ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 218A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
3 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 218A/01

Avviż ta’ post battal fil-funzjoni ta’ Direttur Ġenerali (AD15) fid-DĠ għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi – Brussell (l-Artikolu 29 § 2 tar-Regolamenti tal-Persunal) — COM/2015/10360

1

2015/C 218A/02

Avviż ta' post battal fil-funzjoni ta' Deputat Segretarju Ġenerali (AD15) fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea – Brussell (l-Artikolu 29 § 2 tar-Regolamenti tal-Persunal) — COM/2015/10361

5


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

3.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 218/1


Avviż ta’ post battal fil-funzjoni ta’ Direttur Ġenerali (AD15) fid-DĠ għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi – Brussell

(l-Artikolu 29 § 2 tar-Regolamenti tal-Persunal)

COM/2015/10360

(2015/C 218 A/01)

 

Min aħna

Il-politiki tagħna huma bbażati fuq il-valuri u l-prinċipji fundamentali tal-Ewropej – il-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza, it-tolleranza, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Il-missjoni tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi hija li jsostni u jsaħħaħ id-drittijiet tal-persuni li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, kemm jekk jaġixxu bħala ċittadini, bħala imprendituri, bħala konsumaturi jew bħala ħaddiema, ikunu fejn ikunu fl-UE.

Biex jagħmel dan, huwa jimmira li jibni Spazju Ewropew ta’ Ġustizzja għaċ-ċittadini u li jappoġġa l-iżvilupp ta’ suq uniku dinamiku għall-konsumaturi, il-ħaddiema, u n-negozji u jikkontribwixxu għat-tkabbir.

Id-DĠ għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi jikkonsisti minn ħames (5) Direttorati, tliet (3) Unitajiet direttament annessi mad-Direttur Ġenerali, u Direttorat għar-Riżorsi (SRD) kondiviż mad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni. L-għadd totali ta’ persunal huwa ta’ madwar 550 persuna.

Nipproponu

Il-funzjoni tad-Direttur Ġenerali, li r-responsabbiltajiet tiegħu huma taħt il-gwida politika tal-Kummissarju Jourová (responsabbli għall-Ġustizzja, il-Konsumaturi u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi) u l-ewwel Viċi President Timmermans (responsabbli għall-Istat tad-Dritt u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali):

Li jipprovdi direzzjoni strateġika, maniġment u governanza globali tad-DĠ għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u li jmexxi l-iżvilupp tal-politika tal-Ispazju Ewropew ta’ ġustizzja u l-konsumaturi,

Li jiżgura ppjanar u maniġment effettivi tal-attivitajiet tad-Direttorat Ġenerali, jipprovdi gwida, jissorvelja u jikkontrolla l-prestazzjoni tiegħu,

Li jiżgura koerenza u konsistenza tal-politiki tad-Direttorat Ġenerali mal-għanijiet globali tal-Kummissjoni.

X’qed infittxu

Il-kandidat li jintgħażel għandu jkollu:

It-tmexxija u l-kariżma biex imexxi u jimmotiva Direttorat Ġenerali dinamiku b’persunal ta’ professjonisti ferm kompetenti,

Livell għoli ta’ ħiliet u esperjenza ta’ negozjar li jgħinu jirrappreżenta lill-Kummissjoni Ewropea f’livell għoli,

Esperjenza kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-implimentazzjoni ta’ politiki,

Ħiliet maniġerjali eċċellenti u l-abbiltà li jmexxi servizz responsabbli għal firxa wiesgħa ta’ politiki li huma fost il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea,

Kapaċità pprovata biex jifhem l-isfidi fl-oqsma tal-ġustizzja, il-konsumaturi u l-ugwaljanza,

Ħiliet analitiċi eċċellenti, kapaċità li jidentifika kwistjonijiet ewlenin, li jiżviluppa u jiġġenera għanijiet strateġiċi u li jkun kapaċi jsarrafhom fi proposti prattiċi għall-azzjoni,

Esperjenza pprovata fl-ippjanar u l-amministrazzjoni effettivi tar-riżorsi umani u finanzjarji fuq livell maniġerjali għoli,

Ħiliet ta’ komunikazzjoni u ta’ relazzjonijiet interpersonali eċċellenti kif ukoll il-kapaċità pprovata li jiżviluppa u jżomm relazzjonijiet eċċellenti ma’ servizzi, istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħra,

Għarfien u fehim tad-dimensjoni esterna tal-politiki tad-Direttorat Ġenerali.

Il-kandidati jridu jkunu (il-kriterji tal-eliġibbiltà)

Il-kandidati jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla abbażi tal-kriterji formali li ġejjin li jridu jiġu ssodisfati sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

Nazzjonalità: Il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea,

Lawrja jew diploma universitarja: jeħtieġ li l-kandidati jkollhom:

(i)

jew livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi ma’ studji universitarji kompluti iċċertifikati b’diploma, meta l-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta’ erba’ snin jew aktar,

(ii)

jew inkella livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ċċertifikati b’diploma u esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-inqas sena meta l-perjodu normali ta’ edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena ta’ esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali ta’ wara l-lawrija meħtieġa hawn taħt),

Esperjenza professjonali: il-kandidati jrid ikollhom minn tal-inqas 15-il sena ta’ esperjenza professjonali wara l-lawrija f’livell li jagħti aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq,

Esperjenza maniġerjali: mill-inqas ħames (5) snin minn dik l-esperjenza professjonali jridu jkunu ġew akkwistati f’funzjoni maniġerjali ta’ livell għoli (1) u trid tkun direttament relatata ma’ qasam li jkun relevanti għal din il-pożizzjoni,

Lingwi: ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) u għarfien adegwat ta’ lingwa uffiċjali oħra minn dawn,

Limitu tal-età: ma jkunux għadhom laħqu l-età regolari tal-irtirar, li għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hi definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tkun għalqet is-66 sena (ara l-Art. 52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal) (3).

Il-kandidat magħżul għandu jkollu, jew ikun f’pożizzjoni li jikseb, ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà mingħand l-awtorità tas-sigurtà nazzjonali tiegħu.

(Approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal hija deċiżjoni amministrattiva li ssegwi proċess ta’ screening ta’ sigurtà mwettaq mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà kompetenti tal-individwu skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tas-sigurtà applikabbli, u li tiċċertifika li individwu jkun jista’ jingħata aċċess għal informazzjoni klassifikata sa livell speċifikat. Jekk jogħġbok kun af li jista’ jingħata bidu għall-proċedura meħtieġa biex tinkiseb approvazzjoni tas-sigurtà biss wara li ssir talba minn min jimpjega, u mhux mill-kandidat individwali).

Il-ħatra għal din il-kariga ssir biss fuq il-kundizzjoni li l-kandidat li jintagħżel ikun kiseb ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà.

Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi

Qabel jibdew jaqdu dmirijiethom, il-kandidati huma mitluba jikkonfermaw il-volontà tagħhom li jaġixxu b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ kwalunkwe interess li jista’ jiġi kkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

Il-ħatra u l-kundizzjonijiet tal-impjieg

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħżel u taħtar id-Direttur Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi skont il-proċeduri tal-għażla u r-reklutaġġ tagħha (ara wkoll id-Dokument ta’ Kompilazzjoni dwar il-Politika għall-Uffiċjali b’Kariga Għolja (4)). Bħala parti minn dan il-proċess tal-għażla, il-kandidati li ġew mistiedna għal intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet, ikollhom, qabel din l-intervista, jipparteċipaw f’ċentru ta’ valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni ta’ reklutaġġ.

Għal raġunijiet funzjonali u sabiex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-kandidati kif ukoll dak tal-istituzzjonijiet, il-proċedura tal-għażla ssir biss bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż (5).

Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali fil-grad AD15 tal-Unjoni Ewropea. Il-kandidati għandhom jinnotaw ir-rekwiżit skont ir-Regolament tal-Perusnal għall-persunal kollu ġdid li jwettaq b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ disa’ xhur.

Id-Direttur Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi huwa bbażat fi Brussell.

Opportunitajiet indaqs

L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs.

Proċedura ta’ applikazzjoni

Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b’attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà (“Il-kandidati jridu jkunu”), b’mod partikolari dawk rigward it-tip ta’ diplomi u l-esperjenza professjonali u maniġerjali kif ukoll il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. Min ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk tixtieq tapplika, trid tirreġistra permezz tal-Internet billi tmur fil-websajt:

https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/

u ssegwi l-istruzzjonijiet li hemm li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura.

Irid ikollok indirizz tal-posta elettronika validu. Dan l-indirizz jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul il-proċess ta’ selezzjoni. Għalhekk, jekk jogħġbok informa lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.

Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li ttella’ CV fil-format PDF u li timla onlajn ittra ta’ motivazzjoni (massimu ta’ 8  000 karattru). Kemm is-CV kif ukoll l-ittra ta’ motivazzjoni jridu jkunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Meta tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek, inti tirċievi fuq l-iskrin numru tar-reġistrazzjoni li għandek tiktbu u tiftakru – dan ikun in-numru ta’ referenza tiegħek f’kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tiegħek.

Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess tar-reġistrazzjoni jkun intemm – in-numru huwa l-konferma li d-dejta tiegħek ġiet irreġistrata. Jekk ma tirċievi l-ebda numru, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!

Jekk jogħbok kun af li mhuwiex possibbli li tosserva l-progress tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. Inti tiġi kkuntattjat dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek direttament mill-Kummissjoni Ewropea.

Jekk għandek xi diżabbiltà li ma tippermettilekx tirreġistra onlajn, tista’ tibgħat l-applikazzjoni tiegħek (is-CV u l-ittra ta’ motivazzjoni) fuq il-karta bil-posta rreġistrata f’dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Human Resources and Security, Unit for Executive Staff and CCA Secretariat, SC11 8/59, 1049 Brussels, u tindika b’mod ċar bħala referenza dan li ġej: Vacancy for a Director-General for Justice and Consumers (COM/2015/10360), u l-ittra trid tkun ittimbrata mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni tkun bil-posta. F’dan il-każ, mal-applikazzjoni tiegħek trid tehmeż ċertifikat, maħruġ minn entità rikonoxxuta, li jiċċertifika d-diżabbiltà tiegħek. Għandek tispjega wkoll, fuq karta separata, kwalunkwe arranġament speċjali li taħseb li jkun meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tiegħek fl-għażla.

Għal aktar tagħrif u/jew fil-każ ta’ problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat e-Mail lil: HR-A2-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

Data tal-għeluq

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-31 ta’ Lulju 2015, f’12.00 (nofsinhar) ħin ta’ Brussell, u wara dan ma jkunux jistgħu jsiru aktar reġistrazzjonijiet onlajn.

Hija r-responsabbiltà tiegħek li tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek fil-ħin. Nirrakkomandaw bil-qawwi li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex konġestjoni kbira fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni onlajn tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b’hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, ma tkunx tista’ tibdel jew iżżid xi dejta. Ir-reġistrazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.

Informazzjoni importanti għall-applikanti

L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tal-kumitati ta’ selezzjoni huwa kunfidenzjali. Kull kuntatt dirett jew indirett mill-kandidati jew minn xi ħadd ieħor li jaġixxi f’isimhom mal-kumitat ta’ selezzjoni huwa pprojbit.

Protezzjoni ta’ dejta personali

Il-Kummissjoni tiżgura li d-dejta personali tal-kandidati tiġi proċessata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (6).


(1)  Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn il-ħames snin li fihom ikunu kisbu l-esperjenza maniġerjali ta’ livell għoli: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali miżmuma; (2) in-numru ta’ persunal amministrat f’dawn il-pożizzjonijiet; (3) il-qies tal-baġits immaniġġjati; u (4) l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi ‘l fuq u ‘l isfel u l-għadd ta’ kollegi fl-istess livell ġerarkiku.

(2)  http://ec.europa.eu/languages/policy/language-policy/official_languages_mt.htm

(3)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:MT:PDF

(4)  http://ec.europa.eu/civil_service/docs/official_policy_en.pdf

(5)  Il-bord tal-għażla se jiżgura li ma jingħata l-ebda vantaġġ inġust lill-kelliema nattivi ta’ dawn il-lingwi.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


3.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 218/5


Avviż ta' post battal fil-funzjoni ta' Deputat Segretarju Ġenerali (AD15) fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea – Brussell

(l-Artikolu 29 § 2 tar-Regolamenti tal-Persunal)

COM/2015/10361

(2015/C 218 A/02)

 

Min aħna

Is-Segretarjat Ġenerali huwa wieħed mis-servizzi ċentrali tal-Kummissjoni Ewropea, li jiffaċilita t-tħaddim bla xkiel u effettiv tagħha. Huwa d-dipartiment tal-President, għas-servizz tal-President, tal-Kulleġġ, u tad-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, li jieħu ħsieb il-ġestjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b'mod kolleġġjali u jiżgura l-allinjament tal-politiki tal-UE mal-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni Ewropa. Huwa jipprovdi firxa ta’ servizzi ta’ appoġġ lill-Viċi Presidenti fir-rwoli ta’ koordinazzjoni tagħhom.

Huwa jaħdem b’mod proattiv biex jiżgura l-ippjanar u l-ipprogrammar strateġiku, il-koordinazzjoni avvanzata ta’ politika, it-titjib kontinwu tal-kwalità ta’ kif isiru l-liġijiet, l-evalwazzjoni ta’ politiki eżistenti u t-teħid kolleġġjali tad-deċiżjonijiet kif ukoll biex jikkoordina l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ma’ istituzzjonijiet oħra.

Nipproponu

Id-Deputat Segretarju Ġenerali jappoġġja l-attivitajiet ġenerali tas-Segretarjat Ġenerali, b’responsabilita partikolari għas-sorveljanza tar-relazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea ma’ Istituzzjonijiet oħra (il-Kunsill, il-Parlament Ewropew, l-Ombudsman Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni) kif ukoll f'materji protokollari.

Il-persuna magħżula tirrappreżenta lill-Kummissjoni Ewropea fil-Coreper u fil-Parlament Ewropew u tikkoordina mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-parlamenti nazzjonali.

Id-Deputat Segretarju Ġenerali huwa responsabbli għall-immaniġġjar ġenerali tad-Direttorat inkarigat mir-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet oħra u s-Servizz tal-Protokoll.

X'qed infittxu

Il-kandidat li jintgħażel għandu:

jkollu sfond qawwi u esperjenza professjonali bħala maniġer u komunikatur, li jkun kapaċi jmexxi u jimmotiva timijiet kbar, jistabbilixxi l-prijoritajiet u jieħu d-deċiżjonijiet;

ikun professjonist eċċezzjonali u dinamiku ta' ġudizzju strateġiku sod u li jkollu ħila kunċettwali kbira, bil-kapaċità li jaħseb b'mod frisk u strateġiku;

ikollu ħiliet ta’ negozjar eċċellenti, preferibbilment flimkien ma’ esperjenza diretta ta’ negozjati internazzjonali ta' livell għoli;

ikollu ħila tajba ħafna biex jorganizza, jikkoordina u jamministra l-kompiti u r-relazzjonijiet tax-xogħol;

ikollu għarfien ġenerali tajjeb tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea, inklużi r-relazzjonijiet interistituzzjonali tagħha; kif ukoll

ħiliet ta’ komunikazzjoni orali u bil-miktub eċċellenti sabiex jikkomunika b’mod effiċjenti u mexxej ma' partijiet ikkonċernati interni u esterni.

Il-kandidati jridu jkunu (il-kriterji tal-eliġibbiltà)

Il-kandidati jiġu kkunsidrati għall-fażi tal-għażla abbażi tal-kriterji formali li ġejjin li jridu jiġu ssodisfati sad-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet:

Nazzjonalità: Il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

Lawrja jew diploma universitarja: jeħtieġ li l-kandidati jkollhom:

(i)

jew livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi ma' studji universitarji kompluti iċċertifikati b’diploma, meta l-perjodu normali tal-edukazzjoni universitarja jkun ta' erba' snin jew aktar;

(ii)

jew inkella livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kompluti ċċertifikati b'diploma u esperjenza professjonali xierqa ta' mill-inqas sena meta l-perjodu normali ta' edukazzjoni universitarja jkun tal-inqas tliet snin (din is-sena ta' esperjenza professjonali ma tistax tkun inkluża fl-esperjenza professjonali ta' wara l-lawrija meħtieġa hawn taħt).

Esperjenza professjonali: il-kandidati jrid ikollhom minn tal-inqas 15-il sena ta' esperjenza professjonali wara l-lawrija f'livell li jagħti aċċess għalih il-kwalifiki msemmija hawn fuq.

Esperjenza maniġerjali: mill-inqas ħames snin minn dik l-esperjenza professjonali jridu jkunu ġew akkwistati f'funzjoni maniġerjali ta' livell għoli (1) u trid tkun direttament relatata ma' qasam li jkun relevanti għal din il-pożizzjoni;

Lingwi: ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) u għarfien adegwat ta' lingwa uffiċjali oħra minn dawn.

Limitu tal-età: ma jkunux għadhom laħqu l-età regolari tal-irtirar, li għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hi definita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tkun għalqet is-66 sena (ara l-Art. 52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal) (3).

Il-kandidat magħżul għandu jkollu, jew ikun f’pożizzjoni li jikseb, ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà (TOP SECRET) mingħand l-awtorità nazzjonali tas-sigurtà tiegħu/tagħha.

(Approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal hija deċiżjoni amministrattiva li ssegwi proċess ta' screening ta’ sigurtà mwettaq mill-awtorità nazzjonali tas-sigurtà kompetenti tal-individwu skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali tas-sigurtà applikabbli, u li tiċċertifika li individwu jkun jista’ jingħata aċċess għal informazzjoni klassifikata sa livell speċifikat. Jekk jogħġbok kun af li jista' jingħata bidu għall-proċedura meħtieġa biex tinkiseb approvazzjoni tas-sigurtà biss wara li ssir talba minn min jimpjega, u mhux mill-kandidat individwali).

Il-ħatra għal din il-kariga ssir biss fuq il-kundizzjoni li l-kandidat li jintagħżel ikun kiseb ċertifikat validu ta' approvazzjoni tas-sigurtà.

Indipendenza u dikjarazzjoni tal-interessi

Qabel jibdew jaqdu dmirijiethom, il-kandidati huma mitluba jikkonfermaw il-volontà tagħhom li jaġixxu b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ kwalunkwe interess li jista' jiġi kkunsidrat li jippreġudika l-indipendenza tagħhom.

Il-ħatra u l-kundizzjonijiet tal-impjieg

Il-Kummissjoni Ewropea se tagħżel u taħtar id-Deputat Segretarju Ġenerali skont il-proċeduri ta' għażla u reklutaġġ tagħha (ara wkoll id-Dokument ta' Kompilazzjoni dwar il-Politika għall-Uffiċjali b'Kariga Għolja (4)). Bħala parti minn dan il-proċess tal-għażla, il-kandidati li ġew mistiedna għal intervista mill-Kumitat Konsultattiv tal-Kummissjoni għall-Ħatriet, ikollhom, qabel din l-intervista, jipparteċipaw f'ċentru ta' valutazzjoni mmexxi minn konsulenti esterni ta' reklutaġġ.

Għal raġunijiet funzjonali u sabiex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-kandidati kif ukoll dak tal-istituzzjonijiet, il-proċedura tal-għażla ssir biss bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż (5).

Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma dawk stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali fil-grad AD15 tal-Unjoni Ewropea. Il-kandidati għandhom jinnotaw ir-rekwiżit skont ir-Regolament tal-Persunal għall-persunal kollu ġdid li jwettaq b'suċċess perjodu ta' prova ta' disa' xhur.

Id-Deputat Segretarju Ġenerali huwa bbażat fi Brussell.

Opportunitajiet indaqs

L-Unjoni Ewropea tapplika politika ta' opportunitajiet indaqs.

Proċedura ta' applikazzjoni

Qabel ma tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, għandek tiċċekkja b’attenzjoni jekk tissodisfax il-kriterji kollha ta’ eliġibbiltà (“Il-kandidati jridu jkunu”), b’mod partikolari dawk rigward it-tip ta’ diplomi u l-esperjenza professjonali u maniġerjali kif ukoll il-ħiliet lingwistiċi meħtieġa. Min ma jissodisfax dawn ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà jiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tas-selezzjoni.

Jekk tixtieq tapplika, trid tirreġistra permezz tal-internet billi tmur fil-websajt:

https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/

u ssegwi l-istruzzjonijiet li hemm li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura.

Irid ikollok indirizz tal-posta elettronika validu. Dan l-indirizz jintuża biex tiġi identifikata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex jinżamm kuntatt miegħek matul il-proċess ta' selezzjoni. Għalhekk, jekk jogħġbok informa lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-indirizz tal-posta elettronika tiegħek.

Biex l-applikazzjoni tiegħek tkun kompluta, jeħtieġ li ttella' CV fil-format PDF u li timla onlajn ittra ta' motivazzjoni (massimu ta' 8  000 karattru). Kemm is-CV kif ukoll l-ittra ta' motivazzjoni jridu jkunu bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż.

Meta tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek, inti tirċievi fuq l-iskrin numru tar-reġistrazzjoni li għandek tiktbu u tiftakru – dan ikun in-numru ta' referenza tiegħek f'kull kwistjoni li tirrigwarda l-applikazzjoni tiegħek.

Meta tirċievi dan in-numru, il-proċess tar-reġistrazzjoni jkun intemm – in-numru huwa l-konferma li d-dejta tiegħek ġiet irreġistrata. Jekk ma tirċievi l-ebda numru, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!

Jekk jogħġbok kun af li mhuwiex possibbli li tosserva l-progress tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. Inti tiġi kkuntattjat dwar l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek direttament mill-Kummissjoni Ewropea.

Jekk għandek xi diżabbiltà li ma tippermettilekx tirreġistra onlajn, tista’ tibgħat l-applikazzjoni tiegħek (is-CV u l-ittra ta’ motivazzjoni) fuq il-karta bil-posta rreġistrata f'dan l-indirizz: European Commission, Directorate-General for Human Resources and Security, Unit for Executive Staff and CCA Secretariat, SC11 8/59, B – 1049 Brussels, u tindika b'mod ċar bħala referenza dan li ġej: Vacancy for a Deputy Secretary-General (COM/2015/10361), u l-ittra trid tkun ittimbrata mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tar-reġistrazzjoni. Kull komunikazzjoni sussegwenti bejnek u bejn il-Kummissjoni tkun bil-posta. F’dan il-każ, mal-applikazzjoni tiegħek trid tehmeż ċertifikat, maħruġ minn entità rikonoxxuta, li jiċċertifika d-diżabbiltà tiegħek. Għandek tispjega wkoll, fuq karta separata, kwalunkwe arranġament speċjali li taħseb li jkun meħtieġ biex jiffaċilita l-parteċipazzjoni tiegħek fl-għażla.

Għal aktar tagħrif u/jew fil-każ ta' problemi tekniċi, jekk jogħġbok ibgħat email lil: HR-A2-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu

Data tal-għeluq

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-31 ta’ Lulju 2015, f'12.00 (nofsinhar) ħin ta' Brussell, u wara dan ma jkunux jistgħu jsiru aktar reġistrazzjonijiet onlajn.

Hija r-responsabbiltà tiegħek li tlesti r-reġistrazzjoni onlajn tiegħek fil-ħin. Nirrakkomandaw bil-qawwi li ma tistenniex sal-aħħar ftit jiem biex tapplika, għaliex konġestjoni kbira fuq l-Internet jew xi difett fil-konnessjoni tal-Internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni onlajn tiġi tterminata qabel ma tkun lestejtha, u b'hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, ma tkunx tista' tibdel jew iżżid xi dejta. Ir-reġistrazzjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.

Informazzjoni importanti għall-applikanti

L-applikanti huma mfakkra li x-xogħol tal-kumitati ta' selezzjoni huwa kunfidenzjali. Kull kuntatt dirett jew indirett mill-kandidati jew minn xi ħadd ieħor li jaġixxi f'isimhom mal-kumitat ta' selezzjoni huwa pprojbit.

Protezzjoni ta' data personali

Il-Kummissjoni tiżgura li d-dejta personali tal-kandidati tiġi proċessata f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (6).


(1)  Fis-CVs tagħhom l-applikanti għandhom jindikaw għall-inqas għal dawn il-ħames snin li fihom ikunu kisbu l-esperjenza maniġerjali ta’ livell għoli: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet maniġerjali miżmuma; (2) in-numru ta’ persunal amministrat f’dawn il-pożizzjonijiet; (3) il-qies tal-baġits immaniġġjati; u (4) l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi 'l fuq u 'l isfel u l-għadd ta' kollegi fl-istess livell ġerarkiku.

(2)  http://ec.europa.eu/languages/policy/linguistic-diversity/official-languages-eu_mt.htm

(3)  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CONSLEG:1962R0031:20140101:mt:PDF

(4)  http://ec.europa.eu/civil_service/docs/official_policy_en.pdf

(5)  Il-bord tal-għażla se jiżgura li ma jingħata l-ebda vantaġġ inġust lill-kelliema nattivi ta' dawn il-lingwi.

(6)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1