ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
23 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 206/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7629 — PSP/OTTP/Tonopah Solar Investments/Tonopah Solar Energy) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 206/02

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP), il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali (magħruf ukoll bħala PFLP — Kmand Ġenerali), Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia — FARC (Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja), inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015)

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 206/03

Rata tal-kambju tal-euro

4

2015/C 206/04

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2015 li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar Il-Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni C(2013) 2236

5

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 206/05

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati ( 1 )

9

2015/C 206/06

Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

10


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 206/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7583 — CSL Limited/Novartis Influenza Vaccines Business) ( 1 )

11

2015/C 206/08

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7658 — Platinum Equity / WFS Global Holding) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7629 — PSP/OTTP/Tonopah Solar Investments/Tonopah Solar Energy)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 206/01)

Fis-17 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7629. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/2


L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul), il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PFLP), “il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”), “Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”), inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu

(ara l-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta’ Marzu 2015)

(2015/C 206/02)

L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 (1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (2) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati u li l-ebda fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi oħrajn ma jistgħu jsiru disponibbli lilhom, la direttament u lanqas indirettament.

Il-Kunsill ġie pprovdut b’informazzjoni ġdida rilevanti għall-elenkar tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni ġdida, il-Kunsill emenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet aġġornata tal-Kunsill dwar għaliex huma għadhom jinżammu fil-lista msemmija hawn fuq fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Attn: CP 931 designations)

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Tali talba għandha tiġi ppreżentata sas-26 ta’ Ġunju 2015.

Il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw fi kwalunkwe ħin talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi u li jinżammu fil-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għar-rieżami regolari mill-Kunsill tal-lista skont l-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3). Sabiex it-talbiet jiġu kkunsidrati fir-rieżami li jmiss, għandhom jiġu ppreżentati sal-1 ta’ Lulju 2015.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament. Lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti hija disponibbli fuq l-Internet f’dan l-indirizz:

http://ec.europa.eu/comm/external_relations/cfsp/sanctions/measures.htm


(1)  ĠU L 82, 27.3.2015, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


Il-Kummissjoni Ewropea

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/4


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Ġunju 2015

(2015/C 206/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1345

JPY

Yen Ġappuniż

139,80

DKK

Krona Daniża

7,4615

GBP

Lira Sterlina

0,71690

SEK

Krona Żvediża

9,2253

CHF

Frank Żvizzeru

1,0435

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7420

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,206

HUF

Forint Ungeriż

310,83

PLN

Zloty Pollakk

4,1625

RON

Leu Rumen

4,4836

TRY

Lira Turka

3,0408

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4616

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3879

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7944

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6484

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5141

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 249,02

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7910

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0446

HRK

Kuna Kroata

7,5715

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 080,90

MYR

Ringgit Malażjan

4,2345

PHP

Peso Filippin

51,027

RUB

Rouble Russu

61,1680

THB

Baht Tajlandiż

38,178

BRL

Real Brażiljan

3,5089

MXN

Peso Messikan

17,3868

INR

Rupi Indjan

72,0700


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Ġunju 2015

li tistabbilixxi l-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar “Il-Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja” u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni C(2013) 2236

(2015/C 206/04)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2012 (1), il-Kummissjoni ppreżentat Pjan ta’ Azzjoni biex issaħħaħ il-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa. Il-Komunikazzjoni kienet akkumpanjata minn żewġ Rakkomandazzjonijiet, waħda dwar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa (2) u oħra dwar miżuri maħsuba biex iħeġġu pajjiżi terzi japplikaw standards minimi ta’ governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa (3).

(2)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 2236 (4) ġiet stabbilita Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja (il-Pjattaforma), li tinvolvi grupp ta’ esperti tal-Kummissjoni biex jeżamina l-progress dwar firxa ta’ miżuri, inkluż il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2012 dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-implimentazzjoni taż-żewġ Rakkomandazzjonijiet. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-tassazzjoni doppja fis-suq uniku (5), il-Kummissjoni kkonkludiet li se teżamina l-benefiċċji potenzjali li jitwaqqaf Forum tal-UE dwar it-tassazzjoni doppja. Peress li n-nontassazzjoni doppja u t-tassazzjoni doppja huma ta’ spiss marbuta flimkien, tqis xieraq li fil-Pjattaforma tiġi indirizzata wkoll it-tassazzjoni doppja, kif għadu jsir sal-lum.

(3)

Il-Parlament Ewropew (6) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (7) appellaw għal sforzi kontinwi fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa.

(4)

Il-Pjattaforma kienet utli biex tipprovdi input fl-oqsma li kkonsultat. Fit-18 ta’ Marzu 2015, il-Kummissjoni addottat pakkett dwar it-trasparenza fiskali (8). Barra minn hekk, fis-17 ta’ Ġunju 2015 (9) se tadotta Komunikazzjoni dwar sistema tat-taxxa korporattiva aktar ġusta fl-Unjoni (il-Pjan ta’ Azzjoni tal-2015) fejn se tirrapporta dwar l-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-2012 bħala input mill-Pjattaforma. F’dik il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni se tħabbar li se jiġi estiż il-mandat tal-Pjattaforma u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u se jitjiebu l-metodi ta’ ħidma tagħha.

(5)

Bl-iżvilupp tat-trasparenza fiskali u tal-aġenda dwar it-tassazzjoni ġusta kif iddefiniti fiż-żewġ Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-2015, huwa xieraq li jiġu eżaminati l-kompiti u l-ħidma tal-Pjattaforma.

(6)

Fil-Pjattaforma għandu jkun hemm djalogu li fih isir skambju tal-esperjenza u l-għarfien u jinstemgħu l-fehmiet tal-partijiet kollha kkonċernati.

(7)

Il-Pjattaforma għandha titmexxa minn rappreżentant tal-Kummissjoni u tkun magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri, organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lin-negozji jew lis-soċjetà ċivili jew lill-prattikanti fil-qasam tat-taxxa. Għal raġunijiet ta’ kontinwità jixraq li l-membri attwali tal-Pjattaforma maħtura għall-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 2236, jibqgħu fil-kariga sa tmiem il-mandat tagħhom fit-22 ta’ April 2016.

(8)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-Pjattaforma.

(9)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

(10)

Għalhekk, id-Deċiżjoni C(2013) 2236 għandha titħassar,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Il-grupp ta’ esperti l-“Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Pjattaforma”), huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Kompiti

Il-kompiti tal-Pjattaforma għandhom ikunu:

(a)

li tħeġġeġ id-diskussjoni bejn in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-esperti tal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa dwar il-kwistjonijiet fil-qasam tal-governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u t-tassazzjoni doppja;

(b)

li tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti għall-identifikazzjoni ta’ prijoritajiet fl-oqsma msemmija fil-punt(a) u li jintgħażlu l-mezzi u l-istrumenti xierqa biex jinkiseb progress f’dawn l-oqsma;

(c)

li tikkontribwixxi għall-aqwa applikazzjoni possibbli u l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Marzu 2015 u tas-17 ta’ Ġunju 2015, billi jiġu identifikati kwistjonijiet tekniċi u prattiċi potenzjalment rilevanti f’dawn l-oqsma, kif ukoll soluzzjonijiet possibbli;

(d)

li tiddiskuti informazzjoni prattika pprovduta mill-awtoritajiet tat-taxxa, kif ukoll min-negozji, mis-soċjetà ċivili u mill-prattikanti tat-taxxa, u li telabora dwar il-modi possibbli biex jiġu ndirizzati b’mod aktar effiċjenti l-problemi attwali tat-tassazzjoni doppja li jaffettwaw il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, it-terminu “governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa” jkopri t-trasparenza, l-iskambju ta’ informazzjoni u l-kompetizzjoni ġusta tat-taxxa.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-Pjattaforma dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta mal-governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, it-tassazzjoni doppja u s-segwitu tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-2015.

Artikolu 4

Sħubija - Ħatra

1.   Il-Pjattaforma tkun magħmula minn mhux aktar minn 43 membru.

2.   Il-membri tal-Pjattaforma jkunu:

(a)

l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri;

(b)

sa 15-il negozju, soċjetà ċivili u organizzazzjoni tal-prattikanti tat-taxxa b’kompetenza fil-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.

3.   L-awtoritajiet tat-taxxa ta’ kull Stat Membru għandhom jinnominaw rappreżentant wieħed minn fost l-uffiċjali li jittrattaw it-tassazzjoni transfruntiera b’enfasi fuq il-ġlieda kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa.

4.   Il-membri attwali tal-Pjattaforma għandhom jibqgħu fil-kariga sat-22 ta’ April 2016. Wara sejħa għall-applikazzjoijiet, id-Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali għandu jaħtar il-membri tal-Pjattaforma msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2. Il-mandat ta’ dawk il-membri għandu jkun mit-23 ta’ April 2016 sas-16 ta’ Ġunju 2019.

5.   Meta jkunu qed iwieġbu għas-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet għandhom jinnominaw rappreżentant u supplent biex jieħdu post rappreżentant li jkun assenti jew indispost. Id-Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali jista’ joġġezzjona għan-nomina ta’ rappreżentant jew ta’ supplent minn organizzazzjoni jekk il-persuna kkonċernata ma tissodisfax il-profil mitlub fis-sejħa għall-applikazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, l-organizzazzjoni kkonċernata tintalab tinnomina rappreżentant jew supplent ieħor.

6.   Is-sostituti jiġu nnominati bl-istess kundizzjonijiet tar-rappreżentanti u għandhom awtomatikament jieħdu post kwalunkwe rappreżentant li jkun assenti jew indispost.

7.   L-organizzazzjonijiet li jitqiesu xierqa, imma li ma jinħatrux, jistgħu jitqiegħdu fuq lista ta’ riżerva, li l-Kummissjoni għandha tuża biex taħtar sostituti.

8.   L-organizzazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu (2) jew ir-rappreżentanti tagħhom jistgħu jiġu sostitwiti jew esklużi għall-bqija tal-mandat tagħhom fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-organizzazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha ma jkunx għadu kapaċi jikkontribwixxu b’mod effettiv għad-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma;

(b)

meta l-organizzazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha ma jkunx jikkonforma mal-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 339 tat-Trattat;

(c)

meta l-organizzazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha jirriżenja;

(d)

meta dan ikun mixtieq biex tinżamm rappreżentanza bbilanċjata tal-oqsma rilevanti ta’ għarfien u ta’ dawk ta’ interess.

Meta organizzazzjoni jew ir-rappreżentant tagħha jiġi sostitut jew eskluż, id-Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali jista’, kif xieraq, jaħtar organizzazzjoni bħala sostitut mil-lista ta’ riżerva msemmija fil-paragrafu 7 jew jitlob lil organizzazzjoni biex tinnomina rappreżentant jew supplent ieħor.

9.   L-ismijiet tal-organizzazzjonijiet u tar-rappreżentanti tagħhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entitajiet oħra simili oħra, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”, kif ukoll fuq sit web apposta.

10.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi pproċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Operat

1.   Il-Pjattaforma għandha titmexxa mid-Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali jew mir-rappreżentant tiegħu.

2.   Biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament effiċjenti, il-Pjattaforma għandha tistabbilixxi żewġ sottogruppi li fihom jiltaqgħu b’mod separat ir-rappreżentati governattivi (l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri) u mhux governattivi (in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tal-prattikanti tat-taxxa).

3.   Bi qbil mal-President, il-Pjattaforma tista’ tistabbilixxi sottogruppi oħra biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi tat-termini ta’ referenza ddefiniti mill-Pjattaforma. Dawn is-sottogruppi għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.

4.   Il-President jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-Pjattaforma li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-Pjattaforma jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, kif iddefinit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta’ esperti (11), il-President jista’ jagħti l-istatus ta’ osservatur lil individwi, organizzazzjonijiet u pajjiżi kandidati.

5.   Il-membri u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligu tas-segretezza professjonali stipulat fit-Trattati u fir-regoli l-oħra rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll mar-regoli dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata tal-UE, stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (12). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

6.   Bħala prinċipju, il-laqgħat tal-Pjattaforma u tas-sottogruppi tagħha għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi segretarjali. Servizzi oħra tal-Kummissjoni b’interess fil-proċeduri jistgħu jkunu involuti u jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma u tas-sottogruppi tagħha.

7.   Il-Pjattaforma għandha tadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

8.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Pjattaforma (bħall-aġendi, il-minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) fir-Reġistru jew permezz ta’ ħolqa mir-Reġistru għal sit web apposta. Dokument ma għandux jiġi ppubblikat meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Pjattaforma ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u, meta xieraq, l-ispejjeż għas-sussistenza li jkunu ġġarrbu mill-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Pjattaforma għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-Kummissjoni.

3.   Dawk l-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati fil-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjoni C(2013) 2236 hija mħassra.

Artikolu 8

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-16 ta’ Ġunju 2019.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2012) 722.

(2)  C(2012) 8806 final.

(3)  C(2012) 8805 final.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 2236 tat-23 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni li jkun magħruf bħala l-Pjattaforma għall-Governanza Tajba tat-Taxxa, l-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u t-Tassazzjoni Doppja.

(5)  COM(2011) 712 finali.

(6)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2015 dwar ir-Rapport Annwali dwar it-Taxxa.

(7)  Il-Kunsill ECOFIN 9.12.2014, il-Kunsill Ewropew 18.12.2014.

(8)  Il-Komunikazzjoni dwar it-trasparenza fiskali kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa (COM(2015) 136) u l-Proposta biex jiddaħħal l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri tal-UE dwar id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa tagħhom (COM(2015) 135).

(9)  Komunikazzjoni tas-17 ta’ Ġunju 2015 COM(2015) 302 final.

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  Komunikazzjoni mill-President lill-Kummissjoni – Qafas għall-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni: regoli orizzontali u reġistru pubbliku, C(2010) 7649 final.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(13)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Dawn l-eċċezzjonijiet huma maħsuba biex iħarsu s-sigurtà pubblika, l-affarijiet militari, ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, il-privatezza u l-integrità tal-individwu, l-interessi kummerċjali, il-proċeduri fil-qorti u l-pariri legali, l-ispezzjonijiet/l-investigazzjonijiet/l-awditjar u l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjoni.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/9


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Modifika tal-obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 206/05)

Stat Membru

Il-Finlandja

Ir-rotta kkonċernata

Helsinki – Savonlinna

Id-data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

It-22 t’Awwissu 2005

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-modifiki

Il-11 ta’ Jannar 2016

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Għal aktar tagħrif:

Finnish Transport Agency (L-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport)

Indirizz:

Kirjaamo

PL 33

FI-00521 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Tel. +358 505942353

Faks +358 295343700

Email: kirjaamo@liikennevirasto.fi

Internet: www.liikennevirasto.fi/savonlinna-airservices


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/10


Avviż tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward l-operat ta’ servizzi tal-ajru bi skeda skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 206/06)

Stat Membru

Il-Finlandja

Ir-rotta kkonċernata

Helsinki – Savonlinna

Il-perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mill-11 ta’ Jannar 2016 sat-22 ta’ Diċembru 2017

Skadenza għat-tressiq tal-offerti

61 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu bla ħlas it-test tas-sejħa għall-offerti u kwalunkwe informazzjoni u/jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-offerta pubblika u mal-obbligu tas-servizz pubbliku

Finnish Transport Agency (L-Aġenzija Finlandiża tat-Trasport),

Indirizz:

Kirjaamo

PB 33

FI-00521 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Tel. +358 505942353

Faks +358 295343700

Email: kirjaamo@liikennevirasto.fi

Internet: www.liikennevirasto.fi/savonlinna-airservices


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7583 — CSL Limited/Novartis Influenza Vaccines Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 206/07)

1.

Fit-12 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha CSL Limited (“CSL”, l-Awstralja) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' Novartis Influenza Vaccines Business (“Il-Mira”, l-Iżvizzera) permezz ta' xiri tal-ishma u l-assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċerrnati huma:

CSL hija kumpanija farmaċewtika attiva mad-dinja kollha fir-riċerka, l-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta' bijoterapiji, tilqim (permezz tas-sussidjarja tagħha bioCSL) u farmaċewtiċi oħra,

Il-Mira hija n-negozju ta' Novartis fit-tilqim tal-influwenza tal-bniedem, li timmanifatura u tbigħ it-tilqim tal-influwenza primarjament fl-Istati Uniti tal-Amerika, iż-ŻEE u l-Arġentina. Novartis hija kumpanija diversifikata fil-kura tas-saħħa. Fl-Ewropa, in-negozju tagħha jinkludi Novartis Pharmaceuticals, Alcon (mediċini għall-kura tal-għajnejn) u Sandoz (mediċini ġeneriċi).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-fax (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru tar-referenza M.7583 — CSL Limited/Novartis Influenza Vaccines Business fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


23.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/12


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7658 — Platinum Equity / WFS Global Holding)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 206/08)

1.

Fit-12 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Platinum Equity, LLC (“Platinum”, l-Istati Uniti tal-Amerika) tikseb fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża WFS Global Holding kollha kemm hi (“WFS”, Franza) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Platinum: il-fużjoni, l-akkwist u l-operat ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet lill-klijenti f’firxa wiesgħa ta’ negozju, inkluża t-teknoloġija tal-informazzjoni u t-telekomunikazzjonijiet, il-loġistika, is-servizzi ta’ metall, il-manifattura u d-distribuzzjoni;

—   għal WFS: il-provvista ta’ merkanzija kif ukoll servizzi ta’ mmaniġġar tal-passiġġieri u tar-rampa f’diversi ajruporti fiż-ŻEE.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7658 — Platinum Equity / WFS Global Holding, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.