ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 209

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
25 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 209/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ġunju 2015 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-Impjant Lokali tat-Trattament tal-Ħama ta’ Sellafield fir-Renju Unit

1


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2015/C 209/02

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2015 dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta’ Ottubru 2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (CON/2015/18)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 209/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

2015/C 209/04

Avviż skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/15/KE — Estensjoni tal-perjodu mogħti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tieħu deċiżjoni — Loġistika fis-settur postali (In-Norveġja)

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Qorti tal-EFTA

2015/C 209/05

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Kawża E-10/15)

6

2015/C 209/06

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Il-Kawża E-11/15)

7

2015/C 209/07

Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Prinċipat tal-Liechtenstein (Il-Kawża E-12/15)

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 209/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7498 — Compagnie de Saint-Gobain/Sika) ( 1 )

9


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Ġunju 2015

dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-Impjant Lokali tat-Trattament tal-Ħama ta’ Sellafield fir-Renju Unit

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2015/C 209/01)

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, bla ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fit-18 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, id-Dejta Ġenerali relatata mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-Impjant Lokali tat-Trattament tal-Ħama ta’ Sellafield.

Abbażi ta’ din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Marzu 2015 u li taw l-awtoritajiet tar-Renju Unit fis-7 ta’ April 2015, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza mis-sit sal-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ l-Irlanda, hija ta’ 180 km.

2.

Fil-kundizzjonijiet operazzjonali normali, il-ħruġ ta’ effluwenti gassużi u likwidi radjuattivi mhux qed jitqiesu li jistgħu jikkawżaw esponiment sinifikanti għall-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor mil-lat ta’ saħħa b’rabta mal-limitu tad-doża stabbilit fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza ġodda (id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom (2)).

3.

L-iskart radjuattiv solidu sekondarju jinħażen temporanjament fis-sit qabel ma jiġi ttrasportat lejn faċilitajiet awtorizzati tar-rimi fir-Renju Unit.

4.

Fil-każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jseħħu wara xi inċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li aktarx jaslu għand il-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mil-lat tas-saħħa, b’rabta mal-livelli ta’ referenza stabbiliti fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza ġodda (id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom).

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi ta’ skart radjuattiv fi kwalunkwe għamla li joriġina mill-Impjant Lokali tat-Trattament tal-Ħama ta’ Sellafield fir-Renju Unit, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li ma jirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lati tas-saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Istandards Bażiċi ta’ Sikurezza ġodda (id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom).

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali għandhom jiġu vvalutati f’aktar dettall. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta' sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-1 ta’ Ġunju 2015

dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1708/2005 tad-19 ta’ Ottubru 2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur

(CON/2015/18)

(2015/C 209/02)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-28 ta’ April 2015, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mingħand il-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1708/2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 fir-rigward tal-perijodu ta’ referenza tal-indiċi komuni għall-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 (1) (iktar ‘il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Ir-regolament propost jinsab fi ħdan l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE peress li jikkonċerna l-perijodu ta’ referenza għall-indiċi armonizzat ta’ prezzijiet għall-konsumatur (HICP). Dan l-indiċi huwa indikatur ewlieni sabiex il-BĊE jikseb l-objettiv primarju tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-euro, kif imsemmi fl-Artikolu 127(1) tat-Trattat u fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet Ġenerali

1.1.

Il-BĊE jappoġġa l-objettiv tar-regolament propost li jiġi aġġornat il-perijodu ta’ referenza għall-HICP sabiex jiżgura li l-indiċijiet riżultanti huma kumparabbli u relevanti. L-HICPs armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur huma indikaturi importanti fil-kuntest tal-politika monetarja. Deċiżjonijiet sodi dwar il-politika monetarja jiddependu fuq statistika dwar l-HICP li tkun affidabbli u aġġornata, li tappoġġa l-kompiti tal-Eurosistema fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja.

1.2.

Il-BĊE jindika li d-dmir li jikkonsulta huwa bbażat mhux biss fuq l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 2494/95 (2), iżda wkoll fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat imsemmija hawn fuq. Il-BĊE jtenni s-suġġeriment reċenti tiegħu li l-Premessa 2 tar-Regolament propost tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2494/95 (3) għandhom jirreflettu d-dmir li jiġi kkonsultat il-BĊE dwar kwalunkwe att legali fi ħdan il-qafas HICP (4).

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Ġunju 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Ares(2015)1788320 – 28/04/2015.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 tat-23 ta’ Ottubru 1995 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (ĠU L 257, 27.10.1995, p. 1).

(3)  COM/2014/0724 finali - 2014/0346 (COD).

(4)  Ara l-paragrafu 2.3 tal-Opinjoni tal-BĊE CON/2015/10.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-24 ta’ Ġunju 2015

(2015/C 209/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1213

JPY

Yen Ġappuniż

138,93

DKK

Krona Daniża

7,4619

GBP

Lira Sterlina

0,71180

SEK

Krona Żvediża

9,2118

CHF

Frank Żvizzeru

1,0449

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7690

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,206

HUF

Forint Ungeriż

311,11

PLN

Zloty Pollakk

4,1671

RON

Leu Rumen

4,4675

TRY

Lira Turka

2,9962

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4473

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3793

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6927

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6297

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5061

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 244,32

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,5958

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9619

HRK

Kuna Kroata

7,5880

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 917,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,2182

PHP

Peso Filippin

50,514

RUB

Rouble Russu

60,9332

THB

Baht Tajlandiż

37,875

BRL

Real Brażiljan

3,4442

MXN

Peso Messikan

17,2490

INR

Rupi Indjan

71,3016


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/5


Avviż skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/15/KE

Estensjoni tal-perjodu mogħti lill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tieħu deċiżjoni

Loġistika fis-settur postali (In-Norveġja)

(2015/C 209/04)

Fit-23 ta’ Marzu 2015, l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA rċeviet talba skont l-Artikolu 30(5) tad-Direttiva 2004/17/KE.

Din it-talba, li ġiet ippreżentata minn Posten Norge AS, tikkonċerna l-forniment ta’ servizzi loġistiċi differenti fis-settur postali fin-Norveġja. It-talba kienet is-suġġett ta’ avviż fil-ĠU C 150, is-7 ta’ Mejju 2015, p. 4 u s-Suppliment taż-ŻEE Nru 26, is-7 ta’ Mejju 2015, p. 3. Il-perjodu inizjali jiskadi fl-24 ta’ Ġunju 2015.

Billi l-Awtorità kienet tal-fehma li kienet meħtieġa informazzjoni addizzjonali sabiex tagħmel valutazzjoni kif suppost tat-talba, fis-6 ta’ Mejju 2015 bagħtet talba għall-informazzjoni lil Posten Norge AS. Għaldaqstant, skont id-dispożizzjonijiet stipulati fit-tieni sentenza tal-Artikolu 30(6), il-perjodu mogħti lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA biex tiddeċiedi dwar din it-talba huwa estiż b’xhar.

Il-perjodu finali għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA biex tieħu deċiżjoni għalhekk jiskadi fl-24 ta’ Lulju 2015.


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Qorti tal-EFTA

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/6


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Kawża E-10/15)

(2015/C 209/05)

Fil-21 ta’ April 2015 inġiebet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Islanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Auður Ýr Steinarsdóttir u Marlene Lie Hakkebo, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara illi l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Att imsemmi fil-punt 21au tal-Kapitlu III tal-Anness XX tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz) kif adattata għall-Ftehim bil-Protokoll 1 tagħha, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fiż-żmien stabbilit.

2.

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet ġuridiċi miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tikkonforma, sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Frar 2015, ma’ opinjoni mmotivata mogħtija mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fl-10 ta Diċembru 2014 dwar in-nuqqas ta’ dan l-Istat li jimplimenta fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tiegħu, id-Direttiva 2009/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar il-Fażi II tal-irkupru tal-fwar tal-petrol waqt ir-riforniment bil-karburant tal-vetturi bil-mutur fl-istazzjonijiet ta’ servizz, kif imsemmi fil-punt 21au tal-Kapitolu III tal-Anness XX tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattat għal dak il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/7


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda

(Il-Kawża E-11/15)

(2015/C 209/06)

Fis-21 ta’ April 2015 inġiebet azzjoni quddiem il-Qorti tal-EFTA kontra l-Islanda mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Markus Schneider u Marlene Lie Hakkebo, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35 Rue Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Att li ssir referenza għalih fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fi ħdan iż-żmien stabbilit.

2.

Tordna lill-Islanda tħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet ġuridiċi miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Islanda li tkun konformi, mhux aktar tard mill-24 ta’ Novembru 2014, ma’ opinjoni mmotivata li ħarġet l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fl-24 ta’ Settembru 2014 rigward in-nuqqas ta’ dak l-Istat li jimplimenta fl-ordni ġuridiku nazzjonali tiegħu id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imsemmi fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u kif adattata għal dak il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Islanda ma ssodisfatx l-obbligi tagħha skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa biex timplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/8


Azzjoni mressqa fil-21 ta’ April 2015 mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Prinċipat tal-Liechtenstein

(Il-Kawża E-12/15)

(2015/C 209/07)

Fil-21 ta’ April 2015, tressqet azzjoni kontra l-Prinċipat tal-Liechtenstein quddiem il-Qorti tal-EFTA mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Markus Schneider and Marlene Lie Hakkebo, li jaġixxu bħala Aġenti tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA, 35, Rue Belliard, B-1040 Brussell.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA biex:

1.

Tiddikjara li l-Prinċipat ta’ Liechtenstein ma ssodisfax l-obbligi tiegħu taħt l-Att li jsir referenza għalih fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijei tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), kif adattata għall-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu, u taħt l-Artikolu 7 tal-Ftehim, billi ma adottax il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Att fi ħdan iż-żmien stabbilit.

2.

Tordna lil-Liechtenstein iħallas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti.

L-isfond legali u fattwali u l-eċċezzjonijiet ġuridiċi miġjuba bħala sostenn:

L-applikazzjoni tindirizza n-nuqqas tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein li jkun konformi, mhux aktar tard mill-24 ta’ Novembru 2014, ma’ opinjoni mmotivata li ħarġet l-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA fl-24 ta’ Settembru 2014 rigward in-nuqqas ta’ dak l-Istat li jimplimenta fl-ordni ġuridiku nazzjonali tiegħu id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif imsemmi fil-punti 7a, 7e u 7i tal-Anness XIX tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u hija adattata għal ma dak il-Ftehim permezz tal-Protokoll 1 tiegħu (“l-Att”).

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tissottometti li l-Liechtenstein naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont l-Att u skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim taż-ŻEE billi ma adottax il-miżuri meħtieġa biex jimplimenta l-Att fiż-żmien preskritt.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

25.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 209/9


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7498 — Compagnie de Saint-Gobain/Sika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 209/08)

1.

Fis-16 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Saint-Gobain SA (“Saint-Gobain”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta' Sika AG kollha kemm hi (“Sika”, l-Iżvizzera) permezz ta’ xiri ta’ ishma f'Schenkler-Winkler Holding AG.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Saint-Gobain: il-manifattura ta’ ħġieġ, materjali ta’ prestazzjoni għolja, prodotti tal-kostruzzjoni (inkluż materjal għat-tikħil) u ppakkjar tal-ħġieġ, kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ materjal tal-bini,

—   għal Sika: il-manifattura ta’ kimiċi ta’ speċjalità, b’mod partikolari kimiċi tal-kostruzzjoni, siġillanti u adeżivi, il-manifattura ta’ taħlit tat-tikħil.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7498 — Compagnie de Saint-Gobain/Sika, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).