ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 221

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
6 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 221/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 221/02

Kawża C-176/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-20 ta’ April 2015 – Guy Riskin, Geneviève Timmermans vs L-Istat Belġjan

2

2015/C 221/03

Kawża C-188/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ April 2015 – Asma Bougnaoui, ADDH – Association de défense des droits de l’homme vs Micropole Univers SA

2

2015/C 221/04

Kawża C-191/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-27 ta’ April 2015 – Verein für Konsumenteninformation vs Amazon EU Sàrl

3

2015/C 221/05

Kawża C-201/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fid-29 ta’ April 2015 – Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis) vs Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

4

2015/C 221/06

Kawża C-203/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Isvezja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen

5

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 221/07

Kawżi T-331/10 RENV u T-416/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi Design et (Rappreżentazzjoni ta’ superfiċje b’tikek suwed) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentew superfiċje b’tikek suwed — Raġuni assoluta għal rifjut — Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

6

2015/C 221/08

Kawża T-456/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Attribuzzjoni ta’ kwoti ta’ bejgħ, il-koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Irtirar tar-rikorrenti mill-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim — Multi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Gravità u tul tal-ksur — Kooperazzjoni — Assenza ta’ applikazzjoni tal-firxa ta’ multi probabbli kkomunikata waqt il-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim)

6

2015/C 221/09

Kawża T-310/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill [Dumping — Importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u miċ-Ċina — Dazju antidumping definittiv — Industrija Komunitarja — Determinazzjoni tad-dannu — Artikolu 9(4), Artikolu 14(1) u Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Dritt li tippreżenta osservazzjonijiet — Artikolu 20(5) tar-Regolament Nru 1225/2009]

7

2015/C 221/10

Kawża magħquda T-22/13 u T-23/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Senz Technologies vs UASI – Impliva (Umbrelel) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw umbrelel — Raġuni għal invalidità — Żvelar tad-disinn preċedenti — Disinn preċedenti kkostitwit minn privattiv Amerikan — Ċirkli speċjalizzati tas-settur ikkonċernat — Utent informat — Grad ta’ attenzjoni tal-utent informat — Prodotti tal-moda — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Karattru individwali — Impressjoni ġenerali differenti — Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità)

8

2015/C 221/11

Kawża T-55/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Formula One Licensing vs UASI – Idea Marketing (F1H2O) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali F1H20 — Trade marks Komunitarji, internazzjonali Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi F1 — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

9

2015/C 221/12

Kawża T-201/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Rubinum vs Il-Kummissjoni (Saħħa pubblika — Sigurtà tal-ikel — Addittiv intiż għall-għalf tal-annimali — Preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-awtorizzazzjonijiet tal-imsemmija preparazzjoni — Riskju għas-saħħa — Żball ta’ liġi — Prinċipju ta’ prekawzjoni)

9

2015/C 221/13

Kawża T-218/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Nutrexpa vs UASI – Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara Maria ORO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattivo Cuétara Maria ORO — Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti ORO — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

10

2015/C 221/14

Kawża T-271/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Nutrexpa vs UASI – Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara MARĺA ORO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cuétara MARÍA ORO — Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti ORO — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

11

2015/C 221/15

Kawża T-56/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (nuru) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa — Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DURU — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

11

2015/C 221/16

Kawża T-145/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Żewġ strixxi paralleli fuq żarbun) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw tliet strixxi paralleli magħmula fuq żraben u fuq ħwejjeġ — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

12

2015/C 221/17

Kawża T-197/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – La Zaragozana vs UASI – Charles Cooper (GREEN’S) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GREEN’S — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AMBAR GREEN — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009]

13

2015/C 221/18

Kawża T-203/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Mo Industries vs UASI (Splendid) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Splendid — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

13

2015/C 221/19

Kawża T-420/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Wine in Black vs UASI – Quinta do Noval Vinhos (Wine in Black) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ appożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wine in Black — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Noval Black — Raguni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

14

2015/C 221/20

Kawża T-635/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva URB — Applikazzjoni għal trade mark nazzjonali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva verbali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva figurattiva preċedenti URB u trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti URB — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ mala fide tal-proprjetajru tat-trade mark Komunitarja — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks preċedenti — Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 — Assenza ta’ ksur tal-Artikoli 22(3) u tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

15

2015/C 221/21

Kawża T-202/10 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Akkomodazzjoni soċjali — Skemi ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

15

2015/C 221/22

Kawża T-203/10 RENV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Akkomodazzjoni soċjali — Skema ta’ għajnuna mogtija favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Deċiżjoni li taċċetta l-imenji tal-Istat Membru — Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi)

16

2015/C 221/23

Kawża T-73/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin) (Trade mark Komunitarja — Talba għal revoka — Irtirar tar-reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2015/C 221/24

Kawża T-246/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Yoworld vs UASI – Nestlé (yogorino) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2015/C 221/25

Kawża T-499/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni (Rakkomandazzjoni 2003/361/KE — Kriterji ta’ definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-politiki tal-Unjoni — Deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni — Irtirar tad-deċiżjoni — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2015/C 221/26

Kawża T-655/14 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni — Revoka mit-taqsima lokali tal-Lussemburgu ta’ wieħed mill-membri sħaħ tagħha fil-Kumitat Ċentrali tal-persunal — Deċiżjoni li tirrifjuta li tiġi rrikonoxxuta l-legalità tad-deċiżjoni ta’ revoka — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża — Att li jikkawża preġudizzju — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

19

2015/C 221/27

Kawża T-839/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Alnapharm vs UASI – Novartis (Alrexil) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

20

2015/C 221/28

Kawża T-153/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

20

2015/C 221/29

Kawża T-154/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Jaber vs Il-Kunsill (Miżuri provviżorji — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni tad-dħul u tal-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà”)

21

2015/C 221/30

Kawża T-155/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ ta’ tranżitu fuq it-territorju tal-Unjoni — Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

21

2015/C 221/31

Kawża T-197/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2015 – Costa vs Il-Parlament [Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ex membru tal-Parlament Ewropew — Detentur ta’ pensjon tal-irtirar tad-deputati — Benefiċjarju ta’ allowance affettwat bħala President ta’ awtorità portwali — Regola ta’ nuqqas ta’ kumulu — Irkupru tal-pensjoni rċevuta — Nota ta’ debitu — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà]

22

2015/C 221/32

Kawża T-176/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2015 – Golparvar vs Il-Kunsill

22

2015/C 221/33

Kawża T-206/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Intercon vs Il-Kummissjoni

24

2015/C 221/34

Kawża T-215/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2015 – Azarov vs Il-Kunsill

25

2015/C 221/35

Kawża T-235/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Pari Pharma vs EMA

26

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 221/36

Kawża F-44/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

27

2015/C 221/37

Kawża F-61/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

27

2015/C 221/38

Kawża F-63/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

28

2015/C 221/39

Kawża F-64/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

29

2015/C 221/40

Kawża F-65/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 221/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 213, 29.6.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 205, 22.6.2015

ĠU C 198, 15.6.2015

ĠU C 190, 8.6.2015

ĠU C 178, 1.6.2015

ĠU C 171, 26.5.2015

ĠU C 155, 11.5.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance de Liège (il-Belġju) fl-20 ta’ April 2015 – Guy Riskin, Geneviève Timmermans vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-176/15)

(2015/C 221/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Guy Riskin, Geneviève Timmermans

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjoni legali li tinsab fl-Artikolu 285 tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul tal-1992, li tawtorizza impliċitament t-taxxa doppja fuq dividendi barranin fil-każ ta’ persuna fiżika residenti fil-Belġju, hija konformi mal-prinċipji tad-dritt Komunitarju stabbiliti mill-Artikolu 63 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikolu 4 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sa fejn tippermetti lill-Belġju jiffavorixxi kif jidhirlu xieraq, skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt Belġjan li għalihom jirreferi l-ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja nnegozjat mill-Belġju, jiġifieri skont jekk jirreferix għall-Artikolu 285 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ tassazzjoni jew għall-Artikolu 286 li jistabbilixxi biss ir-rata ta’ tassazzjoni tal-perċentwali fissa ta’ taxxa, investimenti fi Stati terzi (l-Istati Uniti) għad-detriment ta’ dawk li jistgħu jsiru fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (il-Polonja)?

2)

Sa fejn jissuġġetta l-possibbiltà li t-taxxa barranija tiġi imputata lit-taxxa Belġjana għall-kundizzjoni li l-kapital u l-proprjetà li minnhom jirriżulta d-dħul jintużaw fil-Belġju għall-eżerċizzju tal-attività professjonali, l-Artikolu 285 tal-Kodiċi tat-taxxi fuq id-dħul tal-1992 ma jmurx kontra l-Artikoli 49, 56 u 58 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea?


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-24 ta’ April 2015 – Asma Bougnaoui, ADDH – Association de défense des droits de l’homme vs Micropole Univers SA

(Kawża C-188/15)

(2015/C 221/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asma Bougnaoui, ADDH – Association de défense des droits de l’homme

Konvenuta: Micropole Univers SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li x-xewqa ta’ klijent ta’ kumpannija ta’ konsulenza informatika li s-servizzi informatiċi ta’ din il-kumpannija ma jibqgħux jiġu pprovduti lilu minn impjegata, inġinier ta’ proġetti, liebsa velu Iżlamiku, tikkostitwixxi rekwiżit professjonali essenzjali u determinanti, minħabba n-natura tal-attivitajiet professjonali partikolari kkonċernati jew il-kuntest li fihom jitwettqu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-27 ta’ April 2015 – Verein für Konsumenteninformation vs Amazon EU Sàrl

(Kawża C-191/15)

(2015/C 221/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation

Konvenuta: Amazon EU Sàrl

Domandi preliminari

1)

Id-dritt applikabbli għal azzjoni għal inġunzjoni fis-sens tad-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (1), għandu jkun determinat, meta rikors ikun dirett kontra l-użu ta’ klawżoli kuntrattwali inġusti minn impriża stabbilita fi Stat Membru li tikkonkludi kuntratti ta’ kummerċ elettroniku mal-konsumaturi li jirrisjedu fi Stati Membri oħrajn u, b’mod partikolari fl-Istat tal-qorti adita, abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Regolament ‘Ruma II’”) (2)?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

2.1

Għandu jinftiehem bħala l-pajjiż fejn iseħħ id-dannu [Artikolu 4(1) tar-Regolament Ruma II] kull Stat li lejh l-impriża konvenuta tieħu inizjattivi kummerċjali, b’tali mod li l-klawżoli kontenzjużi għandhom jiġu interpretati fid-dawl tad-dritt ta’ dan l-Istat fil-każ ta’ kontestazzjoni, minn entità li għandha s-setgħa li tressaq kawża, tal-użu ta’ dawn il-klawżoli fir-relazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi residenti f’dan l-Istat?

2.2

Hemm rabta manifestament eqreb [Artikolu 4(3) tar-Regolament “Ruma II”] mad-dritt tal-Istat fejn l-impriża konvenuta jkollha s-sede tagħha, meta l-kundizzjonijiet kummerċjali tagħha jipprevedu li d-dritt ta’ dan l-Istat japplika għall-kuntratti konklużi mal-impriża?

2.3.

Tali klawżola ta’ għażla tad-dritt applikabbli twassal għal raġunijiet oħra sabiex japplika d-dritt tal-Istat fejn l-impriża konvenuta jkollha s-sede tagħha għall-eżami ta’ klawżoli kummerċjali kontenzjużi?

3)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun negattiva:

Kif allura għandu jiġi ddeterminat id-dritt applikabbli?

4)

Tkun xi tkun ir-risposta għad-domandi preċedenti:

4.1.

Klawżola fil-kundizzjonijiet kummerċjali ġenerali li tipprovdi li, għal kuntratt ta’ kummerċ elettroniku konkluż bejn konsumatur u impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor, għandu japplika d-dritt tal-Istat tas-sede tal-imsemmija impriża, hija inġusta fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (3)?

4.2.

L-ipproċessar ta’ data personali minn kumpannija li tikkonkludi kuntratti ta’ kummerċ elettroniku ma’ konsumaturi residenti fi Stati Membri oħra huwa suġġett, skont l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (4), esklużivament u jkun liema jkun id-dritt li jkun altrimenti applikabbli, għad-dritt tal-Istat Membru fejn l-impriża jkollha l-istabbiliment tagħha li jwettaq l-ipproċessar, jew din l-impriża hija obbligata li tosserva wkoll ir-regoli għall-protezzjoni tad-data tal-Istati Membri li lejhom hija tindirizza l-inizjattivi kummerċjali tagħha?


(1)  ĠU L 110, p. 30.

(2)  ĠU L 199, p. 40.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288

(4)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Symvoulio tis Epikrateias fid-29 ta’ April 2015 – Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis) vs Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

(Kawża C-201/15)

(2015/C 221/05)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Symvoulio tis Epikrateias

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Anonymi Geniki Etairia Tsimenton Iraklis (AGET Iraklis)

Konvenut: Ypourgos Ergasias, Koinonikis Asfalisis kai Koinonikis Allilengyis

Domandi preliminari

1)

Regola tad-dritt nazzjonali, bħall-Artikolu 5(3) tal-Liġi 1387/1983, li tissuġġetta t-tkeċċiji kollettivi f’impriża partikolari għal awtorizzazzjoni mill-Amministrazzjoni maħruġa abbażi tal-kriterji: a) tal-kundizzjonijiet tas-suq tax-xogħol, b) tas-sitwazzjoni tal-impriża u ċ) tal-interess tal-ekonomija nazzjonali, hija b’mod partikolari konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59/KE (1) u, ġeneralment mal-Artikoli 49 u 63 TFUE?

2)

Fl-ipoteżi ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, regola tad-dritt nazzjonali ta’ tali kontenut hija konformi, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/59/KE u, ġeneralment, mal-Artikoli 49 u 63 TFUE meta jeżistu raġunijiet soċjali serji, bħal kriżi ekonomika gravi u livell ta’ qgħad partikolarment għoli?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Isvezja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Tele2 Sverige AB vs Post- och telestyrelsen

(Kawża C-203/15)

(2015/C 221/06)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Kammarrätten i Stockholm

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tele2 Sverige AB

Konvenuta: Post- och telestyrelsen

Domandi preliminari

1)

Obbligu ġenerali ta’ żamma tal-informazzjoni, dwar il-persuni kollha, il-mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika kollha u li tirrigwarda d-data dwar it-traffiku kollha mingħajr ebda distinzjoni, limitazzjoni jew eċċezzjoni bl-għan tal-ġlieda kontra l-kriminalità [u kif deskritt fid-deċiżjoni tar-rinviju] huwa kompatibbli mal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2002/58/KE (1), b’kunsiderazzjoni tal-Artikoli 7, 8 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 hija negattiva, tali obbligu ta’ żamma jista’ madankollu jiġi rikonoxxut:

a)

jekk l-aċċess mill-awtoritajiet nazzjonali għad-data miżmuma huwa mfassal kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju], u

b)

jekk ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni u ta’ sigurtà tad-data huma rregolati kif ippreċiżat [fid-deċiżjoni tar-rinviju] iktar ’il fuq, u li

c)

id-data inkwistjoni kollha għandha tinżamm għal sitt xhur, ikkalkolati mill-ġurnata meta tieqaf il-komunikazzjoni, qabel titħassar, kif huwa espost [fid-deċiżjoni tar-rinviju]?


(1)  Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Lulju 2002, dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 514).


Il-Qorti Ġenerali

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi Design et (Rappreżentazzjoni ta’ superfiċje b’tikek suwed)

(Kawżi T-331/10 RENV u T-416/10 RENV) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentew superfiċje b’tikek suwed - Raġuni assoluta għal rifjut - Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku - Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 221/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co. Ltd (Tsubame-shi, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pi-Design AG (Triengen, l-Isvezja); Bodum France (Neuilly-sur-Seine, Franza); u Bodum Logistics A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: H. Pernez u R. Löhr, avukati)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każijiet R 1235/2008-1 u R 1237/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjonijiet ta’ invalidità bejn Pi-design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, minn naħa, u Yoshida Metal Industry Co. Ltd, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Yoshida Metal Industry Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Pi-Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU C 274, 9.10.2010.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-456/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-fosfati għall-għalf tal-annimali - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Attribuzzjoni ta’ kwoti ta’ bejgħ, il-koordinazzjoni tal-prezzijiet u tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ u l-iskambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Irtirar tar-rikorrenti mill-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Gravità u tul tal-ksur - Kooperazzjoni - Assenza ta’ applikazzjoni tal-firxa ta’ multi probabbli kkomunikata waqt il-proċedimenti ta’ riżolviment tat-tilwim”))

(2015/C 221/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Timab Industries (Dinard, Franza) u Cie financière et de participations Roullier (CFPR) (Saint-Malo, Franza) (rappreżentanti: N. Lenoir u M. Truffier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, B. Mongin u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5001 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38866 – Fosfati għall-għalf tal-annimali), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Timab Industries kif ukoll Cie financière et de participations Roullier (CFPR) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/7


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Yuanping Changyuan Chemicals vs Il-Kunsill

(Kawża T-310/12) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u miċ-Ċina - Dazju antidumping definittiv - Industrija Komunitarja - Determinazzjoni tad-dannu - Artikolu 9(4), Artikolu 14(1) u Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt li tippreżenta osservazzjonijiet - Artikolu 20(5) tar-Regolament Nru 1225/2009”])

(2015/C 221/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd (Yuan Ping City, Xin Zhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: V. Akritidis, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn N. Chesaites, barrister, u G. Berrisch, avukat, sussegwentement minn D. Geradin, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 106, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 325/2012, tat-12 ta’ April 2012, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ossaliku li joriġina mill-Indja u mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn dan jikkonċerna lil Yuanping Changyuan Chemicals Co. Ltd.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co., ħlief għall-ispejjeż sostnunti minn din tal-aħħar minħabba fl-intervent tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Yuanping Changyuan Chemicals Co. minħabba fl-intervent tagħha.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/8


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Senz Technologies vs UASI – Impliva (Umbrelel)

(Kawża magħquda T-22/13 u T-23/13) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw umbrelel - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Disinn preċedenti kkostitwit minn privattiv Amerikan - Ċirkli speċjalizzati tas-settur ikkonċernat - Utent informat - Grad ta’ attenzjoni tal-utent informat - Prodotti tal-moda - Grad ta’ libertà tad-disinjatur - Karattru individwali - Impressjoni ġenerali differenti - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità”))

(2015/C 221/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senz Technologies BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Hoyng u C. Zeri, sussegwentement minn W. Hoyng u I. de Bruijn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impliva BV (Mijdrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Gielen u A. Verschuur, avukati)

Suġġett

Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2012 (Każijiet R 2453/2010-3 u R 2459/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Impliva BV u Senz Technologies BV.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Settembru 2012 (Każijiet R 2453/2010-3 u R 2459/2010-3), huma annullati.

2)

Impliva BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz tal-ispejjeż ta’ Senz Technologies BV.

3)

Senz Technologies għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.

4)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Formula One Licensing vs UASI – Idea Marketing (F1H2O)

(Kawża T-55/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali F1H20 - Trade marks Komunitarji, internazzjonali Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi F1 - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 221/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Formula One Licensing BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment B. Klingberg, sussegwentment K. Sandberg, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Idea Marketing SA (Lausanne, l-Isvezja) (rappreżentanti: B. Brisset u O. Vanner, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Novembru 2012, (Każ R 1247/2011-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Formula One Licensing BV u Idea Marketing SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Formula One Licensing BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Idea Marketing SA.


(1)  ĠU C 101, 6.4.2013.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Rubinum vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/13) (1)

((“Saħħa pubblika - Sigurtà tal-ikel - Addittiv intiż għall-għalf tal-annimali - Preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tissospendi l-awtorizzazzjonijiet tal-imsemmija preparazzjoni - Riskju għas-saħħa - Żball ta’ liġi - Prinċipju ta’ prekawzjoni”))

(2015/C 221/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Rubinum, SA (Rubí, Spanja) (rappreżentanti: C. Bittner u P. C. Scheel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, B. Schima u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013, tal-25 ta’ Marzu 2013, dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta’ Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kif previst mir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 (ĠU L 86, p. 15).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Rubinum, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 164, 8.6.2013.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Nutrexpa vs UASI – Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara Maria ORO)

(Kawża T-218/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattivo Cuétara Maria ORO - Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti ORO - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 221/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Nutrexpa SL (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, M. Ferrándiz Avendaño u Y. Sastre Canet, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u G. Petrocchi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Frar 2013 (Każ R 2455/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl u Nutrexpa, SL.

Dispożittiv

1)

Il-kawża T-218/13 hija sseparata mill-kawża T-271/13 għall-finijiet tas-sentenza.

2)

Ir-rikors huwa miċħud.

3)

Nutrexpa, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Nutrexpa vs UASI – Kraft Foods Italia Intellectual Property (Cuétara MARĺA ORO)

(Kawża T-271/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cuétara MARÍA ORO - Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti ORO - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 221/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Nutrexpa, SL (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: J. Grau Mora, M. Ferrándiz Avendaño u Y. Sastre Canet, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: Ó. Mondéjar Ortuño u V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, M. Bucarelli u G. Petrocchi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1285/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kraft Foods Italia Intellectual Property Srl u Nutrexpa, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nutrexpa, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (nuru)

(Kawża T-56/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DURU - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 221/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Megusta Trading GmbH (Zürich, l-Iżvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1861/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. u Megusta Trading GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/12


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – adidas vs UASI – Shoe Branding Europe (Żewġ strixxi paralleli fuq żarbun)

(Kawża T-145/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’żewġ strixxi paralleli fuq żarbun - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi u reġistrazzjoni internazzjonali preċedenti li jirrappreżentaw tliet strixxi paralleli magħmula fuq żraben u fuq ħwejjeġ - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 221/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: adidas AG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement I Fowler, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shoe Branding Europe BVBA (Audenarde, il-Belġju) (rappreżentant: J. Løje, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012 2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn adidas AG u Shoe Branding Europe BVBA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1208/2012-2) hija annulata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn adidas AG.

3)

Shoe Branding Europa BVBA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – La Zaragozana vs UASI – Charles Cooper (GREEN’S)

(Kawża T-197/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva GREEN’S - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti AMBAR GREEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 221/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: La Zaragozana, SA (Zaragoza, Spanja) (rappreżentant: L. Broschat García, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Charles Cooper Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Granado Carpenter u M. Polo Carreño, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1284/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn La Zaragozana, SA u Charles Cooper Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

La Zaragozana, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Mo Industries vs UASI (Splendid)

(Kawża T-203/14) (1)

((Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Splendid - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba))

(2015/C 221/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mo Industries LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1542/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Splendid bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mo Industries LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 07.07.2014


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Wine in Black vs UASI – Quinta do Noval Vinhos (Wine in Black)

(Kawża T-420/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ appożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Wine in Black - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti Noval Black - Raguni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 221/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wine in Black GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bauer u V. Ahmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Vuijst u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Quinta do Noval-Vinhos, SA (Pinhão, il-Portugal)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1601/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Quinta do Noval-Vinhos, SA u Wine in Black GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1601/2013-1) hija annullata

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)

(Kawża T-635/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva URB - Applikazzjoni għal trade mark nazzjonali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva verbali preċedenti URB, trade mark nazzjonali kollettiva figurattiva preċedenti URB u trade marks figurattivi internazzjonali preċedenti URB - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ mala fide tal-proprjetajru tat-trade mark Komunitarja - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ awtorizzazzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks preċedenti - Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza ta’ ksur tal-Artikoli 22(3) u tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 221/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija) (rappreżentant: G. Bozocea)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 1974/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Urb Rulmenti Suceava SA u Harun Adiguzel.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Urb Rulmenti Suceava SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Harun Adiguzel għandu jabti l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/15


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Stichting Woonlinie et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/10 RENV) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Akkomodazzjoni soċjali - Skemi ta’ għajnuna favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 221/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Woonlinie (Woudrichem, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Allee Wonen (Roosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Volksbelang (Wijk bij Duurstede, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting WoonInvest (Leidschendam-Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Woonstede (Ede, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Glazener u E. Henny, sussewgwentement minn P. Glazener, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment minn T. Materne u J.-C. Halleux, sussewgwentement minn J.-C. Halleux, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Meulenbelt, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika permezz ta’ proġetti għall-benefiċċju ta’ kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest u Stichting Woonstede għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju u Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN), għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-203/10 RENV) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Akkomodazzjoni soċjali - Skema ta’ għajnuna mogtija favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Deċiżjoni li taċċetta l-imenji tal-Istat Membru - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi”))

(2015/C 221/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Woonpunt (Maastricht, il-Pajjiżi l-Baxxi); Stichting Havensteder, li qabel kienet Stichting Com.wonen (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Woningstichting Haag Wonen (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment P. Glazener u E. Henny, sussegwentement P. Glazener, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. J. Loewenthal u S. Noë, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: inizjalment T. Materne u J.-C. Halleux, sussegwentement J.-C. Halleux, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tal-Belġju u Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN), għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – Red Bull vs UASI – Automobili Lamborghini (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ barrin)

(Kawża T-73/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 221/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Red Bull GmbH (Fuschl am See, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment A. Renck, V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati, u I. Fowler, solicitor, sussegwentement A. Renck u I. Fowler)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Automobili Lamborghini SpA (Sant’Agata Bolognese, l-Italja) (rappreżentant: M. Hartmann, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1263/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjon ta’ invalidità bejn Automobili Lamborghini SpA u Red Bull GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 102, 7.4.2014


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2015 – Yoworld vs UASI – Nestlé (yogorino)

(Kawża T-246/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 221/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoworld SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Tornato u D. Hazan, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Société des produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 115/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn is-Société des produits Nestlé SA u Yoworld SA.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs ta’ dawk esposti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 235, 21.7.2014


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Ertico – Its Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-499/14) (1)

((“Rakkomandazzjoni 2003/361/KE - Kriterji ta’ definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-politiki tal-Unjoni - Deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni - Irtirar tad-deċiżjoni - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 221/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation – Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico – Its Europe) (Brussell, il-Belġju)(rappreżentanti: M. Wellinger u K. T’Syen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Clausen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord ta’ Validazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2014 li tiddikjara li r-rikorrenti ma tistax tiġi kklassifikata bħala impriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/CE, tas-6 ta’ Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, p. 36).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-European Road Transport Telematics Implementation Coordination Organisation - Intelligent Transport Systems & Services Europe (Ertico - Its Europe).


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-655/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kumitat tal-Persunal tal-Kummissjoni - Revoka mit-taqsima lokali tal-Lussemburgu ta’ wieħed mill-membri sħaħ tagħha fil-Kumitat Ċentrali tal-persunal - Deċiżjoni li tirrifjuta li tiġi rrikonoxxuta l-legalità tad-deċiżjoni ta’ revoka - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament inammissibbli - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura prekontenzjuża - Att li jikkawża preġudizzju - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

(2015/C 221/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Robert Klar (Grevenmacher, il-Lussemburgu); u Francisco Fernandez Fernandez (Steinsel, il-Lussemburgu) (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u J. Currall, aġenti)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tas-16 ta’ Lulju 2014, Klar u Fernandez Fernandez vs Il-Kummissjoni (F-114/13, ĠabraSP, EU:F:2014:192), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Robert Klar u Francisco Fernandez Fernandez għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Alnapharm vs UASI – Novartis (Alrexil)

(Kawża T-839/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 221/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alnapharm GmbH & Co. KG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Heldt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 (Każ R 1723/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis AG u Alnapharm GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 65, 23.02.2015.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/20


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Hamcho u Hamcho International vs Il-Kunsill

(Kawża T-153/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà))

(2015/C 221/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Mohamad Hamcho (Damasku, is-Sirja); u Hamcho International (Damasku) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri imposti fuq ir-rikorrenti abbażi tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 20, p. 2), u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117, tas-26 ta’ Jannar 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 20, p. 85).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Jaber vs Il-Kunsill

(Kawża T-154/15 R)

((Miżuri provviżorji - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni tad-dħul u tal-passaġġ fi tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 221/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aiman Jaber (Lattakia, is-Sirja) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri imposti fuq ir-rikorrent taħt ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 20, p. 2), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117, tas-26 Jannar 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 20, p. 85).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/21


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Kaddour vs Il-Kunsill

(Kawża T-155/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u restrizzjoni ta’ dħul u ta’ passaġġ ta’ tranżitu fuq it-territorju tal-Unjoni - Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 221/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Khaled Kaddour (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: A. Boesch, D. Amaudruz u M. Ponsard, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett

Talba ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-miżuri imposti fuq ir-rikorrent skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/108, tas-26 ta’ Jannar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 20, p. 2), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/117, tas-26 ta’ Jannar 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 20, p. 85).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Mejju 2015 – Costa vs Il-Parlament

(Kawża T-197/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ex membru tal-Parlament Ewropew - Detentur ta’ pensjon tal-irtirar tad-deputati - Benefiċjarju ta’ allowance affettwat bħala President ta’ awtorità portwali - Regola ta’ nuqqas ta’ kumulu - Irkupru tal-pensjoni rċevuta - Nota ta’ debitu - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”])

(2015/C 221/31)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Paolo Costa (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: G. Orsoni u M. Romeo, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u G. Corstens, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tan-nota ta’ debitu Nru 2015-239 (riferiment 303074) tal-Parlament Ewropew, tat-23 ta’ Frar 2015, li tordna lir-rikorrent iħallas is-somma ta’ EUR 49  770,42 l-iktar tard sal-31 ta’ Marzu 2015.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/22


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2015 – Golparvar vs Il-Kunsill

(Kawża T-176/15)

(2015/C 221/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gholam Hossein Golparvar (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: M. Taher, Solicitor, T. de la Mare u R. Blakeley, Barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran sa fejn hija tapplika għar-rikorrent,

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran sa fejn huwa japplika għar-rikorrent,

tikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent is-somma ta’ EUR 50  000 bħala danni, u

tikkundanna lill-Kunsill iħallas l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Minħabba t-twaqqif komplet tal-attivitajiet tiegħu (li ma huwiex ikkontestat) ir-rikorrent ma jissodisfa l-ebda wieħed mill-kriterji ta’ inklużjoni, u l-espożizzjoni tal-motivi tal-Kunsill (li ma tikkontestax l-irtirar tiegħu) hija fattwalment żbaljata, b’tali mod li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni meta inkluda mill-ġdid lir-rikorrent fil-lista.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrent, kif ukoll tad-drittijiet tiegħu tad-difiża

Il-Kunsill kiser id-drittijiet proċedurali tar-rikorrent u d-drittijiet tiegħu tad-difiża billi naqas milli jieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet u l-provi sottomessi mir-rikorrent li jistabbilixxu biċ-ċar it-twaqqif komplet tal-attivitajiet professjonali tiegħu.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE

Il-Kunsill ipprova jinkludi mill-ġdid fil-lista lir-rikorrent abbażi ta’ essenzjalment l-istess metodoloġija legali u l-istess provi li huwa uża għall-ewwel inklużjoni fil-lista, azzjoni li ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata

L-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-lista tikkostitwixxi użu ħażin ta’ proċedura u tikser il-prinċipji ta’ res judicata u/jew ta’ ċertezza legali u/jew ta’ finalità.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur ta’, inter alia, il-prinċipju ta’ effettività u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva

L-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-lista tikser il-prinċipju ta’ effettività u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-drittijiet tiegħu taħt l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni (il-“Karta”) u/jew l-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 KEDB

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

L-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-lista tikkostitwixxi użu ħażin ta’ poter u/jew tikser id-dritt tiegħu għal amministrazzjoni tajba, hekk kif huwa protett taħt l-Artikolu 41 tal-Karta.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tar-rikorrent taħt l-Artikoli 7 u 17 tal-Karta u/jew l-Artikolu 8 KEDB u l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-KEDB u/jew il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

L-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-lista tikser id-drittijiet fundamentali tiegħu ta’ rispett għar-reputazzjoni tiegħu u ta’ tgawdija paċifika tal-proprjetà tiegħu, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-lista

L-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrent fil-lista hija, f’kull każ, ibbażata fuq il-preżunta legalità tal-miżuri restrittivi imposti fuq il-kumpannija tat-trasport marittimu tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran (iktar ’il quddiem, l-“IRISL”), iżda tali miżuri tal-IRISL huma illegali (għar-raġunijiet imressqa mill-IRISL, li jsir riferiment għalihom) b’tali mod li l-miżuri meħuda kontra r-rikorrent għandhom jiġu annullati.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/24


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Intercon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/15)

(2015/C 221/33)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Intercon Sp. z o.o (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: B. Eger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li l-fondi mħallsa mill-Kummissjoni Ewropea lir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett taħt il-kuntratt VPH2-224635 jikkostitwixxu spejjeż li huma eliġibbli skond l-Artikolu II.14 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt u li, konsegwentement, ir-rikorrenti ma għandhiex l-obbligu li tirrimborsahom.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż,

tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ lealtà reċiproka tal-partijiet fil-kuntratt u tal-prinċipju ta’ fiduċja tal-imprenditur fil-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni ma ħadet inkunsiderazzjoni l-ebda kumment jew dokument prodott mill-benefiċjarja fl-ittra tagħha tal-14 ta’ Awissu 2014. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-Artikolu 22.II.5 tal-Anness II tal-kuntratt li jawtorizza lill-Kummissjoni tħalli barra l-allegazzjonijiet u l-provi tardivi. Tali aġir ma kienx legali peress li kienet il-Kummissjoni stess li talbet lill-benefiċjarja tagħmel osservazzjonijiet oħra. F’din is-sitwazzjoni, l-ommissjoni ta’ kummenti ġodda u ta’ provi tikkostitwixxi ksur evidenti tal-prinċipju ta’ lealtà reċiproka tal-partijiet fil-kuntratt u tal-prinċipju ta’ fiduċja tal-imprenditur fil-Kummissjoni.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/25


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2015 – Azarov vs Il-Kunsill

(Kawża T-215/15)

(2015/C 221/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Mykola Azarov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: G. Lansky u A. Egger, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, skont l-Artikolu 263 TFUE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, p. 25), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, p. 1), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent;

tadotta, skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, miżuri speċifiċi ta’ organizzazzjoni tal-proċedura;

tikkundanna lill-Kunsill, skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni, b’mod partikolari, li l-motivazzjoni tal-atti ikkontestati hija wisq ġenerika fir-rigward tiegħu.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet fundamentali

Fl-ambitu ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni l-ksur tad-dritt għall-proprjetà u l-ksur tad-dritt għal-libertà ta’ intrapriża. Barra minn hekk, huwa jikkontesta n-natura sproporzjonata tal-miżuri restrittivi adottati. Finalment, huwa jsostni ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent isostni, b’mod partikolari, li l-Kunsill għamel użu ħażin ta’ poter peress li bl-introduzzjoni tal-miżuri restrittivi kontra r-rikorrent ġew prinċipalment segwiti skopijiet li ma humiex konformi mal-konsolidazzjoni u mas-sostenn fil-fatt tal-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukraina.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba

Fl-ambitu ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jallega, b’mod partikolari, il-ksur tad-dritt għal trattament ugwali, il-ksur tad-dritt għal trattament ġust u ekwu u l-ksur tad-dritt għal investigazzjoni bir-reqqa tal-fatti.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/26


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Pari Pharma vs EMA

(Kawża T-235/15)

(2015/C 221/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pari Pharma GmbH (Starnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Epping u W. Rehmann, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ASK-11351 (Vantobra) mogħtija mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fl-24 ta’ April 2015 sa fejn din id-deċiżjoni tagħti lil terz l-aċċess għar-rapport ta’ evalwazzjoni mis-CHMP tax-xebh tal-VANTOBRA mal-Cayston u mat-TOBI Podhaler (EMA/CHMP/702525/2014) u għar-rapport ta’ evalwazzjoni mis-CHMP tas-superjorità klinika tat-TOBI Podhaler (EMA/CHMP/778270/2014) skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1);

tordna lill-EMA sabiex ma tiżvelax id-dokumenti ċċitati fil-punt preċedenti;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni ASK-11351 (Vantobra) mogħtija mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fl-24 ta’ April 2015, sa fejn din id-deċiżjoni tagħti lil terz l-aċċess (i) għar-rapport ta’ evalwazzjoni mis-CHMP tas-superjorità klinika tat-TOBI Podhaler (EMA/CHMP/778270/2014) mingħajr tħassir supplimentari fil-paġni 9 (Tolleranza respiratorja superjuri tal-Vantobra meta mqabbel mat-Tobi Podhaler), 11, 12 u 14 (Estrapolazzjoni tat-tolleranza għall-Vantobra mit-TOBI), 17 sa 19 (Osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar l-ewwel mistoqsija u evalwazzjoni tar-riposta) u 19 sa 23 (Osservazzjonijiet tar-rikorrenti dwar it-tieni mistoqsija, Evalwazzjoni tar-riposta, 3. Konklużjoni u Rakkomandazzjoni), kif stabbilit fl-Anness A 1, u (ii) għar-rapport ta’ evalwazzjoni mis-CHMP tax-xebh tal-VANTOBRA mal-Cayston u mat-TOBI Podhaler (EMA/CHMP/702525/2014) mingħajr tħassir supplimentari fil-paġni 9 sa 10, Taqsima 2.3 (Indikazzjonijiet terapewtiċi, 1) Data minn stħarriġ fil-qasam), u fil-paġni 11 u 12, Taqsima 2.3 (Indikazzjonijiet terapewtiċi, 2) Intervista mat-tobba fiċ-ċentri CF), kif stabbilit fl-Anness A 2, u tordna lill-EMA sabiex ma tiżvelax id-dokumenti ċċitati iktar ’il fuq mingħajr it-tħassir li jirriżulta mill-Annessi A 1 u A 2, u

tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni tal-EMA tikser ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u għalhekk tippreġudika d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tagħha fir-rigward tal-protezzjoni tal-ħajja privata u ta’ informazzjoni kunfidenzjali taħt l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), taħt l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali tal-4 ta’ Novembru 1950 u taħt l-Artikolu 339 TFUE, il-libertà tagħha ta’ intrapriża taħt l-Artikolu 16 tal-Karta u d-dritt tagħha għall-proprjetà intellettwali taħt l-Artikolu 17(2) tal-Karta. Ir-rikorrenti ssostni li (i) l-iżvelar tad-dokumenti jippermetti lil kull kompetitur juża sempliċement id-data u l-informazzjoni mogħtija mir-rikorrenti sabiex jikseb awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq għal prodott tiegħu ta’ tobramiċina mingħajr investiment addizzjonali, b’mod li jiġu ppreġudikati l-interessi kummerċjali tar-rikorrenti, u (ii) ma teżisti l-ebda raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali għall-iżvelar ta’ dawn id-dokumenti.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-44/15)

(2015/C 221/36)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Bellotti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li tiġi maħtura persuna fil-pożizzjoni ta’ kap tal-unità C4 (“Legal Advice”) minflok ir-rikorrent, li kien qiegħed jaġixxa bħala kap tal-unità ta’ din l-unità sa mit-tluq tal-kap tal-unità preċedenti u li ressaq il-kandidatura tiegħu fil-kuntest tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni, bir-referenza Ares (2015)43686, tas-7 ta’ Jannar 2015, li tiċħad l-ilment imressaq fit-30 ta’ Settembru 2014 (Nru R/994/14) abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regoli tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2014 adottata mid-Direttur Ġenerali tal-OLAF, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, marbuta mal-ħatra tal-kap tal-unità OLAF.C4 (Legal advice);

tiddikjara li minħabba l-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet iċċitati iktar 'il fuq, il-proċedura ta’ għażla tal-kap tal-unità OLAF.C4 (Legal advice) hija vvizzjata b’illegalità mill-mument tal-konstatazzjoni tal-illegalità;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-kumpens – ex aequo et bono – tad-dannu marbut mat-telf tal-opportunità subit mir-rikorrent f’ammont li ma jkun inqas mis-somma ta’ EUR 10  000;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/27


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/15)

(2015/C 221/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta li tagħti l-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità li għandha s-setgħa li tikkonkludi kuntratti tal-25 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-allowance tal-espatrijazzjoni;

tikkundanna liIl-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

(Kawża F-63/15)

(2015/C 221/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Heinrich Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, tal-4 ta’ Ġunju 2014, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti, skont klawżola f’dan il-kuntratt ta’ xogħol.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-UASI kkomunikata b’ittra tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014, li tikkonstata t-tmiem tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju mal-UASI b’avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur, li beda jiddekorri fl-4 ta’ Ġunju 2014;

jikkundanna lill-UASI jħallas lir-rikorrenti danni ta’ ammont xieraq stabbilit fid-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-danni morali u immaterjali li hija sofriet minħabba d-deċiżjoni tal-UASI msemmija fl-ewwel paragrafu;

jikkundanna lill-UASI jirreintegra lir-rikorrenti b’mod sħiħ fil-progress tal-karriera tagħha li kienet tilħaq kieku kontinwament kompliet taħdem, u jikkumpensa lir-rikorrenti b’mod sħiħ għad-danni materjali li hija sofriet, b’mod partikolari permezz tal-ħlas tar-remunerazzjoni kollha li għadha trid titħallas u d-danni materjali l-oħra kollha kkawżati lir-rikorrenti mill-UASI minħabba l-aġir illegali tiegħu (wara li jkunu tnaqqsu l-allowances tal-qgħad li hija rċeviet);

sussidjarjament, fil-każ li, għal raġunijiet legali jew fattwali fis-sitwazzjoni inkwistjoni, ir-rikorrenti ma tiġix irreintegrata fl-impjieg tagħha u/jew ma tkomplix taħdem fil-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jħallas danni lir-rikorrenti għad-danni materjali li hija sofriet minħabba t-tmiem illegali tal-impjieg tagħha f’ammont ugwali għad-differenza bejn id-dħul effettiv mistenni tagħha meta mqabbel mad-dħul tagħha li kienet tirċievi kieku l-kuntratt ma ġiex mitmum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tal-irtirar u drittijiet oħra;

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

(Kawża F-64/15)

(2015/C 221/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, tal-4 ta’ Ġunju 2014, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti, skont klawżola f’dan il-kuntratt ta’ xogħol.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-UASI kkomunikata b’ittra tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014, li tikkonstata t-tmiem tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju mal-UASI b’avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur, li beda jiddekorri fl-4 ta’ Ġunju 2014;

jikkundanna lill-UASI jħallas lir-rikorrenti danni ta’ ammont xieraq stabbilit fid-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-danni morali u immaterjali li hija sofriet minħabba d-deċiżjoni tal-UASI msemmija fl-ewwel paragrafu;

jikkundanna lill-UASI jirreintegra lir-rikorrenti b’mod sħiħ fil-progress tal-karriera tagħha li kienet tilħaq kieku kontinwament kompliet taħdem, u jikkumpensa lir-rikorrenti b’mod sħiħ għad-danni materjali li hija sofriet, b’mod partikolari permezz tal-ħlas tar-remunerazzjoni kollha li għadha trid titħallas u d-danni materjali l-oħra kollha kkawżati lir-rikorrenti mill-UASI minħabba l-aġir illegali tiegħu (wara li jkunu tnaqqsu l-allowances tal-qgħad li hija rċeviet);

sussidjarjament, fil-każ li, għal raġunijiet legali jew fattwali fis-sitwazzjoni inkwistjoni, ir-rikorrenti ma tiġix irreintegrata fl-impjieg tagħha u/jew ma tkomplix taħdem fil-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jħallas danni lir-rikorrenti għad-danni materjali li hija sofriet minħabba t-tmiem illegali tal-impjieg tagħha f’ammont ugwali għad-differenza bejn id-dħul effettiv mistenni tagħha meta mqabbel mad-dħul tagħha li kienet tirċievi kieku l-kuntratt ma ġiex mitmum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tal-irtirar u drittijiet oħra;

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


6.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/29


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – ZZ vs UASI

(Kawża F-65/15)

(2015/C 221/40)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut, tal-4 ta’ Ġunju 2014, li ttemm il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti, skont klawżola f’dan il-kuntratt ta’ xogħol.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-UASI kkomunikata b’ittra tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014, li tikkonstata t-tmiem tal-kuntratt tar-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju mal-UASI b’avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur, li jibda mal-iskadenza tal-validità tal-lista ta’ riżerva stabbilita fil-proċedura ta’ selezzjoni EPSO UASI/AST/02/13;

jikkundanna lill-UASI jħallas lir-rikorrenti danni ta’ ammont xieraq stabbilit fid-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku għad-danni morali u immaterjali li hija sofriet minħabba d-deċiżjoni tal-UASI msemmija fl-ewwel paragrafu;

fil-każ li s-sentenza jew l-għeluq definittiv ta’ din il-kawża jseħħu wara r-rexissjoni tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti mill-UASI, jikkundanna lill-UASI jirreintegra lir-rikorrenti b’mod sħiħ fil-progress tal-karriera tagħha li kienet tilħaq kieku kontinwament kompliet taħdem, u jikkumpensa lir-rikorrenti b’mod sħiħ għad-danni materjali li hija sofriet, b’mod partikolari permezz tal-ħlas tar-remunerazzjoni kollha li għadha trid titħallas u d-danni materjali l-oħra kollha kkawżati lir-rikorrenti mill-UASI minħabba l-aġir illegali tiegħu (wara li jkunu tnaqqsu l-allowances tal-qgħad li hija rċeviet);

sussidjarjament, fil-każ li, għal raġunijiet legali jew fattwali fis-sitwazzjoni inkwistjoni, ir-rikorrenti ma tiġix irreintegrata fl-impjieg tagħha u/jew ma tkomplix taħdem fil-kundizzjonijiet preċedenti, jikkundanna lill-UASI jħallas danni lir-rikorrenti għad-danni materjali li hija sofriet minħabba t-tmiem illegali tal-impjieg tagħha f’ammont ugwali għad-differenza bejn id-dħul effettiv mistenni tagħha meta mqabbel mad-dħul tagħha li kienet tirċievi kieku l-kuntratt ma ġiex mitmum, filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tal-irtirar u drittijiet oħra;

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.