ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 205

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
22 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

2015/C 205/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 205/02

Kawża C-260/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Sigmaringen – il-Ġermanja) – Sevda Aykul vs Land Baden-Württemberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2006/126/KE — Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan — Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li saqet taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor)

2

2015/C 205/03

Kawża C-357/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie – il-Polonja) – Drukarnia Multipress sp. z o.o. vs Minister Finansów (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Direttiva 2008/7/KE — Artikolu 2(1)(b) u (ċ) — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Issuġġettar għad-dazju fuq il-kapital — Kontribuzzjonijiet ta’ kapital favur soċjetà in akkomandita b’azzjonijiet — Klassifikazzjoni ta’ tali kumpannija bħala kumpannija b’kapital azzjonarju)

3

2015/C 205/04

Kawża C-376/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi — Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE — Drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju għal xandir televiżiv diġitali terrestri — Sejħa għal offerti — Kriterji ta’ selezzjoni tal-offerenti — Proporzjonalità — Drittijiet speċjali)

3

2015/C 205/05

Kawża C-382/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 13(2) u 17 — Xogħol okkażjonali fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat ta’ residenza — Leġiżlazzjoni applikabbli — Rifjut tal-għoti tal-allowances tal-familja u tnaqqis tal-pensjoni tax-xjuħija mill-Istat ta’ residenza]

4

2015/C 205/06

Kawża C-424/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Agrikoltura — Regolament (KE) Nru 1/2005 — Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport — Vjaġġ twil minn Stat Membru lejn Stat terz — Artikolu 14(1) — Kontroll li għandu jitwettaq fir-rigward tar-reġistru tal-vjaġġ mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq qabel vjaġġi twal — Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-parti mill-vjaġġ li ssir barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea — Applikabbiltà tar-regoli stabbiliti mill-imsemmi regolament għal din il-parti mill-vjaġġ)

5

2015/C 205/07

Kawża C-605/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ April 2015 – Issam Anbouba vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana — Miżuri indirizzati kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi — Sensiela ta’ indizji)

6

2015/C 205/08

Kawża C-630/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ April 2015 – Issam Anbouba vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana — Miżuri indirizzati kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim — Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi — Sensiela ta’ indizji)

6

2015/C 205/09

Kawża C-635/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul București – ir-Rumanija) – SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Intestatura 1207 — Żrieragħ żejtnin — Intestatura 1209 — Żrieragħ intiżi għaż-żriegħ — Intestatura 1212 — Żrieragħ użati prinċipalment għall-konsum mill-bniedem, mhux imsemmija jew inklużi band’oħra — Importazzjoni ta’ żrieragħ tal-qargħa ħamra mhux ipproċessati u fil-qoxra tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina)

7

2015/C 205/10

Kawża C-16/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van Beroep te Gent – Il-Belġju) – Property Development Company NV vs l-Istat Belġjan (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Sitt Direttiva tal-VAT — Artikolu 11A — Użu ta’ oġġett meqjus bħala kunsinna magħmula bi ħlas — Użu ta’ proprjetà immobbli għal attività eżentata mill-VAT — Valur taxxabbli għal dan l-użu — Interessi fuq kapital misluf imħallsa fiż-żmien tal-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli)

8

2015/C 205/11

Kawża C-38/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco – Spanja) – Subdelegación del Gobierno en Guipuzkoa – Extranjeria vs Samir Zaizoune Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Direttiva 2008/115/KE — Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment — Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, f’każ ta’ residenza irregolari, l-impożizzjoni, skont iċ-ċirkustanzi, jew ta’ multa jew ta’ tneħħija

8

2015/C 205/12

Kawża C-96/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nîmes – Franza) – Jean-Claude Van Hove vs CNP Assurances SA Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti — Kuntratti ta’ assigurazzjoni — Artikolu 4(2) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali — Esklużjoni tal-klawżoli dwar is-suġġett prinċipali tal-kuntratt — Klawżola li tirrigwarda t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet rateali ta’ kuntratt ta’ self immobiljari — Inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef — Esklużjoni mill-benefiċċju ta’ din il-garanzija fil-każ ta’ kompetenza rrikonoxxuta li tiġi jew ma tiġix eżerċitata attività bi ħlas

9

2015/C 205/13

Kawża C-111/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – GST – Sarviz AG Germania vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT — Likwidazzjoni żbaljata tal-VAT mid-destinatarju — Issuġġettar tal-fornitur ta’ servizzi għall-VAT — Rifjut li jingħata r-rimbors tal-VAT lill-fornitur ta’ servizzi)

10

2015/C 205/14

Kawża C-114/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 21 ta April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja [Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Taxxa fuq il-valur miżjud — Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE — Direttiva 2006/112/KE — Artikoli 132(1)(a) u 135(1)(h) — Eżenzjonijiet — Servizzi postali pubbliċi — Bolli — Direttiva 97/67/KE]

11

2015/C 205/15

Kawża C-120/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ April 2015 – Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Reponsabbiltà mhux kuntrattwali — Direttiva 93/42/KEE — Artikoli 8 u 18 — Mezzi mediċi — Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni wara n-notifika ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Terminu ta’ preskrizzjoni — Effett sospensiv ta’ talba għal għajnuna legali fuq it-terminu ta’ preskrizzjoni — Proċedura ta’ klawżola tas-sigurtà)

11

2015/C 205/16

Kawża C-149/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Protezzjoni tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Deżinjazzjoni tal-ilmijiet u taż-żoni vulnerabbli — Kontenut eċċessiv ta’ nitrati — Ewtrofikazzjoni — Obbligu ta’ reviżjoni kull erba’ snin — Insuffiċjenza — Twaqqif ta’ programmi ta’ azzjoni — Assenza)

12

2015/C 205/17

Kawża C-227/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2015 – LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Artikoli 101 TFUE u 53 tal-Ftehim ŻEE — Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) — Iffissar tal-prezzijiet — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2006) — Punt 13 — Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ — Impriża komuni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ lill-kumpanniji parent — Komunikazzjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (2002) — L-aħħar subparagrafu tal-punt 23(b) — Immunità parzjali minn multa — Provi ta’ fatti li preċedentement il-Kummissjoni ma kinitx taf bihom)

12

2015/C 205/18

Kawża C-127/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Verein für Konsumenteninformation vs INKO, Inkasso GmbH

13

2015/C 205/19

Kawża C-132/15 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-725/14, Aalberts Industries vs L-Unjoni Ewropea

13

2015/C 205/20

Kawża C-134/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sächsisches Oberverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2015 – Lidl Dienstleistungs-GmbH & Co. KG vs Freistaat Sachsen

15

2015/C 205/21

Kawża C-147/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2015 – Provincia di Bari vs Edilizia Mastrodonato srl

16

2015/C 205/22

Kawża C-151/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Coimbra (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Sociedade Portuguesa de Autores CRL vs Ministério Público

16

2015/C 205/23

Kawża C-152/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

17

2015/C 205/24

Kawża C-157/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-3 ta’ April 2015 – Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding vs G4S Secure Solutions NV

17

2015/C 205/25

Kawża C-158/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ April 2015 – Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV vs Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit

18

2015/C 205/26

Kawża C-160/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ April 2015 – GS Media BV vs Sanoma Media Netherlands BV et

18

2015/C 205/27

Kawża C-164/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-473/12, Aer Lingus Ltd. vs Il-Kummissjoni Ewropea

19

2015/C 205/28

Kawża C-165/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-500/12, Ryanair vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2015/C 205/29

Kawża C-166/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija (il-Lativja) fit-13 ta’ April 2015 – proċeduri kriminali kontra Ranks u Jurijs Vasiļevičs

21

2015/C 205/30

Kawża C-180/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nacka tingsrätt, Mark- och miljödomstolen (l-Isvezja) fil-21 ta’ April 2015 – Borealis Ab et vs Naturvårdsverket

21

2015/C 205/31

Kawża C-182/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-22 ta’ April 2015 – Aleksei Petruhhin

23

2015/C 205/32

Kawża C-193/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Tarif Akhras mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-579/11, Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2015/C 205/33

Kawża C-200/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 205/34

Kawża T-131/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Spa Monopole vs UASI – Orly International (SPARITUAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPARITUAL — Trade marks Benelux verbali u figurattivi preċedenti SPA u LES THERMES DE SPA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

26

2015/C 205/35

Kawża T-423/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (skype) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva skype — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009]

26

2015/C 205/36

Kawża T-183/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYPE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

27

2015/C 205/37

Kawża T-184/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYPE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2015/C 205/38

Kawża T-433/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Petropars Iran et vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Żball ta’ evalwazzjoni — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika — Dritt għall-proprjetà — Protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà u tal-ambjent — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża)

29

2015/C 205/39

Kawża T-599/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2015 – Cosmowell vs UASI – Haw Par (GELENKGOLD) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trademark Komunitarja figurattiva GELENKGOLD — Trademark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Tibdil tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Xebh bejn is-sinjali fil-livell fonetiku — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

30

2015/C 205/40

Kawża T-715/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castello — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Castelló — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dritt ta’ smigħ — It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

30

2015/C 205/41

Kawża T-383/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et (Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Espert nazzjonali ssekondat mal-missjoni Eulex Kosovo — Deċiżjonijiet ta’ kap ta’ missjoni dwar sanzjonijiet dixxiplinari)

31

2015/C 205/42

Kawża T-393/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni [Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati miċ-Ċina — Dazju anti-dumping provviżorju]

32

2015/C 205/43

Kawża T-284/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2015 – Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Tardività — Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu — Inammissibbiltà manifesta — Eċċezzjoni ta’ illegalità)

32

2015/C 205/44

Kawża T-581/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2015 – Vierling vs UASI – IP Leanware (BRAINCUBE) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2015/C 205/45

Kawża T-43/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2015 – CRM vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta — piadina romagnola/piada romagnola — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

34

2015/C 205/46

Kawża T-45/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2015 – Hydrex vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Ftehim ta’ sussidju dwar proġett li jirrigwarda strument finanzjarju għall-ambjent — Ordni ta’ rkupru — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Ksur tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

34

2015/C 205/47

Kawża T-174/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – EFB vs Il-Kummissjoni

35

2015/C 205/48

Kawża T-191/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2015 – SLE Schuh vs UASI – Vigoss Tekstil Konfeksiyon Sanayi ve Ticaret (VIOS)

35

2015/C 205/49

Kawża T-205/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Aguirre y Compañía vs UASI – Puma (Rappreżentazzjoni ta’ żarbun tal-isport)

36

2015/C 205/50

Kawża T-209/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

37

2015/C 205/51

Kawża T-211/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Claudio Necci mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-5/15, Necci vs Il-Kummissjoni

38

2015/C 205/52

Kawża T-213/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – toom Baumarkt (Super-Samstag)

39

2015/C 205/53

Kawża T-214/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Novartis/UASI – Meda (Zymara)

40

2015/C 205/54

Kawża T-217/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2015 – Fiesta Hotels & Resorts vs UASI – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA)

40

2015/C 205/55

Kawża T-224/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

41

2015/C 205/56

Kawża T-536/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2015 – Microsoft vs UASI – Softkinetic Software (KINECT)

42

2015/C 205/57

Kawża T-182/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – Marzocchi Pompe vs UASI – Settima Meccanica (ELIKA)

42

2015/C 205/58

Kawża T-637/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2015 – noon Copenhagen vs UASI – Wurster Diamonds (noon)

42

2015/C 205/59

Kawża T-791/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2015 – Bensarsa vs Il-Kummissjoni u CEPD

43


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 205/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 198, 15.6.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 190, 8.6.2015

ĠU C 178, 1.6.2015

ĠU C 171, 26.5.2015

ĠU C 155, 11.5.2015

ĠU C 146, 4.5.2015

ĠU C 138, 27.4.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Sigmaringen – il-Ġermanja) – Sevda Aykul vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-260/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/126/KE - Rikonoxximent reċiproku tal-liċenzji tas-sewqan - Rifjut ta’ Stat Membru li jirrikonoxxi, lil persuna li saqet taħt l-influwenza ta’ sustanzi narkotiċi, il-validità ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor))

(2015/C 205/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Sigmaringen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sevda Aykul

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Dispożittiv

1.

L-Artikolu 2(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li Stat Membru, li fit-territorju tiegħu d-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor jirrisjedi temporanjament, jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ din il-liċenzja tas-sewqan minħabba aġir li jikkostitwixxi ksur tad-detentur tagħha li seħħ f’dan it-territorju sussegwentement għall-ħruġ ta’ din il-liċenzja tas-sewqan u li, skont il-liġi nazzjonali tal-ewwel Stat Membru, huwa ta’ natura li jwassal għall-inkapaċità għas-sewqan ta’ vetturi bil-mutur.

2.

L-Istat Membru li jirrifjuta li jirrikonoxxi l-validità ta’ liċenzja tas-sewqan, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa kompetenti sabiex jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li fihom id-detentur ta’ liċenzja tas-sewqan għandu jissuġġetta ruħu għalihom sabiex jirkupra d-dritt tas-sewqan fit-territorju tiegħu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk, permezz tal-applikazzjoni tar-regoli tiegħu stess, l-Istat Membru inkwistjoni ma jipprekludix, fir-realtà, indefinittivament ir-rikonoxximent tal-liċenzja tas-sewqan maħruġa minn Stat Membru ieħor. F’din il-perspettiva, hija għandha tivverifika jekk il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru, skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, ma jaqbżux il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva 2006/126, li jikkonsisti li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie – il-Polonja) – Drukarnia Multipress sp. z o.o. vs Minister Finansów

(Kawża C-357/13) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Direttiva 2008/7/KE - Artikolu 2(1)(b) u (ċ) - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Issuġġettar għad-dazju fuq il-kapital - Kontribuzzjonijiet ta’ kapital favur soċjetà in akkomandita b’azzjonijiet - Klassifikazzjoni ta’ tali kumpannija bħala kumpannija b’kapital azzjonarju”))

(2015/C 205/03)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Krakowie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Drukarnia Multipress sp. z o.o.

Konvenut: Minister Finansów

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1)(b) u (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li soċjetà in akkomandita rregolata mid-dritt Pollakk għandha titqies li hija kumpannija b’kapital azzjonarju fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki meta parti biss mill-kapital tagħha u mis-soċji tagħha tkun tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti minn din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-376/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi - Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/77/KE - Drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tar-radju għal xandir televiżiv diġitali terrestri - Sejħa għal offerti - Kriterji ta’ selezzjoni tal-offerenti - Proporzjonalità - Drittijiet speċjali))

(2015/C 205/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, L. Malferrari u G. Koleva, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: D. Drambozova, E. Petranova u J. Atanasov, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi tillimita għal tnejn, skont il-punt 5a(1) and (2) tad-dispożizzjonijiet tranżitorji u finali tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Zakon za elektronnite saobshteniya), in-numru ta’ impriżi li lilhom jista’ jingħata dritt ta’ użu ta’ frekwenzi tal-ispettru tar-radju għal xandir bir-radju diġitali terrestri u li ingħatatilhom awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoijiet elettroniċi korrispondenti, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/77/KE, tas-16 ta’ Settembru 2002, dwar kompetizzjoni fis-swieq tan-networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

2)

Billi pprojbixxiet, skont l-Artikoli 47a(1) u (2) u 48(3) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi lill-furnituri ta’ kontenut televiżwali li l-programmi tagħhom ma jixxandrux fil-Bulgarija u lil persuni relatati magħhom milli jipparteċipaw fis-sejħiet għal offerti għall-għoti ta’ drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tal-ispettru tar-radju għal xandir bir-radju diġitali terrestri u milli jipprovdu s-servizzi korrispondenti, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta' Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru), kif emendata bid-Direttiva 2009/140, kif ukoll taħt l-Artikoli 2(2) u 4(2) tad-Direttiva 2002/77.

3)

Billi pprojbixxiet, skont l-Artikolu 48(5) tal-Liġi dwar il-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-kontraenti tad-drittijiet ta’ użu ta’ frekwenzi tal-ispettru tar-radju għal xandir bir-radju diġitali terrestri milli jistabbilixxu netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi għax-xandir ta’ programmi ta’ radju u ta’ televiżjoni, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/20, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, taħt l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, kif ukoll taħt l-Artikoli 2(2) u 4(2) tad-Direttiva 2002/77.

4)

Ir-Repubblika tal-Bulgarija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 178.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

(Kawża C-382/13) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 13(2) u 17 - Xogħol okkażjonali fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat ta’ residenza - Leġiżlazzjoni applikabbli - Rifjut tal-għoti tal-allowances tal-familja u tnaqqis tal-pensjoni tax-xjuħija mill-Istat ta’ residenza])

(2015/C 205/05)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C.E. Franzen, H.D. Giesen, F. van den Berg

Konvenut: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u implementata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-resident ta’ Stat Membru, li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament kif emendat u li, skont kuntratt ta’ xogħol okkażjonali, huwa impjegat għal ftit jiem fix-xahar fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, huwa suġġett għal-leġiżlazzjoni fl-Istat ta’ impjieg, kemm għal dawk il-jiem li fihom huwa jeżerċita l-attività mħallsa, kif ukoll matul il-jiem li fihom huwa ma jeżerċitax din l-attività.

2)

L-Artikolu 13(2)(a) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u implementata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, moqri flimkien mal-ewwel paragrafu tal-istess artikolu, għandu jiġi interpretat fis-sens li f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma jipprekludix li ħaddiem migrant suġġett għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ impjieg, jirċievi, permezz ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru ta’ residenza, il-benefiċċji abbażi tas-sistema ta’ assigurazzjoni għax-xjuħija jew l-allowances tal-familja ta’ dan l-aħħar Stat.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Zuchtvieh-Export GmbH vs Stadt Kempten

(Kawża C-424/13) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 1/2005 - Protezzjoni tal-annimali matul it-trasport - Vjaġġ twil minn Stat Membru lejn Stat terz - Artikolu 14(1) - Kontroll li għandu jitwettaq fir-rigward tar-reġistru tal-vjaġġ mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq qabel vjaġġi twal - Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-parti mill-vjaġġ li ssir barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Applikabbiltà tar-regoli stabbiliti mill-imsemmi regolament għal din il-parti mill-vjaġġ”))

(2015/C 205/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zuchtvieh-Export GmbH

Konvenuta: Stadt Kempten

Fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern

Dispożittiv

L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li [jemenda] d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex trasport li jinvolvi vjaġġ twil ta’ equidae domestiċi barra minn equidae reġistrati u annimali domestiċi ta’ speċi bovina, ovina, kaprina jew suwina, li jibda fit-territorju tal-Unjoni Ewropea u jkompli barra dan it-territorju jkun jista’ jiġi awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-post tat-tluq, l-organizzatur tal-vjaġġ għandu jippreżenta reġistru tal-vjaġġ li, fid-dawl tal-arranġamenti ta’ dan il-vjaġġ kif dawn huma previsti, ikun realistiku u jippermetti l-preżunzjoni li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ser jiġu osservati, anki fir-rigward tal-parti mill-imsemmi vjaġġ li ssir fit-territorju ta’ pajjiż terz, u li, jekk dan ma jkunx il-każ, l-imsemmija awtorità tkun awtorizzata teżiġi li l-imsemmija arranġamenti jiġu mibdula b’tali mod li tiġi żgurata l-osservanza tal-imsemmija dispożizzjonijiet għal dan il-vjaġġ kollu.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ April 2015 – Issam Anbouba vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-605/13 P) (1)

((Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri indirizzati kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi - Sensiela ta’ indizji))

(2015/C 205/07)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Issam Anbouba (rappreżentanti: M.-A. Bastin, J.-M. Salva u S. Orlandi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, R. Liudvinaviciute u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Issam Anbouba huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-21 ta’ April 2015 – Issam Anbouba vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-630/13 P) (1)

((Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri indirizzati kontra persuni u entitajiet li jibbenefikaw mill-politika mħaddna mir-reġim - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi - Sensiela ta’ indizji))

(2015/C 205/08)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Issam Anbouba (rappreżentanti: M.-A. Bastin, J.-M. Salva u S. Orlandi, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro, R. Liudvinaviciute u M.-M. Joséphidès, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-appellant: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Issam Anbouba huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul București – ir-Rumanija) – SC ALKA CO SRL vs Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București

(Kawża C-635/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestatura 1207 - Żrieragħ żejtnin - Intestatura 1209 - Żrieragħ intiżi għaż-żriegħ - Intestatura 1212 - Żrieragħ użati prinċipalment għall-konsum mill-bniedem, mhux imsemmija jew inklużi band’oħra - Importazzjoni ta’ żrieragħ tal-qargħa ħamra mhux ipproċessati u fil-qoxra tagħhom li joriġinaw miċ-Ċina))

(2015/C 205/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC ALKA CO SRL

Konvenuti: Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Galați, li kienet Autoritatea Națională a Vămilor – Direcția Regională pentru Accize și Operațiuni Vamale Constanța, Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Municipiului București

Dispożittiv

Sabiex twettaq il-klassifikazzjoni tariffarja taż-żrieragħ tal-qargħa ħamra inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju għandha tiddetermina jekk dawn jintużawx normalment għall-estrazzjoni ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet kommestibbli jew industrijali, mingħajr ma jaqgħu taħt l-intestaturi 1201 sa 1206 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tagħha li jirriżultaw, suċċessivament, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007. Jekk dan huwa l-każ, dawn iż-żrieragħ għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1207 tan-Nomenklatura Magħquda minħabba n-natura tagħhom ta’ żrieragħ żejtnin, u dan irrispettivament mill-użu effettiv tagħhom għall-estrazzjoni ta’ żjut jew ta’ xaħmijiet kommestibbli jew industrijali, għaż-żriegħ jew għall-konsum mill-bniedem. Fil-każ kuntrarju, l-imsemmija żrieragħ għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 1209 tan-Nomenklatura Magħquda jekk huma kien għad għandhom il-kapaċità li jnibbtu pjanta fil-mument tal-importazzjoni tagħhom, u dan irrispettivament mill-użu effettiv tagħhom għaż-żriegħ jew għall-konsum mill-bniedem, jew taħt l-intestatura 1212 tan-Nomenklatura Magħquda jekk huma ma kienx għad għandhom il-kapaċità li jnibbtu pjanta.


(1)  ĠU C 39, 08.02.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Hof van Beroep te Gent – Il-Belġju) – Property Development Company NV vs l-Istat Belġjan

(Kawża C-16/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sitt Direttiva tal-VAT - Artikolu 11A - Użu ta’ oġġett meqjus bħala kunsinna magħmula bi ħlas - Użu ta’ proprjetà immobbli għal attività eżentata mill-VAT - Valur taxxabbli għal dan l-użu - Interessi fuq kapital misluf imħallsa fiż-żmien tal-kostruzzjoni tal-proprjetà immobbli))

(2015/C 205/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiz

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Property Development Company NV

Konvenut: L-Istat Belġjan

Dispożittiv

L-Artikolu 11A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-valur taxxabbli għall-kalkolu tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq applikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 5(7)(b) ta’ din id-direttiva, ta’ proprjetà immobbli li l-persuna taxxabbli ordnat sabiex tinbena, huwa kkostitwit mill-prezz tax-xiri, fil-mument ta’ din l-applikazzjoni, tal-proprjetajiet immobbli li s-sitwazzjoni, id-dimensjoni u l-karatteristiċi l-oħra essenzjali tagħhom ikunu simili għal dawk tal-proprjetà immobbli inkwistjoni. F’dan ir-rigward, il-kwistjoni ta’ jekk parti minn dan il-prezz tax-xiri toriġinax mill-ħlas tal-interessi fuq kapital misluf hija irrilevanti.


(1)  ĠU C 102, 7.04.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco – Spanja) – Subdelegación del Gobierno en Guipuzkoa – Extranjeria vs Samir Zaizoune

(Kawża C-38/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Standards u proċeduri komuni fil-qasam tar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Artikolu 6(1) u Artikolu 8(1) - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, f’każ ta’ residenza irregolari, l-impożizzjoni, skont iċ-ċirkustanzi, jew ta’ multa jew ta’ tneħħija)

(2015/C 205/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Subdelegación del Gobierno en Guipuzkoa – Extranjeria

Konvenut: Samir Zaizoune

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8(1) tagħha, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(2) u (3) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi, f’każ ta’ residenza irregolari ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju ta’ dak l-Istat, timponi, skont iċ-ċirkustanzi, jew multa jew it-tneħħija, iż-żewġ miżuri jeskludu b’mod reċiproku lil xulxin.


(1)  ĠU C 93, 29.03.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de grande instance de Nîmes – Franza) – Jean-Claude Van Hove vs CNP Assurances SA

(Kawża C-96/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti - Kuntratti ta’ assigurazzjoni - Artikolu 4(2) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Esklużjoni tal-klawżoli dwar is-suġġett prinċipali tal-kuntratt - Klawżola li tirrigwarda t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet rateali ta’ kuntratt ta’ self immobiljari - Inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef - Esklużjoni mill-benefiċċju ta’ din il-garanzija fil-każ ta’ kompetenza rrikonoxxuta li tiġi jew ma tiġix eżerċitata attività bi ħlas)

(2015/C 205/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de grande instance de Nîmes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jean-Claude Van Hove

Konvenuta: CNP Assurances SA

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola stipulata f’kuntratt ta’ assigurazzjoni u intiża li tiggarantixxi t-teħid ta’ responsabbiltà għall-ħlasijiet rateali dovuti lill-persuna li ssellef f’każ ta’ inkapaċità totali għax-xogħol ta’ min jissellef taqa’ taħt l-eċċezzjoni li tissemma f’din id-dispożizzjoni biss jekk il-qorti tar-rinviju tikkonstata:

minn naħa, li, fid-dawl tan-natura, tal-istruttura ġenerali u tal-istipulazzjonijiet tat-totalità kuntrattwali kif ukoll tal-kuntest ġuridiku u fattwali tagħha, din il-klawżola tiffissa element essenzjali tal-imsemmija totalità, li fiha hija inkluża, li bħala tali, jikkaraterizzaha u

min-naħa l-oħra, li l-imsemmija klawżola hija fformulata b’mod ċar u li jinftiehem, jiġifieri li hija tkun tinftiehem fuq il-livell grammatikali, iżda wkoll li l-kuntratt juri b’mod trasparenti il-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu li tagħmel riferiment għalih il-klawżola kkonċernata kif ukoll ir-relazzjoni bejn dan il-mekkaniżmu u dak previst mill-klawżoli l-oħra, b’tali mod li dan il-konsumatur ikun f’qagħda li jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li jirriżultaw għalih.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Varhoven administrativen sad – il-Bulgarija) – GST – Sarviz AG Germania vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-111/14) (1)

((Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT - Likwidazzjoni żbaljata tal-VAT mid-destinatarju - Issuġġettar tal-fornitur ta’ servizzi għall-VAT - Rifjut li jingħata r-rimbors tal-VAT lill-fornitur ta’ servizzi))

(2015/C 205/13)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GST – Sarviz AG Germania

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Plovdiv pri Tsentralno upravlenie na Natisonalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud hija biss il-persuna taxxabbli li tipprovdi provvista ta’ servizzi meta din tkun ġiet ipprovduta minn stabbiliment fiss li jinsab fl-Istat Membru fejn din it-taxxa hija dovuta.

2)

L-Artikolu 194 tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/88, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru li jqis bħala persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud id-destinatarju ta’ provvista ta’ servizzi pprovduta minn stabbiliment fiss tal-fornitur, meta kemm dan tal-aħħar kif ukoll id-destinatarju ta’ dawn is-servizzi huma stabbiliti fit-territorju tal-istess Stat Membru, anki jekk dan id-destinatarju diġà ħallas din it-taxxa billi bbaża ruħu fuq il-preżunzjoni żbaljata li l-fornitur ma kellux stabbiliment fiss f’dan l-Istat.

3)

Il-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tippermetti lill-amministrazzjoni fiskali li tirrifjuta lill-fornitur ta’ servizzi r-rimbors ta’ din it-taxxa li huwa ħallas, filwaqt li d-destinatarju ta’ dawn is-servizzi, li wkoll ħallas l-imsemmija taxxa għall-istess servizzi, inċaħadlu d-dritt li jnaqqasha minħabba li huwa ma kellux id-dokument fiskali korrispondenti, peress li l-liġi nazzjonali ma tippermettix ir-regolarizzazzjoni tad-dokumenti fiskali meta jkun jeżisti avviż ta’ aġġustament definittiv.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal- 21 ta April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-114/14) (1)

([“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Taxxa fuq il-valur miżjud - Is-Sitt Direttiva 77/388/KEE - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 132(1)(a) u 135(1)(h) - Eżenzjonijiet - Servizzi postali pubbliċi - Bolli - Direttiva 97/67/KE”])

(2015/C 205/14)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u L. Lozano Palacios, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: U. Persson u A. Falk, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma jeżentax mit-taxxa fuq il-valur miżjud il-provvisti ta’ servizzi u l-kunsinni ta’ oġġetti aċċessorji għal dawn il-provvisti, ħlief għat-trasport ta’ persuni u għat-telekomunikazzjonijiet, imwettqa mis-servizzi postali pubbliċi, kif ukoll il-kunsinni, fuq il-bażi tal-valur nominali tagħhom, ta’ bolli validi għall-użu tas-servizzi postali fit-territorju nazzjonali, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt, rispettivament, l-Artikoli 132(1)(a) u 135(1)(h) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.

2)

Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ April 2015 – Christoph Klein vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-120/14 P) (1)

((Appell - Reponsabbiltà mhux kuntrattwali - Direttiva 93/42/KEE - Artikoli 8 u 18 - Mezzi mediċi - Nuqqas ta’ azzjoni tal-Kummissjoni wara n-notifika ta’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Terminu ta’ preskrizzjoni - Effett sospensiv ta’ talba għal għajnuna legali fuq it-terminu ta’ preskrizzjoni - Proċedura ta’ klawżola tas-sigurtà))

(2015/C 205/15)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Christoph Klein (rappreżentanti: H. Ahlt u M. Ahlt, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u G. von Rintelen, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Klein vs Il-Kummissjoni (T-309/10, EU:T:2014:19) hija annullata sa fejn, permezz ta’ din is-sentenza, l-imsemmija Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors sa fejn dan kien intiż għall-kundanna tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tikkumpensa għad-dannu allegatament sostnut minn Chirstoph Klein sa mill-15 ta’ Settembru 2006.

2)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 184, 16.06.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-23 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-149/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilmijiet kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Deżinjazzjoni tal-ilmijiet u taż-żoni vulnerabbli - Kontenut eċċessiv ta’ nitrati - Ewtrofikazzjoni - Obbligu ta’ reviżjoni kull erba’ snin - Insuffiċjenza - Twaqqif ta’ programmi ta’ azzjoni - Assenza))

(2015/C 205/16)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi naqset milli tipproċedi għad-deżinjazzjoni inkwantu żoni vulnerabbli taż-żoni kkaratterizzati mill-preżenza ta’ volumi ta’ ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art affettwati minn konċentrazzjonijiet ta’ nitrati ogħla minn 50 milligramma kull litru u/jew minn fenomenu ta’ ewtrofikazzjoni, u billi ma stabbilixxietx il-programmi ta’ azzjoni relatati ma’ dawn iż-żoni f’terminu ta’ sena wara din id-deżinjazzjoni, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3(4) u 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 16.06.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-23 ta’ April 2015 – LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-227/14 P) (1)

((“Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Artikoli 101 TFUE u 53 tal-Ftehim ŻEE - Suq dinji tal-iskrins tal-kristalli likwidi (LCD) - Iffissar tal-prezzijiet - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi (2006) - Punt 13 - Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ - Impriża komuni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ lill-kumpanniji parent - Komunikazzjoni dwar l-immunità mill-multi u t-tnaqqis tal-ammont tagħhom fil-każijiet ta’ akkordji (2002) - L-aħħar subparagrafu tal-punt 23(b) - Immunità parzjali minn multa - Provi ta’ fatti li preċedentement il-Kummissjoni ma kinitx taf bihom”))

(2015/C 205/17)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: LG Display Co. Ltd, LG Display Taiwan Co., Ltd (rappreżentant: A. Winckler u F.-C. Laprévote, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

LG Display Co. Ltd u LG Display Taiwan Co. Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Verein für Konsumenteninformation vs INKO, Inkasso GmbH

(Kawża C-127/15)

(2015/C 205/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: Verein für Konsumenteninformation

Appellata: INKO, Inkasso GmbH

Domandi preliminari

1.

Aġenzija ta’ rkupru li, fil-kuntest tal-irkupru professjonali ta’ djun f’isem il-klijenti tagħha, tipproponi lid-debituri tagħhom il-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ ħlas bin-nifs, billi tiffattura għall-attività tagħha spejjeż li fl-aħħar nett, id-debituri huma obbligati li jħallsuhom, taġixxi bħala “intermedjarju ta’ kreditu” fis-sens tal-Artikolu 3(f) tad-Direttiva 2008/48 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1)?

2.

F’każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Ftehim ta’ ħlas bin-nifs konkluż bejn debitur u l-kreditur tiegħu permezz tal-intermedju ta’ aġenzija ta’ rkupru, jikkosititwixxi “ħlas differit, mingħajr ħlas [ta’ spejjeż]” fis-sens tal-Artikolu 2(2)(j) tad-Direttiva 2008/48/KE meta, permezz ta’ dan il-ftehim, id-debitur jimpenja ruħu unikament li jħallas id-dejn mhux irrimborsat kif ukoll l-interessi u l-ispejjeż li għalihom huwa kien fi kwalunkwe każ obbligat li jħallas ukoll fl-assenza ta’ ftehim, abbażi tal-liġi?


(1)  ĠU L 133, p. 66.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/13


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2015 mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-13 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-725/14, Aalberts Industries vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-132/15 P)

(2015/C 205/19)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.V. Placco u E. Beysen [aġenti])

Partijiet oħra fil-proċedura: Aalberts Industries NV, il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) mogħtija fit-13 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-725/14, Aalberts Industries vs L-Unjoni Ewropea, peress li dan jiċħad it-talbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Qorti tal-Ġustizzja”) fil-konfront taż-żewġ talbiet tagħha magħmula taħt l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura u jilqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mressqa mill-Kummissjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Kummissjoni”);

tilqa’ ż-żewġ talbiet tagħha u konsegwentement, tiddeċiedi definittivament li r-rikors għad-danni ta’ Aalberts Industries NV huwa inammissibbli peress li huwa ppreżentat kontra l-Qorti tal-Ġustizzja (bħala rappreżentanti tal-Unjoni);

tikkundanna lil Aalberts Industries NV għall-ispejjeż tal-Qorti tal-Ġustizzja sostnuti fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ digriet tat-13 ta’ Frar 2015, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ċaħdet it-talba magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 114 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-725/14, Aalberts Industries vs L-Unjoni Ewropea. It-talba ta’ din l-istituzzjoni kienet intiża sabiex ir-rikors ta’ Aalberts Industries NV ikun ikkunsidrat inammissibbli, peress li kien dirett kontriha bħala rappreżentant tal-Unjoni Ewropea, rikors li ġie wkoll dirett kontra l-Kummissjoni fl-istess kapaċità. F’dan ir-rikors, hija riedet tikkontesta r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li hija tallega li sofriet insegwitu għall-ksur mill-Qorti Ġenerali ta’ terminu raġonevoli fil-Kawża T-385/06, Aalberts Industries et vs Il-Kummissjoni. Billi l-Qorti Ġenerali ċaħdet il-motivi tal-Qorti tal-Ġustizzja u assumiet il-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni, hija f’dan id-digriet kienet konvinta li hija l-Qorti tal-Ġustizzja u mhux il-Kummissjoni li għandha tiddefendi l-Unjoni Ewropea f’dan ir-rikors.

Il-Qorti tal-Ġustizzja qed tippreżenta appell quddiem i l-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn titlob l-annullament ta’ dan id-digriet minħabba li ċaħdet it-talbiet tal-Qorti tal-Ġustizzja. Insostenn tal-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja l-ewwel nett tinvoka aggravju bbażat fuq ksur tar-regoli ta’ rappreżentanza tal-Unjoni quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha u insegwitu tinvoka aggravju bbażat fuq il-ksur tal-obbligu li l-atti jiġu mmotivati.

Fl- ewwel aggravju bbażat fuq il-ksur tar-regoli ta’ rappreżentanza tal-Unjoni quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha , il-Qorti tal-Ġustizzja ssostni li, fl-assenza ta’ regola speċifika li tirregola r-rappreżentanza tal-Unjoni quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħha fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat taħt l-Artikolu 268 TFUE, intiż sabiex tiġi kkontestata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, ir-regoli dwar din ir-rappreżentanza għandhom jirriżultaw mill-prinċipji ġenerali applikabbli għall-eżerċizzju tal-funzjoni ġudizzjarja, u b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ aministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti.

Dan l-ewwel aggravju tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa maqsum f’żewġ partijiet, jiġifieri ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzjaksur tal-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti.

Fl-ewwel aggravju, il-Qorti tal-Ġustizzja tinnota li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li hija l-Qorti Ġenerali li tirrappreżenta lill-Unjoni fl-imsemmi rikors għad-danni huwa ovvjament bbażat fuq il-ġurisprudenza mibdija mis-sentenza tat-13 ta’ Novembru 1973, Werhahn Hansamühle et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (63/72 sa 69/72, EU:C:1973:121) (iktar ’il quddiem is-“sentenza Werhahn Hansamühle et”). Fis-soluzzjoni adottata minn din il-qorti, meta r-responsabbiltà tal-Komunità u issa, tal-Unjoni, hija magħmula bl-att ta’ waħda mill-istituzzjonijiet tagħha, hija rrappreżentata quddiem il-Qorti Ġenerali permezz tal-istituzzjoni jew tal-istituzzjonijiet li jkunu kkawżaw ir-responsabbiltà kkontestata. Il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li din is-soluzzjoni ma setgħetx tiġi applikata għall-kawża preżenti minħabba f’diversi fatturi, għaliex din kienet toħloq sitwazzjoni li tidher li tmur kontra l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja li, fil-kliem tas-sentenza Wehahn et, jiġġustifikaw din is-soluzzjoni. F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkontesta wkoll b’mod inċidentali l-portata tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 317 TFUE u l-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 966/2012 (1), li taħthom il-Qorti Ġenerali kellha tammetti li kumpens bħal dak li qed jintalab f’din il-kawża għandu jaqa’ taħt il-parti tal-baġit tal-Unjoni tal-Kummissjoni.

Fit-tieni parti tal-aggravju, il-Qorti tal-Ġustizzja ssostni, billi tinvoka s-sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Lulju 2008, Mihalkov vs Il-Bulgarija (Applikazzjoni Nru 67719/01) li l-Qorti Ġenerali ma rrispettatx il-prinċipji ta’ indipendenza u ta’ imparzjalità tal-qorti meta ddeċidiet li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fil-rikors għad-danni ta’ Aalberts Industries. F’din il-kawża, l-ewwel nett, l-allegata responsabbiltà ġiet ikkawżata minn kulleġġ ġudikanti fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet ġudizzjarji u, it-tieni nett, il-kulleġġ ġudikanti li kellu jisma’ l-kawża i) jaqa’ taħt l-istess awtorità ġudizzjarja (il-Qorti Ġenerali) bħal dik tal-kulleġġ ġudikanti li kkawża r-responsabbiltà kkontestata u ii) jagħmel parti integrali mill-konvenuta f’din il-kawża (il-Qorti tal-Ġustizzja) li l-imħallfin ta’ dan il-kulleġġ għandhom rabta professjonali magħhom, għaldaqstant dawn il-prinċipji ġew ippreġudikati, l-iktar meta l-kumpens mitlub għandu jitħallas mill-baġit stess tal-Qorti tal-Ġustizzja, hekk kif deċiż mill-Qorti Ġenerali.

It- tieni aggravju tagħha li jikkontesta lid-digriet bi ksur tal-obbligu li l-atti jiġu mmotivati , peress li ma jiċħadx speċifikament l-argument li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet żviluppat quddiem il-Qorti Ġenerali, huwa bbażat fuq sett ta’ sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, fosthom b’mod partikolari s-sentenzi tas-26 ta’ Novembru 2013, Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni (C-58/12 P, EU:C:2013:770), Gascogne Sack Deutschland vs Il-Kummissjoni (C-40/12 P, EU:C:2013:768) u Kendrion vs Il-Kummissjoni, C-50/12 P, EU:C:2013:771.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sächsisches Oberverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fid-19 ta’ Marzu 2015 – Lidl Dienstleistungs-GmbH & Co. KG vs Freistaat Sachsen

(Kawża C-134/15)

(2015/C 205/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Sächsisches Oberverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lidl Dienstleistungs-GmbH & Co. KG

Konvenut: Freistaat Sachsen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 (1) huwa kompatibbli mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, moqri flimkien mal-Artikoli 15(1) u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

L-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008 huwa kompatibbli mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(2) TFUE?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008, tas-16 ta’ Ġunju 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur (ĠU L 157, p. 46).


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2015 – Provincia di Bari vs Edilizia Mastrodonato srl

(Kawża C-147/15)

(2015/C 205/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Provincia di Bari

Konvenuta: Edilizia Mastrodonato srl

Domanda preliminari

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva Komunitarja 2006/21/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-attività ta’ mili tal-miżbla – fil-każ ta’ użu ta’ skart li ma huwiex ġej minn estrazzjoni – għandha dejjem tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart tad-Direttiva 1999/31/KE (2), anki fil-każ li ma hemmx operazzjonijiet ta’ rimi ta’ skart, iżda ta’ rkupru?


(1)  Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni u li temenda d-Direttiva 2004/35/KE (ĠU L 102, p. 15).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [miżbla] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228).


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Coimbra (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Sociedade Portuguesa de Autores CRL vs Ministério Público

(Kawża C-151/15)

(2015/C 205/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedade Portuguesa de Autores CRL

Konvenut: Ministério Público

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħlijiet previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi x-xandir ta’ xogħlijiet, fi stabbilimenti kummerċjali bħall-barijiet, il-cafés, ir-ristoranti jew postijiet oħra b’karatteristiċi simili, permezz ta’ riċevitur tat-televiżjoni u li x-xandir tagħhom huwa amplifikat permezz ta’ speakers u/jew amplifikaturi, fejn f’dan is-sens, jiġi kkonfigurat użu ġdid ta’ xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur?

2)

L-użu ta’ speakers u/jew amplifikaturi, jiġifieri, ta’ mezzi tekniċi distinti mir-riċevitur tat-televiżjoni għall-amplifikazzjoni tat-tixrid tal-ħoss jaffettwa r-risposta għad-domanda preċedenti?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação de Lisboa (il-Portugall) fit-30 ta’ Marzu 2015 – Cruz & Companhia Lda vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

(Kawża C-152/15)

(2015/C 205/23)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cruz & Companhia Lda

Konvenuti: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP), Caixa Central – Caixa Central de Crédito Agrícola Mútuo CRL

Domandi preliminari

1)

Garanzija bankarja, intiża għall-kisba ta’ ħlas bil-quddiem tal-ħlas lura fuq l-esportazzjoni, tista’ tiġi implementata bin-nuqqas ta’ osservanza ta’ “rekwiżiti oħra”, li jkunu ġew ivverifikati biss permezz ta’ miżuri ta’ kontroll, imwettqa wara li seħħew l-esportazzjoni u l-iżdoganament tal-merkanzija rispettiva?

2)

Jew, bil-kontra, din il-garanzija tista’ tiġi implementata bin-nuqqas ta’ “rekwiżiti oħra” li ġew ivverifikati biss wara tali żdoganament?


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-3 ta’ April 2015 – Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding vs G4S Secure Solutions NV

(Kawża C-157/15)

(2015/C 205/24)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Samira Achbita, Centrum voor gelijkheid van kansen en voor racismebestrijding

Konvenuta: G4S Secure Solutions NV

Domanda preliminari

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-projbizzjoni li, bħala musulmana, persuna tilbes velu fuq il-post tax-xogħol ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni diretta meta r-regola fis-seħħ tal-persuna li timpjega tipprojbixxi lill-ħaddiema kollha milli jilbsu fuq il-post tax-xogħol sinjali esterni li juru konvinzjonijiet politiċi, filosofiċi jew reliġjużi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ April 2015 – Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV vs Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit

(Kawża C-158/15)

(2015/C 205/25)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elektriciteits Produktiemaatschappij Zuid-Nederland EPZ NV

Konvenut: Bestuur van de Nederlandse Emissieautoriteit

Domandi preliminari

1)

Sitwazzjoni, bħal dik tal-każ ineżami, fejn karbonju jinżamm f’park tal-karbonju li minnu joħorġu emissjonijiet CO2 ikkawżati minn proċess ta’ tisħin, fejn iċ-ċentru tal-park tal-karbonju jkun jinsab f’distanza ta’ madwar 800 metru mil-limitu tal-installazzjoni tal-enerġija li taħdem bil-karbonju, fejn iż-żewġ terreni jkunu sseparati wieħed mill-ieħor permezz ta’ triq pubblika u fejn il-karbonju huwa ttrasportat mis-sit fejn jinżamm għall-installazzjoni permezz ta’ makkinarju fl-għamla ta’ conveyor belt li jaqsam it-triq, taqa’ taħt il-kunċett ta’ installazzjoni fis-sens tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE?

2)

It-termini “karburant esportat mill-installazzjoni”, li jidhru fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) tal-Kummissjoni Nru 601/2012 (2), tal-21 ta’ Ġunju 2012, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jipprevedu s-sitwazzjoni, bħal dik tal-każ ineżami, fejn kwantità ta’ karbonju tintilef b’kombustjoni matul il-perijodu taż-żamma tagħha fil-park tal-karbonju minħabba proċess ta’ tisħin?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631.

(2)  ĠU L 181, p. 30.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ April 2015 – GS Media BV vs Sanoma Media Netherlands BV et

(Kawża C-160/15)

(2015/C 205/26)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GS Media BV

Konvenuti: Sanoma Media Netherlands BV, Playboy Enterprises International Inc., Britt Geertruida Dekker

Domandi preliminari

1.a

Il-fatt li persuna li ma hijiex id-detentur tad-drittijiet tal-awtur tirreferi, billi tqiegħed hyperlink f’sit tal-internet li hija topera, għal sit tal-internet ieħor li huwa operat minn terz u li huwa aċċessibbli għall-utenti tal-internet kollha li fuqu x-xogħol ikun disponibbli għall-pubbliku mingħajr il-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur huwa “komunikazzjoni lill-pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 (1)?

1.b

Il-kwistjoni dwar jekk ix-xogħol ma kienx preċedentement b’xi mod ieħor ikkomunikat lill-pubbliku bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur hija rilevanti għar-risposta għad-domanda preċedenti?

1.ċ

Il-kwistjoni dwar jekk il-persuna li tqiegħed hyperlink taf jew għandha tkun taf li d-detentur tad-drittijiet tal-awtur ma tax il-kunsens għat-tqegħid tax-xogħol fis-sit tal-internet tat-terz indikat fid-domanda 1.a. u, skont il-każ, li barra minn hekk ix-xogħol ma kienx preċedentement b’xi mod ieħor ikkomunikat lill-pubbliku bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur hija rilevanti?

2.a

F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 1.a: f’dan il-każ, hemm, jew jista’ jingħad li hemm, komunikazzjoni lill-pubbliku meta s-sit tal-internet li għalih jirreferi l-hyperlink u, għaldaqstant, ix-xogħol tassew jista’ jinstab mill-pubbliku ġenerali tal-internet, iżda mhux b’mod sempliċi, b’mod li l-fatt li jitqiegħed il-hyperlink jiffaċilita bil-kbir is-sejba tax-xogħol?

2.b

Il-kwistjoni dwar jekk il-persuna li tqiegħed il-hyperlink taf jew għandha tkun taf li l-pubbliku ġenerali tal-internet ma jistax faċilment isib is-sit tal-internet li għalih il-hyperlink jirreferi hija rilevanti għar-risposta li għandha tingħata għad-domanda 2.a.?

3

Għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi oħra sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar jekk hemmx komunikazzjoni lill-pubbliku meta permezz ta’ hyperlink jingħata aċċess għal xogħol li ma kienx preċedentement ikkomunikat lill-pubbliku bil-kunsens tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur?


(1)  Direttiva 2001/29 tal-Parlament u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/19


Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-473/12, Aer Lingus Ltd. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-164/15 P)

(2015/C 205/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan, T. Maxian Rusche, B. Stromsky, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Aer Lingus Ltd., L-Irlanda

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 fis-sentenza T-473/12, Aer Lingus vs Il-Kummissjoni, sa fejn hija annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda (1), inkwantu l-imsemmija deċiżjoni tordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarji għal ammont li huwa stabbilit għal EUR 8 għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-istess deċiżjoni; u

tiċħad ir-rikors intiż li jikseb l-annullament tad-Deċijoni tal-Kummissjoni Nru 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;

sussidjarjament,

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka motiv uniku.

L-appellanti ssostni li, billi ddefinixxiet kriterju ekonomiku ġdid li għandu jiġi applikat sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f’miżura fiskali li tipprevedi rata mnaqqsa meta mqabbla mar-rata normali, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2).


(1)  ĠU L 119, p. 30.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/20


Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-5 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-500/12, Ryanair vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-165/15 P)

(2015/C 205/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan, T. Maxian Rusche, B. Stromsky, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ryanair Ltd., L-Irlanda, Aer Lingus Ltd.

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 fis-sentenza T-500/12, Ryanair Ltd vs Il-Kummissjoni, sa fejn hija annullat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda (1), inkwantu l-imsemmija deċiżjoni tordna l-irkupru tal-għajnuna mingħand il-benefiċjarji għal ammont li huwa stabbilit għal EUR 8 għal kull passiġġier fil-premessa 70 tal-istess deċiżjoni; u

tiċħad ir-rikors intiż li jikseb l-annullament tad-Deċijoni tal-Kummissjoni Nru 2013/199/UE, tal-25 ta’ Lulju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat, il-każ SA.29064 (11/C, ex 11/NN) – Rati tat-taxxa differenzjati għall-ivvjaġġar bl-ajru implimentati mill-Irlanda;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż;

sussidjarjament,

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka motiv uniku.

L-appellanti ssostni li, billi ddefinixxiet kriterju ekonomiku ġdid li għandu jiġi applikat sabiex jiġu ddeterminati l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand il-benefiċjarji ta’ għajnuna mill-Istat li tikkonsisti f’miżura fiskali li tipprevedi rata mnaqqsa meta mqabbla mar-rata normali, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 108(3) TFUE u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (2).


(1)  ĠU L 119, p. 30.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija (il-Lativja) fit-13 ta’ April 2015 – proċeduri kriminali kontra Ranks u Jurijs Vasiļevičs

(Kawża C-166/15)

(2015/C 205/29)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Rīgas apgabaltiesas Krimināllietu tiesu kolēģija

Partijiet fil-kawża prinċipali

Proċeduri kirminali kontra: Aleksandrs Ranks, Jurijs Vasiļevičs

artijiet oħra: Finanšu un ekonomisko noziegumu izmeklēšanas prokoratūra, Microsoft Corporation

Domandi preliminari

1)

Persuna li akkwistat programm tal-kompjuter b’liċenzja “użat” fuq diska li ma hijiex oriġinali, li topera u li l-ebda utent ieħor ma juża, tista’, skont l-Artikoli 5(1) u 4(2) tad-Direttiva 2009/24 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tinvoka l-eżawriment tad-dritt li titqassam kopja ta’ dan il-programm tal-kompjuter li l-ewwel xerrej ikun akkwista mingħand id-detentur tad-drittijiet flimkien mad-diska oriġinali, iżda d-diska ddeterorjat, jekk l-ewwel xerrej ħassar il-kopja tagħha jew ma għadux jużaha?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, persuna li tista’ tinvoka l-eżawriment tad-dritt li titqassam kopja tal-programm tal-kompjuter għandha d-dritt li terġa’ tbigħ dan il-programm tal-kompjuter fuq diska li ma hijiex l-oriġinali lil terz, fis-sens tal-Artikoli 4(2) u 5(2) tad-Direttiva 2009/24?


(1)  Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2009, dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 05.05.2009, p. 16).


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nacka tingsrätt, Mark- och miljödomstolen (l-Isvezja) fil-21 ta’ April 2015 – Borealis Ab et vs Naturvårdsverket

(Kawża C-180/15)

(2015/C 205/30)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Nacka tingsrätt, Mark- och miljödomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Borealis AB, Kubikenborg Aluminium AB, Yara AB, SSAB EMEA AB, Lulekraft AB, Värmevärden i Nynäshamn AB, Cementa AB, Höganäs Sweden AB

Konvenuta: Naturvårdsverket

Domandi preliminari

1)

Fil-kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali għas-settur industrijali, huwa kompatibbli mal-Artikolu 10a(1) u (4) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti (1) li wieħed jattribwixxi l-emissjonijiet kollha minn inċinerazzjoni ta’ gass residwu għall-produzzjoni tal-elettriku lil-lott għall-irkant u mhux lill-Industritaket [(il-limitu massimu għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti; “limitu massimu tal-industrija”)], minkejja l-fatt li emissjonijiet minn gass residwu huma eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti taħt l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti?

2)

Fil-kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali għas-settur industrijali, huwa kompatibbli mal-Artikolu 10a(1) u (4) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti li wieħed jattribwixxi l-emissjonijiet kollha prodotti fil-produzzjoni tas-sħana f’installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni għal kunsinna lil installazzjonijiet [koperti mill-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (“Installazzjonijiet ETS”)] lil-lott għall-irkant u mhux lil-limitu massimu tal-industrija, minkejja l-fatt li l-emissjonijiet mill-produzzjoni tas-sħana huma eliġibbli għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti taħt l-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti?

3)

Jekk ir-risposti għall-ewwel u t-tieni domanda jkunu fin-negattiv, il-kalkolu, f’dak il-każ, tas-sehem tal-industriji (34,78 %) tal-emissjonijiet kollha fil-perijodu ta’ riferenza, huwa korrett?

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/EU (2) hija invalida u inkompatibbli mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti, peress li l-kalkolu tal-Kummissjoni tal-limitu massimu tal-industrija jfisser li fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali għandu jiġi applikat dejjem minflok ma jkun applikat “jekk meħtieġ”?

5)

Il-parametru referenzjarju ta’ prodott għal metall jaħraq ġie stabbilit skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti fuq il-bażi tal-fatt li, fid-definizzjoni tal-prinċipji għall-istabbiliment tal-punti ta’ riferiment ex ante, il-punt ta’ tluq għandu jkun ir-rendiment medju tal-installazzjonijiet li jikkostitwixxu l-10 % tal-installazzjonijiet l-iktar effikaċi fis-settur rilevanti?

6)

Fir-rigward tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti għall-esportazzjoni ta’ tisħin lil unitajiet domestiċi privati, huwa kompatibbli mal-Artikolu 10a(4) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti li ma tingħatax allokazzjoni tal-kwoti mingħajr ħlas fir-rigward ta’ tisħin li huwa esportat lil unitajiet domestiċi privati?

7)

B’konnessjoni ma’ applikazzjonijiet għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti, huwa kompatibbli mal-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (3), bħalma għamlet in-Naturvårdsverket (aġenzija Svediża għall-ħarsien tan-natura), li ma jiġux indikati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kollha li jirriżultaw mill-produzzjoni ta’ tisħin li huwa esportat lil unitajiet domestiċi privati?

8)

Fl-allokazzjoni tal-kwoti mingħajr ħlas għall-esportazzjoni tat-tisħin lil unitajiet domestiċi privati, huwa kompatibbli mal-Artikolu 10a(1) u (4) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti u mal-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE li ma tingħatax allokazzjoni ta’ kwoti żejda mingħajr ħlas fir-rigward ta’ emissjonijiet ta’ karburanti fossili li jeċċedu l-kwota mogħtija għat-tisħin esportat lil unitajiet domestiċi privati?

9)

B’konnessjoni mal-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tal-kwoti mingħajr ħlas, huwa kompatibbli mal-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, bħalma għamlet in-Naturvårdsverket, li jiġu aġġustati l-figuri f’applikazzjoni sabiex l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra attribwibbli għall-inċinerazzjoni ta’ gass residwu jiġu ekwiparati ma’ dawk attribwibbli għall-inċinerazzjoni ta’ gass naturali?

10)

L-Artikolu 10(8) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE jfisser li operatur ma jistax jikseb l-allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas fir-rigward ta’ konsum tas-sħana f’subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ sħana prodotta f’subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil differenti?

11)

Jekk ir-risposta għall-għaxar domanda hija fl-affermattiv, l-Artikolu 10(8) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE imur kontra l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti?

12)

Fl-allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas fir-rigward ta’ konsum tas-sħana, huwa kompatibbli mad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti u mad-Dokumenti ta’ Gwida Nri 2 u 6 li wieħed iqis, fil-valutazzjoni, is-sors tas-sħana li jipproduċi s-sħana kkunsmata?

13)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE hija invalida u inkompatibbli mal-Artikolu 290 TFUE u mal-Artikolu 10a(1) u (5) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti minħabba li tbiddel il-metodu ta’ kalkolu stabbilit fil-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti billi teskludi mill-bażi tal-kalkolu emissjonijiet li huma kkawżati mill-inċinerazzjoni ta’ gass residwu u l-produzzjoni ta’ elettriku u sħana fl-istess ħin, minkejja l-fatt li l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti hija permessa f’dak ir-rigward skont l-Artikolu 10a(1) u (4) tad-Direttiva dwar l-iskambju ta’ kwoti u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE?

14)

Sħana li tista’ titkejjel fil-forma ta’ fwar minn Installazzjoni ETS, li tintbagħat lil netwerk ta’ fwar b’ ħafna konsumaturi tal-fwar, li mill-anqas wieħed minnhom ma huwiex Installazzjoni ETS, għandha titqies li tikkostitwixxi subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ sħana taħt l-Artikolu 3(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/EU?

15)

Huwa rilevanti għar-risposta għall-erbatax-il-domanda:

a)

il-fatt li n-netwerk ta’ fwar ikun il-proprjetà tal-ikbar konsumatur tal-fwar fin-netwerk u dak il-konsumatur ikun Installazzjoni ETS,

b)

liema sehem tal-kunsinna totali tas-sħana għan-netwerk tal-fwar jintuża mill-ikbar konsumatur,

c)

kemm hemm fornituri u konsumaturi tal-fwar fin-netwerk tal-fwar,

d)

jekk hemmx inċertezza fir-rigward ta’ min ipproduċa s-sħana li titkejjel li jakkwistaw il-konsumaturi rispettivi tal-fwar, u

e)

jekk l-allokazzjoni tal-użu tal-fwar fi ħdan in-netwerk tistax tinbidel b’mod li numru ta’ konsumaturi tal-fwar li ma humiex Installazzjonijiet ETS isiru parti minnha jew jiżdied l-użu tal-Installazzjonijiet li ma humiex ETS eżistenti?

16)

Jekk ir-risposta għall-erbatax-il-domanda tiddependi fuq il-fatti tal-każ speċifiku, għal-liema fatti għandha tingħata importanza partikolari?


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 5666) (ĠU L 240, p. 27).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tar-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument numru C(2011) 2772) (ĠU 2011 L 130, p. 1).


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fit-22 ta’ April 2015 – Aleksei Petruhhin

(Kawża C-182/15)

(2015/C 205/31)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aleksei Petruhhin

Konvenuta: Latvijas Republikas Ģenerālprokuratūra

Domandi preliminari

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ estradizzjoni ta’ ċittadin ta’ kwalunkwe Stat Membru tal-Unjoni Ewropea lejn Stat li ma huwiex membru tal-Unjoni Ewropea, skont ftehim dwar l-estradizzjoni konkluż bejn Stat Membru u pajjiż terz, għandu jiġi ggarantit l-istess livell ta’ protezzjoni bħal dak li huwa ggarantit lil ċittadin tal-Istat Membru inkwistjoni?

2)

F’tali ċirkustanzi, il-qorti tal-Istat Membru li kien mitlub l-estradizzjoni għandha tapplika l-kundizzjonijiet ta’ estradizzjoni tal-Istat tal-Unjoni Ewropea tan-nazzjonalità jew ta’ dak li fih tinżamm ir-residenza abitwali?

3)

Fil-każijiet fejn l-estradizzjoni għandha ssir mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell speċifiku ta’ protezzjoni stabbilit għaċ-ċittadini tal-Istat li jkun ġie mitlub l-estradizzjoni, l-Istat Membru li ġie mitlub l-estradizzjoni għandu jivverifika li jiġu osservati l-garanziji stabbiliti fl-Artikolu 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri li l-ebda persuna ma tista’ tiġi estradita lejn Stat fejn hemm riskju serju li tkun suġġetta għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal pieni jew trattamenti oħra inumani jew degradanti? Din il-verifika tista’ tiġi limitata għall-konstatazzjoni li l-Istat li jitlob l-estradizzjoni jkun parti kontraenti fil-Konvenzjoni dwar il-projbizzjoni tat-tortura, jew għandha tiġi eżaminata s-sitwazzjoni konkreta, billi tittieħed inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tal-imsemmi Stat magħmula mill-Kunsill tal-Ewropa?


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/24


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Tarif Akhras mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-579/11, Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-193/15 P)

(2015/C 205/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Tarif Akhras (rappreżentanti: S. Millar, S. Ashley, Solicitors, D. Wyatt QC, R. Blakeley, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-12 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-579/11 Tarif Akhras vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea;

tannulla l-miżuri kkontestati meħuda fil-Kawża T-579/11 fit-23 ta’ Marzu 2012 u iktar tard, sa fejn dawn japplikaw lill-appellant;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ dan l-appell u ta’ dawk tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ motivi.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kunsill seta’ japplika l-preżunzjoni li tgħid li l-appellant kien ibbenefika mill-iskema u/jew kien appoġġja l-iskema, u naqqset milli tapplika l-kriterju xieraq, intiż li jistabbilixxi jekk il-fatti stabbiliti kinux jikkostitwixxu sett ta’ indizji suffiċjentement speċifiċi, preċiżi u koerenti li jippermettu li jistabbilixxu li l-appellant ibbenefika mill-iskema u/jew kien appoġġja l-iskema.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u żnaturat il-provi rilevanti rigward jekk l-appellant ibbenefikax mill-iskema u/jew kienx appoġġja l-iskema, provi li, fl-assenza ta’ tali żnaturament, setgħu juru li l-appellant ma kienx ibbenefika mill-iskema u ma kienx appoġġja l-iskema.

Li kieku l-Qorti Ġenerali ma kinitx applikat din il-preżunzjoni u/jew kienet applikat il-kriterju xieraq u/jew ma kinitx żnaturat il-provi msemmija iktar 'il fuq, hija kienet tannulla l-miżuri kkontestati meħuda fil-Kawża T-579/11 fit-23 ta’ Marzu 2012 u iktar tard.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/25


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-200/15)

(2015/C 205/33)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Wasmeier u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet

tiddikjara li billi applikat, bil-għan li tiddetermina l-valur taxxabbli tal-vetturi użati minn Stat Membru ieħor, introdotti fit-territorju Portugiż, sistema relatata mal-kalkolu ta’ deprezzament tal-vetturi li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-valur reali tal-vettura u, b’mod partikolari, li ma tiħux inkunsiderazzjoni d-deprezzament fil-każ ta’ vetturi li għandhom iktar minn ħames snin, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-regoli tal-Artikolu 11 tal-Kodiċi Portugiż dwar it-taxxa fuq il-vetturi huma diskriminatorji fir-rigward tal-vetturi awtomobilistiċi li jidħlu fil-Portugall, jiġifieri, vetturi użati b’reġistrazzjoni definittiva maħruġa minn Stat Membru ieħor li huma introdotti fis-suq Portugiż. Fil-fatt, bil-kontra ta’ dak li jiġri bil-vetturi użati oriġinarjament introdotti fil-Portugall, il-vetturi introdotti minn Stati Membri oħra jiġu suġġetti għal rati ta’ taxxa li ma jirriflettux, b’mod adegwat, id-deprezzament tal-vettura. B’mod partikolari, hemm tnaqqis fir-rata ta’ taxxa biss wara sena ta’ użu. Barra minn hekk, minn ħames snin ta’ użu, il-perċentwali ta’ tnaqqis ma tistax teċċedi t-52 %.


Il-Qorti Ġenerali

22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Spa Monopole vs UASI – Orly International (SPARITUAL)

(Kawża T-131/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali SPARITUAL - Trade marks Benelux verbali u figurattivi preċedenti SPA u LES THERMES DE SPA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 205/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju), (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Orly International, Inc. (Van Nuys, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Kremer u J. Rotsch, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2396/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV u Orly International, Inc.

Dispożittiv

1.

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u disinni) (UASI) tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2396/2010-1) hija annullata.

2.

L-UASI u Orly International, Inc. huma kkundannati jsostnu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll l-ispjjeż ta’ Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV.


(1)  ĠU C 165, 09.06.2012.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (skype)

(Kawża T-423/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva skype - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru207/2009”])

(2015/C 205/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype Ultd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment I. Fowler, solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC, sussegwentement A. Carboni u M. Browne, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, Ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: D. Rose u V. Baxter, solicitors, sussegwentement D. Rose, R. Guthrie, solicitors, T. Moody-Stuart, barrister, u J. Curry, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Lulju 2012, (Każ R 1561/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skype Ultd, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Skype Ultd għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), minn Sky plc u minn Sky IP International Ltd.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE)

(Kawża T-183/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYPE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 205/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype Ultd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment I. Fowler, solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC, sussegwentement A. Carboni u M. Browne, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc, li qabel kienet British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: R. Guthrie, D. Rose, V. Baxter, solicitors, u T. Moody-Stuart, barrister, sussegwentement R. Guthrie, D. Rose, T. Moody-Stuart u J. Curry, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2013 (Każ R 2398/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Skype Ultd, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Skype Ultd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill–Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), minn Sky plc u minn Sky IP International Ltd.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Skype vs UASI – Sky u Sky IP International (SKYPE)

(Kawża T-184/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SKYPE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 205/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skype Ultd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment I. Fowler, solicitor, J. Schmitt, avukat, u J. Mellor, QC, sussegwentement minn A. Carboni u M. Browne, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky plc, li kienet British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: R. Guthrie, D. Rose, V. Baxter, solicitors, u T. Moody-Stuart, barrister, sussegwnetement minn R. Guthrie, D. Rose, T. Moody-Stuart u J. Curry, solicitor

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 Jannar 2013 (Każ R 121/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa waħda, u Skype Ultd, min-naħa l-oħra

Dispożittiv

1)

Le recours est rejeté.

2)

Skype Ultd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), minn Sky plc u minn Sky IP International Ltd.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Petropars Iran et vs Il-Kunsill

(Kawża T-433/13) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Dritt li tiġi eżerċitata attività ekonomika - Dritt għall-proprjetà - Protezzjoni tas-saħħa pubblika, tas-sigurtà u tal-ambjent - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża”))

(2015/C 205/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petropars Iran Co. (Kish Island, l-Iran) Petropars Oilfields Services Co. (Kish Island); Petropars Aria Kish Operation and Management Co. (Tehran, l-Iran); Petropars Resources Engineering Kish Co. (Tehran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, solicitors, R. Blakeley, G. Beck, barristers, u M. Brindle, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 10), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 156, p. 3), u, min-naħa l-oħra, talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 20(1)(ċ) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif ukoll tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)

Dispożittiv

1)

Is-segwenti atti huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Petropars Aria Kish Operation and Management Co. u lil Petropars Resources Engineering Kish Co.:

id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/270/PESK, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran;

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 522/2013, tas-6 ta’ Ġunju 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/270 u tar-Regolament Nru 522/2013 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ Petropars Aria Kish Operation and Management Co. u ta’ Petropars Resources Engineering Kish Co. sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk jiġi ppreżentat appell f’dan it-terminu, sakemm dan l-appell jiġi miċħud.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2015 – Cosmowell vs UASI – Haw Par (GELENKGOLD)

(Kawża T-599/13) (1)

((Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trademark Komunitarja figurattiva GELENKGOLD - Trademark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Tibdil tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Xebh bejn is-sinjali fil-livell fonetiku - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

(2015/C 205/39)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Cosmowell GmbH (Sankt Johann in Tirol, l-Awstrija) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti(jiet) oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haw Par Corp. Ltd (Singapur, Singapor) (rappreżentanti: C. Schultze, J. Ossing, R.D. Härer, C. Weber, H. Ranzinger, C. Brockmann u C. Gehweiler, avukati)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2013/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Haw Par Corp. Ltd u Cosmowell GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 2013/2012-4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Cosmowell GmbH, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.

4)

Haw Par Corp. Ltd għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Cosmowell GmbH, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 39, 8.2.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-715/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Castello - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Castelló - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt ta’ smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 205/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-1 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2338/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Horno del Espinar, SL u Lidl Stiftung & Co. KG, hija annullata.

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 15.03.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – Chatzianagnostou vs Il-Kunsill et

(Kawża T-383/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Espert nazzjonali ssekondat mal-missjoni Eulex Kosovo - Deċiżjonijiet ta’ kap ta’ missjoni dwar sanzjonijiet dixxiplinari”))

(2015/C 205/41)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Antonios Chatzianagnostou (Serres, il-Ġreċja) (rappreżentant: C. Makris, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou, A. Vitro u M. Bauer, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, A.-C. Simon u M. Konstantinidis, aġenti); u Eulex Kosovo (Pristina, il-Kosovo) (rappreżentanti: B. Borchardt, aġent, assistit minn D. Fouquet, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-10 ta’ Mejju 2013 fil-każijiet dixxiplinari Nri 02/2013 u 06/2013, iffirmati mill-kap tal-missjoni Eulex Kosovo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inamissibbli.

2)

Antonios Chatzianagnostou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, mill-Kummissjoni Ewropea u minn Eulex Kosovo.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – SolarWorld u Solsonica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/13) (1)

([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati miċ-Ċina - Dazju anti-dumping provviżorju”])

(2015/C 205/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SolarWorld AG (Bonn, il-Ġermanja); u Solsonica SpA (Cittaducale, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, p. 5) sa fejn ir-rata tal-imsemmija dazji provviżorji hija stabbilita, għall-perijodu mis-6 ta’ Ġunju sal-5 ta’ Awwissu 2013, għal-livell li jelimina la d-dumping u lanqas id-dannu, fit-tieni lok, talba għall-ordni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li japplikaw ir-rati sħaħ tad-dazji antidumping mis-6 ta’ Ġunju 2013 u, fit-tielet lok, talba għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni għad-dannu li r-rikorrenti subew minħabba l-applikazzjoni, matul il-perijodu mis-6 ta’ Ġunju sal-5 ta’ Awwissu 2013 tad-dazji anti-dumping provviżorji għar-rata stabbilita mir-Regolament Nru 513/2013.

Dispożittiv

1)

It-tieni kap tat-talbiet ta’ SolarWorld AG u Solsonica SpA, intiż sabiex ikun mehmuż lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li japplikaw ir-rati tad-dazju antidumping indikati fl-Artikolu 1(2)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin, u l-komponenti ewlenin (ċelloli u wejfers) li joriġinaw jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni, u dan mis-6 ta’ Ġunju 2013, huwa manifestament inammissibbli.

2)

Ma tistax iżjed tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors għal annullament tar-Regolament Nru 513/2013 u fuq ir-rikors għad-danni.

3)

SolarWorld u Solsonica għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll terz mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Din tal-aħħar għandha tbati l-bqija mill-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2015 – Dyckerhoff Polska vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-284/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Assenza ta’ forza maġġuri jew ta’ każ fortuwitu - Inammissibbiltà manifesta - Eċċezzjoni ta’ illegalità”))

(2015/C 205/43)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Dyckerhoff Polska sp. z o.o. (Nowiny, il-Polonja) (rappreżentant: K. Kowalczyk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar il-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Parlament Ewropew.

3)

Dyckerhoff Polska sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2015 – Vierling vs UASI – IP Leanware (BRAINCUBE)

(Kawża T-581/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 205/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yvonne Vierling (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: IP Leanware (Issoire, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ April 2014 (Każ R 1486/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yvonne Vierling u IP Leanware.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Yvonne Vierling hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-UASI.


(1)  ĠU C 351, 06.10.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2015 – CRM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-43/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Reġistrazzjoni ta’ indikazzjoni ġeografika protetta - ‘piadina romagnola/piada romagnola’ - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 205/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CRM Srl (Modena, l-Italja) (rappreżentanti: G. Forte, C. Marinuzzi u A. Franchi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u J. Guillem Carrau, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1174/2014, tal-24 ta’ Ottubru 2014, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Piadina Romagnola/Piada Romagnola (IĠP)] (ĠU L 316, p. 3).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2015 – Hydrex vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-45/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Ftehim ta’ sussidju dwar proġett li jirrigwarda strument finanzjarju għall-ambjent - Ordni ta’ rkupru - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 205/46)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Hydrex NV (Anvers, il-Belġju) (rappreżentant: P. Van Eysendeyk, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u G. Wils, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015) 103 finali, tat-12 ta’ Jannar 2015, dwar l-ordni ta’ rkupru Nru 3241405101 kontra r-rikorrenti u li tirrigwarda l-ammont ta’ EUR 5 40  721,10.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/35


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – EFB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/15)

(2015/C 205/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Federation of Biotechnology (EFB) (Liège, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Troncoso Ferrer u S. Moya Izquierdo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tordna lill-Kummissjoni tħallas EUR 36  457,79 lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tiddikjara li l-Kummissjoni kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha li hija kellha taħt il-kuntratt tal-24 ta’ Jannar 2007 dwar il-proġett għall-European Federation of Biotechnology Latin American Action on Functional Foods, bir-referenza CT-2006-043158, u titlob il-ħlas tas-somma finali ta’ EUR 36  457,79 euros.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni ta’ diversi spejjeż eliġibbli, li jikkostitwixxu żball fl-evalwazzjoni tal-provi li jmur kontra l-Artikolu 1315 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan;

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli II.20 u II.6 tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt;

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Belġjan u tal-prinċipju tal-eżekuzzjoni in bona fide tal-kuntratt;

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tirrimborsax ċertu spejjeż;

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi legittimi;

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ ċarezza tar-regoli applikabbli għas-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/35


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2015 – SLE Schuh vs UASI – Vigoss Tekstil Konfeksiyon Sanayi ve Ticaret (VIOS)

(Kawża T-191/15)

(2015/C 205/48)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SLE Schuh GmbH (Graz, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Stolitzka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vigoss Tekstil Konfeksiyon Sanayi ve Ticaret Ltd Sirketi (Istanbul, it-Turkija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikanti: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark verbali Komunitarja “VIOS” –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 283 546

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 623/2014-5

Talbiet

tilqa’ r-rikors u temenda d-deċiżjoni kkontestata, billi tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark “VIOS” għall-klassijiet kollha, kif ukoll għal:

Klassi 18: prodotti magħmula minn [ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda], sa fejn dawn ma humiex inklużi fi klassijiet oħra; bagolli u basktijiet tal-ivvjaġġar; parasoli.

Klassi 25: ħwejjeġ, xedd ir-ras.

sussidjarjament

tilqa’ r-rikors u tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/36


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Aguirre y Compañía vs UASI – Puma (Rappreżentazzjoni ta’ żarbun tal-isport)

(Kawża T-205/15)

(2015/C 205/49)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aguirre y Compañía, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Pomares Caballero u A. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali li tirrappreżenta żarbun tal-isport – Trade mark Komunitarja Nru 1050520-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 696/2013-3

Talbiet

temenda d-deċiżjoni kkontestata fis-sens li tiddikjara li r-raguni ta’ invalidità invokata mill-Bord tal-Appell, prevista fl-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002, ma teżistix f’dan il-każ;

jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

u, f’kull każ, tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali peress li d-deċiżjoni kkontestata tinkludi dikjarazzjonijiet li ma humiex koerenti u li jipprekludu motivazzjoni suffiċjenti tal-imsemmija deċiżjoni.

Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament Nru 6/2002.

Ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 6/2002.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/37


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-209/15)

(2015/C 205/50)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Kosakowo (Kosakowo, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Leśny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 2(1) u (2) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna l-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N);

tannulla l-Artikolu 3(1), (2), (3) u (4) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna l-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N);

tannulla l-Artikolu 4(1) u (2) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, li tikkonċerna l-miżura SA.35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentanza fil-kawża tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq

konstatazzjoni żbaljata tal-fatti li huma l-bażi tad-deċiżjoni kkontestata

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq

ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni kkonstatat b’mod infondat li l-Gmina Kosakowo (komun ta’ Kosakowo) ta għajnuna pubblika bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, minkejja li l-akkwist ta’ ishma tal-kumpannija Port Lotniczy Gdynia – Kosakowo sp. z o.o. (ajruport Gdynia-Kosakowo, kumpannija b’responsabbiltà limitata) kien jikkostitwixxi l-ħlas ta’ tranżazzjoni mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ kiri ta’ plott ta’ art; minħabba l-applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni Ewropea tal-kriterju ta’ investitur privat kif ukoll minħabba l-konstatazzjoni infondata li l-għoti ta’ għajnuna pubblika lil Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. ħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni jew hedded li joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni, u ppreġudika l-kummerċ bejn iż-żewġ Stati Membri.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq

ksur tal-Artikolu 107(3)(a) u (ċ) TFUE, peress li l-Kummissjoni kkonstatat li t-twettiq tal-investimenti ma huwiex iġġustifikat minn kunsiderazzjonijiet marbuta mal-iżvilupp reġjonali u ma huwiex proporzjonali mal-iżvantaġġi li dan huwa intiż li jtaffi, kif ukoll minħabba l-konstatazzjoni li l-għajnuna pubblika favur il-Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. hija inkompatibbli mal-kundizzjonijiet tal-funzjonament tas-suq intern.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq

ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) TFUE, peress li l-Kummissjoni Ewropea wettqet użu ħażin ta’ poter u dan minħabba nuqqas ta’ identifikazzjoni u klassifikazzjoni żbaljata tal-attività tar-rikorrenti, minħabba l-klassifikazzjoni żbaljata tal-miżura ta’ għajnuna, l-assenza ta’ analiżi, legalment meħtieġa, ta’ dak li jissejjaħ “il-kriterju tal-investitur privat” fl-evalwazzjoni tal-proġett ta’ kostruzzjoni tal-ajruport Gdynia – Kosakowo, kif ukoll minħabba l-analiżi żbaljata u inkompleta tas-suq lokali u reġjonali tal-ajruporti Pollakki.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq

ksur tad-dispożizzjonijiet proċedurali: ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE moqri mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) peress li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi fit-twettiq tal-eżami tal-miżuri tal-“kriterju tal-investitur privat”; ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE minħabba motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata; ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba; ksur tal-prinċijpu ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi; kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/38


Appell ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 minn Claudio Necci mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-5/15, Necci vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-211/15 P)

(2015/C 205/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Claudio Necci (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża F-5/15 (Necci vs Il-Kummissjoni);

tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) ċaħad ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrent minħabba motiv ta’ inammissibbiltà li bi żball kien ikkwalifika bħala “manifest”.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP sa fejn dan ikkunsidra li t-terminu sabiex jitressaq ilment fis-sens tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal beda jiddekorri mill-mument meta kienet irċevuta l-proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz u mhux mill-mument tal-aċċettazzjoni tagħha mill-membru tal-persunal.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/39


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – toom Baumarkt (Super-Samstag)

(Kawża T-213/15)

(2015/C 205/52)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u A. Berger)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: toom Baumarkt GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Super-Samstag” – Trade mark Komunitarja Nru 10 304 178

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 657/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ appell.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, ikkunsidrat flimkien mar-Regola 37(b)(i) u (iv) tar-Regolament Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/40


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2015 – Novartis/UASI – Meda (Zymara)

(Kawża T-214/15)

(2015/C 205/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meda AB (Solna, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Zymara” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 982 745

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 550/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell interpreta ħażin il-prodotti li huma “preparazzjonijiet farmaċewtiċi, b’mod partikolari preparazzjonijiet għall-kura tal-kanċer”;

Il-Bord tal-Appell żbalja meta bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq regoli ortografiċi li ma jeżistux;

Il-Bord tal-Appell injora argumenti mressqa fir-rigward tal-paragun tas-sinjali u, għalhekk, żbalja meta ddeċieda li s-sinjali għandhom biss livell baxx ta’ xebh fonetiku;

Il-Bord tal-Appell ta wisq importanza lill-bidu tal-kliem fil-kuntest tal-paragun viżiv.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2015 – Fiesta Hotels & Resorts vs UASI – Residencial Palladium (PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA)

(Kawża T-217/15)

(2015/C 205/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali figurattiva li tinkludi l-element verbali “PALLADIUM PALACE IBIZA RESORT & SPA” – Trade mark Komunitarja Nru 10 524 213

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 2391/2013-2

Talbiet

tannulla u tiddikjara ineffettiva d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Frar 2015;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/41


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

(Kawża T-224/15)

(2015/C 205/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofely Solelec (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Cofely Fabricom (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Marx, avukat)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni Nru 103299 tas-27 ta’ April 2015 tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika tal-Parlament Ewropew li permezz tagħha l-offerta tar-rikorrenti għall-lott Nru 75 “elettriku – kurrenti qawwija” ippreżentata fid-29 ta’ Settembru 2014 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti referenza INLO-D-UPIL-T-14-AO4 dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ mmodernizzar tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu ġiet miċħuda u d-deċiżjoni li tagħti l-kuntratt lill-offerent ieħor;

tordna l-produzzjoni tad-dokumenti li ġejjin:

ir-rapport tal-kumitat għall-evalwazzjoni li għamel riferiment għalih il-l-konvenut fil-komunikazzjoni tiegħu Nru 101690 tas-27 ta’ Frar 2015; u

id-dokumenti fil-fajl għall-għoti tal-kuntratti fejn inżamm rekord tal-kuntratti li saru bejn il-Parlament u l-offerenti konformement mal-Artikolu 160(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ għażla u iktar preċiżament tal-kriterji dwar il-kapaċità finanzjarja u ekonomika kif ukoll tal-kapaċità teknika u professjonali.

2.

It-tieni motiv huma bbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-kriterji ta’ assenjazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li, sa fejn ikun minnu li, meta tiġi mqabbla l-offerta tal-offerent li ngħata l-kuntratt mal-offerti ppreżentati mill-offerenti l-oħra, din l-offerta hija baxxa wisq, il-konvenut kellu jiċħad l-offerta u jagħti l-kuntratt lir-rikorrenti.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2015 – Microsoft vs UASI – Softkinetic Software (KINECT)

(Kawża T-536/13) (1)

(2015/C 205/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ April 2015 – Marzocchi Pompe vs UASI – Settima Meccanica (ELIKA)

(Kawża T-182/14) (1)

(2015/C 205/57)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ April 2015 – noon Copenhagen vs UASI – Wurster Diamonds (noon)

(Kawża T-637/14) (1)

(2015/C 205/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


22.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ April 2015 – Bensarsa vs Il-Kummissjoni u CEPD

(Kawża T-791/14) (1)

(2015/C 205/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.