ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 197

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
13 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 197/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7617 — Feralpi Siderurgica/Duferco Italia/Lucchini SpA in A.S. Going Concern Wire Rods Business/Servola SpA in A.S. Certain Assets) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 197/02

Rata tal-kambju tal-euro

2


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 197/03

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7665 — Castleton/Morgan Stanley Global Oil Merchanting Unit) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

3

2015/C 197/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases) ( 1 )

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7617 — Feralpi Siderurgica/Duferco Italia/Lucchini SpA in A.S. Going Concern Wire Rods Business/Servola SpA in A.S. Certain Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 197/01)

Fil-5 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7617. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Ġunju 2015

(2015/C 197/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1220

JPY

Yen Ġappuniż

138,78

DKK

Krona Daniża

7,4613

GBP

Lira Sterlina

0,72450

SEK

Krona Żvediża

9,2040

CHF

Frank Żvizzeru

1,0469

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,6950

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,300

HUF

Forint Ungeriż

312,13

PLN

Zloty Pollakk

4,1497

RON

Leu Rumen

4,4738

TRY

Lira Turka

3,0480

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4560

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3804

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6990

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6083

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5126

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 251,48

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,9279

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9655

HRK

Kuna Kroata

7,5650

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 951,03

MYR

Ringgit Malażjan

4,2106

PHP

Peso Filippin

50,776

RUB

Rouble Russu

61,8100

THB

Baht Tajlandiż

37,820

BRL

Real Brażiljan

3,4720

MXN

Peso Messikan

17,3125

INR

Rupi Indjan

71,8973


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7665 — Castleton/Morgan Stanley Global Oil Merchanting Unit)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 197/03)

1.

Fil-5 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Castleston Commodities International LLC (“Castleton”, l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ partijiet ta’ Morgan Stanley (l-Istati Uniti tal-Amerka), jiġifieri Morgan Stanley Global Oil Merchanting Unit permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Castleton, li tinnegozja globalment fil-komoditajiet, hija prinċipalment attiva fil-kummerċ ta’ komoditajiet tal-enerġija fiżiċi u finanzjarji. Hija tinnegozja fil-gass naturali, fil-likwidi ta’ gass naturali, fiż-żejt mhux maħdum, fil-petroleum, fl-elettriċità, fil-faħam u l-strumenti finanzjarji marbuta ma’ komoditajiet tal-enerġija,

Globali Oil Merchanting Unit ta’ Morgan Stanley hija attiva fil-kummerċ globali ta’ żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7665 — Castleton/Morgan Stanley Global Oil Merchanting Unit, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 197/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 197/04)

1.

Fit-3 ta' Ġunju 2015 il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha Aberdeen Infrastructure (HoldCo) BV (“Aberdeen”, in-Netherlands) u Iridium Concesiones de Infraestructuras, SA (“Iridium”, Spanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-impriża Concessionaria Hospital Universitari Son Espases, SA (“HSE”, Spanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet ta’ negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Aberdeen: tappartjeni għall-grupp Aberdeen li jopera fil-livell internazzjonali fil-ġesjtoni tal-investimenti li jġestixxi assi istituzzjonali u ta' klijenti konsumaturi mad-dinja kollha,

—   Iridium: soċjetà kkontrollata minn ACS Servicios y Concesiones S.L. li twettaq kull tip ta' attività relatata mal-konċessjonijiet amministrattivi,

—   HSE: ikkontrollata b'mod konġunt minn Iridium Concesiones de Infraestructuras, SA (“Iridium”) u Globalvía Infraestructuras, SA (“GVI”), u topera l-konċessjoni tas-servizzi mhux tas-saħħa tal-Hospital Son Espases, f'Palma de Mallorca.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hi riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7575 — Iridium/Aberdeen/Concessionaria Hospital Universitari Son Espases, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1, (“Ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).