.7.2014

DPO ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Knack d’Alsace”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott bid-denominazzjoni msemmija fil-punt 1

Il-“Knack d’Alsace” huwa zalzett magħmul minn pejst rqiq, imsajjar, imdeffes f’kejsing tal-ġilda naturali, li ġejja speċifikament min-nagħaġ. Dan huwa affumikat fis-sħana bl-injam tal-fagu (serratura, ċana, zkuk jew laqx).

Il-pejst irqiq huwa magħmul minn:

laħam dgħif u xaħam tal-majjal mingħajr qoxra;

ċanga;

kif ukoll materja prima li ġejja mil-laħam: silġ imfarrak, zokkor, plażma tad-demm (laħam tal-majjal jew taċ-ċanga), melħ, alkoħol, ħwawar, ħxejjex aromatiċi, estratti tal-ħxejjex aromatiċi, aromi naturali, u addittivi awtorizzati fl-ispeċifikazzjonijiet.

Il-pejst irqiq (mingħajr il-kejsing tal-ġilda naturali) huwa magħmul minn:

mill-inqas 70 % materja prima tal-laħam (ċanga u majjal);

mill-inqas 7 % ċanga;

mill-inqas 30 % laħam tal-majjal (dgħif u xaħam).

Dawn il-perċentwali huma espressi fir-rigward tal-piż totali tat-taħlita fil-waqt tal-ipproċessar.

Karatteristiċi fiżiċi:

Il-“Knack d’Alsace”, b’ forma kemxejn b’kurvatura, għandu tul bejn 2 sa 30 ċm u dijametru bejn 20 sa 28 mm.

Huwa artab u lixx b’kejsing tal-ġilda naturali ssikkat ħafna. Il-qoxra tal-“Knack d’Alsace” għandha kulurha:

kannella omoġenju fil-każ li jkun affumikat biss;

jew roża fl-oranġjo: wara l-affumikazzjoni, il-“Knack d’Alsace” jista’ jingħata l-kulur permezz ta’ koloranti naturali jew permezz ta’ koloranti naturali jew ta’ estratti oħra ġejjin minn materja prima naturali.

Meta jkun maqtugħ, il-“Knack d’Alsace” ikollu pejst ta’ kulur roża ċar, u għamla soda u elastika.

Meta jittiekel, iqarmeċ mas-snien, tant li din l-esperjenza tissejjaħ “knackant”.

L-affumikazzjoni naturali tagħtih togħma affumikata delikata.

Karatteristiċi kimiċi (mingħajr il-ġilda):

perċentwali ta’ ilma fil-prodott bix-xaħam imneħħi (estratt niexef bix-xaħam imneħħi - H.P.D) 80 %

perċentwali ta’ lipidi 26 %

Meta mqabbel mal-estratt niexef bix-xaħam imneħħi ta' 80 %

ir-rata ta’ zokkor li jinħall fl-ilma 1 %

il-proporzjon kollaġeni/protidi 18 %

 

ir-rata ta’ nitrit 150 mg/kg

 

3.3.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Il-laħam użat huwa frisk, ħlief għall-fdalijiet li jistgħu jiġu ffriżati għal raġunijiet ta’ saħħa.

L-użu ta’ laħam mill-annimali maskili sħaħ jew kriptorkidi, li t-testikoli tagħhom ma jkunux niżlu fl-iskrotum, kif ukoll ta’ laħam isseparat mekkanikament (MSM), huwa pprojbit.

Il-laħam dgħif tal-majjal ġej mill-qatgħat li ġejjin: perżut, spalla, żaqq, ġenbejn u fdalijiet.

Il-grass użat huwa xaħam iebes ġej mix-xaħam dorsali, mill-parti ta’ fuq tal-ispalla, mill-perżut u mill-ħaddejn. Huwa pprojbit li jintuża grass iffriżat jew li jkun ġej minn friża qawwija u li tiġi miżjuda l-qoxra.

Il-ġewwieni jintrema minbarra t-timus li jkun preżenti fil-ħaddejn.

Il-laħam taċ-ċanga fih minn 15 sa 20 % grass.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi tal-produzzjoni huma dawn li ġejjin: it-tgħaffiġ/it-tfettit, il-mili, l-affumikar/is-sajran u t-tkessiħ isiru fiż-żona ġeografika.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar għandu jinkludi d-denominazzjoni “Knack d’Alsace” kif ukoll il-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-produzzjoni tal-“Knack d’Alsace” hija magħmula mit-territorji kollu tar-Reġjun tal-Alsace, jiġifieri d-dipartimenti tal-Bas-Rhin u tal-Haut-Rhin.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Fatturi naturali

Iż-żona ġeografika hija kkaratterizzata b’mod ewlieni mis-siġar tal-fagu fil-foresta tal-Alsace. Hija siġra komuni fiż-żona u ssibha faċilment fir-reġjun.

Fatturi umani

L-Alsace huwa reġjun li għandu tradizzjoni twila fil-qasam tal-manifattura taz-zalzett. Il- “Knackwurst,” antenat tal-“Knack d’Alsace”, kien diġà msemmi fit-testi li jmorru lura għas-seklu sittax; tant li huwa msemmi fl-1575 fix-xogħol ta’ Jean Fischart intitolat “Geschichtklitterung”.

—   Reġjun mmarkat għall-istorja tiegħu

Il-pożizzjoni ġeografika ta ‘Alsace, qrib il-fruntiera Ġermaniża, influwenzat ferm l-istorja kif ukoll l-għarfien fil-manifattura taz-zalzett. Fl-istorja, fil-fatt, l-Alsace kien daqstant reġjun Ġermaniż daqs kemm kien Franċiż.

Lejlet il-gwerra tal-1870, ix-xogħol ta’ dawk li jaħdmu fil-manifattura taz-zalzett fl-Alsace, għalkemm parzjalment mekkanizzat, kien għadu qed isir prinċipalment bl-idejn.

Wara l-annessjoni tal-Alsace mar-Reich Ġermaniż fl-1871, eluf ta’ Ġermaniżi ġew jgħixu fl-Alsace. Fost dawn, madwar tletin manifattur taz-zalzett minn Wurttemberg għażlu lil Strasburgu bħala d-domiċilju tagħhom. B’mod partikolari, huma introduċew teknika ta’ pproċessar imtejba u materjal aktar mirqum. It-teknika tagħhom, aktar mekkanizzata, ippermettiet li l-laħam jinħadem aħjar sabiex jiġi ppreparat mili mqatta’ b’mod aktar fin, li huma diġà kienu qed jużaw għal-laħam mill-bovini il-kbar. Huma introduċew, b’mod partikolari, it-teknoloġija tat-tfettit anki fl-intrapriżi artiġjanali żgħar, bl-introduzzjoni tal-mutur elettriku. Minħabba li dawn l-artiġjani impjegaw ħaddiema lokali biex jiffurmaw apprendisti, it-tekniki akkwistati u l-metodi moderni tferrxu gradwalment fost il-kumpaniji l-oħra.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, id-dispożizzjonijiet ġodda tat-taxxa ikkontribwixxew b’mod indirett għall-iżvilupp tal-manifattura taz-zalzett ta’ Alsace u, b’mod partikolari, tal-“Knacks d’Alsace”. L-impożizzjoni ta’ taxxa fuq il-laħam mibjugħ bl-imnut, qatat b’mod sinifikanti l-marġni tal-profitt ta’ dawk il-biċċiera, li kienu limitati għat-tqegħid fis-suq tal-laħam. Minħabba li l-qasam tal-prodotti taz-zalzett ma sofriex l-istess xorti, il-biċċiera ittrasformaw rwieħom f’bejjiegħa tal-laħam/bejjiegħa tal-prodotti taz-zalzett.

Wara din l-era, fl-Alsace, l-artiġjani tal-industrija tal-laħam saru kemm bejjiegħa tal-laħam kif ukoll bejjiegħa tal-prodotti taz-zalzett.

—   Ħila speċifika

Il-proċess tal-manifattura tal-“Knack d’Alsace” jirrikjedi ħila inkredibbli. Għalkemm xi passi tal-proċess huma awtomatizzati, l-intervent uman għadu meħtieġ għal xi fażijiet essenzjali, bħat-tfettit u t-tqegħid fil-ġilda.

Il-fażi tat-tfettit, imwettaq minn speċjalista magħruf bħala l-cutteriste, tikkonsisti minn ħolqien ta’ emulsjoni imsejħa pejst rqiq. F’din il-fażi, il-cutteriste iżid l-ingredjenti meħtieġa għall-ipproċessar tal-pejst fosthom is-silġ mqatta’ li jippermetti li tiġi evitata żieda fit-temperatura li tiddestabbilizza l-emulsjoni. Il-cutteriste iżid l-ammont tas-silġ meħtieġ skont id-dehra tat-taħlita u tat-temperatura tagħha, li huwa jkun qed jikkontrolla kontinwament. Huwa jadatta wkoll il-pass u l-veloċità tat-tfettit u jwettaq spezzjoni viżwali u bil-mess tal-andament tat-taħlita. Din il-kompetenza tirriżulta fil-kisba ta’ emulsjoni stabbli: il-pejst ikun iwaħħal, lixx, omoġenju u mħallat sew; u ma jkun fih l-ebda biċċa solida tal-laħam. Dan il-pass essenzjali, li jirrikjedi kwalifiki speċifiċi li jinkisbu bl-esperjenza, huwa ħafna drabi mwettaq mill-kap f’kumpaniji żgħar jew minn ħaddiem tas-sengħa.

Il-fażi tal-mili, li tikkonsisti f’li jiddeffes il-pejst rqiq li jirriżulta fil-kejsing tal-ġilda naturali, jeħtieġ ħila kbira mill-operatur li għandu jkun jaf kif għandu jevalwa, permezz tal-mess, il-grad tal-mili tal-kejsing tal-ġilda naturali filwaqt li jirrispetta l-fraġilità tagħha.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-“Knack d’Alsace” huwa kkaratterizzat minn konsistenza soda u li tqarmeċ, il-kompożizzjoni b’bażi ta’ laħam tal-majjal u taċ-ċanga u t-togħma delikata affumikat tiegħu.

Il-konsistenza tqarmeċ tal-“Knack d’Alsace” hija tant karatteristika li ta’ spiss jużaw it-terminu “Knackant” biex jiġi kklassifikat Mill-bqija, l-isem “knack” ġej mill-onomatopea tal-ħoss li wieħed jisma meta z-zalzett jingidem.

Il-laħam taċ-ċanga, li jkun fih fibri differenti minn dawk tal-majjal, jaffettwaw l-istruttura soda tal-“Knack d’Alsace” u jgħin biex jagħtih it-tqarmiċ tipiku.

L-affumikazzjoni naturali bl-injam tal-fagu tagħti l-“Knack d’Alsace” togħma delikata ta’ affumikar.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott

Ir-rabta kawżali maż-żona ġeografika tal-“Knack d’Alsace” hija bbażata fuq il-kwalità speċifika u r-reputazzjoni tagħha.

L-Alsace huwa reġjun bi tradizzjoni antika fis-settur tal-manifattura taz-zalzett kif wieħed jista’ jara minn referenzi għal testi mis-seklu sittax.

L-istorja tal-Alsace, b’mod partikolari l-annessjoni tar-reġjun mar-Reich Ġermaniż fl-1871, u t-tqegħid fis-seħħ, wara l-ewwel gwerra dinjija, ta’ taxxa speċifika fuq il-bejgħ bl-imnut tal-laħam, ikkontribwixxiet biex tittejjeb it-teknika tal-produzzjoni tal-pejst rqiq kif ukoll tal-iżvilupp tal-bejjiegħa tal-laħam/bejjiegħa tal-prodotti taz-zalzett. Dan il-kuntest storiku kien determinanti fl-akkwist tal-ħila speċifika tal-manifatturi taz-zalzett Alsazjani li jiddetermina l-ispeċifitajiet tal-“Knack d’Alsace”, kemm il-konsistenza ta’ tqarmiċ tiegħu, il-kompożizzjoni bażika tiegħu tal-laħam tal-majjal u taċ-ċanga kif ukoll it-togħma delikata ta’ affumikar tiegħu.

Il-konsistenza ta’ tqarmiċ tal-“Knack d’Alsace” huwa r-riżultat tal-kompetenzi ta’ ħaddiem speċjalizzat, il-cutteriste, li jirnexxilu jikseb pejst rqiq, iwaħħal, lixx, omoġenju u mħallat sew kif ukoll jirnexxilu jimla l-kisi bl-imsaren naturali, proċess li jirrikjedi l-esperjenza biex tikkontrolla kemm timbotta fih sakemm jinkiseb kejsing tal-ġilda naturali sod minkejja l-fraġilità tiegħu. Il-ħaddiem jevalwa, billi jmiss b’idejh, il-grad tal-mili tal-kejsing tal-ġilda tal-imsaren li fl-aħħar mill-aħħar jiddetermina kemm ikun iqarmeċ il-prodott finali.

L-inklużjoni taċ-ċanga hija marbuta mal-fatt li l-manifatturi taz-zalzett Alsazjani huma tradizzjonalment bejjiegħa tal-laħam/bejjiegħa tal-prodotti taz-zalzett. Huma għandhom ukoll varjetà ta’ materja prima li huma jivvalorizzaw l-aħjar billi jużaw qatgħat tal-laħam taċ-ċanga għall-produzzjoni tal-knacks. Din il-partikolarità tirriżulta wkoll minħabba t-tekniki ta’ produzzjoni tal-manifatturi taz-zalzett minn Wurttemberg, li kienu kapaċi jaħkmu t-teknika ta’ kif għandu jinħadem iz-zalzett, billi fil-fatt, jżidu ċ-ċanga.

L-affumikazzjoni naturali bl-injam tal-fagu, tradizzjoni fl-Alsace tagħti lill-“Knack d’Alsace” togħma delikata ta’ affumikar tipika. L-injam tal-fagu jintuża għall-affumikar tal-“Knack d’Alsace” minħabba li huwa faċilment disponibbli fl-Alsace u li jippermetti il-ħruġ gradwali u inkomplet tal-injam neċessarju għall-produzzjoni tal-affumikar mingħajr l-inkonvenjenzi li jġibu magħhom il-koniferi, li wkoll huma preżenti fl-Alsace, izda dawn jsaddu u jħammġu l-affumikaturi.

B’hekk, il-manifatturi taz-zalzett Alsazjani kienu kapaċi jieħdu vantaġġ mill-karatteristiċi tal-ambjent naturali tagħhom, u iktar minn hekk, miċ-ċirkostanzi storiċi biex jakkwistaw il-ħila speċifika tagħhom li jagħti lill- “Knack d’Alsace” il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu li jagħmluh il-prodott “emblematiku” tas-settur tal-manifattura taz-zalzett Alsazjan.

Il-“Knack d’Alsace” fil-fatt jibbenefika minn reputazzjoni kbira li akkwista minn zmien is-seklu sbatax li minn dak iż-żmien sar element fondamentali fil-festi popolari. U għalhekk, fl-okkażjoni tal-festa li saret biex tiġi ċċelebrata l-konvalexxenza tar-re Louis XV f’Settembru tal-1744, ġew offerti kwantitajiet kbar ta’ “Knack d’Alsace” lill-popolazzjoni ta’ Strasburgu. Il-“Knack d’Alsace” ġie vvalorizzat fl-istess mod fl-okkażjoni tal-espożizzjoni universali ta’ Pariġi, fl-1867, b’mod partikolari bis-saħħa tal-manifattur taz-zalzett Frick.

Il-“Knack d’Alsace” jinsab fil-festi kollha tal-villaġġi Alsazjani, u waqt il-cocktails u l-buffets. Matul dawn ir-riċevimenti, il-“Knack d’Alsace” iservuhom tnejn tnejn fuq plattini tal-karti bil-ħobż u l-mustarda ħelwa. Il-“Knack d’Alsace” huwa wkoll wieħed mill-ingredjenti prinċipali mill-varjetà ta’ prodotti taz-zalzett li jakkumpanjaw is-sauerkraut.

Il-“Knack d’Alsace” illum huwa simbolu tal-gastronomija u tal-kultura popolari Alsazjana, iżda r-reputazzjoni tiegħu ma waqfitx mal-fruntieri tal-Alsace. Infatti huwa jissemma fix-xogħolijiet kollha li jsemmu l-gastronomija Alsazjana bħal “La gastronomie alsacienne” (Il-gastronomija Alsazjana) li ġie ppubblikat fl-1969 fl-edizzjonijiet “Saisons d’Alsace” - fejn jingħad li l-“Knack d’Alsace” huwa “[le] plus célèbre des saucisses d’Alsace” (iz-zalzett tal-Alsace l-iktar imsemmi) kif ukoll fl-“Inventaire du patrimoine culinaire de la France” (Inventarju tal-wirt kulinarju ta’ Franza) fl-edizzjoni ddedikata għall-Alsace (dar tal-pubblikazzjoni Albin Michel S.A.)

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament (2))

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-3bb491ee-d1a8-433d-8da0-f8dca23e1b08


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.