ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 195

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
12 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat tar-Regjuni

 

Il-111-il sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta' April 2015

2015/C 195/01

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – L-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2014-2015

1

2015/C 195/02

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – L-Implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011

10

2015/C 195/03

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-futur tas-settur tal-prodotti tal-ħalib

15

2015/C 195/04

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Approċċ integrat għall-wirt kulturali tal-Ewropa

22

2015/C 195/05

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-titjib tal-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020

30

2015/C 195/06

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Opportunitajiet għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini

36


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

 

Il-111-il sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta' April 2015

2015/C 195/07

Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Pjan ta' Investiment u Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi

41


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat tar-Regjuni

Il-111-il sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta' April 2015

12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/1


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – L-istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2014-2015

(2015/C 195/01)

Relatur

:

Prof. Franz Schausberger (AT/PPE), Delegat tar-Reġjun ta' Salzburg għall-Kumitat tar-Reġjuni

Dokument ta' referenza

:

L-Istrateġija tat-tkabbir u l-isfidi ewlenin 2014-2015

COM(2014) 700 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

Rakkomandazzjonijiet ta' politika ġenerali

1.

jenfasizza r-rwol fundamentali tar-rappreżentanti lokali u reġjonali fil-proċess tat-tkabbir u jħeġġeġ lill-pajjiżi tat-tkabbir (il-Montenegro, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Kosovo (1), it-Turkija u l-Iżlanda) fl-isforzi tagħhom favur id-deċentralizzazzjoni u r-reġjonalizzazzjoni; jemmen li r-rispett għall-prinċipju tas-sussidjarjetà huwa kruċjali;

2.

jinnota u jappoġġja l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħtieġa għal perjodu ta' konsolidazzjoni; madankollu, jenfasizza li dan m'għandux iwassal għal staġnar. Il-perjodu ta' ħames snin għandu jinftiehem bħala fażi ta' tħejjija intensiva u adozzjoni tal-politiki meħtieġa biex jintlaħqu l-kriterji għas-sħubija fl-UE;

3.

jenfasizza l-importanza ta' prospett realistiku ta' sħubija fl-UE għall-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali bħala fattur ċentrali ta' stabbilizzazzjoni u inċentiv importanti għall-implimentazzjoni tar-riformi politiċi u ekonomiċi neċessarji;

4.

jirrakkomanda mill-ġdid lill-Kummissjoni li din tidħol f'aktar dettall fir-rapporti futuri dwar l-istrateġija tat-tkabbir rigward is-sitwazzjoni tal-awtonomija reġjonali u lokali, u jirrimarka dwar il-ħtieġa għal aktar riforma f'dak li jirrigwarda r-reġjonalizzazzjoni u d-deċentralizzazzjoni fil-pajjiżi tat-tkabbir, li tħeġġiġhom biex jadattaw u jimplimentaw qafas legali komprensiv filwaqt li joħolqu livelli sottonazzjonali tal-gvern b'saħħithom; jirrimarka li s-setgħat ta' delega għandhom jirrappreżentaw il-livell tar-responsabbiltajiet li għandhom jingħataw waqt l-introduzzjoni tal-acquis Komunitarju fil-livell lokali u reġjonali;

5.

jissuġġerixxi kooperazzjoni, waqt li jevita d-dupplikazzjoni, akbar mal-Kunsill tal-Ewropa, partikolarment mal-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali, li jissorvelja b'mod sistematiku l-konformità tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill Ewropew mal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali; għandha tittieħed kunsiderazzjoni tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mir-rapporti ta' monitoraġġ tal-Kungress meta titfassal il-pożizzjoni tal-UE dwar il-pajjiżi kkonċernati;

6.

jilqa' t-tnedija tal-Istrument il-ġdid għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, li permezz tiegħu EUR 11,7 biljun huma disponibbli għall-perjodu 2014-2020 bħala għajnuna lill-pajjiżi tat-tkabbir fit-tħejjijiet tagħhom għall-adeżjoni kif ukoll għall-kooperazzjoni reġjonali u transkonfinali;

7.

filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol ta’ gwida u koordinazzjoni tal-Istrateġija għall-Makroreġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR), jittama, b’referenza għall-pajjiżi kandidati parteċipanti (il-Montenegro, is-Serbja, l-Albanija) kif ukoll il-kandidati potenzjali (il-Bożnija-Ħerzegovina), li din l-istrateġija tappoġġja aktar konverġenza rapida fil-proċessi tal-adeżjoni, b’mod partikolari fil-kapaċità amministrattiva u fl-oqsma identifikati mill-pilastri individwali. Barra minn hekk, il-koordinazzjoni tal-pilastri minn dawn il-pajjiżi b’mod konġunt ma' Stat Membru tipprovdi opportunità għall-iskambju ta' għarfien u tagħlim fil-qasam tal-ippjanar u l-użu tal-fondi tal-UE;

8.

jitlob li jkun hemm involviment adatt tal-awtoritajiet lokali u reġjonali mill-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni;

9.

jirrikonoxxi li l-amministrazzjoni pubblika fil-livelli kollha għadha dgħajfa f'bosta pajjiżi involuti fil-proċess tat-tkabbir, b'kapaċità amministrattiva limitata, livell għoli ta' politiċizzazzjoni u korruzzjoni, u nuqqas ta' trasparenza. Il-politiċizzazzjoni fuq livell ċentrali kif ukoll lokali għadha ta' tħassib serju f'ħafna pajjiżi ta' adeżjoni, u n-nuqqas ta' ċarezza fid-distinzjoni bejn l-Istat u l-partiti fil-gvern jeħtieġ li tiġi indirizzata minħabba li jqajjem tħassib li jdgħajjef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi;

10.

jenfasizza l-bżonn li jissaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, inklużi proċessi elettorali ġusti u tħaddim xieraq tal-parlamenti, l-assembleji reġjonali u kunsilli muniċipali, u li jsir djalogu kostruttiv u sostenibbli fil-kamp politiku kollu. Jeħtieġ li jsir aktar sabiex jitrawwem l-involviment tas-soċjetà ċivili;

11.

jemmen bis-sħiħ li hemm bżonn li jiġi rispettat kemm il-prinċipju ta' relazzjonijiet tajbin mal-ġirien fost l-Istati Membri tal-UE, il-pajjiżi kandidati u pajjiżi oħra, kif ukoll ir-rwol u l-importanza tal-kooperazzjoni transkonfinali u reġjonali bejn dawn il-pajjiżi;

Kummenti speċifiċi dwar pajjiżi tat-tkabbir

L-Iżlanda

12.

jinnota b'dispjaċir id-deċiżjoni tal-gvern tal-Iżlanda li jirtira l-applikazzjoni tiegħu biex il-pajjiż jissieħeb fl-Unjoni Ewropea;

It-Turkija

13.

jilqa' l-impenn kontinwu tat-Turkija favur l-adeżjoni mal-UE, li ntwera permezz tal-adozzjoni tal-istrateġija tal-UE mit-Turkija f’Settembru 2014 bil-għan li tagħti ħajja ġdida lill-proċess ta’ adeżjoni tat-Turkija, u l-fatt li l-2014 kienet “is-Sena tal-Unjoni Ewropea”;

14.

jilqa' l-ftuħ, f'Novembru 2013, tan-negozjati dwar il-Kapitolu 22 dwar il-Politika reġjonali u l-koordinazzjoni ta' strumenti strutturali , u jitlob li jibqgħu għaddejjin l-isforzi biex tiġi finalizzata l-Istrateġija Nazzjonali għall-Iżvilupp Reġjonali; b'rabta ma' dan jiġbed l-attenzjoni lejn il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-''Affarijiet Ġenerali'' ta' Diċembru 2014 u jitlob lit-Turkija tkompli twettaq ir-riformi neċessarji, li ser ikollhom impatt pożittiv anke fil-livell lokali; jitlob lit-Turkija tilħaq l-obbligi kollha li għandha fil-qafas tal-Protokoll Addizzjonali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u jitlobha tagħraf ukoll ir-Repubblika ta' Ċipru;

15.

jinsab kuntent li l-elezzjonijiet tal-2014 kienu ġeneralment organizzati tajjeb u saru f'ċirkostanzi ġeneralment paċifiċi, inkluż fix-Xlokk tal-pajjiż. Jenfasizza, madankollu, li l-kampanja kienet polarizzata u mimlija tensjoni, u jinnota li allegazzjonijiet ta' frodi kkawżaw protesti f'diversi bliet;

16.

jirrimarka li wara l-elezzjonijiet lokali tal-2014, in-numru ta' muniċipalitajiet metropolitani żdied u l-konfini tagħhom ġew estiżi; jenfasizza li dan se jkollu impatt fuq il-kompetenzi fil-livell sottonazzjonali, speċjalment rigward l-ambjent;

17.

jappoġġja aktar miżuri bil-għan li tiżdied it-trasparenza, u jħeġġeġ azzjoni kontinwa kontra l-korruzzjoni, b'mod partikolari fil-livell tal-awtorità lokali;

18.

jiddispjaċih li ma kien hemm ebda progress fid-devoluzzjoni tal-poter lill-gvernijiet lokali, u d-deċentralizzazzjoni fiskali baqgħet limitata ħafna;

19.

jappella biex jitkomplew l-isforzi dwar il-bidla fl-istat minn Grupp ta' Ħidma tal-KtR mat-Turkija għal Kumitat Konsultattiv Konġunt;

20.

jinnota b'dispjaċir li fl-2013 il-proporzjon tal-gvern lokali mid-dħul u l-infiq finanzjarju tal-gvern kien inqas minn 10 %;

21.

jilqa' t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet involuti fl-implimentazzjoni tal-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA) permezz ta' taħriġ u assistenza teknika, u jirrakkomanda li jsiru aktar sforzi sabiex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet lokali;

22.

jirrimarka li l-kriżi tas-Sirja wasslet għal żieda sinifikanti fl-għadd ta' refuġjati Sirjani fit-Turkija, li huma stmati li jlaħħqu 1 6 00  000; ifaħħar lit-Turkija għall-appoġġ imprezzabbli li tat lir-refuġjati Sirjani u li huwa ta' piż fuq ir-riżorsi u l-kapaċità lokali; jenfasizza r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali li jeħtieġu appoġġ urġenti mill-gvern ċentrali kif ukoll minn organizzazzjonijiet umanitarji esterni;

23.

jirrimarka li, skont l-Istrument għall-Assistenza ta ' Qabel l-Adeżjoni (IPA II), il-pajjiż se jkompli jibbenefika minn din l-għajnuna matul il-perjodu 2014-20, b'ammont ta' fondi li huwa stmat li jlaħħaq aktar minn EUR 620 miljun fis-sena; jenfasizza li taħt l-IPA II, l-assistenza se tkun iffokata biex tappoġġja l-isforzi favur ir-riforma fl-oqsma tal-istat tad-dritt, l-amministrazzjoni u l-governanza demokratika u ekonomika, u l-kompetittività u t-tkabbir. Madankollu, il-kapaċità ta' kofinanzjament ta' proġetti ffinanzjati mill-UE fil-livell lokali jeħtieġ tittejjeb;

24.

jinnota li huma meħtieġa aktar riżorsi biex jitlesta l-proċess ta' deċentralizzazzjoni tal-gvern u biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp lokali;

25.

jinnota li t-tieni fażi ta' deċentralizzazzjoni fiskali għadha ma tlestietx fil-muniċipalitajiet kollha u jenfasizza li l-muniċipalitajiet għandhom bżonn s-sostenibbiltà finanzjarja meħtieġa biex iwettqu r-responsabbiltajiet trasferiti lilhom;

26.

jiddispjaċih li l-liġijiet rilevanti dwar l-iżvilupp reġjonali għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ u li l-entitajiet responsabbli għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali m'għandhomx biżżejjed riżorsi;

27.

jittama li t-Turkija ser tappoġġja b'mod attiv l-isforzi tan-NU biex tidentifika soluzzjoni ġusta, komprensiva u dejjiema għall-kwistjoni ta' Ċipru; jitlob lit-Turkija tibda tirtira l-forzi tagħha minn Ċipru u titrasferixxi ż-żona projbita ta' Famagusta lin-NU skont ir-Riżoluzzjoni 550 (1984) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti billi din tkun miżura ta' bini ta' fiduċja u għażla reali favur il-paċi u t-tkabbir ekonomiku, soċjali u reġjonali għaż-żewġ komunitajiet;

28.

jitlob lit-Turkija biex iżżomm relazzjonijiet tajba mal-ġirien kollha tagħha, prerekwiżit ewlieni tal-proċess għall-adeżjoni, partikolarment fir-rigward tat-tneħħija tat-theddida ta' casus belli kontra l-Greċja, kif ukoll fir-rigward tal-kwistjoni ta' Ċipru; jilqa' l-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tat-Turkija, fil-grupp ta' ħidma Turkija-UE tal-Kumitat tar-Reġjuni, urew li huma miftuħa ħafna għall-Unjoni Ewropea; jafferma l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tal-24 ta' Ottubru u s-16 ta' Diċembru 2014 u jappoġġja bis-sħiħ ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2014 dwar il-miżuri tat-Turkija li joħolqu tensjonijiet fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Ċipru (P8_TA(2014) 0052);

29.

jilqa' b'sodifazzjon it-tibdil fil-qafas legali li jikkonċerna il-partiti politiċi u l-kampanji elettorali; itenni l-importanza li jitbaxxa l-limitu elettorali minimu ta' 10 % sabiex il-gruppi soċjali kollha fit-Turkija jkollhom l-opportunità jieħdu sehem fil-ħajja politika tal-pajjiż skont il-kriterji politiċi ta' Kopenħagen;

30.

jenfasizza l-importanza kbira ta’ djalogu interreliġjuż u interkulturali fil-livelli kollha għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili u tas-sħubijiet internazzjonali; jenfasizza li l-Patrijarkat Ekumenikali huwa attur importanti, jistieden lit-Turkija tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tappoġġja r-rwol tiegħu, inkluż billi tippermetti l-użu pubbliku tat-titolu ekkleżjastiku tiegħu, tirrikonoxxi l-personalità legali tiegħu u tippermetti l-ftuħ mill-ġdid tas-Seminarju Halki;

31.

jinnota b'dispjaċir iż-żieda sinifikanti ta' korruzzjoni fit-Turkija matul is-sena li għaddiet; jisħaq dwar il-bżonn ta' qafas legali adatt għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota b'dispjaċir in-nuqqas ta' rispett lejn il-libertà ta' opinjoni, tal-ħsieb, tal-istampa, tal-kuxjenza, tar-reliġjon kif ukoll tal-għaqda u ta' assoċjazzjoni;

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

32.

jirrikonoxxi r-rakkomandazzjonijiet li tressqu mill-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew lill-Kunsill biex jiftaħ in-negozjati tal-adeżjoni abbażi tar-rapport ta' progress tal-2013 dwar l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u li jikkonkludi li l-pajjiż jissodisfa l-kriterji politiċi; jinnota bi tħassib serju ż-żieda reċenti fil-politiċizzazzjoni kemm fil-livell ċentrali kif ukoll lokali, u n-nuqqas ta' distinzjoni ċara li qed tkompli tiżdied bejn l-Istat u l-partiti fil-gvern, billi dan jhedded il-fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi fil-livelli kollha;

33.

jenfasizza li r-relazzjonijiet tajba mal-ġirien, inkluż l-identifikazzjoni ta' soluzzjoni negozjata u aċċettabbli b'mod reċiproku rigward il-kwistjoni tal-isem, taħt il-patroċinju tan-NU, jibqgħu essenzjali u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser ikollhom rwol kostruttiv f'dan ir-rigward billi jevitaw azzjonijiet u dikjarazzjonijiet li jimminaw ir-relazzjonijiet tajba tal-viċinat mal-Istati Membri tal-UE;

34.

jinnota b’sogħba u irritazzjoni l-iskandlu reċenti ta' rikatti u phonehacking u jittama li l-gvern jirnexxilu jikkjarifika kemm jista' jkun malajr kemm tali każ jista’ jinfluwenza b’mod negattiv il-proċess ta’ adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

35.

jinsab imħasseb dwar il-frustrazzjoni li qed tiżdied fost iċ-ċittadini tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u n-nuqqas ta' interess fl-integrazzjoni Ewropea minkejja l-influwenza sinifikanti tal-adeżjoni fuq ix-xena politika domestika fil-livelli kollha;

36.

jappoġġja l-possibbiltà biex l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tiddaħħal fl-Inizjattiva għall-Makroreġjun Adrijatiku-Joniku;

37.

jilqa' l-ħidma mwettqa minn ZELS, l-assoċjazzjoni tal-unitajiet ta' gvernijiet lokali awtonomi, biex tirrappreżenta il-livell sottonazzjonali fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal- Maċedonja;

38.

jixtieq jappoġġja l-isforzi tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt tal-Kumitat tar-Reġjuni favur it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva fil-livell lokali, partikolarment fl-oqsma tal-leġislazzjoni ambjentali, l-edukazzjoni, id-drittijiet fundamentali, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, id-drittijiet tal-minoranzi, id-drittijiet kulturali u d-deċentralizzazzjoni;

39.

jilqa' r-riforma kontinwa tal-amministrazzjoni pubblika u l-attività tal-Grupp Speċjali dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika; biħsiebu jikkontribwixxi għall-isforzi biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva fil-livell lokali li jimmiraw għad-deċentralizzazzjoni tal-governanza, element ewlieni fil-Ftehim Qafas ta' Ohrid;

40.

jiddispjaċih li l-liġijiet rilevanti dwar l-iżvilupp reġjonali għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ u li l-entitajiet responsabbli għall-iżvilupp ekonomiku reġjonali m'għandhomx biżżejjed riżorsi;

41.

jitlob li jsir sforz akbar biex jiġi żgurat tqassim trasparenti tal-għotjiet kapitali lill-awtoritajiet lokali;

42.

jiddispjaċih dwar ir-rifjut tal-oppożizzjoni li tieħu sehem regolari f'attivitajiet parlamentari, li qed ikun ta' ħsara għas-sistema istituzzjonali demokratika fil-livell lokali;

43.

jinsab imħasseb li, minkejja l-progress leġislattiv, l-amministrazzjoni pubblika għadha frammentata u soġġetta għal influwenza politika; iħeġġeġ bil-qawwa sabiex jissaħħu l-professjonaliżmu u l-indipendenza tagħha fil-livelli kollha u sabiex jiġi garantit ir-rispett tal-prinċipji tat-trasparenza, il-mertu u r-rappreżentanza ekwa; jappella lill-gvern biex jadotta programm ta' riforma tal-ġestjoni finanzjarja pubblika;

Il-Montenegro

44.

jilqa' bi pjaċir l-emendi tal-liġi dwar l-organizzazzjoni territorjali tal-Montenegro u l-emenda tal-liġi dwar il-governanza awtonoma lokali; jenfasizza li l-kriterji għall-ħolqien ta' muniċipalitajiet ġodda għandhom jinkludu s-sostenibbiltà finanzjarja u amministrattiva;

45.

jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2014 dwar ir-riforma tal-awtogovernanza lokali; jinnota bi pjaċir li l-Montenegro għandu fis-seħħ qafas strateġiku komprensiv għar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika. L-istrateġija tar-riforma fl-amministrazzjoni pubblika għall-2011-2016 tkopri l-amministrazzjoni tal-Istat u l-gvern lokali; jitlob li ssir implimentazzjoni rapida;

46.

jilqa' b'sodisafzzjon il-fatt li sar titjib fil-leġislazzjoni elettorali u li l-liġi dwar l-elezzjoni tal-kunsilliera muniċipali ġiet finalment adottata, iżda jinnota b'dispjaċir li l-adozzjoni ma semmietx il-finanzjament tal-kampanji elettorali għas-sindki u l-presidenti tal-muniċipalitajiet; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet tal-OSCE/ODIHR dwar ir-regoli elettorali b'konformità mal-istandards Ewropej u l-aħjar prattiki, inkluż dwar id-dritt li wieħed joħroġ bħala kandidat indipendenti, il-finanzjament pubbliku proporzjonali biex jiġi promoss ambjent ekwu għall-kandidati kollha u l-awditjar tal-partiti politiċi;

47.

jinnota li l-liġi dwar il-gvernijiet awtonomi lokali jeħtieġ tiġi armonizzata mar-regoli l-ġodda dwar il-ġestjoni tas-servizz pubbliku;

48.

jinnota li l-Montenegro jeħtieġ li jsaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tal-istrutturi eżistenti tal-IPA (Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni) u jħejjihom b'mod adegwat sabiex iżidu l-kapaċità ta' assorbiment tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni;

49.

jirrimarka li jeħtieġ titwaqqaf amministrazzjoni lokali trasparenti, effiċjenti u responsabbli, u li l-kriterji biex jinħolqu muniċipalitajiet ġodda għandhom jinkludu s-sostenibbiltà finanzjarja u amministrattiva;

50.

jilqa' l-fatt li l-parlament adotta unanimament riżoluzzjoni dwar it-triq tal-Montenegro lejn l-integrazzjoni Ewropea, u li l-Kumitat Parlamentari għall-Integrazzjoni Ewropea organizza seduti konsultattivi, iddiskuta pożizzjonijiet ta' negozjar abbozzati mill-gvern u organizza dibattiti pubbliċi dwar temi relatati mal-UE;

51.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-gvern baqa' iffokat fuq l-għan ta' sħubija fl-UE u adotta għadd ta' dokumenti strateġiċi fil-kuntest tal-proċess ta' integrazzjoni mal-UE;

52.

jilqa' l-fatt li r-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għadhom jiġu involuti fl-attivitajiet tal-Istat u l-amministrazzjoni lokali, inklużi l-gruppi ta' ħidma dwar il-kapitoli tan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE;

53.

jenfasizza l-fatt li l-Montenegro kompla jagħti kontribut attiv għall-istabbiltà reġjonali;

54.

jilqa' l-kontinwazzjoni tal-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt tal-Kumitat tar-Reġjuni mal-Montenegro fl-2012 li rnexxew ħafna, u jispera li jkun hemm kooperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku mal-awtoritajiet sottonazzjonali tal-Montenegro fis-snin li ġejjin;

55.

jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni ta' rapport konġunt dwar “Iż-żieda tal-kapaċità tal-assorbiment tal-fondi tal-preadeżjoni tal-UE u t-titjib tal-kapaċità amministrattiva fil-livell lokali fil-Montenegro (2)” fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt;

56.

jilqa' l-fatt li fis-27 ta' Ottubru 2014 f'Kotor, il-Montenegro, il-Kumitat Konsultattiv Konġunt iltaqa' għar-raba' darba biex jiddiskuti l-Pjan ta' Azzjoni għar-Riforma tat-Tmexxija Awtonoma 2014 u l-Involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u f'servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali;

57.

huwa sodisfatt li l-gvern qed jaħdem ħafna dwar il-liġi l-ġdida dwar l-awtonomija lokali, kif ġie enfasizzat fl-aħħar laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv Konġunt mal-Montenegro fis-27 ta' Ottubru 2014, f'Kotor;

58.

jinsab inkwetat li l-klima domestika polarizzata ferm wasslet għal bojkott tal-ħidma parlamentari min-naħa tal-oppożizzjoni, u dan qed ifixkel il-progress fl-isforzi ta' riforma; iħeġġeġ lill-partiti politiċi kollha, kemm fil-gvern kif ukoll fl-oppożizzjoni, biex jibqgħu ffukati fuq l-aġenda tal-pajjiż għall-integrazzjoni fl-UE permezz ta' djalogu sostenibbli u kooperazzjoni kostruttiva fil-livelli kollha;

Is-Serbja

59.

jinsab kuntent li t-taħditiet dwar l-adeżjoni bdew formalment fil-21 ta' Jannar 2014; jilqa' bi pjaċir it-tħejjija u l-impenn tas-Serbja waqt l-ewwel Konferenza Intergovermentali UE-Serbja, kif ukoll it-tħejjija u l-impenn li wera l-gvern tas-Serbja matul l-eżami analitiku (“screening”) tal-acquis.

60.

jirrakkomanda li l-Gvern Serb jinvolvi lir-rappreżentanti tal-livelli lokali u r-rappreżentanti tal-Provinċja Awtonoma ta' Vojvodina fil-proċedura tal-adeżjoni sa mill-bidu nett;

61.

jilqa' l-fatt li l-gvern il-ġdid għadu impenjat bis-sħiħ biex jissokta bid-djalogu ffaċilitat mill-UE ma' Pristina, u jinkoraġġixxi t-tkomplija tar-riformi rigward l-istat tad-dritt, il-ġudikatura u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fil-livelli kollha;

62.

jilqa' b'sodisfazzjon il-Ministeru ġdid speċifiku għall-Amministrazzjoni Pubblika u l-Gvern Lokali, li huwa l-ewwel pass lejn amministrazzjoni pubblika aktar effiċjenti fil-livell lokali;

63.

jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni ta' strateġija ġdida għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, f'Jannar 2014, li tkopri l-politika organizzattiva fil-livelli ċentrali u lokali, inkluż id-deċentralizzazzjoni; iħeġġeġ lill-Ministeru ġdid tal-Amministrazzjoni Pubblika u l-Gvern Awtonomu Lokali biex jinvolvi lill-partijiet interessati kollha fl-għażla tal-attivitajiet fil-Pjan t'Azzjoni;

64.

jinsab sodisfatt li twaqqaf grupp speċjali dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika (PAR) sabiex jaġixxi bħala forum għal djalogu politiku bejn il-Kummissjoni Ewropea u s-Serbja, u jitlob li jiġu organizzati attivitajiet tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika fil-livell sottonazzjonali;

65.

jiddispjaċih li l-liġijiet, li jirregolaw l-istatus tal-ħaddiema tal-gvern lokali u s-salarji tagħhom, u l-istrateġija ta' taħriġ għall-gvern lokali, għadhom pendenti;

66.

jenfasizza li l-korruzzjoni fl-amministrazzjoni lokali teħtieġ iktar attenzjoni, u li t-theddid u l-vjolenza kontra l-ġurnalisti, fil-livell lokali, għadhom sors ta' tħassib;

67.

jenfasizza li taħt l-IPA II, is-Serbja tkompli tirċievi assistenza ta' qabel l-adeżjoni għall-perjodu 2014-2020 b'ammont totali indikattiv ta' EUR 1,5 biljun; jittama li ammont adatt ta' fondi ta' qabel l-adeżjoni jintużaw fil-livell sottonazzjonali;

68.

jinnota li f'Mejju ġie pproklamat statut rivedut għall-Vojvodina bħala riżultat ta' proċess komuni fil-parlament tal-Istat u fl-assemblea provinċjali, b'rispons għas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Diċembru; jiddispjaċih, madankollu, li l-awtonomija tal-provinċja awtonoma ta' Vojvodina (APV) naqset meta mqabbla mal-istruttura preċedenti;

69.

jiddispjaċih li l-kwistjoni dwar il-partiċipazzjoni tal-APV għall-finanzjament mill-baġit nazzjonali tas-Serbja għadha ma ġietx indirizzata b'mod suffiċjenti;

70.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Provinċja Awtonoma ta' Vojvodina tkompli tipprovdi livell għoli ta' protezzjoni lill-minoranzi u li s-sitwazzjoni interetnika baqgħet ġeneralment tajba;

71.

jinnota bi tħassib li l-kapaċità amministrattiva u ta' ġestjoni fil-livell lokali għadha dgħajfa, li għad hemm disparitajiet sinifikanti bejn il-muniċipalitajiet, u li l-Kunsill Nazzjonali għad-Deċentralizzazzjoni u l-Kummissjoni inter-ministerjali għall-Finanzi Muniċipali baqgħu mhux operattivi;

72.

jilqa' b'sodisfazzjon it-twaqqif ta' Kumitat Konsultattiv Konġunt mas-Serbja mill-2015, li ser jakkumpanja l-proċess ta' adeżjoni u jikkoopera mar-rappreżentanti lokali u reġjonali Serbi; jinsab ħerqan li jaħdem flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali Serbi;

73.

jilqa' t-twaqqif ta' Konvenzjoni Nazzjonali dwar l-Unjoni Ewropea bħala pjattaforma għall-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili fil-proċess tan-negozjati dwar l-adeżjoni; jitlob li jsiru konsultazzjonijiet aktar mifruxa bi skadenzi aħjar;

L-Albanija

74.

iħeġġeġ lill-awtoritajiet Albaniżi biex jinfurzaw l-indipendenza tal-korpi amministrattivi elettorali, ferm qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2015;

75.

jinnota li, bi tkomplija tal-progress li sar fl-elezzjonijiet parlamentari tal-2013, l-Albanija teħtieġ timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali tal-OSCE/ODIHR, b'mod speċjali f'termini tat-tisħiħ tal-indipendenza tal-entitajiet tal-amministrazzjoni elettorali ferm qabel l-elezzjonijiet lokali tal-2015;

76.

jilqa' bi pjaċir il-ħatra ta' ministru ġdid responsabbli għall-affarijiet lokali;

77.

jinsab sodisfatt għall-fatt li kien hemm progress fir-riformi ta' deċentralizzazzjoni u li bdiet il-ħidma biex jiġu ċċarati l-funzjonijiet tal-unitajiet tal-gvern lokali fil-qafas amministrattiv ġdid;

78.

jitlob għal sforzi akbar biex ir-riforma amministrattiva tkompli u l-kapaċità amministrattiva tal-unitajiet tal-gvern lokali tissaħħaħ b'mod finanzjarjament sostenibbli; jinnota li l-għoti ta' status ta' kandidat lill-Albanija hija opportunità għal aktar riformi fl-oqsma tar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika, l-indipendenza ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata kif ukoll il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-minoranzi;

79.

jirrikonoxxi l-fatt li l-infiq tal-gvern lokali totali fl-2013 kien stmat għal 2,2 % tal-PDG, filwaqt li d-dħul baqa' 0,8 % tal-PDG u t-taxxi lokali komplew jiddominaw id-dħul għall-gvern lokali;

80.

jenfasizza li l-unitajiet tal-gvern lokali li huma stabbiliti għadhom ma implimentawx għalkollox il-liġi l-ġdida tas-servizz ċivili;

81.

jiddispjaċih li l-politiċizzazzjoni qawwija għadha xxekkel ir-relazzjonijiet bejn il-gvernijiet ċentrali u lokali, u qed tillimita r-rwol tal-assoċjazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u tinfluwenza l-kooperazzjoni bejn dawn l-istess assoċjazzjonijiet;

82.

jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali biex joħolqu djalogu inklużiv mas-soċjetà ċivili u l-komunitajiet lokali;

83.

jinnota b'dispjaċir li l-liġi dwar ir-riforma territorjali u amministrattiva adottata f'Lulju naqqset b'mod radikali l-għadd ta' unitajiet tal-gvern lokali minn 373 għal 61, neħħiet il-komuni u żammet it-12-il reġjun eżistenti mingħajr ma kkunsidrat it-tħassib tal-minoritajiet; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ppreservata l-identità lokali u l-kuntatt mal-pubbliku;

84.

jiddispjaċih li l-ġestjoni tar-riżorsi umani u l-kontroll finanzjarju tal-gvern lokali għadhom dgħajfa;

Il-Bożnija-Ħerzegovina

85.

jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn bil-miktub adottat mill-Presidenza tal-Bożnija-Ħerzegovina, iffirmat mill-mexxejja politiċi u approvat mill-Parlament tal-Bożnija-Ħerzegovina dwar miżuri li jistabbilixxu l-funzjonalità u l-effiċjenza istituzzjonali, sabiex jiġu mnedija riformi fil-livelli kollha ta’ governanza, kif ukoll miżuri li jħaffu l-proċess ta’ rikonċiljazzjoni u biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva. Jenfasizza li d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni issa huwa possibbli, u jistieden lill-mexxejja l-ġodda biex jaqblu mal-UE dwar pjan direzzjonali għal aġenda ta' riforma wiesgħa u inklużiva sabiex il-pajjiż jimxi 'l quddiem;

86.

jenfasizza li s-settur pubbliku, li huwa kbir u ineffiċjenti, u fejn fil-livell ta' stat, entità, muniċipju jew distrett (speċjalment fil-Federazzjoni) hemm diversi kompetenzi rduppjati, għadu jirrappreżenta periklu għas-sostenibbiltà fiskali;

87.

jinnota li s-sitwazzjoni politika attwali fil-Bożnija-Ħerzegovina qed ikollha impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-pajjiż biex jitkellem b'leħen wieħed dwar il-kwistjonijiet tal-UE. Huwa importanti li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni dwar kwistjonijiet tal-UE bejn id-diversi livelli ta' gvern;

88.

jirrimarka li l-leġislazzjoni dwar l-entitajiet hija ġeneralment konformi mal-Karta Ewropea dwar l-Awtonomija Lokali, iżda għad hemm nuqqas ta' ċarezza fit-tqassim tal-kompetenzi bejn l-entitajiet, id-distretti u l-muniċipalitajiet, flimkien ma' livell baxx ta' awtonomija finanzjarja fil-livell muniċipali;

89.

jiddispjaċih li, b'mod ġenerali, il-Bożnija-Ħerzegovina m'għamlitx progress biex ittejjeb il-funzjonalità u l-effikaċja tal-livelli kollha ta' gvern u li ma nkisbitx ugwaljanza bejn it-tliet popli kostituttivi, li jirrappreżenta ostaklu ewlieni għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet u tal-Istat;

90.

jinnota b'dispjaċir li l-pass ġenerali tar-riformi fil-livelli kollha tal-Istat għadu lura jekk mhux wieqaf għalkollox, u li l-awtoritajiet tal-pajjiż m'għamlu l-ebda progress biex iwaqqfu l-istruttura meħtieġa għall-ġestjoni indiretta tal-fondi tal-UE;

91.

jiċħad l-użu kontinwu ta' retorika diviżiva minn xi rappreżentanti politiċi fil-livelli kollha tal-Istat u d-dubji dwar il-kapaċità tal-Bożnija-Ħerzegovina li topera bħala pajjiż;

92.

jiddispjaċih li l-elezzjoni fit-12 ta' Ottubru ma saritx b'konformità mas-sentenza Sejdic-Finci, u b'hekk ġiet imxekkla b'mod konsiderevoli aktar armonizzazzjoni bejn l-UE u l-Bożnija-Ħerzegovina;

93.

jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni attiva tad-distrett ta' Brčko fit-tħejjijiet ta' qabel l-adeżjoni, l-impenn qawwi tiegħu, u l-progress sinifikanti li għamel fir-rigward tar-riformi implimentati, li huwa konsiderevolment ogħla minn unitajiet amministrattivi oħra fil-pajjiż;

Il-Kosovo  (3)

94.

jilqa' t-tnedija tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Kosovo.

95.

jinnota bi pjaċir li l-Kosovo u s-Serbja pparteċipaw b'mod attiv u kostruttiv fid-djalogu ffaċilitat mill-UE;

96.

jirrimarka li l-Kosovo organizza b'suċċesss elezzjonijiet għal sindki u dawk muniċipali fil-ħarifa tal-2013, u l-elezzjonijiet parlamentari bikrin fit-8 ta' Ġunju 2014;

97.

jenfasizza li l-isforzi biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-gvern lokali komplew u li l-Ministeru tal-Amministrazzjoni tal-Gvern Lokali tejjeb il-gwida tiegħu għall-muniċipalitajiet;

98.

jenfasizza li għadu jippersisti l-indħil politiku fl-amministrazzjoni pubblika kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f'dak lokali, u li huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu implimentati bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-integrità fis-servizz ċivili;

99.

jenfasizza li l-awtoritajiet tal-Kosovo, partikolarment fil-livell lokali, iridu juru impenn akbar għall-protezzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż;

100.

jilqa' l-fatt li għall-ewwel darba, l-awtoritajiet lokali fit-Tramuntana tal-Kosovo ġew inawgurati skont il-liġi tal-Kosovo;

101.

jirrimarka li għandhom jitkomplew l-isforzi tal-awtoritajiet lokali biex tiżdied it-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fl-implimentazzjoni tad-deċentralizzazzjoni, u fl-isforzi biex jiġu żgurati appoġġ u riżorsi adatti għall-awtoritajiet lokali;

102.

jistenna kjarifika minnufih rigward l-akkużi ta' korruzzjoni li saru reċentament kontra rappreżentanti tal-EULEX biex b'hekk ma ssirx ħsara lill-fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-UE;

103.

jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' progress sinifikanti fil-ġlieda kontra l-korruzjoni u l-kriminalità organizzata, li huwa ostakolu sinifikanti għall-iżvilupp demokratiku, soċjali u ekonomiku tal-Kosovo;

104.

jinsab kuntent li ntlaħaq ċertu progress, b'mod partikolari l-ħatra ta' sindki permezz ta' elezzjonijiet li jkopru l-Kosovo kollu, kif ukoll iż-żieda fl-għadd ta' proġetti finanzjati mill-UE fit-Tramuntana; madankollu, jenfasizza l-bżonn li jitkompla l-proċess għat-twaqqif ta' Assoċjazzjoni ta' Muniċipalitajiet Serbi li għandu jevita l-ħtieġa ta' strutturi paralleli; fl-istess waqt, jinnota li se jinħtieġ aktar sforz kontinwu biex il-komunitajiet etniċi tal-Albanija u s-Serbja jitqarrbu lejn xulxin;

105.

jirrakkomanda li l-Kosovo jiddaħħal fil-fora kollha ta' kooperazzjoni reġjonali fil-Balkani tal-Punent, u speċifikament f'dawk dwar il-governanza lokali; jirrakkomanda wkoll li l-Kosovo u l-municipalitajiet tiegħu jiġu inklużi fil-korpi Ewopej ta' governanza lokali, bħalma huma l-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej jew il-Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali tal-Kunsill tal-Ewropa; jappoġġja l-parteċipazzjoni tal-Kosovo fil-programmi tal-UE li jippermettu lill-Kosovo jibbenefika wkoll fil-livell lokali mill-kontribut finanzjarju konsiderevoli;

106.

jilqa' b'sodisfazzjon il-ħatra ta' Uffiċjali Muniċipali għall-Integrazzjoni Ewropea f'35 muniċipalità;

Brussell, 16 ta' April 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Din ir-referenza hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mar-Riżoluzzjoni 1244/99 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(2)  CdR3127-2013_00_00

(3)  Din ir-referenza hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244/99 u l-Opinjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja dwar il-Kosovo. Dikjarazzjoni tal-Indipendenza.


12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/10


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – L-Implimentazzjoni tal-White Paper dwar it-Trasport tal-2011

(2015/C 195/02)

Relatur

:

Is-Sur Spyridon (EL/PPE), Membru tal-Kunsill Muniċipali ta’ Poros

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA  (1)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

It-Trasport huwa fattur bażiku fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

1.

jenfasizza li l-mobbiltà tal-persuni u tal-oġġetti hija prekundizzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet fundamentali tal-UE ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u t-tlestija tas-suq uniku. It-trasport jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-Ewropa u r-reġjuni tagħha u l-UE hija pijunier globali f’dan il-qasam;

2.

jinnota li l-prezz proporzjonalment għoli tat-trasport għal oġġetti u għad-djar: it-trasport jirrappreżenta 13,2 % tal-baġit tad-djar u sa 15 % tal-prezz ta' prodotti. It-trasport, sadanittant, għadu 96 % dipendenti fuq iż-żejt, li ħafna minnu huwa prodott f’reġjuni instabbli tad-dinja;

3.

jinnota li l-fatt li ma ġewx stabbiliti miri intermedji jagħmilha diffiċli biex jiġi evalwat il-progress li sar. Madankollu, il-ħatra tal-Kummissjoni Ewropea l-ġdid u r-reviżjoni li jmiss tal-implimentazzjoni tal-White Paper, li t-tnejn waslu fi żmien ta’ bidliet rapidi fl-ambjent (il-kriżi ekonomika, l-iżviluppi ġeopolitiċi usa’ li jaffettwaw it-trasport), wittew it-triq għal valutazzjoni parzjali tal-progress li sar s’issa;

4.

jirrimarka li l-miri ambizzjużi tal-White Paper jixprunaw il-progress. Il-Kumitat jinnota wkoll l-interdipendenza bejn il-politiki tat-trasport u l-politiki għall-ambjent, l-innovazzjoni u l-politika soċjali, kif ukoll il-politiki ekonomiċi. Jirrakkomanda li dawn l-objettivi jkunu marbuta ma’ miri għat-tnaqqis tad-dipendenza miż-żejt, it-trażżin tal-istorbju, u t-tniġġis tal-arja, tal-ispejjeż għoljin u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima kkawżat mill-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra;

5.

jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea, fir-reviżjoni ta’ nofs it-term u l-aġġornament possibbli tal-għanijiet, tikkunsidra sfidi ġodda bħal żviluppi ġeopolitiċi, il-bidla fil-flussi tat-trasport, kompetituri ġodda, żviluppi teknoloġiċi ġodda, id-dumping soċjali u l-kundizzjonijiet speċifiċi ta' kull Stat Membru u reġjun. Għandha tistabbilixxi wkoll miri intermedjarji għal wara l-2020;

6.

jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea għall-mod għaqli kif ipprevediet is-sitwazzjoni bl-adozzjoni ta' sensiela ta’ proposti leġislattivi u inizjattivi fir-rigward ta' pakkett ta' miżuri għat-trasport bil-ferrovija u bl-ajru u l-politika tal-portijiet, u jistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex iħaffu l-proċeduri, b’mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni rapida tagħhom. Tali miżuri tal-UE għandhom jiġu żviluppati f’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u livell minimu ta’ burokrazija;

7.

madankollu, il-Kumitat jitlob li jsir sforz minn tal-inqas ekwivalenti fuq it-trasport pubbliku urban, li huwa komponent essenzjali fis-sistema tat-trasport pubbliku u li jista’ jkollu l-aktar impatt immedjat qawwi fuq l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja tal-ikbar numru ta’ abitanti, fir-reġjuni bl-akbar densità tal-popolazzjoni tal-UE,

8.

jinnota li sabiex tittejjeb il-kompetittività tas-settur Ewropew tat-trasport u l-loġistika fid-dawl tal-kompetizzjoni minn partijiet oħra tad-dinja, jeħtieġ li qabel kollox jiġi żgurat il-moviment liberu tal-oġġetti u l-prodotti fi ħdan is-suq intern tal-UE.

Il-kompetittività ta’ reġjuni hija affettwata minn, u tiddetermina, il-kwalità tat-trasport

9.

jenfasizza r-rwol usa' tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar u l-mobilità tat-trasport urban u reġjonali u l-importanza deċiżiva tagħhom fir-rigward tal-kwalità ta’ ħajjet in-nies u l-kompetittività reġjonali. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-ippjanar u l-manutenzjoni tan-netwerk, il-parkeġġ u l-aċċessibbiltà, u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ standards ambjentali, u għalhekk għandhom ikunu involuti abbażi tas-sħubija u l-governanza f’diversi livelli. Il-KtR jitlob għalhekk lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkunu iktar attivi fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;

10.

jinnota li hemm konnessjoni diretta bejn l-ippjanar tat-trasport f’ċentri urbani u l-ippjanar urban u spazjali. Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni għal darb’oħra għall-Kunċett ta’ Ppjanar ta’ Mobbiltà Urbana Sostenibbli (inkluż il-prezz), fejn ir-rwol tal-UE għandu jkun li tiffavorixxi l-armonizzazzjoni mingħajr ma din tkun vinkolanti;

11.

itenni li, sabiex jiġi żgurat trasport ta’ kwalità għolja fil-livell Ewropew, huwa neċessarju li jkun żgurat li l-postijiet ta’ tluq u ta' tmiem il-fluss tat-traffiku, b'mod partikolari l-bliet, jirċievu l-istess attenzjoni u appoġġ bħan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport. Huwa xieraq li jiġi pprovdut appoġġ sħiħ għal dawn il-punti ta’ tluq u ta’ wasla, u biex jiġu ġestiti l-modi u t-tipi kollha ta’ trasport;

12.

jinnota li minkejja li l-White Paper tindika li għall-prosperità futura jeħtieġ li jkun żgurat trasport effiċjenti fir-reġjuni kollha, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda dejjem iktar tqis is-settur tat-trasport bħala segment kwalunkwe tas-suq ħieles, u mhux biss meta tkun qed tiġi vvalutata l-għajnuna pubblika. Il-provvedituri tas-servizz tat-trasport pubbliku (jew dawk li jappartjenu għal korp pubbliku) spiss iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjoni diffiċli minħabba li l-operaturi privati jassumu r-responsabbiltà għat-trasport u r-rotot li jagħmlu profitt (xi drabi bi prezzijiet li jwasslu għal dumping sabiex tinħoloq sitwazzjoni futura ta’ monopolju) filwaqt li l-korpi pubbliċi u xi operaturi tat-trasport (inklużi l-entitajiet miżmuma minn atturi pubbliċi) isibu ruħhom joperaw biss linji u rotot li jagħmlu inqas profitt. Jekk inqisu li l-White Paper tanalizza t-trasport mhux biss bħala settur kummerċjali, iżda wkoll bħala strument biex jiġu promossi l-kompetittività u l-prosperità tal-UE u tar-reġjuni varji tagħha, huwa neċessarju li jinbidel b'mod radikali l-approċċ fir-rigward tal-operaturi pubbliċi (jew l-ekwivalenti tagħhom), meta mqabbla ma’ operaturi privati. Loġikament, l-operaturi privati jqisu t-trasport biss bħala sors potenzjali ta’ qligħ kummerċjali, mingħajr ma jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata l-kompetittività tar-reġjuni u tal-UE kollha kemm hi;

13.

jappoġġja l-promozzjoni ta’ mezzi mhux motorizzati ta’ trasport (ċikliżmu, mixi) għal distanzi qosra, peress li dawn joffru alternattivi aktar ekoloġiċi u orħos u ħafna drabi aktar mgħaġġla. Netwerks tat-trasport adatti u miżuri biex tinbidel il-mentalità tan-nies, speċjalment fir-rigward tal-promozzjoni u l-użu ta' dan il-mezz ta' trasport, se jgħinu biex dan il-għan jintlaħaq;

14.

Fil-kuntest ta’ distanzi itwal tat-trasport tal- merkanzija, huwa favur li titħeġġeġ l-intermodalità bejn trasport sostenibbli u bidla modali mit-trasport bit-triq għal trasport sostenibbli (jiġifieri t-trasport ferrovjarju, marittimu u tax-xmajjar);

15.

jenfasizza l-importanza ta’ netwerks u mezzi tat-trasport adegwati u b'finanzjament suffiċjenti għal żoni bi żvantaġġi ġeografiċi u demografiċi bħal dawk b'popolazzjoni mifruxa ħafna kif ukoll għar-reġjuni tal-gżejjer, ultraperiferiċi, transkonfinali u fil-muntanji bħala fattur bażiku sabiex tinkiseb il-koeżjoni territorjali. Il-ħtiġijiet ta’ dawn ir-reġjuni mhumiex rikonoxxuti biżżejjed fil-politiki u l-programmi tal-UE li jaffettwaw it-trasport. Il-Kumitat jisħaq li l-ippjanar bir-reqqa huwa meħtieġ sabiex jiġu kkombinati rekwiżiti ambjentali ma’ dawk tal-fornituri tas-servizzi tat-trasport u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti tariffi raġonevoli għall-utenti;

16.

jenfasizza li, hekk kif l-Istati Membri l-ġodda għad m'għandhomx konnessjonijiet ta' trasport bażiċi u ta' kwalità, u dan mhux biss fil-qasam tan-netwerks tat-TEN-T, iżda speċjalment fil-livell tal-konnessjonijiet reġjonali u lokali bażiċi (rotot madwar il-muniċipalitajiet, netwerks ta' toroq reġjonali u lokali aġġornati li fuqhom tiddependi l-mobbiltà tal-ħaddiema, eċċ.) li huma fattur ewlieni tal-kompetittività ta’ dawn ir-reġjuni, huwa neċessarju biex jiġu indirizzati l-problemi tat-trasport u jħeġġu lis-settur fl-Istati Membri l-ġodda, biex jadotta approċċ differenti ħafna minn dak implementat fl-Istati Membri antiki, fejn dawn l-infrastrutturi diġà jeżistu,

17.

jenfasizza li l-konnessjonijiet tat-trasport transkonfinali fil-livell lokali u reġjonali huma essenzjali għall-koeżjoni reġjonali transkonfinali u l-iżvilupp tal-kooperazzjoni transkonfinali lil hinn mill-fruntieri, u jenfasizza li sfortunatament ma tteħidx kont biżżejjed tagħhom fit-tfassil tal-programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali għall-perjodu 2014-2020;

18.

jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni għall-fatt li jiġi pprovdut standard għoli ta’ trasport għal gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni kif ukoll fir-reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi;

19.

jenfasizza r-rabta fundamentali bejn sistema tat-trasport affidabbli, flessibbli u ta' kwalità u l-kompetittività tal-industrija tat-turiżmu;

20.

jinsab diżappuntat li s’issa ftit sar progress fir-rigward tal-biljetti intermodali, b’mod speċjali għat-trasport multimodali minn naħa għal oħra tal-fruntieri reġjonali jew nazzjonali; jinstenna progress sinifikanti f’dan il-qasam sal-2020;

21.

jinnota li ftit li xejn sar progress fil-qasam tal-informazzjoni pan-Ewropea dwar it-trasport multimodali u s-servizzi relatati mal-biljetti. u li, fil-preżent, il-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE għad m’għandhomx sistema nazzjonali ta’ ħinijiet tat-trasport fissi, li tiġbor flimkien il-ħinijiet kollha użati fil-pajjiż u li tippermetti t-tiftix u r-reżervazzjoni ta' rotot tat-trasport pubbliku fi ħdan pajjiż partikolari. It-tagħrif dwar it-trasport multimodali huwa wieħed mill-istrumenti li jistgħu jsaħħu b’mod sinifikanti l-interess tal-passiġġieri fl-użu tat-trasport pubbliku. Jemmen ukoll li, meta jkunu qed jiġu stabbiliti s-sistemi ta' informazzjoni u l-interkonnessjoni tagħhom, jeħtieġ li dawn isiru mhux biss abbażi tal-informazzjoni statika li turi l-ħinijiet fissi, iżda wkoll tal-possibbiltajiet vasti li toffri l-informazzjoni li wieħed jista' jikseb permezz tas-sistemi GNSS, inkluża s-sistema Ewropea ta' navigazzjoni Galileo;

22.

jilqa’ l-progress li sar fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri. Il-Kumitat jinnota, madankollu, li l-informazzjoni dwar dawn id-drittijiet u d-drittijiet nfushom hija frammentata, u tiddependi mill-mezz ta’ trasport, u jitlob għal aktar konsistenza għall-benefiċċju tal-utenti, jitlob ukoll li d-drittijiet mogħtija mill-Unjoni Ewropea jiġu applikati b'mod aktar wiesa' minn dawk l-Istati Membri li attwalment qed jużaw id-derogi kollha possibbli biex jillimitaw l-applikazzjoni tagħhom;

23.

jenfasizza li l-aktar fażi kkumplikata f'termini ta' informazzjoni ta' vjaġġar u forniment tal-biljett tat-trasport hija dik ta' “l-ewwel u l-aħħar kilometru”, jiġifieri l-parti tal-vjaġġ li b'mod ġenerali taqa' taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Għaldaqstant huwa essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fl-implimentazzjoni kif ukoll fir-reviżjoni tas-soluzzonijiet individwali sabiex jiżguraw li s-sistema kollha taħdem sew;

24.

jiddispjaċih li erba' Stati Membri biss qed japplikaw b’mod sħiħ ir-regolament dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ferroviji u jitlob bil-qawwa lill-Istati Membri l-oħra kollha biex jirtiraw l-eżenzjonijiet prevalenti;

25.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li n-nuqqas ta’ standards armonizzati fost l-Istati Membri jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u potenzjalment jiddevja t-traffiku, b’konsegwenzi ambjentali, għall-komunikazzjonijiet u amministrattivi;

26.

l-istabbiliment ta’ infrastruttura tat-trasport tajba u livelli tajbin ta’ aċċess għaliha jagħmel lir-reġjuni kollha aktar b’saħħithom ekonomikament u aktar attraenti għal investiment dirett, u b’hekk isaħħu kemm il-kompetittività tagħhom stess kif ukoll il-pożizzjoni kompetittiva tal-UE kollha kemm hi;

27.

jikkunsidra li jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kompetenzi tal-korpi ta’ infurzar nazzjonali tad-drittijiet tal-passiġġieri għal vjaġġi transkonfinali.

Ħidma lejn sistema integrata, affidabbli, nadifa u sikura tas-sistema tat-trasport Ewropew

28.

jinnota l-iżvilupp mhux ugwali u l-frammentazzjoni tan-netwerk tat-trasport bejn ir-reġjuni Ewropej, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-ferroviji u t-toroq; netwerk tat-trasport ta' kwalità għolja, flimkien ma' strumenti finanzjarji flessibbli, huma meħtieġa biex tissaħħaħ il-kompetittività. għal dawn huwa meqjus essenzjali l-iżvilupp tan-netwerk TEN-T, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija u ta' netwerk ta’ ajruporti reġjonali;

29.

huwa favur l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni (spejjeż soċjali u ambjentali, inklużi l-inċidenti, it-tniġġiż tal-arja, l-istorbju u l-konġestjoni) u l-prinċipju ta' min juża jħallas, u min iniġġes iħallas, sabiex l-għażliet tas-suq jiġu allinjati mar-rekwiżiti tas-sostenibbiltà. F'dan il-kuntest għandu jiġi eżaminat, jekk permezz ta' iktar miżuri, tistax tintlaħaq l-introduzzjoni gradwali ta’ sistema armonizzata mandatorja ta’ internalizzazzjoni tal-ispejjeż għall-vetturi kummerċjali fin-netwerk interurban sħiħ, u b'hekk tinġieb fi tmiemha s-sitwazzjoni attwali fejn it-trasportaturi internazzjonali jeħtieġu l-Eurovignette, ħames vignettes nazzjonali u tmien kuntratti differenti ta’ mmarkar u nollijiet biex isuqu bla xkiel fit-toroq bin-noll tal-Ewropa.

30.

jinnota l-progress miksub fil-qasam tas-sigurtà fit-trasport bit-triq, iżda wkoll id-differenzi fil-leġislazzjoni u l-istandards tal-Istati Membri, rigward it-trasport ta’ prodotti perikolużi, pereżempju. Il-Kumitat itenni l-appell tiegħu għal mudell xjentifiku tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż, speċjalment għal inċidenti fit-toroq;

31.

jinnota li għat-trasport tal-passiġġieri, b’mod partikolari t-trasport bl-ajru, is-sigurtà tal-passiġġieri tiddependi mhux biss fuq il-kwalità teknika, iżda wkoll fuq evalwazzjoni regolari tal-ekwipaġġi u titjib kontinwu fl-istandards tas-sikurezza, u jistieden lill-korpi kompetenti biex jieħdu azzjoni immedjata f’dawn l-oqsma speċifiċi;

32.

jilqa’ l-inizjattiva Shift 2Rail u l-promozzjoni tal-proġett “Blue Belt”, filwaqt li jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ma kienx hemm biżżejjed progress biex jaqilbu għal trasport bil-ferrovija u fuq passaġġi fuq l-ilma, jew għal trasport marittimu, minkejja l-konġestjoni fit-toroq u fl-ajru. Ferroviji u vapuri jistgħu jkomplu jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra kif ukoll ta' inċidenti. Għalhekk għandhom jitħeġġu l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tan-netwerk TEN-T, l-unifikazzjoni tal-kriterji u l-istandards bejn id-diversi amministrazzjonijiet ferrovjarji u l-aċċess faċli ta' operaturi ġodda fil-qasam tal-kompetizzjoni ħielsa;

33.

jilqa' l-implimentazzjoni konkreta tal-programm “Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” iżda huwa mħasseb minħabba li l-pjan Juncker ser jixrob EUR 2,7 biljun meta tqis li l-baġit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa diġà mhuwiex biżżejjed biex jinħoloq in-netwerk trans-Ewropew għat-trasport; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li hemm nuqqas ta' investiment ovvju tal-Unjoni Ewropea f'sistema tat-trasport effiċjenti u sostenibbli u fit-tranżizzjoni ekoloġika;

34.

wara l-aħħar rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jiġu eliminati punti ta’ konġestjoni fit-trasport f’passaġġi fuq l-ilma (relatati ma’ pontijiet, serraturi u l-wisa’ tax-xmara, eċċ.), jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom, idaħħlu proġetti infrastrutturali biex jitlestew, u jimplimentaw l-pjani ta’ manutenzjoni;

35.

jinnota n-nuqqas ta’ kwalunkwe referenza għal trasport integrat marittimu jew fuq passaġġi tal-ilma interni u t-trasport bl-ajru, jew għall-iżvilupp ta’ idroplani, u jitlob biex dawn jiġu inklużi fl-ippjanar tat-trasport;

36.

jappoġġja l-inizjattiva tal-Ajru Uniku Ewropew, u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta sistema trasparenti ta’ allokazzjoni ta' slots sabiex jitjieb l-użu ta’ ajruporti, fl-interess tal-kompetizzjoni. Il-Kumitat jinnota d-dewmien osservat matul it-tlugħ u l-inżul tal-ajruplani, li huwa fattur li joħloq spejjeż ogħla, u jitlob għal eżami tal-impatt ambjentali possibbli ta’ żieda fl-altitudnijiet tat-titjiriet, minħabba l-emissjonijiet tat-tniġġis fit-troposfera;

37.

jappella għal azzjoni kkoordinata bil-għan li jissaħħaħ it-trasport multimodali, fuq kollox bil-ħolqien tar-rabtiet meħtieġa mal-punti nodali (bħall-ajruporti, il-portijiet u ċ-ċentri intermodali tat-trasport), u jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni fil-fruntieri tal-Istati Membri, li tista’ tiġi provduta mir-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT);

38.

jilqa’ b’sodisfazzjon il-progress li sar fir-rigward ta’ tiftix għal sorsi u metodi alternattivi ta’ finanzjament ta’ proġetti ewlenin tat-trasport, li jirrikjedu ppjanar u finanzjament fit-tul. Il-Kumitat, madankollu, jiġbed l-attenzjoni għad-differenza fl-approċċ adottat biex jippromovi sorsi alternattivi u għan-nuqqas ta’ żieda ta’ għajnuna li tkun marbuta mal-livell ta’ “indafa” tal-mod ta’ propulsjoni alternattiv inkwistjoni. Jirrakkomanda, għalhekk, li jiġi pprovdut appoġġ aktar effettiv għal modi ta’ propulsjoni li ma jipproduċux emissjonijiet jew li jipproduċu ammont minimu u li għalihom l-infrastruttura diġà teżisti u taħdem b’mod affidabbli (li hu, pereżempju, il-każ ta’ trammijiet u trolleybuses);

39.

jenfasizza li l-iżviluppi teknoloġiċi u leġislattivi fis-settur tat-trasport kollu ser jirrikjedu ħiliet ġodda min-naħa tal-utenti. Il-Kumitat jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea biex jieħdu kont tal-ħtieġa għal miżuri ta’ taħriġ kontinwu u jqisu l-ispejjeż tagħhom fl-istadju tad-disinn u tal-ippjanar sabiex ikunu jistgħu jiġu implimentati b’mod sħiħ;

40.

jenfasizza l-bidliet mgħaġġla fil-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-settur tat-trasport u jappella lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jarmonizzaw l-istandards u d-drittijiet soċjali, bil-għan li jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tiġi skoraġġuta l-kompetizzjoni inġusta;

41.

jenfasizza li trasport aktar nadif jitlob miżuri paralleli sabiex jiġi promoss l-ivvjaġġar permezz tat-trasport pubbliku, kif ukoll ir-riċerka f'karburanti aktar nodfa u f’magni aktar effiċjenti. Għal dan huwa essenzjali li jiġu implimentati politiki li jsaħħu l-użu ta’ vetturi ibridi u tat-trasport ferrovjarju bi trazzjoni elettrika;

42.

jenfasizza l-importanza ta’ innovazzjoni teknoloġika xprunata minn karburanti alternattivi u infrastruttura mġedda għal ekonomija sostenibbli, favur l-ambjent u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju sabiex il-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu jespandu l-esportazzjonijiet, jistimulaw it-tkabbir u joħolqu l-impjiegi;

L-Ewropa għandha tesporta l-mudell tat-trasport tagħha li rnexxa

43.

itenni l-appoġġ tiegħu għall-isforzi tal-Unjoni fil-livell internazzjonali biex tesporta l-mudelli tat-trasport tagħha permezz ta’ parteċipazzjoni attiva f’fora internazzjonali;

44.

il-kwalità u s-sikurezza tan-netwerks tat-trasport Ewropej, li huma bbażati fuq standards għoljin, huma eżempju għal pajjiżi terzi u fl-istess ħin jikkontribwixxu għas-sikurezza pubblika u l-kwalità tal-ħajja Ewropea. L-esportazzjoni ta’ standards Ewropej u l-ftuħ tas-swieq internazzjonali fl-istess ħin isaħħu l-kompetittività tal-industrija Ewropea;

45.

jinnota li s-settur tat-trasport huwa estremament kumpless, u jinkludi oqsma bħalma huma l-infrastruttura, it-teknoloġiji tal-informazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tal-vetturi u l-imġiba tal-utent, biex insemmu biss xi ftit. Il-KtR jappella lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jagħtu l-attenzjoni li hemm bżonn lill-koordinazzjoni b'suċċess ta' dawn l-oqsma differenti, b’livell minimu ta’ burokrazija u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, sabiex jinkisbu l-aqwa riżultati.

Brussell, 16 ta' April 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Jekk jogħġbok ħu nota li skont l-Artikolu 55(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-KtR, “L-opinjonijiet tal-Kumitat dwar proposti għal atti leġislattivi [...] għandhom jesprimu fehma dwar il-konformità tal-proposta mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.”


12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/15


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Il-futur tas-settur tal-prodotti tal-ħalib

(2015/C 195/03)

Relatur

:

René Souchon, President tar-Reġjun ta’ Auvergne (FR/PSE)

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

I.   ANALIŻI TAL-KUNTEST

Dwar l-iżvilupp tas-sitwazzjoni tas-suq tal-prodotti tal-ħalib

1.

jinnota li fir-rapport tagħha COM(2014) 354 final tat-13 ta’ Ġunju 2014, imfassal abbażi tad-data disponibbli f’nofs Marzu 2014, il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra li s-sitwazzjoni tas-suq tal-ħalib hija favorevoli, fuq medda qasira u medja ta' żmien, u li t-tneħħija tal-kwoti għandha sseħħ. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li għad baqa’ xi kwistjonijiet li jridu jiġu indirizzati, iżda tikkunsidra li, f’dan l-istadju, għadu kmieni wisq biex jitkejjel l-impatt ta’ tmiem il-kwoti, u tixtieq tistenna sal-2018 biex tħejji proposti leġislattivi ġodda;

2.

iqis li sa minn Marzu 2014, dan l-iżvilupp favorevoli ħafna tas-suq u l-prezzijiet inqaleb taħt l-influwenza ta' tliet fatturi: produzzjoni dinjija qawwija, id-domanda globali li naqset u l-embargo Russu. F’kuntest ta’ żieda kbira fil-produzzjoni Ewropea, dawn it-tliet elementi diġà qed jikkontribwixxu għal tnaqqis sinifikanti fil-prezz tal-ħalib;

3.

jinnota li t-tbassir għall-ewwel nofs tal-2015 juri tnaqqis fil-prezzijiet u ħażniet ta’ prodotti tal-ħalib li jistgħu jaqbżu lil dawk tal-2009 b'differenzi konsiderevoli bejn l-Istati Membri, u kultant anki fi ħdan l-istess Stati Membru;

Dwar l-implementazzjoni tal-Pakkett tal-Ħalib

4.

jinnota li fir-rapport tal-Kummissjoni s-sistema ta’ kuntrattar għadha marġinali fil-volum u dan idgħajjef l-ibbilanċjar mill-ġdid tal-poter favur il-produtturi. Il-kooperattivi, li huma responsabbli għal aktar minn 60 % tal-ħalib fl-Ewropa, kienu eżentati mis-sistema ta' kuntrattar u l-kontroll tal-produzzjoni, billi ħabbru minn qabel li huma ser jiġbru l-ħalib kollu tal-produtturi membri tagħhom. Dan kollu jillimita serjament l-ambitu tal-miżuri tal-“pakkett tal-ħalib”;

5.

jinnota li ż-żieda qawwija ħafna fil-produzzjoni u l-ġbir fl-Unjoni Ewropea kollha fl-2014 turi tajjeb li s-sistema ta' kuntrattar ma kellhiex – u mhux se jkollha –effett fuq il-kontroll tal-provvista globali fl-UE, peress li l-azjendi tal-ħalib ormaj huma f’kompetizzjoni miftuħa ma’ xulxin;

6.

jinnota li s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni, l-aħħar ħolqa fil-katina alimentari tal-ħalib, ta' spiss juża l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib destinati biex jinbiegħu lill-konsumatur bħala lixka, hekk kif jiġu offruti bi prezzijiet baxxi u jgħaddi dan it-tnaqqis lura tul il-katina lis-settur tal-produzzjoni, li fl-aħħar mill-aħħar huwa dak li jbati l-konsegwenzi ta’ dawn il-politiki kummerċjali aggressivi, bir-riżultat li f’ħafna każijiet il-produttur jirċievi ammont li ma jkoprix l-ispejjeż tiegħu tal-produzzjoni;

7.

jinnota li l-miżuri speċifiċi, mhux previsti fil-“pakkett tal-ħalib”, adottati wara l-embargo tar-Russja, huma b’mod ċar insuffiċjenti minħabba t-telf imġarrab minn Awwissu 2014 'l hawn;

8.

jinnota li l-possibbiltà ta' ġestjoni tal-provvista għad-denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO), permessa mill-“pakkett tal-ħalib”, jidher li għadha qed tintuża ftit li xejn (tliet ġobnijiet fi Franza u tnejn l-Italja), u jixtieq ikollu aktar informazzjoni mill-Kummissjoni Ewropew dwar l-applikazzjonijiet pendenti u jitlob għall-promozzjoni ta' din il-possibbiltà fl-Istati Membri u li l-Kummissjoni tissimplifika l-aċċess għall-iskemi tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini (DPO) u tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP);

Prospetti għall-wara l-kwota

Fuq medda qasira ta’ żmien:

L-impatt fuq il-produzzjoni tal-ħalib fil-livell tal-Unjoni Ewropea

9.

jinnota li l-analiżi mwettqa għall-konferenza “Is-settur tal-ħalib Ewropew: l-iżvilupp lil hinn mill-2015” tal-24 Settembru 2013, kif ukoll ir-rapport COM 2014-2024 juru li ż-żieda fil-produzzjoni tal-ħalib tal-UE tiddependi l-ewwel nett mis-suq dinji, li jirrappreżenta biss 7 % tal-produzzjoni dinjija iżda hija kompetittiva ħafna. It-trab tal-ħalib jikkostitwixxi żewġ terzi ta’ tunnellati fornuti minn tliet esportaturi prinċipali: l-UE, in-New Zealand u l-Istati Uniti. L-OECD u l-FAO jbassru li d-domanda globali għall-prodotti tal-ħalib se tikber b’madwar 2 % fis-sena sal-2023. Hemm ħtieġa kontinwa biex jiġu identifikati u żviluppati swieq ġodda, jikber is-sehem tas-suq globali tal-UE, jiġi żgurat aċċess ġust għall-esportaturi tal-UE u jiġi stimolat it-tkabbir fl-esportazzjoni. It-titjib fit-trasferiment tal-għarfien, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-miżuri għat-titjib tal-kwalità u t-tikkettar ser iġibu aktar valur miżjud għall-prodotti tal-ħalib tal-UE u jżidu l-kompetittività tagħhom fis-suq intern u fis-suq dinji;

10.

jinnota li din l-analiżi ta’ Settembru 2013 tipprevedi li, maż-żmien, ammont dejjem jikber ta’ ħalib prodott fl-Unjoni Ewropea se jinbidel fi prodotti b’valur miżjud ogħla, aspejjeż ta’ produzzjoni tal-massa mhux ipproċessata;

11.

jinnota li l-analiżi tirrikonoxxi l-iżbilanċ li qed jikber fid-distribuzzjoni tal-valur miżjud tul il-katina tal-provvista tal-prodotti tal-ħalib, favur il-proċessuri;

12.

jinnota li huwa ġeneralment rikonoxxut li t-tneħħija tal-kwoti ser twassal għal aktar konċentrazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib f’azjendi agrikoli ikbar u f'ċerti reġjuni tal-Unjoni Ewropea;

13.

iqis li l-UE m’għandhiex għodod operattivi biex tillimita l-volatilità tal-prezzijiet tal-ħalib mir-razzett;

14.

jinnota wkoll li parti kbira mill-investimenti reċenti fis-settur tal-ħalib Ewropew jiffokaw iktar fuq it-torrijiet għat-tnixxif tat-trab tal-ħalib milli fuq l-ipproċessar tal-ħalib fi prodotti b’valur miżjud għoli bħall-ġobnijiet (50 % fuq it-trab tal-ħalib kontra l-20 % fuq il-ġobnijiet (1));

15.

iqis din il-konċentrazzjoni ta’ produzzjoni fl-azjendi agrikoli ikbar fiha nnifsha mhux garanzija tal-effettività jew id-dħul, kif juri l-eżempju Daniż;

L-impatti territorjali prevedibbli u l-effetti sekondarji tagħhom

16.

jinnota li, għall-perjodu ta wara l-kwoti, diversi studji (2) jikkonfermaw il-konċentrazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib fl-aktar żoni produttivi li għandhom l-akbar densità tal-produzzjoni tal-ħalib u l-ispejjeż tal-ġbir l-aktar baxxi, u t-tnaqqis jew l-abbandun tal-produzzjoni tal-ħalib f’reġjuni kkunsidrati bħala żvantaġġati jew vulnerabbli. Jinnota li f’dawn ir-reġjuni, kemm jekk huma periferiċi, muntanjużi jew dawk ultraperiferiċi, il-produzzjoni tal-ħalib hija attività ekonomika diffiċilment sostitwibbli, li għandha wkoll rwol importanti fil-livell soċjali u ambjentali;

17.

jiddispjaċih li m'hemm l-ebda studju speċifiku, jew inkella ftit, dwar id-destin ta’ żoni żvantaġġati f’każ ta’ abbandun gradwali tal-produzzjoni tal-ħalib, bir-rapport tal-Kummissjoni tal-2014 dwar l-implimentazzjoni tal-Pakkett tal-Ħalib li jinnota li għadu kmieni wisq biex jitkejjel l-impatt tiegħu fuq iż-żoni żvantaġġati.

18.

jiddispjaċih, b’mod partikolari, li m'hemmx studji speċifiċi li jiffokaw fuq ir-reġjuni fejn il-produzzjoni tal-ħalib hija determinanti għall-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi, kif ukoll hija lieva strateġika għal setturi ekonomiċi oħra bħat-turiżmu. Dawn iż-żoni rarament huma kkalkulati bħala għadd ta’ rziezet u impjiegi lokali, u qatt ma jkunu kkalkulati mil-lat tal-kontribut għall-beni pubbliċi (il-kwalità tal-ilma u l-pajsaġġi, il-bijodiversità, il-kwalità tal-prodotti, it-turiżmu ekoloġiku u s-swieq reġjonali, eċċ.) jew għal setturi ekonomiċi oħra;

19.

jinnota li l-iżjed studji reċenti tal-Kummissjoni u l-esperti jipprevedu aċċellerazzjoni tal-abbandun tal-produzzjoni tal-ħalib fi kważi l-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea (bl-eċċezzjoni tal-Polonja), meta tqis li t-trobbija ta' bhejjem tal-ħalib ħafna drabi hija l-attività agrikola ewlenija; dan huwa ta' ħsara għall-kapaċità li ż-żoni rurali jżommu l-popolazzjoni tagħhom;

20.

iqis ukoll li huwa urġenti li, għaż-żoni “intermedjarji” għall-kultivazzjoni tar-raba' u t-trobbija tal-bhejjem, jiġi kkwantifikat it-telf totali ta’ impjiegi li jirriżulta mill-abbandun tal-produzzjoni tal-ħalib favur iċ-ċereali;

21.

jenfasizza li l-miżuri tax-xibka ta’ sikurezza eżistenti bħall-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat mhumiex għodod adegwati biex tiġi indirizzata l-volatilità persistenti jew il-kriżi fis-settur tal-ħalib, li ġiet aggravata aktar mill-embargo Russu, li affettwa partikolarment il-pajjiżi Baltiċi u l-Finlandja;

Fuq medda medja ta' żmien:

22.

jinnota li l-aħħar tbassir ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea, minkejja tmiem il-kwoti, juri żieda limitata tal-produzzjoni Ewropea, b’mod partikolari minħabba restrizzjonijiet ambjentali dejjem aktar akuti f’xi Stati Membri. Madankollu, iż-żieda fil-produzzjoni fl-2014 turi li t-taħlita ta’ prezz tajjeb tal-ħalib u sena favorevoli għall-għalf wasslet għal eċċess konsiderevoli u għalkollox imprevist ta' ħalib;

23.

jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-prezz medju tal-ħalib għandu jkun ta’ madwar EUR 350 għal kull tunnellata matul il-perjodu 2016-2024, b’varjazzjonijiet bejn it-EUR 300 u l-EUR 400 kull tunnellata matul tmien snin minn għaxra, u dawn għandhom ikunu aktar severi matul sentejn minn għaxra;

24.

iqis li din il-volatilità, it-taqlib konsiderevoli li din ser toħloq, kif ukoll l-inċertezza li ser tqiegħed fuq is-settur tal-ħalib fit-territorju Ewropew huma inkompatibbli ma’ investimenti sinifikanti fl-irziezet u l-introduzzjoni ta’ produtturi ġodda, u ser ikunu partikolarment sensittivi fiż-żoni muntanjużi jew ir-reġjuni ultraperiferiċi, karatterizzati minn limitazzjonijiet akbar u inqas possibbiltajiet ta' ekonomiji ta' skala;

25.

barra minn hekk jinnota li l-kumpaniji tal-Unjoni Ewropea qed jiffaċċjaw kompetizzjoni minn esportaturi dinjija oħrajn, li huma ftit iżda b’saħħithom (New Zealand, l-Istati Uniti u l-Awstralja,) li għandhom aċċess storiku għas-swieq Asjatiċi u għandhom influwenza deċiżiva fuq il-prezzijiet tas-suq dinji tal-prodotti tal-ħalib;

26.

iqis li ma għandniex infixklu t-tkabbir tas-suq dinji maż-żieda fid-domanda dinjija – peress li din tal-aħħar hija pjuttost regolari fuq medda medja u twila ta’ żmien billi s-suq dinji jimxi b'mod aktar imprevedibbli, u huwa responsabbli biss għal 7 % tal-produzzjoni u għal xi produzzjoni żejda f’ċerti pajjiżi;

27.

iqis li huwa inaċċettabbli li l-prezzijiet tal-ħalib mill-azjenda agrikola fl-Ewropa jkunu marbuta tant mill-qrib mal-prezzijiet dinjija, meta wieħed iqis li 90 % tal-produzzjoni tal-Unjoni Ewropea tinbiegħ fis-suq Ewropew;

Rigward ir-riskji u l-opportunitajiet għas-settur tal-prodotti tal-ħalib fl-Ewropa marbuta mal-ftehimiet kummerċjali li qed jiġu diskussi

28.

iqis li d-domanda għall-prodotti tal-ħalib u l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni se jiġu esposti għall-effetti ta’ diversi ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u ftehimiet kummerċjali reġjonali li qed jiġu negozjati;

29.

jinnota li r-riskju ewlieni assoċjat ma’ dawn il-ftehimiet għat-trobbija tal-bhejjem tal-ħalib fl-industrija Ewropea, u għall-konsumatur, huwa li jitbaxxew l-istandards tal-kwalità u s-sigurtà tas-saħħa għaċ-ċittadini Ewropej, iżda wkoll in-nuqqas ta’ rikonoxximent tad-DPO kif mitlub mill-industrija tal-ħalib;

30.

jikkunsidra wkoll li l-ftehim li qed jiġi nnegozjat bħalissa mal-Istati Uniti dwar l-armonizzazzjoni u t-tnaqqis sostanzjali fid-dazju, imsemmija fil-mandat tan-negozjati tal-UE, jirrappreżenta opportunitajiet iżda wkoll riskji għas-settur tal-ħalib, notevolment marbuta mad-dazji doganali għall-prodotti tal-ħalib, normalment ħafna ogħla mil-livell Ewropew, filwaqt li s-sostenn għall-produtturi tal-ħalib huwa msaħħaħ mill-Farm Bill tal-Istati Uniti 2014-2018;

31.

jinnota li l-UE qiegħda fil-proċess li tikkonkludi Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-Afrika tal-Punent dwar it-tneħħija ta’ dazji tad-dwana ma' dan il-grupp ta' pajjiżi, għal mill-inqas 75 % tal-esportazzjonijiet tagħha, fosthom it-trab tal-ħalib. Madankollu, esportazzjonijiet kbar tal-Unjoni Ewropea se jdgħajfu l-iżvilupp tat-trobbija tal-bhejjem tal-ħalib u l-iżvilupp ta’ azjendi żgħar tal-ħalib f’dawn il-pajjiżi u jħaffu l-migrazzjonijiet tal-popolazzjonijiet rurali lejn il-bliet u lejn l-Ewropa;

II.   PROPOSTI U RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Nisfruttaw bis-sħiħ l-għodod disponibbli fil-livell Ewropew

Inżidu l-livell tax-xibka ta’ sikurezza

32.

jinnota li taħt il-PAK il-ġdida (2014-2020), is-settur tal-prodotti tal-ħalib jibbenefika minn xibka ta’ sikurezza marbuta ma' qafas regolatorju li jippermetti li l-Kummissjoni tirreaġixxi f'ċirkostanzi eċċezzjonali;

33.

iqis li l-livell tax-xibka attwali ta’ sikurezza (EUR 217/t) huwa baxx wisq biex jikkostitwixxi protezzjoni fil-każ ta' tnaqqis fil-prezz tal-ħalib;

34.

jipproponi lill-Kummissjoni biex tassigura li l-prezz tax-xiri b'intervent jirrifletti aħjar l-ispejjeż tal-produzzjoni u jadatta aħjar għal tibdil fis-suq. Il-prezz tax-xiri b'intervent attwali, li ma nbidilx mill-2008, jeħtieġ li jiġi rivedut sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-produzzjoni u tal-input dejjem jiżdiedu u għandu jiġi rivedut fuq bażi regolari;

Titjib tal-għodda tal-“pakkett tal-ħalib”

35.

Jinnota, għal dawk il-pajjiżi li jkunu ddeċidew li jagħmlu obbligatorji l-kuntratti tal-ħalib, li l-ħolqien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ma rnexxilux jilħaq l-iskop li għalih inħoloq, peress li l-proċessuri komplew jinnegozjaw kuntratti b’mod dirett mal-produtturi billi imponew fuqhom tul ta’ żmien qasir ħafna ta’ kuntratti u mingħajr garanzija tal-prezzijiet tal-ħalib; għalhekk jipproponi li tingħata prijorità, minflok kuntratti diretti bejn il-produtturi u l-imħaleb, l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi reġjonali u territorjali, mhux dipendenti fuq maħleb wieħed, fuq l-istess linji ta’ dak li jeżisti u jaħdem fil-Quebec, u li jirċievu ħafna aktar setgħa għan-negozjar;

36.

iqis li huwa essenzjali li jissaħħaħ ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi sabiex dawn jaqdu rwol ekonomiku ċar fil-ġestjoni tal-prezz u l-ġestjoni tal-provvista;

37.

jipproponi li tittejjeb l-effettività tas-sistemi ta’ kuntratti billi tiġi estiża l-iskema għas-settur kollu, inklużi b'mod speċjali l-bejjiegħa kbar;

38.

iħeġġeġ lill-produtturi sabiex jipparteċipaw u jidħlu f'organizzazzjonijiet li jkunu kapaċi jipproċessaw il-ħalib, waqt li jitnaqqas in-numru ta' ħoloq fil-katina tal-ħalib;

39.

iħeġġeġ li jiġi promoss il-konsum intern tal-prodotti tal-ħalib fl-UE, u li jiġu adottati r-regoli dwar it-tikkettar li jipprovdu informazzjoni sħiħa dwar l-oriġini, il-metodu ta' produzzjoni, il-proċessi industrijali użati, eċċ.

40.

jipproponi li s-settur tal-kummerċjalizzazzjoni jiġi pprojbit milli juża prattiki li jinvolvu t-trivjalizzazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib bil-għan li ma jintużawx bħala lixka fil-politiki kummerċjali tiegħu.

41.

jipproponi li jittejjeb il-funzjonament tal-Osservatorju Ewropew tal-Ħalib (European Milk Market Observatory), u jkunu disponibbli l-mezzi neċessarji biex jiġi żgurat li l-Osservatorju jsir strument ġenwin ta’ tmexxija u mhux biss ta' osservazzjoni a posteriori. Għal dan l-għan, fl-osservatorju għandha tiġi stabbilita sistema ta' twissija bikrija effiċjenti għal kriżijiet emerġenti tas-suq. Għal dan l-għan, huwa essenzjali li l-Osservatorju jipprovdi data kull xahar u f’livell aktar dettaljat minn dak tal-Istati Membri, sabiex jikkunsidra d-diversità tas-sitwazzjonijiet bejn ir-reġjuni Ewropej; Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati t-twissijiet bikrija u immedjatament tieħu il-miżuri kollha meħtieġa;

Nottimizzaw il-miżuri tal-Pilastru I

42.

ifakkar li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu għajnuna akkoppjata fakultattiva għall-produtturi tal-ħalib, sa ċertu perċentwal tal-pakkett nazzjonali tagħhom tal-Pilastru I, u jistgħu jagħtu pagament sa 5 % tal-pakkett nazzjonali tagħhom għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali. Għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet POSEI (“Il-Programm ta' Soluzzjonijiet Speċifiċi Relatati mal-Periferiċità u l-Insularità”) huma mfassla biex iqisu l-iżvantaġġi ġeografiċi u ekonomiċi ta’ dawn iż-żoni, iżda mhux biex jittrattaw kriżijiet ikkawżati mid-deregolamentazzjoni tas-suq tal-ħalib;

43.

iqis li sabiex tiġi rikonoxxuta l-eżistenza ta’ nfiq żejjed fil-produzzjoni u l-ipproċessar fir-reġjuni ultraperiferiċi, hemm bżonn ta' riżorsi addizzjonali għall-programm POSEI, li jippermettu li jiġu kkumpensati l-produtturi tal-ħalib għall-effetti li jirriżultaw mid-deregolamentazzjoni tas-swieq u li jagħtuhom il-garanzija li jibqgħu kompetittivi meta mqabbla mal-produtturi fil-bqija tal-Ewropa;

44.

jibża’, madankollu, li jekk kull pajjiż jista' jagħmel l-għażla tiegħu, ser ikun hemm firxa wiesgħa ta’ tipi u livelli ta’ appoġġ fost il-bdiewa fl-Unjoni Ewropea u li r-riallokazzjonijiet jibqgħu ta' spiss wisq baxxi meta mqabbla mad-differenzi fl-ispejjeż tal-produzzjoni;

Nottimizzaw il-miżuri tal-Pilastru II

45.

jinnota li l-Istati Membri jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tas-settur tal-ħalib b’approċċ strateġiku billi jfasslu sottoprogrammi tematiċi mfassla apposta u maħsuba biex, pereżempju, jiġi limitat ir-ristrutturar tas-settur tal-prodotti tal-ħalib;

46.

jinnota li l-appoġġ għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali u restrizzjonijiet speċifiċi oħra jipprevedi aktar ħlasijiet ta’ kumpens għal dħul mitluf u spejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni;

47.

iqis li dan għandu japplika wkoll għall-produtturi tal-ħalib fil-każ li jkunu jinsabu f’żona soġġetta għal restrizzjonijiet naturali. Dawn il-ħlasijiet huma partikolarment importanti biex jiġi evitat l-abbandun ta’ art agrikola u l-eżodu miż-żoni rurali;

48.

jinnota, madankollu, tnaqqis sinifikanti fir-riżorsi baġitarji disponibbli għall-politika ta’ żvilupp rurali fil-livell tal-Unjoni Ewropea, li jista’ jkollu l-effett ta' dewmien fil-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli żgħar, li ma jħallihomx jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ protezzjoni ambjentali;

49.

għal futur aktar vijabbli, jinkoraġġixxi investiment sostenibbli fl-irżieżet u attivitajiet ta' estensjoni agrikola sabiex jitjiebu r-rendimenti tal-ħalib u l-effiċjenzi fir-razzett, eżempju permezz ta' faċilitajiet tal-ħlib aħjar, tgħammir imtejjeb, sistemi tal-ICT u biex jiġi żgurat post tax-xogħol aktar sigur; għaldaqstant jappoġġja l-miżuri addizzjonali mill-Kummissjoni Ewropea u l-BEI biex jiġu njettati l-investiment u l-likwidità fl-industrija;

50.

jibża’ li l-obbligu tal-kofinanzjament applikabbli għall-miżuri tal-Pilastru II ser iwassal għal differenzi kbar mil-lat ta' riżorsi baġitarji disponibbli fl-Istati Membri individwali;

51.

jirrikonoxxi l-bżonn ta' konsistenza tal-politiki tal-UE fl-indirizzar tal-kwistjonijiet tat-tibdil fil-klima u s-sigurtà alimentari u jirrakkomanda l-appoġġ tas-sistemi ta' produzzjoni tal-ħalib l-iktar effiċjenti fl-emmissjonijiet tal-karbonju u ambjentalment sostenibbli;

52.

jirrakkomanda, fil-qafas ta' approċċ strateġiku fit-tul, l-iżvilupp tal-appoġġ marbut mal-produzzjoni tal-ħalib f'reġjuni żvantaġġati, b'qafas legali msaħħaħ;

Miżuri oħra

53.

jipproponi t-tisħiħ tal-programm “L-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi” u jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fil-Programm ta’ Ħidma tagħha tal-2015 biex tissospendi l-proposta leġislattiva li attwalment hija s-suġġett ta’ diskussjoni dwar din il-kwistjoni fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill sakemm tistenna r-riżultati ta' valutazzjoni ġdida tal-iskemi tal-Frott għall-Iskejjel u l-Ħalib għall-Iskejjel;

54.

jikkunsidra li d-distribuzzjoni tal-ħalib fl-iskejjel jista’ jkollha impatt reali fuq livell reġjonali, billi tipprovdi provvista mmirata tal-prodotti lokali bi kwalità ambjentali għolja lill-awtoritajiet lokali u reġjonali permezz ta’ ktajjen qosra tal-provvista u billi tippermetti li t-tfal ikollhom rabta mill-ġdid mal-agrikoltura;

55.

jinnota li għandhom jintużaw bis-sħiħ il-miżuri tar-riċerka għall-iżvilupp ta' prodotti tal-ħalib innovattivi ta' valur għoli, fi swieq bi tkabbir għoli, bħall-prodotti nutrizzjonali mediċinali u l-prodotti nutrizzjonali għat-tfal żgħar u l-atleti;

56.

Iqis li għandha tingħata prijorità lir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-proċessuri jkunu jifilħu għall-kompetizzjoni internazzjonali.

Eżempji ta’ għodod disponibbli barra l-Unjoni Ewropea

57.

jinnota li fl-Istati Uniti, l-Att Agrikolu tal-2014 irreveda l-mekkaniżmu ta’ appoġġ għas-settur tal-ħalib. Il-programm il-ġdid tal-protezzjoni tal-marġni għall-produtturi tal-ħalib joffri kumpens meta d-differenza bejn il-prezz tal-ħalib u l-ispejjeż tal-għalf tal-annimali taqa’ taħt ċertu livell. Marġini minimu fuq l-ispiża tal-għalf huwa garantit mill-fondi pubbliċi; livelli ta' marġini ogħla jistgħu jintgħażlu għall-ispiża tal-produtturi. Dawn id-dispożizzjonijiet il-ġodda mingħajr limiti għall-merħliet il-kbar ser jgħinu biex iżidu l-produzzjoni u l-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti;

58.

jinnota li fil-Kanada, l-aġġustament tal-produzzjoni għas-suq intern u l-indiċjar tal-prezz tal-ħalib huma bbażati fuq l-ispiża tal-produzzjoni reali aktar milli fuq il-prezzijiet globali. Dan il-mekkaniżmu jirriżulta fi prezz tal-ħalib ħafna aktar stabbli u ogħla milli dak fl-Ewropa. Dan l-istrument ta' kontroll tal-provvista jiddependi minn organizzazzjoni tal-produtturi miġbura f'uffiċċju wieħed biss għat-tqegħid fis-suq skont il-provinċja;

59.

jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tibni fuq dawn il-mudelli sabiex jiġi kkunsidrat mill-ġdid it-tip ta’ appoġġ u s-sistema ta’ organizzazzjoni għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħalib skont żoni ta’ produzzjoni kbar;

Proposti fformulati fil-livell Ewropew

60.

jinnota li l-Kumitat għall-Agrikoltura tal-Parlament Ewropew adotta fit-23 u t-24 ta’ Jannar 2013 emenda ta’ kompromess dwar ir-rapport ta’ Dantin (dwar OKS unika) dwar strument li jipprovdi, fil-każ ta’ kriżi serja, appoġġ lill-produtturi li volontarjament inaqqsu l-produzzjoni tagħhom;

61.

jissuġġerixxi l-ħolqien ta’ osservatorju Ewropew tal-installazzjoni li janalizza d-data relatata mal-installazzjoni fis-settur tal-ħalib;

62.

jinnota li l-programm għall-awtonomizzazzjoni tas-suq, propost mill-European Milk Board, maħsub biex jiġi applikat meta s-suq tal-ħalib ikun mhedded, huwa proposta flessibbli u kosteffettiva li għandha tiġi eżaminata u vvalutata dwar il-fattibbiltà u l-effettività tagħha billi l-2014 tittieħed bħala sena ta' eżaminazzjoni;

63.

billi l-kodiċijiet tal-prattika volontarji mhux qed jaħdmu, jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tressaq proposti biex tiżgura li dawk kollha involuti fil-katina tal-provvista alimentari, inkluż il-ħalib likwidu u l-prodotti tal-ħalib, jistgħu jiġu ttrattati b’mod ġust u biex tillimita kwalunkwe prattiċi antikompetittivi li mhumiex konsistenti maż-żamma ta’ ktajjen ta’ provvista sostenibbli;

64.

jistaqsi b’mod partikolari dwar il-possibbiltajiet offruti mill-OKS, b’mod partikolari fl-Artikoli 219, 221 u 222, sabiex tiġi implimenta proposta bħal din;

Konklużjoni

65.

jinnota li f’ħafna Stati Membri u reġjuni, il-produzzjoni tal-ħalib hija pilastru essenzjali tal-ekonomija reġjonali u tal-valur miżjud agrikolu. L-ipproċessar tal-ħalib f’ħafna tipi ta' ġobon, permezz ta’ tradizzjonijiet speċifiċi għal kull reġjun u nazzjon Ewropew u li jmorru lura eluf ta' snin, jikkontribwixxi b’mod deċiżiv għall-identità tar-reġjuni u jgħin għall-immaġni pożittiva tal-industrija agroalimentari Ewropea madwar id-dinja kollha. Barra minn hekk, is-settur tal-produzzjoni tal-ġobon jikkontribwixxi għaż-żamma tal-impjiegi f’żoni rurali, jiżgura l-ħarsien tal-pajsaġġi u jillimita t-telf ta’ art agrikola minħabba l-urbanizzazzjoni;

66.

jissuġġerixxi lill-istituzzjonijiet Ewropej jiżviluppaw b'mod urġenti strumenti flessibbli addizzjonali u effettivi għall-istabilizzazzjoni tas-suq tal-ħalib u, b'hekk, tad-dħul tal-produtturi tal-ħalib fi żmien ta' kriżi; b'mod speċjali permezz tal-estensjoni tal-effikaċja tal-miżuri għall-ġestjoni tar-riskji partikolarment fir-rigward tal-istabbilizzazzjoni tad-dħul kontra l-volatilità tal-prezzijiet tas-suq u l-garanzija tal-prezz tal-ħalib; sabiex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel għandna bżonn is-semplifikazzjoni, inqas burokrazija u tinqata' l-burokrazija żejda;

67.

jirrakkomanda lill-korpi tal-Unjoni Ewropea biex jippromovu l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ta' prodotti Ewropej tal-ħalib b’simboli uffiċjali ta’ kwalità (IGP, AOP, eċċ.) biex jitħeġġu l-investimenti fi pjattaformi loġistiċi għall-esportazzjoni, biex jiġi appoġġjat it-taħriġ ta’ professjonisti, jiġu promossi azzjonijiet ta’ promozzjoni mmirati lejn swieq emerġenti;

68.

jirrakkomanda lill-korpi tal-UE, li jsaħħu l-protezzjoni tal-prodotti DPO u IĠP Ewropej fil-kuntest ta’ ftehimiet internazzjonali li qed jissawru anke fid-dawl tal-ġlieda kontra l-iffalsifikar u kontra l-imitazzjonijiet tal-prodotti Ewropej;

69.

jitlob li, għaż-żoni muntanjużi li jipproduċu l-ħalib u għaż-żoni fit-Tramuntana tat-62 parallel li jipproduċu l-ħalib, ikun hemm konverġenza tal-konċessjonijiet kumpensatorji għall-iżvantaġġi naturali, tintradd lura l-għajnuna għall-ġbir tal-ħalib (kofinanzjata mill-baġit tal-politika agrikola komuni), ikun hemm appoġġ għall-promozzjoni u l-iżvilupp tat-tikketta “prodott tal-muntanji” għall-prodotti tal-ħalib, bil-kundizzjoni li jkun hemm livell suffiċjenti ta' awtosuffiċjenza alimentari;

70.

jitlob pjan ta’ żvilupp rurali kbir għall-pajjiżi Baltiċi, il-Bulgarija, ir-Rumanija, is-Slovenja, parti kbira mill-Polonja u l-Greċja. Dawn il-pajjiżi fil-fatt għandhom merħliet żgħar, fejn il-ħalib għadu jikkonċerna l-biċċa l-kbira tal-azjendi agrikoli, u l-futur tagħhom jidher kompromess wara l-għejbien tal-kwoti, minkejja li dawn l-azjendi agrikoli huma l-bażi tan-nisġa rurali tal-lum.

Brussell, 16 ta' April 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKULA


(1)  Rapport tal-Kummissjoni: Prospetti għas-swieq agrikoli tal-UE 2014-2024, p.

(2)  Smooth phasing out of the milk quotas in the European Union. Studju mħejji minn “Progress Consulting and Living Prospects” għall-Kumitat tar-Reġjuni, Novembru 2014.


12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/22


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Approċċ integrat għall-wirt kulturali tal-Ewropa

(2015/C 195/04)

Relatur

:

Is-Sinjura Cristina Mazas Pérez-Oleaga (Spanja/PPE), Ministru għall-Affarijiet Ekonomiċi, it-Taxxa u l-Impjieg, Komunità Awtonoma tal-Kantabrija

Dokument ta' referenza

:

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali

COM(2014) 477 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI,

Id-diversità u approċċ integrat għall-wirt kulturali

1.

jilqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali li għandha żewġ għanijiet, l-ewwel li tevalwa l-effetti konsegwenzjali ekonomiċi u soċjali tal-wirt kulturali, u t-tieni li tenfasizza l-fatt li l-Ewropa tinsab f'punt ta' bidla importanti fejn quddiemha għandha l-possibbiltà li tiffaċċja l-isfidi tas-settur tal-wirt kulturali permezz ta' approċċ strateġiku, globali u integrat. Il-Kumitat jilqa' b'mod partikolari l-enfasi tal-Komunikazzjoni fuq l-importanza li naħtfu l-opportunitajiet li jippermettulna li nħeġġu t-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u l-fatt li hija titlob li jsir użu tajjeb mill-fondi Ewropej għall-wirt kulturali. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjun jaqsam il-fehma tal-Kummissjoni li l-iskambju tal-aħjar prattika u ideat jitlob li fil-livelli lokali u reġjonali Ewropej ikun hemm kooperazzjoni iktar mill-qrib u koordinata u jipproponi l-kollaborazzjoni tiegħu għal dan;

2.

jagħraf il-ħidma produttiva favur il-wirt kulturali li wettaq il-Kunsill tal-Ewropa tul ħafna żmien u jitlob kollaborazzjoni mill-qrib kemm fil-leġislazzjoni kif ukoll fil-prattika. B'rabta mat-tema tal-komunikazzjoni, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni għall-Konvenzjoni Qafas ta' Faro dwar il-ħarsien tal-wirt kulturali, li tipproteġi l-forom kollha ta' wirt kulturali fl-Ewropa li flimkien huma bażi komuni ta' memorja, fehim reċiproku, identità, sens ta' appertenenza u kreattività (1). Fl-istess waqt il-Kumitat qiegħed isegwi mill-qrib il-forum dinji tal-UNESCO dwar il-kultura u l-industriji kulturali, b'għanijiet konformi mal-pożizzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, li jgħid li bħala parti mill-programm ta' żvilupp ta' wara l-2015, il-kultura u l-wirt kulturali għandhom jiġu integrati b'mod sħiħ b'rispett lejn il-prinċipju tas-sussidjarjetà (2);

3.

jenfasizza l-importanza tar-rwol li l-livelli kollha tal-gvern jistgħu jaqdu billi jinvolvu lill-partijiet interessati kollha fil-ħarsien u l-appoġġ tal-wirt kulturali tal-Ewropa, anki sabiex fid-dawl tal-isfidi tas-seklu 21, id-diversità tal-wirt kulturali titqies parti mill-irkupru ekonomiku. Skont it-Trattat ta' Lisbona, l-Unjoni għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u tassigura li jitħares u jiġi żviluppat il-wirt kulturali Ewropew (3). L-Unjoni għandha tikkontribwixxi fl-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali u l-prinċipju tas-sussidjarjetà, u tirriżalta l-wirt kulturali komuni (4). Mid-diversità kulturali, storika u soċjali jitwieldu l-innovazzjonijiet tal-ġejjieni fl-ekonomika, ix-xjenza, l-arti, il-politika u l-ħajja ta' kuljum;

4.

jenfasizza li l-wirt kulturali huwa parti integrali tas-setturi kulturali u kreattivi; huwa magħmul mill-ġabra sħiħa ta' riżorsi, beni u għarfien intanġibbli u naturali li ntirtu mill-passat, jista' jgħin fit-tfassil tal-għamla tal-lokalitajiet, il-bliet u r-reġjuni u jista' jikkontribwixxi b'mod konsiderevoli biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 u biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali. Il-wirt kulturali huwa valur u assi komuni li meta jiġi rikonoxxut jista' jgħin fl-iżvilupp ta' viżjoni għall-ġejjieni. Il-preservazzjoni, l-istima u l-garanzija tal-ġejjieni tal-wirt kulturali huma missjoni, responsabbiltà u għan komuni. Dwar il-protezzjoni u s-salvagwardja tal-wirt kulturali tal-Istati Membri tal-UE, il-Kumitat jaqbel mal-Komunikazzjoni li għandha tiġi enfasizzata l-importanza tal-Artikolu 36 tat-Trattat (5) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali (6), kif ukoll id- Direttiva 2014/60/UE dwar ir-ritorn ta' oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta' Stat Membru;

5.

iqis li r-rwol tal-wirt kulturali għadu sottovalutat. Fil-fatt l-għajnuna tal-Istat għal għanijiet marbuta mal-wirt kulturali dejjem tonqos. Fid-dawl tal-fatt li l-wirt kulturali huwa aktar minn valur ekonomiku u li r-restrizzjonijiet ekonomiċi jistgħu jaffettwawh, jeħtieġ li jinstabu wkoll modi ġodda ta’ finanzjament għall-konservazzjoni tal-wirt kulturali vast tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk il-Kumitat jilqa' l-progress li għamlet il-Kummissjoni Ewropea f'termini ta' miżuri leġislattivi billi, fil-qafas tal-modernizzazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, espandiet il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (7) għall-għajnuna bil-għan tal-promozzjoni tal-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt kulturali; din l-evoluzzjoni tagħraf minn naħa l-importanza tal-wirt kulturali bħala fattur tal-ħolqien tal-impjieg u min-naħa l-oħra r-rwol tiegħu bħala sors ewlieni ta' identità u valuri tas-soċjetà: żewġ elementi li għandhom jitqiesu meta tiġi allokata l-għajnuna mill-Istat;

6.

jinnota li l-wirt naturali huwa parti intrinsika tal-wirt kulturali u jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma tagħmilx referenza għalih. Jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-fatt li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (8) jirrikonoxxi b'mod ċar li “peress li l-wirt naturali ħafna drabi huwa kruċjali għat-tiswir tal-patrimonju artistiku u kulturali, il-konservazzjoni tal-patrimonju fit-tifsira ta' dan ir-Regolament għandha tiġi mifhuma li tkopri l-patrimonju naturali kollu marbut ma' patrimonju kulturali jew rikonoxxut formalment mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti ta' Stat Membru”;

7.

jilqa' l-idea, li ġiet introdotta riċentement fir-reviżjoni tad-Direttiva 2014/52/UE dwar l-evalwazzjoni tal-impatti fuq l-ambjent (9), li importanti wkoll li jitqies l-impatt potenzjali ta' proġetti pubbliċi u privati fuq il-wirt kulturali. Dawn id-dispożizzjonijiet Ewropej jistgħu jkollhom l-effett li jħeġġu l-adozzjoni ta' miżuri kulturali fil-livelli lokali u reġjonali kif ukoll impatt fuq l-iżvilupp integrat u l-vijabbiltà tal-ħarsien u l-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali fil-qafas tal-pjani kumplessi ta' żvilupp urban u territorjali tagħhom;

8.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-qerda ta’ proprjetà kulturali kif ukoll skavi mhux awtorizzati u t-traffikar tal-artefatti kulturali jheddu s-sostenibbiltà u l-protezzjoni tal-wirt kulturali u jibqgħu kwistjoni li teħtieġ azzjoni kollettiva fil-livell Ewropew u dak internazzjonali. Tali azzjoni teħtieġ kanali miftuħin ta’ komunikazzjoni u kooperazzjoni mill-qrib li tinvolvi lill-Istati Membri tal-UE kif ukoll pajjiżi kandidati u pajjiżi terzi. Il-Kumitat jilqa’ l-introduzzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012, u jistenna b’interess l-istabbiliment ta’ modulu tas-sistema IMI speċifikament maħsub għall-oġġetti kulturali, li għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/60/UE;

9.

huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tindirizza b'mod effettiv in-nuqqas ta' data madwar l-UE dwar il-kontribut tal-wirt kulturali lejn it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali. Għaldaqstant, jappella biex tinħoloq u tiġi implimentata bażi ta' data Ewropea li għaliha jistgħu jikkontribwixxu d-diversi proġetti żviluppati għal dan l-iskop (10). Huwa jinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta’ standards li jistgħu jkunu bażi biex isir xi analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji li jistgħu juru kemm hu kbir il-kontribut ekonomiku u soċjali tal-wirt kulturali, u jiġbdu l-attenzjoni għall-benefiċċju reali ta' dan il-wirt li jservi bħala bażi għal aktar miżuri ta’ konservazzjoni;

10.

jappoġġja l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qafas tal-Aġenda Ewropea għall-Kultura billi dan jistruttura l-kooperazzjoni kulturali permezz ta' għanijiet strateġiċi u jiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri, l-iskambju tal-aħjar prattika u t-tagħlim reċiproku. Il-KtR jitlob li flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, tiġi eżaminata l-possibbiltà li mill-2015 l-Kumitat jiġi rappreżentat fi gruppi ta' ħidma previsti fil-pjan ta' ħidma l-ġdid għall-kultura. Il-Kumitat jisħaq, barra minn hekk, li r-rappreżentanti nazzjonali għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati lokali u reġjonali b'mod sistematiku sabiex ikunu jistgħu jħejju l-mistoqsijiet tagħhom bl-iktar mod infurmat possibbli (11) u jiżguraw li l-għarfien espert u l-esperjenzi akkumulati fil-livell lokali u reġjonali flimkien mal-proposti kreattivi u innovattivi mibnija fuq ir-riżultati miksuba f'oqsma prinċipali, jintużaw tajjeb permezz tat-tixrid tal-aqwa prattika;

Il-wirt kulturali u l-identità

11.

jenfasizza li l-wirt kulturali huwa pilastru tal-identità lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropea. Il-preservazzjoni u l-ħarsien tiegħu, flimkien mat-tisħiħ tal-identità soċjali fil-livell lokali u reġjonali, huma fatturi essenzjali tas-sostenibbiltà li fuqhom iserrħu l-konservazzjoni tal-valuri komunitarji għall-ġenerazzjonijiet futuri u ż-żamma tal-ispeċifiċitajiet tradizzjonali u l-għarfien. Il-wirt kulturali huwa bbażat fuq is-soċjetà u jaqdi rwol ċentrali fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali peress li huwa sors ta' żvilupp ekonomiku u ta' koeżjoni soċjali; Fl-istess waqt, il-familjarizzazzjoni mal-wirt kulturali fil-livell lokali u reġjonali għandha tkun parti integrali ta' kull kurrikulu ta' edukazzjoni formali;

12.

jenfasizza li l-valuri kulturali lokali – il-kreazzjoni artistika, letterarja, awdjoviżiva u arkitetturali, il-ħidma kreattiva, il-kultura kontemporanja, l-artiġjanat, il-folklor, il-wirt arkeoloġiku, storiku, reliġjuż u etnografiku, id-djaletti, il-mużika, l-ikel, il-gastronomija, il-karatteristiċi tal-pajsaġġ u dawk naturali, l-għarfien espert tradizzjonali, il-kompetenzi, it-tradizzjonijiet ħajjin eċċ. huma marbuta mill-qrib mal-identità li għandha l-għeruq tagħha fil-wirt materjali, intanġibbli u naturali tal-komunitajiet. Il-KtR ifakkar li l-iżvilupp kulturali fil-livell lokali jsaħħaħ l-identità ta' belt jew reġjun u l-karattru distint tagħhom; mil-lat tar-rispett reċiproku, it-taħlita tal-identitajiet differenti jgħinu jibnu l-wirt kulturali komuni. Il-prodotti kulturali maħluqa b'dan il-mod jiġġeneraw valur lokali uniku. Dawn il-fatturi lokali huma importanti wkoll fil-livell Ewropew (12);

13.

ifakkar li l-wirt kulturali intanġibbli jiddetermina l-identità ta' reġjun u li l-valorizzazzjoni tiegħu tiffavorixxi l-iżvilupp reġjonali. Josserva li fil-qafas tal-kooperazzjonijiet transkonfinali u transnazzjonali, kien hemm bosta eżempji ta' prattika tajba fil-qasam tal-iżvilupp ta' strateġiji bbażati fuq riżorsi kulturali intanġibbli. Billi tiffoka fuq aspett uniku u partikolari, hija tiġbed l-attenzjoni lejn xi ħaġa li għandna nkunu kburin biha u ssaħħaħ fl-istess waqt l-attrattiva lokali u reġjonali mil-lat tal-kompetittività tal-intrapriżi (13) filwaqt li tgħin fil-ħolqien tal-impjiegi;

14.

josserva li l-ħarsien tal-wirt kulturali jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sens ta' identità billi dan iżid l-għarfien dwar il-valuri tiegħu, billi jippromovi sens ta' appartenenza, billi joħloq konnessjoni ma' kunċetti ta' “placemaking” u bl-att ta' apprezzament innifsu. Dan jista' jikkontribwixxi fl-iżvilupp ta' sħubija soċjali u sħubiji pubbliċi-privati filwaqt li ż-żamma permanenti tal-konservazzjoni tal-wirt kulturali tista' toħloq l-impjiegi u tħeġġeġ l-ekonomija soċjali. F’dan ir-rigward, huwa tal-fehma li huwa importanti li jkun hemm skambju ta’ esperjenzi eżistenti fi Stati oħra fil-qasam tal-inventarju u l-ħarsien komprensiv tal-wirt lokali.

Il-wirt kulturali bħala riżors ekonomiku

15.

iqis li huwa importanti li l-politika tal-iżvilupp sostenibbli tal-wirt kulturali jkollha impatt fuq perjodu qasir, medju u twil fuq it-titjib tas-sitwazzjoni ekonomika u l-kwalità tal-ħajja fir-reġjun konċernat. Il-wirt kulturali jista' jkun mutur tal-ippjanar tal-iżvilupp lokali u reġjonali inklużiv u l-iżvilupp tal-industriji kreattivi u jikkontribwixxi fit-tkabbir ekonomiku billi jkabbar l-aċċess għall-beni kulturali. Element importanti tal-kompetittività huwa attitudini ta' aċċettazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi għall-preżervazzjoni tal-wirt kulturali, implimentat ukoll permezz ta' sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat;

16.

jinsisti fuq il-bżonn li fl-Istrateġija Ewropa 2020 jiġu integrati aħjar is-settur tal-wirt kulturali, il-kreattività u l-inizjattivi ewlenin marbuta u li jiġi żgurat li din l-istrateġija tqis l-elementi li juru l-kontribut tal-wirt kulturali fl-ekonomija;

17.

iqis neċessarju li jkun hemm iktar riżorsi disponibbli għas-setturi kulturali u kreattivi marbuta mal-wirt kulturali taħt il-baġit tal-fondi l-ġodda tal-UE (pereżempju l-FEŻR, il-FSE, il-FAEŻR u l-FES) u l-programmi (pereżempju l-programm Ewropa Kreattiva u s-Seba' Programm Qafas) tal-UE, u li l-wirt kulturali jiġi integrat aħjar fiċ-ċiklu finanzjarju l-ġdid tal-UE (2014-2020); jilqa' b'mod partikolari l-pjan ta' azzjonijiet fil-qasam tal-wirt kulturali fil-politiki u l-programmi tal-UE (14); jirrakkomanda li jiġu sfruttati r-riżorsi tal-UE sabiex jitfasslu u jiġu implimentati strateġiji lokali u reġjonali b'għanijiet kreattivi u innovattivi. Importanti ħafna li jinħolqu sinerġiji sodi bejn il-fondi u l-programmi Ewropej sabiex jiġu garantiti l-effikaċja u l-effiċjenza. Il-Kummissjoni Ewropea qed tikkontribwixxi permezz ta' linji gwida għall-koordinazzjoni, is-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment, l-Orizzont 2020 u programmi oħra tal-Unjoni mmexxija direttament mill-Kummissjoni fil-qasam tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetittività (15);

18.

jenfasizza li fil-qafas tal-iżvilupp tal-ekonomiji reġjonali u ta' strateġiji u programmi tal-iżvilupp reġjonali, territorjali u urban, importanti li jitqiesu l-preservazzjoni tal-kulturi u tar-riżorsi kulturali ta' valur, il-piż li jistgħu jerfgħu l-ambjent u r-reġjuni u kunsiderazzjonijiet marbuta mal-ħarsien tal-ambjent. Interventi, miżuri u strumenti li jirrispettaw l-ambjent u n-natura u huma effiċjenti mil-lat ta' enerġija, li jistgħu jegħlbu l-effetti ta' diżastri naturali (pereżempju l-għargħar) jew ikkawżati mill-bniedem, għandhom rwol importanti x'jaqdu fil-ġlieda kontra l-effetti tat-tibdil fil-klima u fejn tidħol l-effikaċja tal-iżvilupp ibbażat fuq l-assi lokali u reġjonali;

19.

importanti li jiġi sfruttat il-wirt kulturali tal-bini li jista' jagħti kompiti ġodda lill-bini kulturali bħala parti minn miżuri ta' riabilitazzjoni urbana u jikkontribwixxi bl-appoġġ tal-SMEs fl-impjieg u l-ħolqien tal-impjieg. Il-kredibbiltà professjonali tar-riabilitazzjoni tal-binjiet tiżdied meta l-intervent isir mhux biss b’materjali tradizzjonali, iżda b’tekniki tradizzjonali u dawk kontemporanji wkoll. Dan l-għarfien, kif ukoll il-monument innifsu, għandhom jiġu ppreservati u mgħoddija, fil-qafas ta’ taħriġ professjonali. Ser ikun hemm domanda fis-suq għal ħaddiema mħarrġa u speċjalizzati. Fil-livell lokali u reġjonali jeżistu bosta prattiki eżemplari fil-qasam tal-appoġġ u l-promozzjoni ta' ambjent kreattiv bl-użu tal-opportunitajiet tad-diversità kulturali u l-inkorporazzjoni ta' strateġiji kulturali fl-iżvilupp lokali u reġjonali bil-għan li jinkisbu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni qiegħed jikkontribwixxi fit-tixrid tal-għarfien u l-iskambju tal-esperjenza fil-qasam. Dawn l-approċċi u l-mudelli prattiċi jiffavorixxu l-ħolqien ta' ekosistema kulturali sostenibbli u jħeġġu spirtu ta' intraprenditorija kulturali;

20.

jilqa' bi pjaċir il-fatt li, fil-qafas tal-valur ekonomiku tal-wirt kulturali, il-Kummissjoni tenfasizza l-industrija Ewropea tal-kostruzzjoni u l-investimenti fl-ambjent storiku li joħolqu l-impjieg u attivitajiet ekonomiċi ġodda; iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jipparteċipaw fil-ġestjoni tal-wirt arkitetturali u l-bini storiku u ħafna drabi pubbliku, biex dawn jiġu sfruttati b'diversi modi sabiex minnhom isir qligħ u fl-istess ħin tinżamm is-sostenibbiltà; josserva wkoll li l-programm tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura huwa kontribut importanti tal-Unjoni fil-preservazzjoni u l-għoti ta' dimensjoni ġdida lill-wirt arkitetturali u li permezz tiegħu ċertu numru ta' siti storiċi u żoni urbani jistgħu jingħataw ħajja ġdida flimkien ma' proċess ta' ġesjoni u riflessjoni relatati mal-wirt industrijali u l-art abbandunata;

21.

jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, li jinsabu fl-eqreb livell tal-popolazzjoni, għandhom jieħdu rwol ewlieni fl-iżvilupp tar-responsabbiltà fil-qasam tal-ħarsien tal-ambjent mibni u naturali, fil-bidla favorevoli tal-mentalitajiet u l-mobilizzazzjoni tal-popolazzjoni f'dan ir-rigward. Il-monitoraġġ regolari tal-kondizzjonijiet ta' wirt mibni għandu jkun prattika komuni, l-awtoritajiet għandhom ukoll jinkoraġġixxu t-tixrid tal-prattiki ta’ manutenzjoni u t-taħriġ tal-uffiċjali u s-sidien tal-monumenti;

22.

itenni li fil-livelli kollha, il-politika dwar l-SMEs trid tqis u taħdem b'mudelli differenti ta' intrapriżi biex jinħolqu impjiegi u tkabbir ekonomiku kemm jista' jkun sostenibbli (pereżempju l-industriji kulturali u kreattivi) (16);

23.

qed jiġi rakkomandat li fl-oqsma kollha tal-wirt kulturali tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni tal-kapital privat, li xi drabi jeħtieġ inċentivi fiskali u l-iżvilupp ta' opinjoni pubblika responsabbli dwar il-preżervazzjoni tal-patrimonju materjali u immaterjali; ifakkar li s-settur privat spiss iwettaq rwol importanti fil-qasam tal-promozzjoni tal-kultura fil-qafas tar-responsabbiltà soċjali tal-intrapriżi, permezz tad-donazzjonijiet jew forom oħra ta' appoġġ, iżda li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' ambjent li jiffavorixxi l-aħjar użu possibbli ta' din l-għajnuna (17);

It-turiżmu kulturali

24.

huwa konvint li l-wirt kulturali hu mutur b'saħħtu għall-iżvilupp lokali u reġjonali tal-popolazzjoni u joħloq beni materjali importanti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' turiżmu kulturali sostenibbli, ta' kwalità u responsabbli, li l-iżvilupp tiegħu jserraħ fuq il-patrimonju materjali u immaterjali tal-komunitajiet lokali u reġjonali. Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jqis li diġà sar importanti ferm li jinħolqu sinerġiji bejn l-istrateġiji tat-turiżmu sostenibbli u l-industriji kreattivi lokali u reġjonali biex jiġi appoġġjat it-tkabbir tal-ekonomija u tal-impjiegi u jiġi faċilitat l-aċċess għall-kultura;

25.

jenfasizza, madankollu, l-importanza li jinstab il-bilanċ ġust bejn l-espansjoni tas-settur tat-turiżmu kulturali u l-ħarsien tal-wirt kulturali;

26.

f'dak li jirrigwarda l-isfruttar tal-potenzjal mutifunzjonali tal-wirt kulturali, jiġbed l-attenzjoni għall-itinerarji kulturali li bil-parteċipazzjoni tal-popolazzjoni u tal-atturi kollha kkonċernati, joffru kontribut apprezzabbli għat-tixrid tal-valuri kulturali lokali u reġjonali, fil-pajjiż u lil hinn mill-fruntieri tiegħu, filwaqt li jikkontribwixxu, b'mod kumpless, għall-impjiegi u l-ħolqien tax-xogħol kif ukoll għat-tħaddim tal-intrapriżi (pereżempju l-produzzjoni u t-trasport ta' prodotti lokali, ospitalità u ristoranti). L-itinerarji stabbiliti fuq il-bażi tematika (18), bħala karatteristika ta' unjoni, spiss iwasslu għal destinazzjonijiet ta' vjaġġar, lokalitajiet u rħula anqas magħrufa u b'hekk isaħħu d-diversità fl-offerta turistika u l-viżibbiltà tal-wirt kulturali (arkitettoniku, tal-pajsaġġ, kulinarju u immaterjali) taż-żoni rurali. Rotot kulturali (mogħdijiet għar-roti, għall-mixi, eċċ.) ukoll għandhom kontribut importanti x’jagħtu fit-titjib tas-saħħa tal-popolazzjoni;

27.

jinnota li, fil-qafas tat-turiżmu kulturali relatat mal-gastronomija, l-ispeċjalitajiet lokali huma meqjusa bħala element kulturali importanti li jiġbed lit-turisti bis-saħħa tal-ikel u l-prodotti agrikoli lokali u tradizzjonali. Jenfasizza li l-produzzjoni tal-ikel sostenibbli u l-miżuri intiżi għall-protezzjoni tad-diversità tal-wirt alimentari lokali u reġjonali jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda sostenibbli li jistgħu jaqdu rwol maġġuri fit-tkabbir u l-koeżjoni lokali u reġjonali;

28.

jinsisti fuq il-valur miżjud għoli tal-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-preżervazzjoni u l-appoġġ transkonfinali tal-wirt kulturali: bit-tneħħija tal-fruntieri, huma jagħtu aktar viżibbiltà lill-Ewropa u r-reġjuni tagħha, il-bliet u l-lokalitajiet tagħha bis-saħħa tal-kooperazzjoni lokali u reġjonali; fil-qasam tat-turiżmu kulturali, huma jiffavorixxu l-kummerċ tal-prodotti lokali, u f'dak li jirrigwarda l-industriji kreattivi, huma jippermettu l-iskambju tal-kompetenzi u l-għarfien, it-tisħiħ tal-ekonomija reġjonali u l-kisba ta' opportunitajiet ġodda. Huma jikkontribwixxu biex jevitaw it-telf ta' kompetenzi u artiġjanat tradizzjonali minħabba fl-isfidi demografiċi (19). Il-Kumitat iqis importanti li l-istrateġiji tal-iżvilupp makroreġjonali jkunu jistgħu jikkontribwixxu wkoll, fil-qafas tal-kooperazzjoni transnazzjonali, għall-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali bit-trasformazzjoni tal-valuri tal-wirt kulturali Ewropew fi prodott turistiku u bl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet innovattivi u kreattivi;

Il-wirt kulturali fis-soċjetà tal-informazzjoni

29.

jirrikonoxxi li waħda mill-isfidi tal-istrateġija diġitali għall-Ewropa hija d-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali u tal-monumenti storiċi Ewropej, l-aċċessibbiltà tagħhom fuq l-internet u l-preżervazzjoni tagħhom għall-ġenerazzjonijiet futuri. Diġà kien hemm xi progress f'dan ir-rigward (20). Fid-diskussjoni dwar l-approċċ globali u r-rwol tal-wirt kulturali, irridu noqogħdu attenti li jintlaħaq pubbliku kbir – kif ukoll wieħed ġdid – bl-isfruttar tal-vantaġġi tat-teknoloġija u bl-użu tal-għodod il-ġodda tal-komunikazzjoni. Dan għandu jiffavorixxu l-ħolqien ta' komunitajiet, ta' skambju u ta' ġbir tal-għarfien, l-attivitajiet kulturali, it-tagħlim u r-riċerka. Il-Kumitat iqis li d-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda joħolqu fl-istess ħin possibbiltajiet ta' innovazzjoni għat-titjib tal-kompetittività; l-industriji kreattivi u innovattivi u l-materjali kulturali diġitali li jkunu disponibbli għalihom isaħħu lil xulxin;

30.

jenfasizza li l-mużewijiet, il-libreriji u l-arkivji għandhom rwol importanti, bħala wirt kulturali fit-tisħiħ tal-koeżjoni komunitarja. Fis-soċjetà tal-informazzjoni tas-seklu 21, għandha ssir diskussjoni dwar ir-rwol u l-futur tal-libreriji lokali – li f'ħafna Stati Membri huma ffinanzjati u mmexxija mill-awtoritajiet lokali – fir-rigward tal-aċċessibbiltà u t-tixrid tal-għarfien dwar il-wirt kulturali. Fit-tfassil tal-kontenut ta' servizzi ġodda u ta' mezzi diġitali emerġenti, hemm bżonn li ma jitqisux biss il-parametri ekonomiċi iżda wkoll il-ħtiġijiet soċjali u kulturali (21). Il-konferenzi, it-taħriġ u ż-żjarat ta' studju li jsiru fil-qafas tal-ġemellaġġi bejn il-bliet jistgħu jikkontribwixxu għal skambji ta' esperjenzi dwar ir-riċerka ta' soluzzjonijiet moderni u prattiki tajbin;

31.

iqis essenzjali r-rwol tal-proġetti tal-UE fil-promozzjoni tad-diġitalizzazzjoni u jenfasizza l-importanza tal-pjattaforma Europeana, li ġġib flimkien il-kontenut fuq l-internet tal-libreriji, il-mużewijiet u l-arkivji Ewropej u li timmira li kulħadd ikollu aċċess bl-Internet għall-wirt kulturali u xjentifiku tal-Ewropa. Jirrikonoxxi li l-kwistjonijiet dwar id-drittijiet tal-awtur u l-kjarifiki tad-drittijiet fuq l-internet jibqgħu sfida u huwa favur l-iżvilupp ta' qafas ġuridiku għad-diġitalizzazzjoni;

32.

jirrikonoxxi li l-patrimonju ċinematografiku u l-produzzjonijiet ċinematografiċi bħala sors ta' informazzjoni dwar l-istorja tas-soċjetà Ewropea, huma parti integrali mill-wirt kulturali Ewropew; f'dan il-kuntest, il-potenzjal industrijali u kulturali għandu jiġi sfruttat aħjar. Għad fadal ostakli għad-diġitalizzazzjoni ta' filmati u t-tpoġġija tagħhom fuq l-internet (22); barra minn hekk, is-swali taċ-ċinema għandhom rwol importanti fir-rappreżentazzjoni tal-kultura u ċ-ċiviltà partikolari għal kull poplu. Peress li r-rivoluzzjoni diġitali u l-piż finanzjarju jistgħu jwasslu għal bidliet permanenti għall-industrija lokali u reġjonali, il-KtR itenni t-talba tiegħu għal sforzi konġunti u l-kooperazzjoni biex jiġi evitat li s-swali taċ-ċinema ż-żgħar jagħlqu (23) u jħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jużaw il-fondi tal-UE ħalli jimmondernizzaw is-swali taċ-ċinema tal-lokal;

33.

jinsisti fuq l-importanza li fil-qafas tas-sistema edukattiva jinkisbu kompetenzi diġitali minn l-aktar età żgħira sabiex il-ġenerazzjoni żagħżugħa jkollha l-mezzi biex tgawdi kompletament il-forom ġodda ta' aċċess għall-kultura u tkun imħejjija aħjar għall-impjieg tal-futur; b'hekk din il-ġenerazzjoni żagħżugħa, b'mod partikolari, u parti kbira mis-soċjetà, jingħataw l-għajnuna biex jaffrontaw il-konsegwenzi tat-tranżizzjoni għad-diġitali (24);

Integrazzjoni soċjetali tal-wirt kulturali

34.

jinsab kuntent li l-Komunikazzjoni tagħraf ir-riżultati tal-programmi u l-inizjattivi tal-UE biex jissensibilizzaw l-opinjoni pubblika għall-valur soċjetali tal-patrimonju kulturali u l-promozzjoni tad-djalogu interkulturali. Jaqbel li t-tikketta tal-wirt Ewropew tal-kapitali Ewropej tal-kultura hija inizjattiva li tiġbed l-attenzjoni għar-rikkezza, id-diversità u l-aspetti komuni tal-kulturi Ewropej (25) u jinsisti fuq il-ħtieġa li l-bliet kandidati jfasslu programm kulturali speċifiku skont ir-riżorsi lokali u reġjonali disponibbli, b'dimensjoni Ewropea qawwija, b'impatt pożittiv fuq perjodu twil fuq is-settur kulturali u fuq il-belt organizzattriċi (26); Ifakkar li l-perċezzjoni soċjali tal-valur tal-wirt Ewropew bħala fattur tal-iżvilupp tista' tippermetti li jiġu stabbiliti indikaturi standardizzati fil-kuntest Ewropew sabiex ikun jista’ jitkejjel l-impatt ta’ dan is-settur fuq l-ekonomija tat-territorji u fuq il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi;

35.

iqis li l-ħolqien ta’ “Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali”, kif issuġġerit mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (27) ser jikkontribwixxi sabiex aktar ċittadini jsiru jafu bil-wirt kulturali.

36.

jirrikonoxxi l-importanza tal-Premju tal-wirt kulturali tal-Unjoni Ewropea/il-konkors Europa Nostra maħluq biex jiggarantixxi l-għarfien tal-ħidma eċċellenti għall-ħarsien tal-patrimonju u d-diffużjoni ta' proġetti tekniċi ta' livell għoli, li jimmobilizzaw iċ-ċittadini impenjati, is-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet lokali u reġjonali, il-fondazzjonijiet privati u l-intrapriżi biex jagħtu ħajja ġdida lill-monumenti u s-siti storiċi. Il-programm il-ġdid “Ewropa kreattiva” jikkontribwixxi wkoll għal dan l-għan, b'mod partikolari billi jenfasizza fuq is-setturi kulturali u l-kreattivi li għandhom l-għan joperaw lil hinn mill-fruntieri nazzjonali (28);

37.

jemmen li jeħtieġ li jissaħħaħ aktar is-sanzjonar ta’ vandaliżmu ta' monumenti, l-ambjent u l-komponenti artistiċi tiegħu u s-siti arkeoloġiċi.

38.

jaqbel mal-idea li r-riċerka fil-qasam tal-wirt kulturali tikkontribwixxi għall-ħarsien, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt kulturali. Is-seba' programm qafas tar-riċerka u l-iżvilupp, l-inizjattivi ta' programmar konġunt u l-programm Orizzont 2020 jistgħu jagħtu garanzija ta' dinamiżmu u sostenibbiltà lill-wirt kulturali Ewropew bis-saħħa tal-promozzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mmirati li jiġġieldu t-tibdil fil-klima u t-theddid ta' katastrofi naturali. Jilqa' b'mod favorevoli l-programm u l-qafas ta' azzjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-wirt kulturali li ser jitnieda dalwaqt u f'dan ir-rigward jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kooperazzjoni bi sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

39.

jinsisti fuq il-ħtieġa li l-beni u s-servizzi kulturali jkunu aċċessibbli għal kulħadd, biex b'hekk jonqsu d-diżugwaljanza tal-opportunitajiet bejn is-sinjuri u l-foqra, dawk li jgħixu fil-bliet jew fl-irħula, iż-żgħażagħ u l-anzjani u dawk tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Il-miżuri li jnaqqsu d-diżugwaljanzi ma jagħtux frott jekk ma jiġux implimentati bil-qbil u l-parteċipazzjoni tal-persuni kkonċernati u bit-twessigħ tal-possibbiltajiet ta' aċċess għall-kompetenzi. L-ugwaljanza tal-opportunitajiet hija kundizzjoni sine qua non tad-demokrazija kulturali;

40.

iqis importanti li l-ġenerazzjoni żagħżugħa titgħallem tagħraf il-patrimonju materjali u immaterjali tagħha, tifhem l-interess li tħarsu u tipparteċipa fil-promozzjoni tal-beni kulturali (pereżempju fil-qafas tal-Jiem Ewropej tal-patrimonju). Huwa tal-fehma li huwa bis-saħħa ta' dan l-għarfien li jistgħu jiġu stabbiliti sħubijiet biex il-wirt kulturali jiġi sfruttat b'mod sostenibbli u l-ambjent użat b'kuxjenza. Jirrakkomanda li, fil-qafas tal-Jiem Ewropej tal-Patrimonju, il-kontenut tal-ġimgħa tematika jiġi magħżul b'mod li jifforma netwerk bejn l-attivitajiet kulturali tal-awtoritajiet lokali;

41.

iqis li l-attivitajiet ta' volontarjat huma forma promettenti biex il-popolazzjoni lokali tipparteċipa u biex jiżviluppaw ir-relazzjonijiet pubbliċi, u dawn l-attivitajiet għandhom rwol importanti fil-kisba ta' għarfien u biex jinbet l-interess fil-kultura u jgħin biex tingħeleb il-marġinalizzazzjoni ta' gruppi vulnerabbli fis-soċjetà;

Kooperazzjoni u approċċ parteċipattiv

42.

biex jissaħħu s-sostenibbiltà, l-iżvilupp u l-viżibbiltà tal-wirt kulturali, il-KtR jqis importanti li l-valuri intrinsiċi tal-katina tal-wirt kulturali jiġu mħarsa u sfruttati b'mod sostenibbli u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali flimkien mal-istituzzjonijiet inkarigati mit-tagħlim, il-kultura u l-wirt kulturali jikkooperaw u jiżviluppaw, preferibbilment b'mod sistematiku, li jista' jkun utli biex il-popolazzjoni tiġi informata b'mod li jinftiehem. Il-kooperazzjoni hija sinonima mal-bini tal-fiduċja, l-istabbiliment ta' kuntatti bejn il-popli u garanzija li jinstabu soluzzjonijiet komuni għall-isfidi komuni;

43.

jenfasizza r-rwol importanti li għandhom il-ġemellaġġi transkonfinali tal-bliet fl-għarfien reċiproku, interattiv u bbażat fuq l-esperjenza tal-wirt kulturali lokali u reġjonali u tad-diversità tal-għarfien, bis-saħħa tal-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini. F'dan ir-rigward jenfasizza l-valur miżjud, fil-livell tal-UE, tal-programm “L-Ewropa għaċ-ċittadini” fl-implimentazzjoni tal-programmi ta' ġemellaġġ u tan-netwerks tal-bliet; bis-saħħa ta' proġetti ta' memorja b'dimensjoni Ewropea, huwa jħeġġeġ it-tolleranza u komprensjoni aħjar tal-istorja u d-diversità tal-UE u joħloq rabta bejn l-Ewropa u ċ-ċittadini. Il-KtR huwa wkoll favur li dan il-programm jitkompla fil-qafas finanzjarju l-ġdid tal-UE (29);

44.

jirrakkomanda li jiġu rikompensati l-aħjar prattiki fil-qasam tal-ħarsien tal-wirt kulturali minn sħubijiet u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u dan jippermetti wkoll li tissaħħaħ l-identità tal-Unjoni Ewropea;

45.

jikkonsidra importanti fil-livell tal-komuni rurali u l-bliet, li l-kooperazzjoni tematika fl-oqsma tal-wirt kulturali tiġi implimentata u attivata, u li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva tal-atturi kollha kkonċernati mit-teħid tad-deċiżjonijiet, b'mod li tiġi promossa governanza parteċipattiva u effikaċi. Jinsisti fuq il-valur u l-importanza tal-governanza f'livelli differenti (30), li tiffaċilita inter alia d-diffużjoni tal-aħjar prattiki fil-qasam tal-politika tal-wirt kulturali, l-iżvilupp tad-demokrazija parteċipattiva, it-tagħlim mingħand xulxin, l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' sħubija u ta' djalogu, kif ukoll l-effikaċja u l-koerenza tal-politiki settorjali fir-rigward tal-wirt kulturali;

46.

Il-valutazzjoni mill-ġdid tal-importanza tal-kultura u tal-wirt kulturali hija proċess fit-tul, li tirrigwarda l-membri kollha tas-soċjetà. Il-KESE huwa tal-fehma li din il-bidla fil-mentalità ma tistax tinkiseb jekk ma jinstabx mezz biex parti akbar mill-popolazzjoni tħossha parteċipi, pereżempju bis-saħħa tat-tnaqqis fid-diżugwaljanzi soċjali, l-iżvilupp tal-komunitajiet lokali, it-tisħiħ tal-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni fis-soċjetà, il-ħolqien ta' ftuħ għal dak li hu ġdid u għall-iżvilupp tal-atteġġjamenti meħtieġa biex jiġu konċepiti, magħrufa u apprezzati l-kompetenzi fil-qasam tal-innovazzjoni u l-valuri kulturali. Għandna responsabbiltà komuni biex, bil-parteċipazzjoni tal-atturi kollha, nissalvagwardjaw il-kisba tal-konoxxenza u kultura kompetittivi, li huma tant indispensabbli biex jingħelbu l-isfidi li għandha quddiemha l-UE. F’dan il-kuntest, il-KtR jilqa’ u jappoġġa punt 28 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Edukazzjoni, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport tal-25 ta’ Novembru 2014 li jitlob li titqies il-possibbiltà ta' Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali. Din tikkontribwixxi biex jinkisbu l-għanijiet komuni f’kuntest pan-Ewropew;

47.

jenfasizza r-rwol importanti li jista’ jkollha l-kultura fl-affarijiet barranin biex jingħelbu d-differenzi u biex jiġu rikonoxxuti l-valuri komuni u kondiviżi bejn il-popli. Jitlob, għalhekk, li tingħata aktar viżibilità lir-relazzjonijiet kulturali ta’ livell għoli u f’dan ir-rigward jinnota l-isforzi reċenti sabiex tiġi inkluża d-diplomazija kulturali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari permezz tal-azzjoni preparatorja dwar “Il-kultura fir-relazzjonijiet esterni tal-UE”;

48.

jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kummerċ illeċitu tal-prodotti kulturali u l-oġġetti kulturali. Għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-1970 u l-Konvenzjoni tal-UNIDROIT tal-1995 u sabiex jiżguraw l-applikazzjoni effettiva tagħhom permezz ta’ adattament adegwat għal-liġi nazzjonali u billi jissaħħu l-politika u l-kontrolli doganali fil-fruntieri tal-UE.

Brussell, 16 ta' April 2015.

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà, Faro, 27 ta' Ottubru 2005.

(2)  Dikjarazzjoni ta' Firenze, Kultura, Kreattività u Żvilupp Sostenibbli. Riċerka, Innovazzjoni, Opportunitajiet – It-tielet forum dinji tal-UNESCO dwar il-kultura u l-industriji kulturali (FOCUS), 4 ta' Ottubru 2014.

(3)  Artikolu 3(3) tat-TUE.

(4)  Artikolu 167 tat-TFUE.

(5)  L-Artikolu 36 tat-Trattat jipprevedi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet, esportazzjonijiet jew oġġetti fit-tranżitu bil-għan li jitħarsu t-teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 116/2009 dwar l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-esportazzjoni ta’ oġġetti kulturali jkunu soġġetti għal kontrolli uniformi fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Oġġetti kulturali jinkludu, inter alia, prodotti diretti ta’ skavi, sejbiet jew siti arkeoloġiċi ġewwa Stat Membru.

(7)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jgħid li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (għal għajnuna għall-investiment għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju: EUR 100 miljun għal kull proġett; l-għajnuna operatorja għall-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju: EUR 50 miljun għal kull intrapriża).

(8)  Premessa 72.

(9)  Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.

(10)  Il-proġett imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, “Il-Wirt Kulturali Jgħodd għall-Ewropa: Lejn Indiċi Ewropew għall-Valutazzjoni tal-Wirt Kulturali”, jista' jagħti kontribut utli biex fil-livell Ewropew tinġabar l-informazzjoni relatata mat-temi konċernati, billi permezz ta' eżerċizzju ta' mmappjar Ewropew, jiġu identifikati r-riżultati tar-riċerka li tkun saret fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali u/jew settorjali.

(11)  CdR 2391/2012 fin.

(12)  CdR 2391/2012 fin.

(13)  Pereżempju fejn tidħol kooperazzjoni transnazzjonali, il-proġett Cultural Capital Counts (2011-2014) jgħaqqad għaxar territorji ta' sitt pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali bil-għan komuni tal-promozzjoni tal-iżvilupp tar-reġjun u b'kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet, l-għarfien, il-kompetenzi u l-valorizzazzjoni tal-wirt kulturali tagħhom fil-qafas ta' din il-kollaborazzjoni. Il-proġett huwa kofinanzjat mill-FEŻR u implimentat fil-qafas tal-programm CENTRAL EUROPE.

(14)  European Commission – Mapping of Cultural Heritage actions in European Union policies, programmes and activities, http://ec.europa.eu/culture/library/reports/2014-heritage-mapping_en.pdf

(15)  Enabling synergies between European Structural and Investment Funds, Horizon 2020 and other research, innovation and competitiveness-related Union programmes – Guidance for policy-makers and implementing bodies, http://ec.europa.eu/regional_policy/sources/docgener/guides/synergy/synergies_en.pdf

(16)  CdR 151/2011 fin.

(17)  CdR 401/2011 fin.

(18)  Pereżempju “ir-Rotta Sissi” (Awstrija, Ġermanja, Ungerija u Italja), li ġġib flimkien kastelli, djar kbar, parkijiet u kafeteriji li kienu konnessi mar-reġina Eliżabetta tal-Ungerija.

(19)  Pereżempju, “L-akkademja tal-artiġjanati” (Ungerija – Slovenja): kienet il-vulnerabbiltà tal-artiġjanat li wasslet biex jibda dan il-proġett; l-għadd ta' parteċipanti f'dan it-tip ta' taħriġ dejjem kien qed jonqos u ċerti skejjel industrijali u artiġjanali kellhom jagħlqu. Il-proġett biddel din ix-xejra, ħoloq possibbiltajiet ġodda għaż-żgħażagħ u kkontribwixxa għall-preżervazzjoni tal-wirt kulturali bil-parteċipazzjoni ta' madwar 1  000 intraprenditur.

(20)  Survey Report on Digitisation in European Cultural Heritage Institutions 2014 – Netwerk tematiku ENUMERTATE (Jannar 2014).

(21)  CdR 104/2010 fin.

(22)  Ir-raba' rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-patrimonju ċinematografiku u l-kompetittività tal-attivitajiet industrijali marbutin (Kummissjoni – rapport tal-fażi 2012-2013), 1 ta' Ottubru 2014.

(23)  CdR 293/2010 fin.

(24)  CdR 2391/2012 fin.

(25)  CdR 191/2011 fin.

(26)  CdR 2077/2012 fin.

(27)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-governanza parteċipattiva tal-wirt kulturali (2014/C 463/01) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=OJ:C:2014:463:TOC

(28)  CdR 401/2011 fin.

(29)  Regolament (UE) Nru 390/2014 li jistabbilixxi l-programm “L-Ewropa għaċ-Ċittadini” għall-perijodu 2014–2020.

(30)  Karta għall-governanza f'diversi livelli fl-Ewropa


12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/30


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — It-titjib tal-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020

(2015/C 195/05)

Relatur

:

Is-Sur Woźniak (PL/PPE), President tar-Reġjun ta' Wielkopolska

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

Il-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jenfasizza li, mill-bidu nett, l-Aġenda Territorjali tal-UE kkonsistiet f'qafas politiku orjentat lejn l-azzjoni intiża biex tippromovi l-iżvilupp territorjali poliċentriku tal-UE. Ir-responsabbiltà tal-azzjoni politika hija prinċipalment f’idejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-Istati Membri kif ukoll l-istituzzjonijiet Ewropej;

2.

ifakkar li l-għan tal-Aġenda Territorjali huwa li tipprovdi linji gwida strateġiċi għall-iżvilupp territorjali, li tappoġġja l-integrazzjoni tad-dimensjoni territorjali f'oqsma differenti ta' politika, fil-livelli kollha ta' governanza, u li tiżgura l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 skont il-prinċipju tal-koeżjoni territorjali (1);

3.

jiddeplora l-fatt li l-Aġenda Territorjali ma baqgħetx valida għal diversi snin fil-qasam politiku, iżda jilqa' l-interess muri f'din il-kwistjoni mit-Triju ta' Presidenzi attwali tal-Italja-il-Latvja-il-Lussemburgu;

4.

jenfasizza li l-approċċ territorjali (ibbażat fuq il-post) huwa l-uniku mudell politiku adatt li permezz tiegħu l-Unjoni tista' tissodisfa l-istennijiet taċ-ċittadini Ewropej (2). Għalhekk, l-Unjoni Ewropea għandu jkollha rwol akbar, bil-parteċipazzjoni attiva tal-Kumitat tar-Reġjuni, kif ukoll tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ta' partijiet interessati oħra billi tiżviluppa approċċi bbażati fuq il-post li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni effettiva tal-Aġenda Territorjali tal-UE;

5.

jenfasizza l-ħtieġa ta' ppjanar strateġiku konġunt għat-territorju tal-Ewropa, ibbażat fuq viżjoni ta' żviluppi futuri sabiex ikun hemm koordinazzjoni aħjar tal-politiki tal-Unjoni, u b'hekk jiġu ġenerati sinerġiji bejn is-setturi. Barra minn hekk għandu jiġi indikat b'mod ċar liema istituzzjonijiet huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali;

6.

f'dan il-kuntest, iqis li sabiex jiġi żgurat żvilupp sostenibbli u soċjalment inklużiv, apparti l-mekkaniżmi ta' ppjanar u koordinazzjoni, jinħtieġu wkoll miżuri ta' sensibilizzazzjoni u ta' għoti ta' informazzjoni u għajnuna metodoloġika lill-awtoritajiet lokali u reġjonali. F'dan ir-rigward għad hemm ħidma sinifikanti xi ssir biex tinkiseb data paragunabbli fil-livell lokali u sottolokali fl-UE kollha;

7.

jitlob li tiġi żviluppata strateġija integrata għall-iżvilupp tal-ispazju fil-livell Ewropew filwaqt li jiġi żgurat li jiġu rispettati s-setgħat eżistenti tal-ippjanar fil-livell lokali u reġjonali (3);

8.

jirrakkomanda li fil-qafas tal-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija Ewropa 2020 u miżuri oħra, tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali b'mod partikolari billi jitqies l-impatt territorjali tal-politiki tal-UE; għal dan l-għan, jirrakkomanda li jitnieda proċess ta' eżami tal-politiki settorjali f'termini tal-impatt territorjali tagħhom u li fil-proċedura tal-adozzjoni tal-atti legali relatati mad-diversi politiki tal-UE, u b'mod partikolari tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020, tiddaħħal b'mod permanenti l-valutazzjoni tal-impatt territorjali, li tkun wieħed mill-elementi bażiċi tal-valutazzjoni tal-impatt tar-regolamentazzjoni;

9.

jenfasizza l-ħtieġa li jiġu monitorjati l-passi essenzjali meħuda fil-livell tal-UE sabiex jiġu indirizzati d-disparitajiet reġjonali dejjem jiżdiedu madwar l-Ewropa fil-kuntest tal-kriżi reċenti, peress li jirrappreżentaw theddida serja għall-koeżjoni territorjali;

Osservazzjonijiet ġenerali

10.

jistqarr li l-UE teħtieġ strateġija tal-iżvilupp multidimensjonali għal riżultati konkreti sabiex issaħħaħ l-isforzi f'din id-direzzjoni fil-qafas tal-pakkett leġislattiv ġdid tal-politika ta' koeżjoni. Fi kliem ieħor, il-politika ta' koeżjoni għandha tikseb bilanċ bejn il-prinċipju tal-kundizzjonalità u dak tas-sussidjarjetà, filwaqt li tagħti aktar attenzjoni lil dan tal-aħħar;

11.

ifakkar li l-politiki territorjali tal-Unjoni għandhom jieħdu kont tal-impatt tal-istrateġiji politiċi differenti tal-UE fuq ir-reġjuni, il-bliet u ż-żoni urbani u li l-isfidi attwali jkunu jistgħu jiġu indirizzati b'mod komprensiv, mhux biss għall-fondi strutturali u ta' investiment sabiex jiġu koperti, biex insemmu ftit eżempji oħra, il-politiki tal-UE fil-qasam tal-ambjent, it-trasport u s-suq intern, u l-Aġenda Diġitali b'impatt territorjali ċar. Id-dimensjoni territorjali għandha tiġi kkunsidrata fit-tfassil tal-politiki, sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta' żvilupp u jiġu evitati politiki konfliġġenti;

12.

mill-ġdid jirrakkomanda li jinħoloq “Kunsill għall-Politika ta' Koeżjoni” biex tissaħħaħ is-sistema ta' monitoraġġ u jkun hemm garanzija ta' bilanċ. Dan il-kunsill ikun magħmul mill-ministri tal-Istati Membri għall-iżvilupp reġjonali fil-livell tal-gvern kif ukoll minn rappreżentant tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni bħala koordinatur tal-kooperazzjoni. F'dan ir-rigward, jiddikjara li jinsab lest biex jipparteċipa b'mod attiv f'diskussjonijiet politiċi dwar il-ħolqien ta' din l-istruttura sabiex ikun żgurat li jitqiesu b'mod sħiħ il-fehmiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

13.

jenfasizza li s-sħubija hija rekwiżit essenzjali biex tittejjeb l-effiċjenza tal-politika ta' koeżjoni u li hija biss sistema ta' governanza f'diversi livelli li tista' tiżgura rabta effettiva bejn il-linji gwida strateġiċi stabbiliti mill-Unjoni Ewropea u l-kompiti reġjonali u lokali (4);

14.

itenni l-appoġġ tiegħu għal mekkaniżmi jew strumenti ġodda biex jissaħħaħ l-approċċ territorjali permezz ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) u investiment territorjali integrat (ITI). Dan joffri opportunitajiet eċċellenti sabiex l-awtoritajiet lokali, il-bliet u r-reġjuni jingħataw is-setgħa jużaw il-fondi tal-UE biex jinkiseb it-tkabbir ekonomiku u l-prosperità, u ritorn għat-triq lejn il-konverġenza. Għalhekk jiddispjaċih li, filwaqt li ħafna Stati Membri kkunsidraw li jimplimentawhom fil-prattika, l-użu tagħhom qiegħed jixxekkel mill-ostakoli regolatorji li jibqgħu fir-Regolamenti tal-UE u n-nuqqas ta' rieda tal-awtoritajiet amministrattivi li jħallu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jfasslu l-politiki;

15.

minħabba l-livell varjat ħafna tal-implimentazzjoni ta' dawn l-istrumenti fl-Istati Membri, is-sistemi ta' amministrazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll ta' dawn l-istrumenti li jappoġġjaw l-iżvilupp territorjali għandhom ikunu razzjonalizzati u kkoordinati kemm jista' jkun;

16.

madankollu, jirrimarka li l-approċċ territorjali għall-iżvilupp imur ferm lil hinn minn dawn l-istrumenti u għandhom jiġu integrati l-aspetti kollha tal-politika ta' koeżjoni;

17.

jappella għal rispett ikbar tal-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar il-koeżjoni territorjali. Dan l-Artikolu jistabbilixxi li l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-differenzi bejn il-livelli ta' żvilupp fir-reġjuni differenti u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, u jagħti attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, liż-żoni milqutin minn tranżizzjoni industrijali u lir-reġjuni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi kbar u permanenti, bħal dawk l-aktar mbiegħda fit-Tramuntana b'densità demografika baxxa u r-reġjuni gżejjer, transkonfinali u muntanjużi. Fil-fatt wieħed mill-elementi ewlenin għas-suċċess possibbli tal-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020 ikun li dawn it-territorji jkunu jistgħu jgħelbu l-iżvantaġġi strutturali tagħhom għall-iżvilupp;

18.

jenfasizza wkoll il-każ speċifiku tar-reġjuni ultraperiferiċi, li għalihom għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u r-restrizzjonijiet identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE sabiex jippermettu lil dawn it-territorji biex jegħlbu l-ostakli strutturali għall-iżvilupp tagħhom, u biex b'hekk isiru wieħed mill-elementi ewlenin għas-suċċess tal-Aġenda Territorjali 2020;

19.

barra dan, għandhom jiġu kkunsidrati sfidi demografiċi oħrajn li għandhom impatt kbir fuq ir-reġjuni bħad-depopulazzjoni, it-tixjiħ u popolazzjonijiet imxerrda ħafna. Jappella lill-Kummissjoni biex hija u timplimenta l-politika ta' koeżjoni tagħti attenzjoni partikolari lir-reġjuni l-iżjed żvantaġġati mil-lat ġeografiku u demografiku (5);

20.

jitlob li jerġa' jinfetaħ id-dibattitu dwar il-kejl tal-kwalità tal-ħajja b'indikaturi li jmorru lil hinn mill-PDG (“GDP and beyond”), filwaqt li jenfasizza li l-objettiv tal-koeżjoni territorjali jikkomplementa dak tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, u għalhekk ma jistax jitkejjel biss permezz ta' indikaturi ekonomiċi. It-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv fl-UE jittratta iktar minn sempliċiment it-tkabbir tal-PDG. Għandhom jiġu inklużi wkoll aspetti territorjali, soċjali, kulturali u, b'mod partikolari, dawk ambjentali, li huma partikolarment sinifikanti fir-reġjuni rurali u dawk b'popolazzjoni inqas baxxa. F'dan ir-rigward, it-tfassil ta' infrastruttura ekoloġika rurali u urbana ttejjeb il-kwalità u tnaqqas il-vulnerabbiltà tat-territorju. Meta jintgħażlu l-indikaturi, importanti li wieħed jinnota li d-disponibbiltà tad-data statistika fil-livell reġjonali hija limitata fl-Istati Membri kollha;

21.

jitlob l-introduzzjoni ta' indikaturi u indiċijiet komparabbli u affidabbli li jistgħu jintużaw għall-kejl, l-appoġġ u l-monitoraġġ tal-koeżjoni territorjali, l-iżvilupp territorjali komprensiv, il-problemi strutturali, l-isfidi u l-opportunitajiet għar-reġjuni tal-UE, kif ukoll l-impatt territorjali għal diversi livelli ġeografiċi u tipi ta' reġjuni (6). Dan jippermetti lil dawk li jfasslu l-politika biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati rigward l-ippjanar territorjali, b'konformità mar-rekwiżiti tal-proporzjonalità;

22.

iqis li hu essenzjali li jitqiesu t-tibdil fil-klima u r-riskji ambjentali u l-impatt territorjali tagħhom;

23.

jindika wkoll il-ħtieġa li jingħata bidu għal dibattitu dwar il-ġejjieni tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020, u li dan id-dibattitu għandu janalizza b'mod partikolari jekk intlaħqux l-għanijiet inizjali fir-rigward tal-approċċ immirat għall-appoġġ territorjali speċifiku iżda wkoll li jitqies jekk il-metodoloġija attwali ta' allokazzjoni għall-FSIE hijiex konsistenti għalkollox mal-għanijiet tal-politika u tikkunsidrax biżżejjed id-diversità territorjali;

Żvilupp territorjali poliċentriku

24.

jinnota li l-iżvilupp poliċentriku tal-UE huwa kruċjali għall-koeżjoni territorjali, billi jikkontribwixxi għal sistema ta' bliet aktar strutturata u għal provvista aħjar ta' prodotti u servizzi ta' koeżjoni soċjali għar-reġjun kollu;

25.

ifakkar li l-effikaċja u l-kwalità Ewropea jiddependu minn netwerking bejn bliet ta' kull daqs – mil-livell lokali għal dak globali – kif ukoll mir-responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini u l-implimentazzjoni ta' azzjoni lokali għall-promozzjoni tal-vantaġġi tagħhom fuq skala Ewropea u dinjija;

26.

jenfasizza li l-ftuħ lejn pajjiżi ġirien u l-bqija tad-dinja huwa prerekwiżit għall-bliet u r-reġjuni Ewropej kollha li jixtiequ jisfruttaw l-opportunitajiet ta' żvilupp offruti minn tkabbir globali u l-progress teknoloġiku. F'dan il-kuntest, l-appoġġ għall-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-fruntieri esterni tal-UE, huwa strument li wera l-effikaċja tiegħu. L-iżvilupp fit-tul tal-Ewropa jiddependi minn apprezzament globali u użu ikbar tal-vantaġġi kompetittivi ta' kull belt u reġjun fit-tlestija tas-suq uniku u t-twaqqif ta' strateġiji ta' żvilupp konġunti u effettivi, b'mod partikolari fi ħdan is-Sħubija Ewro-Mediterranja u s-Sħubija tal-Lvant u dik Trans-Atlantika (7);

27.

jinnota li l-kooperazzjoni bejn l-iktar bliet u reġjuni żviluppati tiżgura valur miżjud u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ambjent usa' tagħhom. Għalhekk jenfasizza li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-opinjonijiet u s-suġġerimenti tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati, peress li jintlaqtu direttament mill-politiki tal-UE;

Ir-rwol tal-bliet ta' daqs medju, iż-żoni urbani ż-żgħar u ta’ daqs medju u taż-żoni rurali

28.

jenfasizza l-vantaġġi tal-approċċ poliċentriku għall-iżvilupp reġjonali, u jindika l-importanza tar-rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali;

29.

jitlob għal approċċ politiku li jwassal għall-iżvilupp ta' reġjuni funzjonali, kemm fi ħdan il-pajjiżi u fil-livell transkonfinali, li bħala żoni funzjonali jinkludu żoni urbani u rurali u jirreferi għar-rwol tagħhom fiż-żamma tal-massa kritika għall-iżvilupp u fit-tnaqqis tal-vulnerabbiltà għax-xokkijiet esterni, ħaġa li ġiet enfasizzata iktar minn darba fl-analiżijiet ekonomiċi u tal-ippjanar tal-ispazju;

30.

jinnota li l-konċentrazzjoni spazjali tal-esklużjoni soċjali sseħħ fiż-żoni urbani, suburbani u rurali, li spiss jinsabu biswit postijiet b'livell deċenti ta' għajxien. Fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Territorjali għandhom jitqiesu l-ispeċifiċitajiet sottoreġjonali;

31.

jitlob lill-UE tiffoka l-politiki u l-fondi tagħha iktar fuq konnessjonijiet effiċjenti u effettivi bejn ir-reġjuni urbani, b'kunsiderazzjoni tal-fenomenu tal-espansjoni urbana u l-forom ġodda ta' okkupazzjoni tat-territorju, tiffaċilita l-aċċessibbiltà għall-għarfien u l-edukazzjoni, u tistabbilixxi netwerks effettivi bejn il-bliet u ż-żoni funzjonali (8), bil-għan li jkun jista' jsir skambju tal-aħjar prattiki u soluzzjonijiet politiċi u proġetti effettivi;

32.

jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li fl-Aġenda Territorjali 2020 il-pajjiżi, ir-reġjuni u l-bliet (inklużi bliet iż-żgħar u ta' daqs medju) huma mistiedna biex jikkontribwixxu għall-prijoritajiet territorjali Ewropej komuni, iżda fl-istess ħin jiddispjaċih li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għadhom mhumiex trattati l-istess bħal atturi oħra fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet. Għandhom isiru sforzi sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jwieġbu b'mod aktar effettiv għall-isfidi territorjali ewlenin fl-Ewropa;

33.

jagħraf li l-funzjonament effettiv tal-bliet iż-żgħar u ta' daqs medju u d-diversifikazzjoni tal-ekonomiji rurali huma elementi essenzjali għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Aġenda Territorjali. F'dan il-kuntest, l-istrateġiji għandhom jiffokaw primarjament fuq aċċess ġust għas-servizzi ta' interess ekonomiku u soċjali ġenerali, l-espansjoni taż-żoni funzjonali (abbażi tal-inizjattivi għall-iżvilupp taż-żoni rurali u urbani li diġà ġew implimentati) kif ukoll il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà u l-interkonnessjoni tal-bliet iż-żgħar u ta' daqs medju (9);

34.

jiġbed l-attenzjoni għar-rwol li jaqdu ż-żoni urbani ż-żgħar u ta' daqs medju bħala wieħed mill-elementi fl-iżvilupp territorjali poliċentriku. F'dan il-kuntest bi pjaċir jinnota li din it-tema komuni ġiet adottata mit-Triju ta' Presidenzi fil-qasam tal-bliet iż-żgħar u ta' daqs medju fiż-żoni urbani li tikkonċerna l-analiżi tar-rabtiet urbani-rurali u li tippreżenta mekkaniżmi għall-kooperazzjoni bejn id-diversi oqsma u li tikseb żvilupp territorjali iktar bilanċjat. Huwa essenzjali li jissaħħu l-valuri ta' identità tat-territorju (il-pajsaġġ, il-patrimonju kulturali u ambjentali) bħala assi ta' kompetittività u ta' divrenzjar fis-suq globali;

35.

iż-żoni urbani ż-żgħar u ta' daqs medju jaqdu rwol attiv sabiex jiżguraw il-benesseri u l-prosperità anke għall-abitanti tal-irħula li jinsabu qribhom, huma ċentri ta' servizzi, ta' impjieg, ċentri ta' trasport lokali, u joħolqu domanda dejjem ikbar għall-mobbiltà eċċ. Għalhekk huma għandhom rwol biex jillimitaw id-depopolazzjoni taż-żoni rurali u urbani. Madankollu, huma jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp taż-żoni metropolitani, permezz ta' parteċipazzjoni f'netwerk poliċentriku komuni. Huma jgħinu biex jindirizzaw l-aspetti ambjentali u tal-kwalità li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni eċċessiva tal-popolazzjoni fil-bliet il-kbar;

36.

għalhekk jitlob li d-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni tiġi żviluppata iktar u kkoordinata aħjar ma' politiki oħra li jolqtu ż-żoni urbani fil-qafas ta' aġenda urbana integrata u li tissaħħaħ is-sistema formali ta' kooperazzjoni bejn iż-żoni urbani Ewropej u l-intern rurali tagħhom (10); itenni t-talba tiegħu għal White Paper għal aġenda urbana integrata;

Ir-rabtiet bejn ir-reġjuni Ewropej: il-perspettiva territorjali

37.

iqis il-kooperazzjoni territorjali Ewropea, li taħdem bl-appoġġ minn inizjattivi transkonfinali, interreġjonali jew transnazzjonali (pereżempju r-REKT), u l-iżvilupp tal-istrateġiji makroreġjonali bħala strumenti li jippermettu implimentazzjoni aħjar tal-Aġenda Territorjali; għalhekk, bi pjaċir jilqa' l-pjan tat-Triju ta' Presidenzi għall-analiżi tal-ħtiġiet relatati mad-dispożizzjonijiet legali għall-ħolqien taż-żoni transkonfinali integrati kif ukoll il-ħolqien ta' grupp ta' ħidma fil-Kunsill biex jiġi segwit il-progress tal-istrateġiji makroreġjonali. Jinnota li għandha titkompla l-parteċipazzjoni tal-entitajiet sottonazzjonali fit-tħejjija u l-ġestjoni ta' dawn l-istrumenti, kif ukoll fil-grupp ta' ħidma msemmi, peress li dan huwa aspett fundamentali biex jintlaħqu l-għanijiet tagħha;

38.

iqis li jeħtieġ li jiġi promoss it-tkabbir poliċentriku, bilanċjat ġeografikament bejn żoni differenti, fost l-oħrajn permezz ta' azzjonijiet biex jingħalaq id-distakk diġitali, il-kollaborazzjoni fl-oqsma tal-enerġija, il-klima u l-ambjent, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-aċċessibbiltà u l-attraenza tat-territorji u permezz ta' politika tat-trasport sostenibbli bbażata fuq strateġija adattata għall-ispeċifiċitajiet territorjali;

39.

jenfasizza r-rwol tal-infrastruttura tat-trasport bħala strument għall-koeżjoni territorjali. Ir-reġjuni bi sfidi ġeografiċi u demografiċi jeħtieġu attenzjoni partikolari f'dan ir-rigward (11). F'dan il-kuntest, jirrimarka li r-Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali jistgħu jintużaw bħala għodda li tappoġġja r-rabtiet transkonfinali inklużi dawk ma' pajjiżi terzi, u jistgħu jintużaw ukoll diversi strumenti ta' finanzjament bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

40.

jitlob lill-Kummissjoni tkompli u żżid l-isforzi tagħha sabiex jitlesta n-netwerk prinċipali tat-TENT-T, b'mod partikolari fir-rigward tat-tneħħija tal-ostakli, l-iffaċilitar tal-konnessjonijiet transkonfinali u t-tisħiħ tal-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pjattaformi tal-kurituri;

41.

jenfasizza, bħalma hemm indikat fis-Sitt Rapport dwar il-Koeżjoni, li l-linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport stabbilew l-għan li jkun hemm netwerk multimodali ġenwin fil-livell tal-UE, inklużi l-ferroviji, il-bini ta' infrastruttura addizzjonali, billi tinħoloq infrastruttura ġdida iżda wkoll billi tittejjeb dik eżistenti. F'dan il-kuntest, il-Kumitat iqis il-bżonn li jkunu disponibbli mezzi tat-trasport li jkunu sostenibbli, kompetittivi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u mezzi tat-trasport aktar ekoloġiċi, li jippromovu l-intermodalità, l-użu komplementari tal-mezzi differenti tat-trasport kif ukoll it-twettiq ta' proġetti infrastrutturali f'żoni inqas żviluppati, reġjuni transkonfinali u reġjuni li jiffaċċjaw ostakli fiżiċi għas-suq intern u li għandhom problemi ta' koeżjoni territorjali;

L-Aġenda Territorjali u l-Istrateġija Ewropa 2020

42.

jinnota li l-Aġenda Territorjali tal-UE 2020 tafferma mill-ġdid l-importanza ta' approċċ territorjali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020. Għandu jittieħed vantaġġ mill-opportunità tar-reviżjoni tal-Istrateġija biex fiha tiġi inkluża dimensjoni territorjali iktar b'saħħitha. Għalhekk, l-għanijiet tal-UE definiti fl-Istrateġija Ewropa 2020 jistgħu jinkisbu biss jekk tiġi kkunsidrata d-dimensjoni territorjali tal-istrateġija, peress li l-opportunitajiet ta' żvilupp tar-reġjuni individwali jvarjaw (12);

43.

itenni t-talba tiegħu għal White Paper dwar il-koeżjoni territorjali abbażi ta' analiżi dwar ir-relazzjoni bejn l-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020 u l-Istrateġija Ewropa 2020, sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali dejjem jiżdiedu fl-UE (13);

44.

jirrakkomanda li l-politika ta' koeżjoni tal-UE, bl-għanijiet tagħha ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, tkompli tagħti kontribut sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 anki fil-ġejjieni. Bit-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-għanijiet tat-tkabbir u tal-konverġenza, il-politika ta' koeżjoni tista' tagħti kontribut biex jonqsu d-disparitajiet fl-Unjoni Ewropea u b'hekk jinkisbu l-miri prinċipali tal-Istrateġija u kisbiet fuq perjodu twil f'termini ta' prosperità fl-Ewropa kollha. Dan il-potenzjal għandu jiġi sfruttat b'mod sistematiku billi fil-politika ta' koeżjoni jintuża approċċ ibbażat fuq is-sħubija sabiex jiġi żgurat li l-istrateġiji stabbiliti fil-livell reġjonali jindirizzaw speċifikament iċ-ċirkustanzi u l-potenzjal lokali;

45.

għalhekk jappoġġja l-idea tal-proposta ta' Kodiċi tal-Kondotta dwar l-Istrateġija Ewropa 2020 (14), abbażi tal-Kodiċi ta' Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija, li ser tiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-partijiet interessati l-oħra jkunu involuti fl-ippjanar u l-implimentazzjoni fit-tul ta' dokumenti strateġiċi li jaffettwaw l-iżvilupp territorjali;

Viżjoni għar-Reġjun Ewropew

46.

jenfasizza l-azzjoni meħuda minn ESPON, bil-għan li jiġi żviluppat sett ta' indikaturi u indiċijiet għall-iżvilupp territorjali Ewropew li jista' jintuża biex jiġu appoġġjati dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-kejl u l-monitoraġġ tal-koeżjoni territorjali; jitlob b'mod espliċitu li jitfasslu indikaturi li jirriflettu l-mod kif l-isfidi territorjali u demografiċi (bħat-tixrid, id-densità baxxa, it-tnaqqis u t-tixjiħ tal-popolazzjoni) jaffettwaw it-tkabbir sostenibbli, intelliġenti u inklużiv;

47.

jemmen li huwa urġenti li tiġi żviluppata data statistika komparabbli dwar żoni lokali u sottolokali kif ukoll li l-klassifikazzjoni urbana-rurali eżistenti tal-OECD u tal-Kummissjoni tissarraf f'kategoriji tal-Eurostat li, abbażi ta' informazzjoni affidabbli mil-livell lokali, jistgħu jgħinu kemm fit-tfassil kif ukoll fl-evalwazzjoni tal-politiki tal-UE;

48.

iqis li l-bini ta' Ewropa poliċentrika u miftuħa huwa l-aktar strateġija territorjali koeżiva għat-tkabbir u l-kompetittività, il-koeżjoni soċjali u l-objettivi ta' żvilupp sostenibbli promossi mill-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Territorjali 2020 għad-deċenji li jmiss (15). Huwa jesprimi l-appoġġ tiegħu għal strateġija li tgħaqqad l-iżvilupp u l-koeżjoni, u toħloq postijiet pjaċevoli għall-għajxien;

49.

jirrikonoxxi l-bżonn ta' ppjanar strateġiku konġunt tat-territorju Ewropew, ibbażat fuq viżjoni globali tal-iżvilupp futur biex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki Ewropej tal-iżvilupp reġjonali (16).

Brussell, 17 ta' April 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)  Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020. Lejn Ewropa ta' Diversi Reġjuni Inklużiva, Intelliġenti u Sostenibbli

(2)  Ir-rapport Barca, p. 108.

(3)  Making Europe Open and Polycentric f“Scenarios and Vision for European Territory 2050”, ESPON.

(4)  CdR 2012/1683.

(5)  CdR 2014/4896.

(6)  Making Europe Open and Polycentric f“Scenarios and Vision for European Territory 2050”, ESPON.

(7)  Making Europe Open and Polycentric f“Scenarios and Vision for European Territory 2050”, ESPON.

(8)  How to strengthen the Territorial dimension of Europe 2020 and the EU cohesion Policy.

(9)  How to strengthen the Territorial dimension of Europe 2020 and the EU cohesion Policy.

(10)  “L-iżvilupp territorjali poliċentriku fil-livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali” – diskussjoni round table fil-laqgħa tal-COTER f'Fabriano, 10 ta' Lulju 2014.

(11)  Għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi, ara l-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar Il-mobilità fir-reġjuni bi sfidi ġeografiċi u demografiċi (CdR 1691/2014).

(12)  L-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2020. Lejn soċjetà inklużiva, intelliġenti u sostenibbli Ewropa sostenibbli ta' reġjuni differenti.

(13)  CoR 2014/2333.

(14)  Pjan ta' Azzjoni rivedut għall-Istrateġija Ewropa 2020.

(15)  Making Europe Open and Polycentric f'Scenarios and Vision for European Territory 2050, ESPON.

(16)  Making Europe Open and Polycentric f'Scenarios and Vision for European Territory 2050, ESPON.


12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/36


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Opportunitajiet għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini

(2015/C 195/06)

Relatur

:

Is-Sur Borboly (RO/PPE), President tal-Kunsill Reġjonali ta' Harghita

Dokument ta' referenza

:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar Opportunitajiet għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini COM(2014) 445 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jappoġġja bis-sħiħ it-tentattiv tal-Kummissjoni Ewropea biex jiġu żviluppati għanijiet komuni u indikaturi bħala bażi għal standards Ewropej komuni għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini u b'hekk tissaħħaħ il-koordinazzjoni politika u l-koerenza. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma msieħba ewlenin fil-promozzjoni ta' effiċjenza ikbar fir-riżorsi, peress li din tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli permezz tal-impatt pożittiv u ġġib magħha konsegwenzi favorevoli għall-ambjent, il-klima, l-ekonomija u s-soċjetà. B'mod simili, dawn l-awtoritajiet jistgħu jieħdu azzjoni permezz ta' strumenti bħall-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku, u b'hekk jiġi xprunat is-suq tal-prodotti mfassla mill-iskart tal-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini;

2.

jiddikjara, għaldaqstant, li huwa mħasseb dwar il-fatt li l-Kummissjoni fl-ebda parti tal-Komunikazzjoni ma ssemmi r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, għad li ġibed l-attenzjoni għal dan l-aspett f'opinjonijiet oħra dwar suġġetti simili. Jisħaq dwar ir-rwol ċentrali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala investituri, mhux l-inqas fis-settur tal-bini, iżda anke f'dak li jikkonċerna l-akkwist pubbliku, l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-binjiet, l-appoġġ għall-intrapriżi lokali u għall-innovazzjoni, u l-informazzjoni tal-investituri u tal-pubbliku inġenerali. Għal din ir-raġuni, il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob lill-Kummissjoni biex tanalizza l-mod kif il-Kumitat tar-Reġjuni u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jiġu involuti fil-konsultazzjonijiet li jmiss b'segwitu għal din il-komunikazzjoni;

3.

jenfasizza li b'kunsiderazzjoni tad-daqs u l-kumplessità tal-kwistjoni tal-bini sostenibbli fil-livell politiku, l-interventi għandhom ikunu msejsa fuq approċċ komprensiv li jqis l-aspetti kollha li jikkonċernaw il-bżonnijiet u t-tħassib tal-individwi, il-komunitajiet u l-istituzzjonijiet li jkunu ser jibbenefikaw minnhom; iċ-ċirkostanzi lokali u l-benefiċċji għall-ekonomija għandhom jitqiesu bħala aspetti importanti tas-sostenibbiltà, pereżempju, ir-rispett tal-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu, permezz tal-promozzjoni ta' materjali ta' kostruzzjoni lokali li spiss huma meqjusa bħala iktar effiċjenti u jista' jkollhom effetti pożittivi fuq l-ekonomija lokali;

A.    Problemi fundamentali

4.

iqis inaċċettabbli li l-iskart riċiklabbli mill-kostruzzjoni u t-twaqqigħ tal-bini (CDW) ta' binjiet terzjarji spiss jintefa' fil-miżbliet mingħajr valutazzjoni minn qabel tal-vijabbiltà ekonomika tal-ġbir u r-riċiklaġġ tiegħu. Il-KtR iqis li għandha tingħata prijorità biex jingħalaq iċ-ċirkuwitu tar-riċiklaġġ, pereżempju, billi jiġu stabbiliti miri individwali għal tipi speċifiċi ta' skart, u dispożizzjonijiet obbligatorji għall-awditjar, żarmar u għażla tas-CDW, qabel it-twaqqigħ jew ir-rinnovazzjoni ta' binjiet terzjarji kif inhu indikat diġà f'xi leġislazzjonijiet reġjonali jew lokali;

5.

iqis li biex is-settur tal-bini jsir ekoloġiku (l-attivitajiet ta' bini jkunu aktar favur l-ambjent), hemm bżonn li l-awtoritajiet pubbliċi joffru qafas lill-klijenti, lill-kuntratturi u lill-iżviluppaturi tas-settur tal-bini ħalli ssir tranżizzjoni lejn prattiki iktar favur l-ambjent, peress li l-fażi tal-kostruzzjoni hija kruċjali għall-prestazzjoni ambjentali ta' kwalunkwe bini tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. Tranżizzjoni bħal din ma sseħħx malajr daqs kemm imiss fl-assenza ta' indikaturi u standards komuni għall-UE, iżda wkoll meta ma jkunx hemm mudelli ta' negozju vijabbli ħalli jintgħażlu tekniki u materjali tal-bini aktar ekoloġiċi u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi meta mqabbla mas-sitwazzjoni attwali;

6.

iqis neċessarju li jiġi ċċarat li l-iskart mid-demolizzjoni jista' jirriżulta jew minn demolizzjoni totali tal-bini jew mir-riabilitazzjoni, u għalhekk jeħtieġ li jiġi ppreċiżat li l-kunċett ta' demolizzjoni jinkludi d-demolizzjoni parzjali tal-bini waqt li tkun għaddejja r-riabilitazzjoni. Fil-maġġoranza tar-reġjuni, l-iskart globali ġġenerat waqt ir-riabilitazzjoni jisboq l-iskart totali ġġenerat mid-demolizzjoni totali tal-binjiet;

7.

jifraħ lill-Kummissjoni Ewropea dwar l-intenzjoni tagħha li tħeġġeġ lis-suq tar-riċiklaġġ tal-iskart tal-bini u d-demolizzjoni billi tagħti appoġġ ikbar għall-proġetti ta' riċerka u demostrazzjoni. Proġetti bħal dawn, anke fi ħdan il-programm ta' qafas Orizzont 2020 u mwettqa f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, għandhom jimmiraw għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet dwar kif iżidu l-attraenza ekonomika tar-riċiklaġġ. Barra minn hekk, il-KtR huwa favur l-introduzzjoni ta' miżuri li jappoġġjaw it-tqegħid fis-suq ta' materjali sekondarji prodotti mis-CDW;

B.    L-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-appoġġ għall-politika dwar l-effiċjenza fir-riżorsi

8.

iqis li, mil-lat tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Unjoni kollha, il-mira prinċipali ser tkun li jagħmlu progress fl-isforzi tagħhom biex jiġu żviluppati indikaturi li huma prerekwiżit għall-iżvilupp ta' għanijiet u standards komuni biex is-settur tal-kostruzzjoni isir iktar ekoloġiku. Huwa fl-interess tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li tiġi enfasizzata l-importanza tal-isfidi ekoloġiċi u ekonomiċi li qed jikkonfrontaw il-proċess ta' titjib fl-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini;

9.

jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali diġà għandhom rwol sinifikanti fil-promozzjoni tal-bini sostenibbli bi ftit jew l-ebda spejjeż permezz tal-kodiċijiet ta' bini lokali jew reġjonali. L-aħjar prattiki li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dawn il-kodiċijiet, bħar-rekwiżiti minimi dwar il-livelli ta' dawl matul il-jum, l-effiċjenza enerġetika jew il-materjali tal-kostruzzjoni, jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-promozzjoni ta' bini ġenwinament sostenibbli fl-Ewropa, u għalhekk għandhom jiġu promossi;

10.

ifakkar li fil-qasam tat-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-bini l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni, hekk kif fl-ambitu tar-responsabbiltà tagħhom jiżviluppaw miżuri adegwati u jimplimentaw strateġiji adottati favur l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-użu effiċjenti tar-riżorsi billi janalizzaw bir-reqqa l-partikolaritajiet u l-aspetti lokali;

11.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jagħmlu użu mill-għodod u l-prattiki tal-ippjanar territorjali u l-ippjanar tal-bliet meta jifformolaw il-politika tal-bini sostenibbli. Għandhom jitqiesu wkoll l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ġestjoni tal-iskart u kwistjonijiet ta' operazzjoni u manutenzjoni;

12.

f'dan il-kuntest, jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jadottaw approċċ olistiku tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bini inklużi l-prodotti tal-kostruzzjoni, id-disinn u l-kostruzzjoni ta' bini, il-manutenzjoni u r-rinnovazzjoni tiegħu sabiex jiġi promoss użu iżjed effiċjenti tal-materjali, l-enerġija u l-konsum tal-ilma kif ukoll ġestjoni aħjar tal-iskart;

13.

iqis bħala ħaġa estremament importanti l-isforzi li saru s'issa mill-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-Ewropa, bħal pereżempju l-istrateġija tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tar-reġjun tal-Emilia-Romagna u l-pjan dwar il-klima “Enerġija – Alto Adige 2050” tal-provinċja awtonoma ta' Bolzano, il-programmi li jidentifikaw it-teknoloġiji u l-approċċi l-ġodda bbażati fuq l-arkitettura tradizzjonali lokali tar-reġjun (judeţ) ta' Harghita jew l-attivitajiet ta' innovazzjoni tal-belt ta' Rakvere, fl-Estonja u tal-komunità ta' Anavra, muniċipalità ta' Almyros, Magnisia, il-Greċja – din l-inizjattiva, bħal oħrajn tal-istess tip, hija rimarkabbli fil-qasam tal-effiċjenza fir-riżorsi u l-bini sostenibbli;

14.

jinnota li l-attivitajiet industrijali relatati mal-materjali tal-kostruzzjoni li joriġinaw fis-settur tal-bini ekoloġiku u d-demolizzjoni għandhom joħolqu bosta impjiegi. It-tħejjija fil-livell reġjonali u lokali ta' pjani ta' azzjoni dwar dawn l-attivitajiet, flimkien ma' użu adatt tar-riżorsi umani, tikkontribwixxi sostanzjalment għat-twettiq tal-għanijiet relatati mal-effiċjenza fir-riżorsi;

15.

jemmen li inizjattiva bħall-Patt tas-Sindki tista' tkun siewja biex tindirizza wkoll l-isfida tal-effiċjenza fir-riżorsi. Il-Kumitat huwa konvint li għandhom jiġu mistħarrġa modi adatti għal dan ladarba jkunu ġew approvati l-għanijiet ta' politika tal-UE għall-effiċjenza fir-riżorsi;

16.

ifakkar ukoll li l-użu tar-riżorsi huwa ddeterminat fil-biċċa l-kbira mid-deċiżjonijiet relatati mad-disinn u mill-għażla tal-materjal tal-kostruzzjoni. Għalhekk, kif enfasizzat mill-Kummissjoni, sabiex jiġi garantit titjib fl-effiċjenza fir-riżorsi, l-inġiniera, id-disinjaturi, il-fabbrikanti, il-kuntratturi, l-awtoritajiet u l-utenti aħħarin jeħtieġu informazzjoni affidabbli u li tista' tintuża sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni abbażi ta' kriterju tad-disinn sostenibbli. Għaldaqstant, u fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma l-korpi li joħorġu l-liċenzji li huma l-eqreb tal-partijiet interessati, huwa f'idejn dawn l-awtoritajiet li jiżviluppaw sessjonijiet ta' sensibilizzazzjoni, kif ukoll politiki u mekkaniżmi konkreti ta' informazzjoni u l-mekkaniżmi biex jappoġġjaw u jinkoraġġixxu l-użu ta' dawn ir-riżorsi. Għalhekk iridu jkunu jistgħu jiddependu mill-finanzjament mill-fondi Ewropej. Dawn il-politiki għandhom ikunu parti minn approċċ komuni Ewropew għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-binjiet, li għandu jħaddan l-indikaturi ewlenin identifikati kollha;

17.

jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi b'mod attiv lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp ta' qafas b'indikaturi fundamentali li jivvalutaw il-prestazzjoni ambjentali tal-bini tul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu konsultati u jiġu involuti fit-tħejjija ta' dawn l-indikaturi tul il-proċess sħiħ;

18.

jisħaq fuq il-fatt li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti mhux biss bħala l-livell politiku li jwettaq ċerti investimenti finanzjarji ta' politika fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-bini sostenibbli, iżda li għandhom ukoll rwol essenzjali bħala proprjetarji tal-binjiet u d-djar pubbliċi jew in-netwerks ta' infrastruttura ta' utilità pubblika;

19.

jenfasizza mill-ġdid l-oppożizzjoni tiegħu għas-sistema ta' kundizzjonalità makroekonomika meta Stat Membru ma jissodisfax l-obbligi skont il-liġi tal-UE (pereżempju l-miri dwar l-iskart jew l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija), li tippermetti li Stat Membru jiġi penalizzat permezz tas-sospensjoni parzjali jew totali tal-fondi mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment (Fond SIE) peress li din is-sistema toħloq ir-riskju li jiġu penalizzati l-awtoritajiet lokali u reġjonali, irrispettivament mid-daqs tal-kontribut tagħhom għall-għanijiet ta' politika;

20.

jistieden lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex isaħħu l-kooperazzjoni fil-qafas tal-akkwist pubbliku, u b'hekk jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-kuntest lokali u reġjonali biex jitwettqu l-għanijiet ambizzjużi tal-UE fir-rigward tal-bini sostenibbli;

C.    Definizzjonijiet, indikaturi, riċerka u żvilupp

21.

ifakkar li l-industrija tal-bini hija strument, u li l-binjiet jista' jkollhom impatti kemm pożittivi kif ukoll negattivi f'kuntest partikolari urban, arkitettoniku, soċjali, ekonomiku u ambjentali. Attenzjoni partikolari għalhekk għandha tingħata lill-problema tas-sostenibbiltà f'dan il-qafas kumpless ta' interkonnessjonijiet;

22.

ifakkar li l-karatteristiċi tekniċi u tal-prestazzjoni ta' ċerti materjali tal-bini jinbidlu b'mod rapidu wara li jiġu manifatturati u dan il-proċess ikompli f'xi każijiet anke wara li jintużaw fil-kostruzzjoni. F'dan is-sens huwa partikolarment importanti li jiġi analizzat jekk, u taħt liema kundizzjonijiet, wara d-demolizzjoni, dawn il-materjali jkunux adatti biżżejjed biex jintużaw mill-ġdid, u jekk ikunx meħtieġ li jinħolqu sistemi ta' ċertifikazzjoni apparti għal dawn il-materjali;

23.

madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tiġi segwita r-riċerka fil-qasam taż-żamma u l-manutenzjoni tal-binjiet u l-impjanti korrispondenti, bħala possibbiltà biex jiġi estiż iċ-ċiklu tal-ħajja. B'mod aktar konkret għandhom jiġu promossi l-kuntratti ta' provvista tal-enerġija kif ukoll it-titjib u l-manutenzjoni tal-installazzjonijiet li jitwettqu mill-kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija;

24.

jenfasizza li l-użu fuq skala kbira ta' materjali tal-bini li jirriżultaw mid-demolizzjoni, pereżempju fil-bini tat-toroq, għandu jiġi ttrattat bħala qasam ta' riċerka tal-ikbar importanza. Ħafna mill-materjali tal-bini jinkludu bosta elementi tossiċi, perikolużi u li jikkontaminaw, u la l-valutazzjoni tal-impatt tagħhom u lanqas, jekk hemm bżonn, it-tnaqqis tar-riskji li jirriżultaw minnhom għall-ambjent u s-saħħa tal-bniedem m'huma kwistjonijiet riżolti;

25.

iqis li l-iskoperta mill-ġdid tat-tekniki u l-materjali tal-bini tradizzjonali tista' tippreżenta potenzjal konsiderevoli għas-settur Ewropew tal-bini: huma spiss jikkostitwixxu mudell għall-mod li bih ir-riżorsi lokali jistgħu jintużaw għas-servizz ta' soluzzjonijiet effiċjenti u adatti għall-kundizzjonijiet lokali mingħajr diffikultà ta' kompatibilità mal-użu tal-art, il-ftuħ ta' barrieri ġodda fejn dawn ma jkunux f’kuntest omoġenju;

26.

ifakkar li l-kwistjoni dwar jekk ir-riabilitazzjoni tal-binjiet eżistenti hijiex soluzzjoni adatta fil-każijiet kollha jistħoqqilha tiġi analizzata: il-binjiet eżistenti f'bosta reġjuni tal-Ewropa, b'mod partikolari l-binjiet kummerċjali, residenzjali u pubbliċi, ma jistgħux jiġu rinnovati biex joffru livell ta' kumdità adegwat ħlief bi prezzijiet ta' investiment konsiderevoli. Dawn is-sitwazzjonijiet jiġbdu l-attenzjoni għall-fatt li, anke jekk ir-riabilitazzjoni tal-binjiet eżistenti, mil-lat tal-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-bini individwali, għadhom soluzzjoni aħjar mid-demolizzjoni tagħhom jew il-bini ta' binjiet ġodda, il-valur estetiku, arkitettoniku u soċjali ta' kostruzzjoni ġdida kultant ikun ħafna ogħla, b'mod partikolari mill-perspettiva tal-okkupant. Għalhekk, sabiex ikun magħruf jekk ir-riabilitazzjoni tal-binjiet eżistenti hijiex soluzzjoni adegwata minbarra l-aspetti purament tekniċi, għandhom jitqiesu wkoll il-kunsiderazzjonijiet arkitettoniku, soċjali, ekonomiċi u ambjentali, u l-perspettiva tal-okkupant;

27.

ifakkar ukoll fil-potenzjal kbir li jista' jkollu s-settur tal-bini sostenibbli fil-ħolqien ta’ impjiegi, b’mod partikolari f’settur ekonomiku, dak tal-kostruzzjoni, tant milqut mill-kriżi. B'appoġġ u taħriġ xieraq fil-metodi ġodda ta' bini ekoloġiku sostenibbli, jistgħu jiġu integrati mill-ġdid fis-suq tax-xogħol ħafna persuni qiegħda tas-settur;

28.

jirrakkomanda li l-materja prima rinnovabbli, preferibbilment dik lokali jew indiġena li għaliha japplikaw il-mekkaniżmi tat-traċċabbiltà, tiġi kkunsidrata b'mod espliċitu fl-iżvilupp ta' kriterji komuni għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-bini (bħala indikaturi ewlenin). Jisħaq li l-użu ta' materja prima rinnovabbli jista' jikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għall-konservazzjoni tar-riżorsi fil-bini; l-użu tar-riżorsi f'dan il-qasam mhuwiex limitat biss għall-kostruzzjoni (pereżempju l-bini bl-injam) u l-iżolament, iżda jħaddan ukoll l-ikkompletar tal-bini intern (il-wiċċ tal-art, il-ħitan u l-uċuħ) eċċ. Dan jgħodd b'mod partikolari fil-każ tal-“użu kaskata” tal-materja prima rinnovabbli li jinkludi l-użu multidimensjonali f'diversi livelli. Il-materja prima rinnovabbli tista' wkoll tissostitwixxi l-karburanti fossili għat-tisħin u b'dan il-mod tnaqqas l-impatt ambjentali;

29.

jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f'dak li jirrigwarda l-binjiet, id-dokument tal-Kummissjoni ma jsemmix l-użu tal-enerġija rinnovabbli, minkejja l-kontribut evidenti li ġġib magħha għan-natura sostenibbli tal-bini. L-istrumenti fotovoltajċi, tal-enerġija solari u tar-riħ integrati fil-binjiet u anke l-użu tal-bijomassa għat-tisħin tal-binjiet, inkluż it-tisħin tal-ilma għad-dar, jistgħu jikkontribwixxu sew biex jitnaqqas l-impatt ambjentali u dan tul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja, b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju. Ta' min isemmi wkoll teknoloġiji oħra, bħall-enerġija ġeotermali, il-potenzjal għall-ġenerazzjoni ċentralizzata, infrastruttura distrettwali effiċjenti tat-tisħin u t-tkessiħ, is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, is-sħana mill-iskart jew il-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. Sabiex l-analiżi tkun korretta, għandhom jitqiesu wkoll il-materjali u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-unitajiet tal-elettriku u l-enerġija;

30.

iqis li għandhom jiġu ċċarati u jingħataw definizzjonijiet komuni mill-iktar fis possibbli fil-livell tal-UE għall-kunċetti li bosta drabi jintużaw bħala sinonimi: “dar passiva”, “dar ekoloġika”, “dar sostenibbli”, “dar b'użu ekonomiku tal-enerġija”, jew “dar bi kważi l-ebda konsum tal-enerġija”. Jeħtieġ li b'mod urġenti jintlaħaq progress permezz ta' inizjattivi tar-riċerka u l-iżvilupp u konsultazzjonijet peress li dawn id-definizzjonijiet ser ikunu l-bażi għal standards komuni u miżuri ta' politika f'dan il-qasam fil-futur;

31.

jenfasizza li, minbarra l-użu mill-ġdid tal-metall u l-ħġieġ, suġġett li daħlet fih sew il-Komunikazzjoni, ir-riċerka tagħti evidenza dwar informazzjoni interessanti dwar il-konkrit u l-injam. Fir-rigward tal-materjal tal-kostruzzjoni, il-konkrit u l-injam għandhom karatteristiċi favorevoli għall-użu mill-ġdid, huma għażla faċli u sempliċi biex jiġu riċiklati u/jew jintużaw. Għalhekk, l-analiżijiet li saru fil-livell reġjonali u lokali dwar l-użu mill-ġdid tagħhom għandhom jingħataw prijorità;

32.

iqis li fir-rigward tal-użu tal-injam jew ta' materjali naturali oħra ta' kostruzzjoni, jeħtieġ li nżommu quddiemna li l-ħtiġiet dejjem ikbar tal-industrija tal-bini ser ifissru bidliet diretti jew indiretti fl-użu tal-art u fl-ekosistemi. F'dan ir-rigward għandu jiġi evitat li f'dan is-settur jiġu ripetuti l-iżbalji li saru fil-passat fil-qafas tal-produzzjoni tal-bijomassa għall-enerġija. Għandhom jiġu analizzati fid-dettall il-problemi relatati mat-tibdil fl-użu tal-art u fl-ekosistemi, u jiġu kkunsidrati meta jiġu żviluppati l-objettivi u l-indikaturi komuni għall-effiċjenza fir-riżorsi fis-settur tal-bini;

33.

jipproponi li, fil-kurrikula universitarji tal-inġiniera, il-periti u l-ekonomisti, minbarra l-proċeduri għall-użu effiċjenti tar-riżorsi, jiġu inklużi wkoll proċeduri intiżi biex jitnaqqas l-użu addizjonali tal-materjali u l-ħolqien tal-iskart li joriġinaw mill-bidliet tal-pjan inizjali;

34.

iqis li fil-qafas tal-użu effiċjenti tar-riżorsi u iktar u iktar fil-każ tar-riċiklaġġ tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni, għandhom jitqiesu l-ispejjeż u l-impatt tal-għażla u tat-trasport. Għal dan il-għan, il-proċeduri ta' analiżi standardizzati huma meħtieġa u l-proċessi ta' politika u r-riċerka u l-iżvilupp għandhom jintegraw ukoll it-tqabbil tal-possibbiltajiet kundizzjonati mit-trasport u l-kapaċitajiet tar-riċiklaġġ fuq il-post jew dawk lokali;

D.    Il-governanza, is-sħubija, it-trasferiment tal-għarfien

35.

jilqa' l-fatt li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tisħaq b'mod ċar fuq ir-rwol importanti li jirriżulta mill-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-miżuri previsti. F'dan ir-rigward, il-proġetti ta' kooperazzjoni bejn il-gruppi ta' reġjuni bi speċifiċitajiet simili komuni għandhom jingħataw prijorità. F'dan il-qasam mhuwiex previdibbli li nagħżlu l-aħjar prattika jew approċċ universali: l-atturi reġjonali u lokali għandhom jitgħallmu minn xulxin liema huma l-aktar soluzzjonijiet adatti u l-iskambju tal-għarfien lokali tar-reġjuni differenti jista' jagħti valur miżjud ogħla;

36.

jenfasizza li ħafna awtoritajiet lokali u reġjonali nnotaw li l-Istati Membri jqisu l-awtoritajiet li nħolqu fil-qafas tar-regolamentazzjoni dwar l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija b'mod purament formali, bħala strument barrani għall-kultura tad-disinn fir-reġjuni jew il-pajjiż konċernat. Għal dan il-għan, il-Kumitat jissuġġerixxi li titħejja xi forma ta' rapport interim dwar l-istat ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-effiċjenza fl-enerġija mingħajr ma jinħolqu obbligi ġodda ta' rappurtar għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, iżda jkunu involuti fuq bażi volontarja fil-formulazzjoni tar-rapport;

37.

ifakkar li bosta reġjuni m'għandhomx l-għarfien u lanqas il-kompetenzi adegwati, li jfisser li, b'mod partikolari fir-reġjuni sottożviluppati, ikun hemm distakk teknoloġiku ikbar meta mqabbel mar-reġjuni żviluppati. Sabiex tinstab soluzzjoni għal din il-problema, dawn ir-reġjuni għandhom jiddaħħlu wkoll fil-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bbażati b'mod iktar speċifiku fuq id-diffikultajiet marbuta mat-trasferiment tal-għarfien. Għandha ssir enfasi fuq il-possibbiltà li jiġi ottimizzat it-trasferiment tal-għarfien dwar il-kostruzzjoni u l-materjal tal-bini lejn ir-reġjuni b'kompetenzi inadegwati;

E.    Mekkaniżmu ta' kumpens

38.

iqis li l-mexxejja politiċi għandhom ikunu konxji li kwalunkwe bidla radikali fis-settur tal-bini ser teħtieġ rieda politika u tmexxija b'saħħitha fil-livelli għoljin tal-amministrazzjoni lokali u reġjonali; dawn ma jistgħux jinjoraw il-problemi tal-baġits operattivi lokali u reġjonali, li għadhom limitati u li joffru biss flessibbiltà limitata għall-investimenti fit-titjib tal-binjiet, anke jekk għandhom rendiment tajjeb u jekk jintroddu lura malajr;

39.

jindika mhux biss il-benefiċċji ambjentali imma wkoll il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tal-bini sostenibbli meta mqabbla mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-manutenzjoni, u jenfasizza li abbażi tal-informazzjoni mill-analiżi tas-suq li għaliha tagħmel referenza l-Kummissjoni, l-ispejjeż ta' investiment fl-hekk imsejjaħ bini “ekoloġiku” mhumiex ogħla minn xi punti perċentwali ta' dawk l-ispejjeż li jinġarrbu fil-bini tradizzjonali;

40.

iqis li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-problemi speċifiċi tar-reġjuni rurali u lill-bliet iż-żgħar u ta' daqs medju. Għandhom jiġu rikonoxxuti l-karatteristiċi proprji fid-definizzjoni tal-istandards, fil-miri u l-miżuri ta' implimentazzjoni l-oħrajn, biex jiġi evitat li jiġu żvantaġġati b'mod sproporzjonat jew li jkun possibbli li jingħataw kumpens fejn ikun meħtieġ. Għaldaqstant, il-prijorità tar-riċerka fil-qafas tal-inizjattiva Bliet Intelliġenti fi ħdan l-Orizzont 2020 minflok għandha tissejjaħ Bliet u Reġjuni Intelliġenti, u tiġi kkomplementata minn prijorità ġdida msejħa Reġjuni u Bliet Rurali Intelliġenti.

Brussell, 17 ta' April 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Il-111-il sessjoni plenarja tas-16 u s-17 ta' April 2015

12.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 195/41


Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni – Pjan ta' Investiment u Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi

(2015/C 195/07)

Relatur ġenerali

:

Is-Sur Claude Gewerc (FR/PSE), President tal-Kunsill Reġjonali ta' Picardie

Dokumenti ta' referenza

:

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment – Pjan ta' Investiment għall-Ewropa

COM(2014) 903 final

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013

COM(2015) 10 final

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

Emenda 1

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(1)

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja wasslet biex jitbaxxa l-livell tal-investimenti fl-Unjoni. L-investiment naqas b'madwar 15 % minn meta laħaq il-massimu tiegħu fl-2007. L-Unjoni tbati b'mod partikolari minn nuqqas ta' investiment bħala konsegwenza tal-inċertezza tas-suq rigward il-futur ekonomiku u l-limiti fiskali fuq l-Istati Membri. Dan in-nuqqas ta' investiment idewwem l-irkupru ekonomiku u għandu impatt negattiv fuq il-ħolqien tal-impjiegi, il-prospetti ta' tkabbir fit-terminu twil u l-kompetittività.

(1)

Il-kriżi ekonomika u finanzjarja wasslet biex jitbaxxa l-livell tal-investimenti fl-Unjoni. L-investiment naqas b'madwar 15 % minn meta laħaq il-massimu tiegħu fl-2007 , b'impatt fuq ir-reġjuni Ewropej kollha. L-Unjoni tbati b'mod partikolari minn nuqqas ta' investiment bħala konsegwenza tal-inċertezza tas-suq rigward il-futur ekonomiku u l-limiti fiskali fuq l-Istati Membri. Dan in-nuqqas ta' investiment idewwem l-irkupru ekonomiku u għandu impatt negattiv fuq il-ħolqien tal-impjiegi, il-prospetti ta' tkabbir fit-terminu twil u l-kompetittività. Għalhekk dan jipprevjeni t-twettiq tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Emenda 2

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(2)

Hija meħtieġa azzjoni komprensiva biex jitreġġa' lura ċ-ċirku vizzjuż li ħoloq in-nuqqas ta' investiment. Riformi strutturali u responsabbiltà fiskali huma prekundizzjonijiet neċessarji biex jiġi stimulat l-investiment. Flimkien ma' impetu mġedded għall-finanzjament tal-investiment, dawn il-prekundizzjonijiet jistgħu jagħtu kontribut biex jiġi stabbilit ċirku virtuż, fejn proġetti ta' investiment jgħinu biex jagħtu appoġġ lill-impjiegi u lid-domanda u jwasslu għal żieda sostenibbli fil-potenzjal tat-tkabbir.

(2)

Hija meħtieġa azzjoni komprensiva biex jitreġġa' lura ċ-ċirku vizzjuż li ħoloq in-nuqqas ta' investiment. Riformi strutturali li jorbtu t-tkabbir sostenibbli, i r-responsabbiltà fiskali u effiċjenza ikbar tal-politiki pubbliċi, huma prekundizzjonijiet neċessarji biex jiġi stimulat l-investiment għal tul ta' żmien . Flimkien ma' impetu mġedded għall-finanzjament tal-investiment, dawn il-prekundizzjonijiet jistgħu jagħtu kontribut biex jiġi stabbilit ċirku virtuż, fejn proġetti ta' investiment li jappoġġjaw lill-impjiegi u lid-domanda u jwasslu għal żieda sostenibbli fil-potenzjal tat-tkabbir.

Emenda 3

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(8)

Il-FEIS huwa parti minn approċċ komprensiv sabiex jindirizza l-inċertezza rigward l-investimenti pubbliċi u privati. L-istrateġija għandha tliet pilastri ewlenin: l-immobilizzar tal-finanzjament għall-investiment, li l-investimenti jitwasslu fl-ekonomija reali u li jitjieb l-ambjent tal-investimenti fl-Unjoni.

(8)

Il-FEIS huwa parti minn approċċ komprensiv sabiex jindirizza l-inċertezza rigward l-investimenti pubbliċi u privati. L-istrateġija għandha tliet pilastri ewlenin: l-immobilizzar tal-finanzjament għall-investiment, li l-investimenti jitwasslu fl-ekonomija reali u li jitjieb l-ambjent tal-investimenti fl-Unjoni. L-istrateġija għandha tkun komplementari għall-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-Unjoni.

Emenda 4

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(10)

L-għan tal-FEIS għandu jkun li jgħin biex jissolvew id-diffikultajiet fil-finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ investimenti produttivi u strateġiċi fl-Unjoni u jiżgura li jkun hemm aktar aċċess għall-finanzjament. Huwa maħsub li aċċess akbar għall-finanzjament għandu jkun ta’ benefiċċju partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Huwa wkoll xieraq li l-benefiċċju ta’ tali aċċess akbar jiġi estiż għall-finanzjament ta’ kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, li huma kumpaniji li għandhom sa 3  000 impjegat. Jekk jingħelbu d-diffikultajiet kurrenti fl-Ewropa rigward l-investiment għandu jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali territorjali tal-Unjoni .

(10)

L-għan tal-FEIS għandu jkun li jgħin biex jissolvew id-diffikultajiet fil-finanzjament u l-implimentazzjoni ta’ investimenti produttivi u strateġiċi fl-Unjoni , ta’ importanza ekonomika u soċjali, u jiżgura li jkun hemm aktar aċċess għall-finanzjament. Huwa maħsub li aċċess akbar għall-finanzjament għandu jkun ta’ benefiċċju partikolari għal intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Huwa wkoll xieraq li l-benefiċċju ta’ tali aċċess akbar jiġi estiż għall-finanzjament ta’ kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja, li huma kumpaniji li għandhom sa 3  000 impjegat. Sabiex jiġi massimizzat l-aċċess għall-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja għall-investimenti proposti jeħtieġ li nevitaw il-kumplessità u nżommu kollox sempliċi .

Emenda 5

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(11)

Il-FEIS għandu jappoġġa investimenti strateġiċi b'valur miżjud ekonomiku għoli li jagħti kontribut biex jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

(11)

Il-FEIS għandu jappoġġa investimenti strateġiċi kemm fuq skala kbira kif ukoll fuq skala żgħira li jagħtu kontribut biex jintlaħqu l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni Ewropea u li jagħmlu parti mill-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv . Il-FEIS għandu jikkomplementa l-programmi eżistenti tal-UE, b’mod partikolari l-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment u jinkoraġġixxi u jaċċellera proġetti aktar riskjużi biex tittejjeb l-effettività ġenerali tal-ekonomija tal-UE u li aktarx jiġġeneraw impetu għall-ħolqien ta’ valur miżjud għall-Unjoni Ewropea. Il-FEIS għandu jagħti attenzjoni partikolari għar-reġjuni l-inqas żviluppati u r-reġjuni l-aktar iżolati sabiex ma jiżdidx id-distakk tal-investiment u jitħeġġu investimenti transkonfinali u transnazzjonali. Huwa għandu jinvolvi wkoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali kif ukoll jenfasizza u jiżviluppa l-kapaċità ta’ innovazzjoni tagħhom.

Emenda 6

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(14)

Il-FEIS għandu jimmira lejn dawk il-proġetti li għandhom valur soċjali u ekonomiku għoli. B'mod partikolari, il-FEIS għandu jimmira lejn proġetti li jippromwovu l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir fit-terminu twil u l-kompetittività. Il-FEIS għandu jappoġġa firxa wiesgħa ta' prodotti finanzjarji, inkluż l-ekwità, id-dejn jew il-garanziji, li l-aħjar jakkomodaw il-ħtiġijiet tal-proġett individwali. Din il-firxa wiesgħa ta' prodotti għandha tippermetti lill-FEIS jadatta għall-bżonnijiet tas-suq filwaqt li jinkoraġġixxi l-investiment privat fil-proġetti. Il-FEIS ma għandux ikun sostitut għall-finanzjament tas-suq privat iżda għandu minflok ikun katalist tal-finanzi tas-suq billi jindirizza l-fallimenti tas-suq sabiex jiżgura l-aktar użu effikaċi u strateġiku tal-fondi pubbliċi. Ir-rekwiżit għal konsistenza mal-prinċipji tal-għajnuna mill-Istat għandu jagħti kontribut għal tali użu effikaċi u strateġiku.

(14)

Il-FEIS għandu jimmira lejn dawk il-proġetti li għandhom valur miżjud soċjali u ekonomiku għoli. B’mod partikolari, il-FEIS għandu jimmira lejn proġetti li jippromwovu l-ħolqien ta' impjiegi, it-tkabbir sostenibbli fit-terminu twil , l-innovazzjoni u l-kompetittività . Għandu jiġi stabbilit sett ċar ta’ kriterji ta’ għażla tal-proġetti kif ukoll proċeduri għall-fażi ta’ segwitu . Il-FEIS għandu jappoġġa firxa wiesgħa ta’ prodotti finanzjarji, inkluż is-self, l-ekwità, id-dejn jew il-garanziji, li l-aħjar jakkomodaw il-ħtiġijiet tal-proġett individwali. Din il-firxa wiesgħa ta’ prodotti għandha tippermetti lill-FEIS jadatta għall-bżonnijiet tas-suq filwaqt li jinkoraġġixxi l-investiment privat fil-proġetti. Il-FEIS ma għandux ikun sostitut għall-finanzjament tas-suq privat iżda għandu minflok ikun katalist tal-finanzi tas-suq billi jindirizza l-fallimenti tas-suq sabiex jiżgura l-aktar użu effikaċi u strateġiku tal-fondi pubbliċi u bħala mezz għat-tisħiħ ulterjuri tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni . Ir-rekwiżit għal konsistenza mal-prinċipji tal-għajnuna mill-Istat għandu jagħti kontribut għal tali użu effikaċi u strateġiku.

Emenda 7

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(15)

Il-FEIS għandu jimmira proġetti li għandhom profil tar-riskji u l-gwadanji ogħla minn strumenti eżistenti tal-BEI u tal-Unjoni sabiex jiżgura addizzjonalità fuq operazzjonijiet eżistenti. Il-FEIS għandu jiffinanzja proġetti madwar l-Unjoni, inkluż fil-pajjiżi bl-aktar impatt tal-kriżi finanzjarja. Il-FEIS għandu jintuża biss meta ma jkunx disponibbli finanzjament minn sorsi oħra fuq termini reġonevoli .

(15)

Il-FEIS għandu jimmira proġetti li għandhom profil tar-riskji u l-gwadanji ogħla minn strumenti eżistenti tal-BEI u tal-Unjoni sabiex jiżgura addizzjonalità fuq operazzjonijiet eżistenti. Il-FEIS għandu jiffinanzja proġetti madwar l-Unjoni, inkluż fil-pajjiżi bl-aktar impatt tal-kriżi finanzjarja. Il-FEIS għandu jintuża biss meta ma jkunx disponibbli finanzjament minn sorsi oħra. Ir-riskju ikbar irid ikun ġustifikat mill-impatt tal-investiment fuq il-livell tal-impjiegi, l-ekonomija tat-territorji, b’mod partikolari dawk affettwati minn bidla ekonomika, il-konsegwenzi fuq ix-xejra globali tal-investiment, l-innovazzjoni u l-ambjent. Dawn il-kriterji għandhom jiġu aġġustati waqt l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-promozzjoni ta' distribuzzjoni bilanċjata bejn is-setturi u ż-żoni ġeografiċi.

Emenda 8

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(16)

Il-FEIS għandu jimmira lejn investimenti li huma mistennija li jkunu vijabbli ekonomikament u teknikament, li jistgħu jirrikjedu grad ta' riskju xieraq, filwaqt li xorta waħda jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-finanzjament tal-FEIS.

(16)

Il-FEIS għandu jimmira lejn investimenti li huma mistennija li jkunu vijabbli ekonomikament u teknikament, li jistgħu jirrikjedu grad ta' riskju xieraq , li jkun wisq għall-investituri privati mingħajr l-appoġġ tal-FEIS , filwaqt li xorta waħda jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-finanzjament tal-FEIS.

Raġuni

Din hija kundizzjoni tal-addizzjonalità tal-investimenti tal-Pjan ta' Investiment.

Emenda 9

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(20a)

Jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti rispettivi, l-Istati Membri jistgħu jużaw strumenti ta’ finanzjament oħrajn u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) biex jikkontribwixxu għall-finanzjament ta’ proġetti eliġibbli appoġġjati mill-garanzija tal-UE, f’konformità mal-għanijiet, il-garanziji u r-regoli dwar il-qafas legali applikabbli għal dawn il-Fondi.

Il-flessibbiltà ta' dan l-approċċ għandha timmassimizza s-sinerġiji bejn l-istrumenti tal-UE u l-kapaċità li tattira l-investituri lejn l-oqsma ta' investiment fil-mira tal-FEIS. Il-FSIE u l-FEIS għandhom ikunu komplementari u l-effett ta’ esklużjoni bejniethom għandu jiġi evitat sa fejn hu possibbli.

Raġuni

Huwa mezz biex tissaħħaħ il-koerenza bejn l-FEIS u l-Fondi Strutturali u biex jiġi evitat ir-riskju ta' esklużjoni (crowding out) reċiproka.

Emenda 10

Premessa 20 b ġdida

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(20b)

B’mod partikolari, il-FEIS jista’ jappoġġja l-pjattaformi ta’ investiment fil-livell territorjali, li jiggarantixxu strateġiji ta’ żvilupp koerenti u integrati fil-livell reġjonali billi jkollhom ir-rwol ta’ ċentri reġjonali li kapaċi jimmobilizzaw ir-riżorsi kollha disponibbli.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 11

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(21)

Sakemm il-kriterji ta' eliġibbiltà jkunu ssodisfati kollha, l-Istati Membri jistgħu jużaw il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej sabiex jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' proġetti eliġibbli li għandom is-sostenn tal-garanzija tal-UE. Il-flessibbiltà ta' dan l-approċċ għandha timmassimizza l-potenzjal li tattira investituri lejn l-oqsma ta' investiment fil-mira tal-FEIS.

 

Raġuni

L-istess bħall-emenda 9.

Emenda 12

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(22)

Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, investimenti ta' infrastruttura u proġetti li għandhom l-appoġġ tal-FEIS għandhom ikunu konsistenti mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ħabbret li se tifformula sett ta' prinċipji ewlenin, għall-fini ta' valutazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, li proġett ikollu jissodisfa sabiex ikun eliġibbli għal sostenn mill-FEIS. Jekk proġett jissodisfa dawn il-kriterji u jirċievi sostenn mill-FEIS, il-Kummissjoni ħabbret li kwalunkwe sostenn komplimentari nazzjonali, se jiġi vvalutat skont valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat issimplifikata u aċċellerata li permezz tagħha l-unika kwistjoni addizzjonali li tkun trid tiġi vverifikata mill-Kummissjoni hija l-proporzjonalità tas-sostenn pubbliku (nuqqas ta' kumpens żejjed). Il-Kummissjoni ħabbret ukoll li se tipprovdi gwida ulterjuri dwar is-sett ta' prinċipji ewlenin bil-għan li tiżgura użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi.

(22)

Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, investimenti ta' infrastruttura u proġetti li għandhom l-appoġġ tal-FEIS għandhom ikunu konsistenti mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ħabbret li se tifformula sett ta' prinċipji ewlenin, għall-fini ta' valutazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, li proġett ikollu jissodisfa sabiex ikun eliġibbli għal sostenn mill-FEIS. Jekk proġett jissodisfa dawn il-kriterji u jirċievi sostenn mill-FEIS, il-Kummissjoni ħabbret li kwalunkwe sostenn komplimentari nazzjonali, se jiġi vvalutat skont valutazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat issimplifikata u aċċellerata li permezz tagħha l-unika kwistjoni addizzjonali li tkun trid tiġi vverifikata mill-Kummissjoni hija l-proporzjonalità tas-sostenn pubbliku (nuqqas ta' kumpens żejjed). Il-Kummissjoni ħabbret ukoll li se tipprovdi gwida ulterjuri dwar is-sett ta' prinċipji ewlenin bil-għan li tiżgura użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Fid-dawl ta'   dan, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tapplika proċedura simplifikata b'mod omogenju fejn ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat jkunu applikabbli għall-finanzjament tal-infrastruttura.

Raġuni

Huwa importanti li jiġu evitati disparitajiet fit-trattament tal-proġetti ta' investiment infrastrutturali appoġġjati mill-FEIS u dawk kofinanzjati mill-Istati Membri/ir-reġjuni sabiex jiġu żgurati l-istess perjodi taż-żmien u proċeduri ta' approvazzjoni, peress li l-għajnuna mill-Istat ma tistax tiġi applikata mingħajr kondizzjonijiet.

Emenda 13

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(25)

Il-BEI għandu regolarment jevalwa l-attivitajiet appoġġati mill-FEIS bil-għan li jivvaluta r-relevanza, il-prestazzjoni u l-impatt tagħhom u jidentifika aspetti li jistgħu jtejbu attivitajiet futuri. Tali evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għall-obbligu ta' rendikont u l-analiżi tas-sostenibbiltà.

(25)

Il-BEI u l-Kummissjoni għandhom regolarment jevalwa w l-attivitajiet appoġġati mill-FEIS bil-għan li jivvaluta w i r-relevanza, il-prestazzjoni , l-impatt kif ukoll il-konsistenza u l-koordinazzjoni tagħhom ma’ politiki u strumenti oħra tal-Unjoni, u b’mod partikolari bl-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, u jidentifika w aspetti li jistgħu jtejbu attivitajiet futuri. Tali evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għall-obbligu ta’ rendikont u l-analiżi tas-sostenibbiltà.

Emenda 14

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(25a)

Il-Kumitat ta' Tmexxija jiżgura s-segwitu tal-politka ta’ ffinanzjar tal-FEIS, u għandu jibgħat sommarju kull sitt xhur tal-interventi tiegħu. Huwa jagħti opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà, id-distribuzzjoni tematika u ġeografika tal-investimenti u l-addizzjonalità u l-impatti soċjali u ambjentali tagħhom. Huwa magħmul minn numru ugwali ta’ rappreżentanti tal-KtR u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).

Raġuni

Il-forzi soċjali u ekonomiċi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma fl-aħjar pożizzjoni biex jevalwaw l-impatt reali tal-investimenti ffinanzjati.

Emenda 15

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(26)

B'mod parallel mal-operazzjonijiet ta' finanzjament se jitmexxa permezz tal-FEIS, għandu jinħoloq Ċentru Ewropew ta' Konsulenza Finanzjarja (EIAH). Il-FEIS għandu jipprovdi appoġġ imsaħħaħ għall-iżvilupp u t-tħejjija ta' proġetti madwar l-Unjoni, billi jibni fuq il-kompetenzi tal-Kummissjoni, il-BEI, il-banek promozzjonali nazzjonali u l-awtorità maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Dan għandu jistabbilixxi punt uniku ta' dħul għal mistoqsijiet li jirrigwardaw l-assistenza teknika għal investimenti fl-Unjoni.

(26)

B’mod parallel mal-operazzjonijiet ta’ finanzjament se jitmexxa permezz tal-FEIS, għandu jinħoloq Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza Finanzjarja (EIAH). Il-FEIS għandu jipprovdi appoġġ imsaħħaħ għall-iżvilupp u t-tħejjija ta’ proġetti madwar l-Unjoni, billi jibni fuq il-kompetenzi tal-Kummissjoni, il-BEI, il-banek promozzjonali nazzjonali u l-awtorità maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej. Dan għandu jistabbilixxi punt uniku ta’ dħul għal mistoqsijiet li jirrigwardaw l-assistenza teknika għal investimenti fl-Unjoni. L-EIAH għandu jippermetti lill-Istati Membri u r-reġjuni madwar l-Unjoni biex jibbenefikaw minn għarfien espert bla ħlassabiex jiġi żgurat aċċess ġust għall-finanzjament tal-FEIS. Ir-reġjuni jistgħu jipproponu lill-EIAH inizjattivi mmirati biex jikkoordinaw l-għajnuna teknika fuq livell reġjonali jew sovrareġjonali, u b’hekk isir l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji disponibbli.

Emenda 16

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(29)

Sabiex jiffinanzjaw b'mod parzjali l-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni , għandhom jitnaqqsu l-pakketti disponibbli tal-Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 2014-2020, previsti mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal -Parlament Ewropew u  ta l-Kunsill  (1) , u tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, previsti mir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2) . Dawk il-programmi jaqdu għanijiet li mhumiex replikati mill-FEIS. Madankollu, it-tnaqqis taż-żewġ programmi biex jiġi ffinanzjat il-fond ta' garanzija huwa mistenni li jiżgura investiment akbar f'ċerti oqsma tal-mandati rispettivi tagħhom milli jkun possibbli permezz tal-programmi eżistenti tagħhom. Għandu jkun possibbli għall-FEIS li juża l-garanzija tal-UE sabiex jimmultiplika l-effett finanzjarju f'dawk l-oqsma ta' riċerka, żvilupp u innovazzjoni u trasport, telekomunikazzjoni u infrastruttura tal-enerġija meta dan jiġi mqabbel mal-infiq tar-riżorsi (...) permezz ta' għotjiet fil-programmi ppjanati ta' Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għaldaqstant, huwa xieraq li parti mill-finanzjament li huwa previst bħalissa għal dawk il-programmi jiġi reindirizzat għall-benefiċċju tal-FEIS.

(29)

Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni se jkollha awtorizzazzjoni gradwali mill -Parlament Ewropew u l-Kunsill fil-qafas tal-proċeduri baġitarji annwali sal-2020 . B’mod partikolari, il-baġit tal-UE li ma jintefaqx sal-aħħar tas-sena finanzjarja għandu jiġi sistematikament ittrasferit lejn il-Fond ta’ Garanzija. Għal dan l-għan, l-awtorità baġitarja għandha tagħmel użu, fejn xieraq, tal-mekkaniżmi ta’ flessibilità kollha u dispożizzjonijiet rilevanti oħra disponibbli taħt ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/ 2013 tal-Kunsill.

Emenda 17

Premessa 29 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(29a)

It-tnaqqis tal-baġits disponibbli għall-programmi Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) għandu jsir effettiv biss wara li jkunu ġew eżawriti l-possibilitajiet kollha għall-flessibbiltà dwar il-baġit Ewropew.

Jekk it-tnaqqis tal-baġits tal-programm Orizzont 2020 ikun inevitabbli, dan għandu jsir b'tali mod li l-implimentazzjoni sħiħa tal-programm Orizzont 2020 ma tkunx imxekkla, u l-importanza partikolari tar-riċerka bażika ma tiġix ikkontestata. Il-linja tal-programm “aċċess għall-kapital ta' riskju” f'dan il-każ għandha tipprovdi kontribut sinifikanti għall-finanzjament tal-FEIS. Ir-riżorsi mill-programm Orizzont 2020 għandhom, sakemm l-użu taħt il-Fond ikun inevitabbli, jintużaw għall-iskop oriġinali tagħhom u jingħataw opportunitajiet għal parteċipazzjoni lil istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja u istituzzjonijiet ta' riċerka.

It-tnaqqis tal-baġit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) bl-ebda mod ma jaffettwa l-ammont trasferit mill-Fondi ta’ Koeżjoni u ddedikat għal proġetti tat-trasport fl-Istati Membri eliġibbli għal dan il-Fond.

Raġuni

Il-proġetti ta' riċerka u innovazzjoni ffinanzjati mill-programm Orizzont 2020 diġà qed jagħtu kontribut dirett u sinifikanti għall-innovazzjoni u l-kompetittività Ewropea; għaldaqstant dan il-programm stabbilit sew m'għandux jiddgħajjef. Fejn ma jkunx possibbli li jsir intervent permezz tal-FEIS fil-programm Orizzont 2020, il-kriterji għandhom jiżguraw li l-FEIS isaħħaħ il-potenzjal għall-innovazzjoni tal-Ewropa.

Emenda 18

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(31)

Fl-Unjoni, hemm għadd sinifikanti ta’ proġetti potenzjalment vijabbli li mhumiex qed jiġu ffinanzjati minħabba nuqqas ta’ ċertezza u trasparenza rigward tali proġetti. Ħafna drabi, dan huwa minħabba li investituri privati mhumiex konxji tal-proġetti jew ma għandhomx informazzjoni biżżejjed biex jagħmlu valutazzjoni tar-riskji tal-investiment. Il-Kummissjoni u l-BEI, bl-appoġġ mill-Istati Membri, għandhom jippromwovu l-ħolqien ta’ sett ta’ proġetti ta’ investiment trasparenti kurrenti u futuri fl-Unjoni li huma adattati għall-investiment. Dan is-“sett ta’ proġetti” għandu jiżgura li l-informazzjoni rigward proġetti ta’ investiment tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi regolari u strutturat sabiex ikun żgurat li l-investituri jkollhom informazzjoni affidabbli li fuqha jibbażaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom.

(31)

Fl-Unjoni, hemm għadd sinifikanti ta’ proġetti potenzjalment vijabbli li mhumiex qed jiġu ffinanzjati minħabba nuqqas ta’ ċertezza u trasparenza rigward tali proġetti. Ħafna drabi, dan huwa minħabba li investituri privati mhumiex konxji tal-proġetti jew ma għandhomx informazzjoni biżżejjed biex jagħmlu valutazzjoni tar-riskji tal-investiment. Il-Kummissjoni u l-BEI, bl-appoġġ mill-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom , għandhom jippromwovu l-ħolqien ta’ sett ta’ proġetti ta’ investiment trasparenti kurrenti u futuri fl-Unjoni li huma adattati għall-investiment. Dan is-“sett ta’ proġetti” għandu jiżgura li l-informazzjoni rigward proġetti ta’ investiment tkun disponibbli għall-pubbliku fuq bażi regolari u strutturat sabiex ikun żgurat li l-investituri jkollhom informazzjoni affidabbli li fuqha jibbażaw id-deċiżjonijiet ta’ investiment tagħhom.

Emenda 19

Premessa 31 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

(31a)

Jekk għal raġunijiet ta' viżibbiltà jiġu inklużi proġetti fis-sett ta' proġetti ta’ investiment, minbarra l-informazzjoni dwar il-vijabbiltà ekonomika tal-proġetti għandha tiġi pprovduta wkoll informazzjoni dwar il-konformità ma’ rekwiżiti ambjentali u soċjali u l-allinjament tagħhom mal-għanijiet tal-istrateġiji ta’ żvilupp reġjonali. Sommarju tagħhom se jintbagħat kull sitt xhur lill-Kumitat ta’ Tmexxija.

Emenda 20

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(32)

L-Istati Membri bdew wkoll ħidma fil-livell nazzjonali dwar l-istabbiliment u l-promozzjoni ta’ settijiet ta’ proġetti għal proġetti ta’ importanza nazzjonali. L-informazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni u mill-BEI għandha tipprovdi rabtiet mas-settijiet ta’ proġetti nazzjonali li jakkumpanjaw.

(32)

L-Istati Membri bdew wkoll ħidma fil-livell nazzjonali dwar l-istabbiliment u l-promozzjoni ta’ settijiet ta’ proġetti għal proġetti ta’ importanza nazzjonali , reġjonali u lokali. Din il-ħidma saret ukoll għall-proġetti transkonfinali permezz tal-kollaborazzjoni bejn Stati Membri differenti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jaħdmu flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà . L-informazzjoni mħejjija mill-Kummissjoni u mill-BEI għandha tipprovdi rabtiet mas-settijiet ta’ proġetti nazzjonali u transkonfinali li jakkumpanjaw. L-awtoritajiet reġjonali u lokali li jinkludu pjattaformi reġjonali ta’ innovazzjoni, aġenziji ta’ żvilupp reġjonali u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej huma sors kruċjali ta’ informazzjoni dwar opportunitajiet attwali u futuri ta’ investimenti .

Raġuni

Huwa kruċjali li kemm il-livell reġjonali kif ukoll lokali jkunu involuti fl-istabbiliment tas-settijiet ta' proġetti.

Huwa importanti li jkun enfasizzat li l-Istati Membri bdew jikkordinaw flimkien biex jippreżentaw proġetti transkonfinali fuq skala kbira fil-kuntest tal-FEIS.

Emenda 21

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

(34)

Sabiex ikun hemm l-obbligu ta’ rendikont liċ-ċittadini Ewropej, il-BEI għandu b’mod regolari jirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-FEIS.

(34)

Sabiex ikun hemm l-obbligu ta’ rendikont liċ-ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom b’mod regolari jirrapportalill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-FEIS u l-komplementarjetà tiegħu mal-politiki u strumenti oħra tal-UE .

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma qrib iċ-ċittadini Ewropej u dan iżid ir-responsabbiltà tagħhom.

Emenda 22

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

1a.     Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandhom jiżguraw li l-appoġġ mogħti mill-FEIS huwa konsistenti ma’ u komplementari għall-politiki u l-istrumenti l-oħra tal-Unjoni.

Emenda 23

Artikolu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Ftehim tal-FEIS ikun miftuħ għall-Istati Membri tal-adeżjoni. Bil-kundizzjoni li jkun hemm l-approvazzjoni ta’ kontributuri eżistenti, il-Ftehim tal-FEIS ikun miftuħ ukoll għall-adeżjoni ta’ partijiet terzi, inklużi l-banek promozzjonali nazzjonali jew l-aġenziji pubbliċi bi sjieda jew kontroll tal-Istati Membri, u l-entitajiet tas-settur privat.

Il-Ftehim tal-FEIS ikun miftuħ għall-Istati Membri tal-adeżjoni. Bil-kundizzjoni li jkun hemm l-approvazzjoni ta' kontributuri eżistenti, il-Ftehim tal-FEIS ikun miftuħ ukoll għall-adeżjoni ta' partijiet terzi, inklużi l-banek prmozzjonali nazzjonali jew reġjonali u l-aġenziji pubbliċi bi sjieda jew kontroll tal-Istati Membri, jew l-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll l-aġenziji tal-iżvilupp li jaqgħu taħt l-awtorità tar-reġjuni u l-entitajiet tas-settur privat.

Raġuni

Il-proposta leġislattiva għandha tippermetti aċċess reġjonali u lokali għall-ftehim tal-FEIS.

Il-parteċipazzjoni tar-reġjuni fil-ġestjoni ta' dawn l-istrumenti ġodda.

Emenda 24

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Banek jew istituzzjonijiet ta' żvilupp nazzjonali'” tfisser entitajiet legali li jwettqu attività finanzjarja fuq bażi professjonali li huma mogħtija mandat pubbliku minn Stat Membru, kemm jekk f’livell ċentrali, reġjonali jew lokali, biex iwettqu attivitajiet pubbliċi ta' żvilupp jew promozzjoni fuq bażi mhux kummerċjali, bil-għan li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-suq;

(2)

“Pjattaforma ta' investiment” tfisser mekkaniżmu ta' investiment kofinanzjat b'kondiviżjoni tar-riskju jew ta' kwalunkwe mekkaniżmu ta' appoġġ finanzjarju ieħor stabbilit biex jiffinanzja proġett jew grupp ta’ proġetti. Pjattaforma ta’ investiment tista’ tkun reġjonali, nazzjonali, transkonfinali jew settorjali, u għandha l-għan li tiżgura konsistenza mal-istrateġiji ta’ investiment lokali u reġjonali u, fejn ikun xieraq, il-programmi operattivi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej

Raġuni

Biex tiġi ġġenerata addizzjonalità reali tal-finanzjamenti, hemm bżonn l-appoġġ tan-netwerks ta' atturi lokali u professjonali biex jibdew, jappoġġjaw u jikkofinanzjaw proġetti permezz ta' fehim aħjar tal-opportunitajiet u għaldaqstant valutazzjoni aħjar tar-riskju. Hemm bżonn ukoll li jiġu kkunsidrati l-proġetti iżgħar għal kull sett ta' proġetti, jekk huma parti minn politika ta' investiment approvat mill-Fond.

Emenda 25

Artikolu 2 – punt 2(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Biex jikseb dak l-objettiv, l-EIAH jagħmel użu mill-kompetenzi tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

Biex jikseb dak l-objettiv, l-EIAH jagħmel użu mill-kompetenzi ta':

il-BEI;

il-Kummissjoni;

banek promozzjali nazzjonali;

banek u /jew aġenziji promozzjonali reġjonali;

l-awtorità maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej.

B’mod partikolari, ir-reġjuni jistgħu jitolbu għajnuna teknika lill-EIAH biex jiffinalizzaw operazzjonijiet fuq livell reġjonali jew sovrareġjonali.

Raġuni

L-għarfien espert fil-livell reġjonali għandu jkun ippreżervat fi ħdan l-EIAH.

Ir-reġjuni, li għandhom viżjoni globali tal-investimenti meħtieġa fit-territorju tagħhom, jew b'kollaborazzjoni ma' reġjuni oħra, għandu jkollhom il-possibbiltà li jimmobilizzaw direttament l-għajnuna teknika biex jottimizzaw aħjar l-inizjattivi u r-riżorsi relatati.

Emenda 26

Artikolu 3 – paragrafu 5 (1a) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

 

Il-Kumitat ta’ investiment irid jikkunsidra l-għan tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.

Emenda 27

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Artikolu 4

Garanzija tal-UE

L-Unjoni tipprovdi garanzija lill-BEI għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament jew investiment li jitwettqu fl-Unjoni li tkun koperta minn dan ir-Regolament (“Garanzija tal-UE”). Fir-rigward ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 6 il-garanzija tal-UE tingħata bħala garanzija fuq talba.

Artikolu 4

Garanzija tal-UE

L-Unjoni tipprovdi garanzija irrevokabbli u inkondizzjonata għall-operazzjonijiet ta’ finanzjament jew investiment li jitwettqu fl-Unjoni , inkluża l-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-Istati Membri u pajjiż terzi, li tkun koperta minn dan ir-Regolament (“Garanzija tal-UE”). Fir-rigward ta’ strumenti msemmija fl-Artikolu 6 il-garanzija tal-UE tingħata bħala garanzija fuq talba.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 28

Artikolu 5 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

2.   Il-garanzija tal-UE tingħata għal operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI li jkunu approvati mill-Kumitat tal-Investiment imsemmi fl-Artikolu 3(5) jew finanzjament lill-FEI sabiex iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-FEI skont l-Artikolu 7(2). L -operazzjonijiet ikkonċernati jkunu konsistenti mal-politiki tal-Unjoni u jkunu jappoġġaw kwalunkwe wieħed mill-objettivi ġenerali li ġejjin:

2.   Il-garanzija tal-UE tingħata għal operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI li jkunu approvati mill-Kumitat tal-Investiment imsemmi fl-Artikolu 3(5) jew finanzjament lill-FEI sabiex iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-FEI skont l-Artikolu 7(2). Il-FEIS jimmira proġetti li jiżguraw l-addizzjonalità meta mqabbla ma’ operazzjonijiet eżistenti. Il-Kummissjoni, il-BEI u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-investimenti kollha appoġġjati mill-FEIS, jitqiesu l-impatt tagħhom skont is-settur, fil-livell lokali u reġjonali, fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; l -operazzjonijiet ikkonċernati jkunu konsistenti mal-politiki tal-Unjoni u jkunu jappoġġaw kwalunkwe wieħed mill-objettivi ġenerali li ġejjin:

(a)

l-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluż fl-oqsma tat-trasport, b'mod partikolari fiċ-ċentri industrijali ; l-enerġija, b'mod partikolari l-interkonnessjonijiet tal-enerġija; u l-infrastruttura diġitali;

(a)

l-iżvilupp tal-infrastruttura reżiljenti għall-katastrofi , inkluż fl-oqsma tat-trasport; l-enerġija, b'mod partikolari l-interkonnessjonijiet tal-enerġija; u l-infrastruttura diġitali;

(b)

l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa, ir-riċerka, l-iżvilupp, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-innovazzjoni;

(b)

l-investiment fl-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa, ir-riċerka, l-iżvilupp, id-diġitalzizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi, il-prattiki diġitali u l-innovazzjoni;

(c)

l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija u r-riżorsi;

(c)

l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija u r-riżorsi;

(d)

proġetti ta' infrastruttura fl-oqsma tar-riżorsi naturali, l-iżvilupp urban u l-qasam soċjali;

(d)

proġetti ta' infrastruttura fl-oqsma tar-riżorsi naturali, l-iżvilupp urban u l-qasam soċjali;

(e)

il-provvediment ta' sostenn finanzjarju lil kumpaniji msemmijin fl-Artikolu 1(1), inkluż il-finanzjament tar-riskju tal-kapital operatorju.

(e)

il-provvediment ta' sostenn finanzjarju lil kumpaniji msemmijin fl-Artikolu 1(1), inkluż il-finanzjament tar-riskju tal-kapital operatorju.

Barra minn hekk, il-garanzija tal-UE tingħata għas-sostenn ta' pjattaformi dedikati ta' investiment u banek promozzjonali nazzjonali, permezz tal-BEI, li jinvestu f'operazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, il-Bord ta' Tmexxija jispeċifika l-politiki rigward il-pjattaformi ta' investiment li jkunu eliġibbli.

Barra minn hekk, il-garanzija tal-UE tingħata għas-sostenn ta' pjattaformi dedikati ta' investiment u banek promozzjonali nazzjonali u/jew reġjonali , permezz tal-BEI, li jinvestu f'operazzjonijiet li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. F'dak il-każ, il-Bord ta' Tmexxija jispeċifika l-politiki rigward il-pjattaformi ta' investiment li jkunu eliġibbli.

Emenda 29

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni u l-BEI, bl-appoġġ mill-Istati Membri, jippromwovu l-ħolqien ta' sett ta' proġetti ta' investiment trasparenti kurrenti u potenzjalment futuri fl-Unjoni. Is-sett ta' proġetti huwa mingħajr ħsara għall-proġetti finali magħżula għal sostenn skont l-Artikolu 3(5).

Il-Kummissjoni u l-BEI, bl-appoġġ mill-Istati Membri, kif ukoll f'kooperazzjoni mill-qrib u sħubija mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jippromwovu l-ħolqien ta' sett ta' proġetti ta' investiment trasparenti kurrenti u potenzjalment futuri fl-Unjoni li jipprovdi informazzjoni dwar il-vijabbiltà ekonomika u l-impatt tal-proġetti, fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli u l-allinjament tagħhom mal-għanijiet tal-istrateġiji reġjonali ta’ żvilupp . Is-sett ta' proġetti huwa mingħajr ħsara għall-proġetti finali magħżula għal sostenn skont l-Artikolu 3(5).

Emenda 30

Artikolu 9 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-Kummissjoni u l-BEI jiżviluppaw, jaġġornaw u jqassmu, fuq bażi regolari u strutturata, informazzjoni dwar investimenti kurrenti u futuri li jagħtu kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE.

Il-Kummissjoni u l-BEI jiżviluppaw, jaġġornaw u jqassmu, fuq bażi regolari u strutturata, informazzjoni dwar investimenti kurrenti u futuri li jagħtu kontribut sinifikanti biex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tal-UE ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali .

Emenda 31

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

L-Istati Membri jiżviluppaw, jaġġornaw u jqassmu, fuq bażi regolari u strutturata, informazzjoni dwar investiment kurrenti u futur fit-territorju tagħhom.

L-Istati Membri, flimkien mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, jiżviluppaw, jaġġornaw u jqassmu, fuq bażi regolari u strutturata, informazzjoni dwar investiment kurrenti u futur fit-territorju tagħhom.

Emenda 32

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI, kif xieraq, jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ikun jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 2(1)(g). Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data ta' statistika, finanzjarja u ta' kontabilità dwar kull operazzjoni ta' finanzjament u investiment tal-BEI u  fuq bażi aggregata .

Il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI, kif xieraq, jirrapporta kull sitt xhur lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tal-BEI fl-ambitu ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ikun jinkludi valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni skont l-Artikolu 2(1)(g). Ir-rapport għandu jinkludi wkoll data ta' statistika, finanzjarja u ta' kontabilità dwar kull operazzjoni ta' finanzjament u investiment tal-BEI u fuq l-impatt soċjali u ambjentali tagħha . Dan jagħti dettalji dwar proġetti li għalihom l-appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej huwa marbut mal-appoġġ mill-FEIS, u l-ammont totali kontribwit minn kull sors. Sommarju tar-rapport għandu jintbagħat għall-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija (ara l-emenda 14).

Emenda 33

Artikolu 10 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena l-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-fond ta’ garanzija u dwar il-ġestjoni tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti.

Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena l-Kummissjoni tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill , il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u l-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar is-sitwazzjoni tal-fond ta’ garanzija u dwar il-ġestjoni tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti. Dan ir-rapport isir pubbliku.

Raġuni

Din l-emenda tiżgura r-responsabbiltà akbar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali lejn iċ-ċittadini Ewropej.

Emenda 34

Artikolu 12 – punt 1(1)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Mhux aktar tard minn [PO jinserixxi d-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-BEI jevalwa l-funzjonament tal-FEIS. Il-Kummissjoni tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;

Mhux aktar tard minn [PO jinserixxi d-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-BEI jevalwa l-funzjonament tal-FEIS. Il-Kummissjoni tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni ;

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jkollhom aċċess għall-evalwazzjoni tal-BEI dwar il-FEIS.

Emenda 35

Artikolu 12 – punt 1(2)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Mhux aktar tard minn [PO jinserixxi d-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni tevalwa l-fond ta’ garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-fond ta’ garanzija, inkluż l-użu ta’ dotazzjonijiet skont l-Artikolu 8(9). Il-Kummissjoni tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

Mhux aktar tard minn [PO jinserixxi d-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-Kummissjoni tevalwa l-fond ta’ garanzija tal-UE u l-funzjonament tal-fond ta’ garanzija, inkluż l-użu ta’ dotazzjonijiet skont l-Artikolu 8(9). Il-Kummissjoni tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; Fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-QFP għandhom jitressqu proposti xierqa fid-dawl tar-ridirezzjonar lejn il-garanzija ta’ kwalunkwe finanzjament disponibbli minn programmi oħra minbarra dawk li huma koperti mill-premessi 18 u 19 ta’ dan ir-Regolament.

Raġuni

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tesplora possibilitajiet oħra ta' finanzjament minbarra l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-programm Orizzont 2020.

Emenda 36

Artikolu 12 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Il-BEI u l-FEI fuq bażi regolari jipprovdu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta’ evalwazzjoni kollha tagħhom li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont dan ir-Regolament.

Il-BEI u l-FEI fuq bażi regolari jipprovdu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni r-rapporti indipendenti ta’ evalwazzjoni kollha tagħhom li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont dan ir-Regolament.

Raġuni

L-awtoritajiet lokali u reġjoni għandu jkollhom aċċess għal rapporti ta' evalwazzjoni indipendenti dwar il-FEIS.

Emenda 37

Artikolu 12 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Mhux aktar tard minn [PO jdaħħal id-data ta’ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, akkumpanjat bi proposti rilevanti.

Mhux aktar tard minn [PO jdaħħal id-data ta’ tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament , inkluża l-valutazzjoni tal-valur miżjud tal-FEIS u l-addizzjonalità tiegħu għall-istrumenti ta’ finanzjament eżistenti tal-UE, akkumpanjat bi proposti rilevanti.

Raġuni

Evidenti.

Emenda 38

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-KtR

Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 huwa b’dan emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.     Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020 huwa stabbilit għal EUR 74  328,3 miljun fil-prezzijiet attwali, massimu ta' EUR 71  966,9 miljun minnhom għandhom jiġu allokati għal attivitajiet taħt it-Titolu XIX tat-TFUE.

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali.

2.     L-ammont għall-attivitajiet taħt it-Titolu XIX tat-TFUE għandu jitqassam fost il-prijoritajiet li jinsabu fl-Artikolu 5(2) ta' dan ir-Regolament kif ġej:

a)

Eċċellenza fix-xjenza, EUR 23  897,0 miljun fil-prezzijiet attwali;

b)

Tmexxija industrijali, EUR 16  430,5 miljun fil-prezzijiet attwali;

c)

Sfidi tas-soċjetà, EUR 28  560,7 miljun fil-prezzijiet attwali.

L-ammont globali massimu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Orizzont 2020 għall-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 5(3) u għall-azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-JRC għandhom ikunu kif ġej:

i)

"It-tixrid tal-eċċellenza u ż-żieda fil-parteċipazzjoni, EUR 782,3 miljun fil-prezzijiet attwali;

ii)

Xjenza ma' u għas-soċjetà, EUR 443,8 miljun fil-prezzijiet attwali;

iii)

Azzjonijiet diretti mhux nukleari tal-JRC, EUR 1  852,6 miljun fil-prezzijiet attwali.

It-tqassim indikattiv għall-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 5(2) u (3) hu stabbilit fl-Anness II.

3.     L-EIT għandu jiġi ffinanzjat permezz ta’ kontribuzzjoni massima mill-Orizzont 2020 ta’ EUR 2  361,4 miljun fil-prezzijiet attwali kif stabbilit fl-Anness II.”

2)

L-Anness II qed jiġi ssostitwit bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

 

Raġuni

Din l-emenda hija allijnata mal-punt 4 tar-rakkomandazzjonijiet ta' politika ta' dan l-abbozz ta' opinjoni u l-emenda 75 tal-abbozz ta' rapport ta' Bullmann/Fernandes tal-Parlament Ewropew.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA' POLITIKA

IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u r-Regolament tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) kif propost mill-Kummissjoni Ewropea sabiex tingħata spinta lill-investimenti fl-Unjoni;

2.

jenfasizza li l-Fond Ewropew għalInvestimenti Strateġiċi huwa biss parti mill-Pjan ta' Investiment; is-sett ta' proġetti, il-pjattaforma konsultattiva għall-investiment u r-riformi strutturali li għandhom impatt soċjoekonomiku pożittiv u jikkontribwixxu għat-titjib tal-kapaċità amministrattiva huma wkoll meħtieġa għas-suċċess ta' dan il-pjan; jitlob f'dan il-kuntest lill-Kummissjoni, b'konformità mal-Komunikazzjoni tagħha tat-13 ta' Jannar 2015 dwar “Nagħmlu l-aħjar użu mill-flessibilità fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, COM (2015) 12”, biex tiċċara l-ambitu tar-riformi strutturali li trid tippromovi fil-livell Ewropew b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;

3.

jinnota li l-mekkaniżmu tal-Pjan ta' Investiment essenzjalment jikkonsisti fl-allokazzjoni ta’ Fond ta’ garanzija biex ikopri finanzjamenti aktar riskjużi;

4.

peress li jinsab imħasseb li l-garanzija ta' EUR 16-il biljun inkisbet minn approprjazzjonijiet imqassma mill-ġdid inizjalment allokati għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-programm Orizzont 2020, il-Kumitat jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn ir-riperkussjonijiet diżastrużi għall-proġetti li għadhom għaddejjin li fil-fatt jaqgħu fl-ambitu tal-prijoritajiet tal-UE u jirrimarka li s-self jew il-garanziji mhumiex ta’ appoġġ adegwat għal ħafna proġetti ta’ riċerka bażika u istituti tar-riċerka b’reputazzjoni internazzjonali għolja;

5.

jitlob għalhekk li l-Pjan ta' Investiment ikun primarjament iffinanzjat minn fondi mhux minfuqa mill-baġit tal-UE li kieku kien ikollhom jiġu rritornati lill-Istati Membri. It-tnaqqis tal-baġits disponibbli għall-programm Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandhom isiru effettivi biss wara li jkunu ġew eżawriti l-possibilitajiet kollha għall-flessibilità fil-baġit tal-UE;

6.

jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tesplora, fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-QFP, il-possibilitajiet eżistenti taħt l-Baġit tal-Unjoni għall-orjentazzjoni mill-ġdid tal-fondi disponibbli lejn il-garanzija tal-UE minn programmi oħra minbarra l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa;

7.

iqis li huwa importanti li tiġi garantita l-kwalità għolja tal-proġetti, u li jiġi żgurat li l-proġetti lokali fuq skala żgħira jkunu jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-FEIS; f’dak ir-rigward, l-assistenza teknika u l-pariri għall-awtoritajiet lokali huma kruċjali;

8.

jixtieq ikun totalment involut fil-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma atturi essenzjali biex jidentifikaw, ifasslu u jappoġġjaw investimenti addizzjonali fit-territorji tagħhom. L-allinjament tal-FEIS flimkien mal-istrateġiji ta' investiment lokali u reġjonali u l-programmi operazzjonali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej huwa essenzjali f'dan ir-rigward. L-għodda ideali biex jiġu involuti b'mod konkret l-awtoritajiet lokali u reġjonali, flimkien mal-Istati Membri u l-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u/jew reġjonali, fis-suċċess tal-FEIS hija l-pjattaforma ġeografika jew tematika ta' finanzjament li dwarha jeħtieġ li jiġi indikat il-livell ta’ delega kif ukoll l-arranġamenti ta’ finanzjament;

9.

jinnota li l-pjan ta’ investiment ikollu bżonn sforz sinifikanti biex jingħelbu għadd ta’ sfidi: l-iżgurar li l-fond ikun favorevoli għan-negozju fid-disinn tiegħu sabiex jattira fondi privati; jiġi żgurat li hekk kif jiżviluppa s-sett ta’ proġetti, il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) tal-Pjan ta’ Investiment ma jitqiesx bħala sussidju tal-UE għall-proġetti nazzjonali li mhumiex vijabbli; tiġi żgurata koordinazzjoni bejn il-fondi eżistenti bħall-programm Orizzont 2020 u l-FEIS, li t-tnejn li huma għandhom fil-mira tagħhom ir-riċerka u l-innovazzjoni;

10.

jinnota li sabiex jingħelbu dawn l-isfidi, il-perjodu attwali ta’ programmazzjoni (2014-2017) se jeħtieġ li jkun aktar iffokat fuq ir-riżultati – dan jista’ jinkiseb permezz ta’ ħidma mal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Sabiex jiġi żgurat li l-proġetti magħżula għall-FEIS jagħtu r-riżultati lokali maħsuba, il-Kumitat ta’ investiment tiegħu li se jkun inkarigat biex jagħżel il-proġetti, irid ikun miftuħ ukoll għall-konsultazzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Approċċ iffokat fuq ir-riżultati se jeħtieġ ukoll żieda fl-użu tal-fondi tal-UE billi jiżdiedu s-sinerġiji bejn id-diversi fondi tal-UE disponibbli u billi l-fondi jsiru aktar faċli għall-utent;

11.

jemmen li prerekwiżit ieħor għas-suċċess tal-Pjan ta' Investiment huwa li l-kofinanzjament ma jkunx imfixkel mill-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (PST). Għal din ir-raġuni, il-KtR jappella biex il-kofinanzjamenti nazzjonali ma jkunux parti mill-kalkoli tal-PST, irrispettivament mis-sitwazzjoni tal-Istati Membri taħt il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir. Din it-talba hija magħmula fil-kuntest tat-talba usa’ tal-KtR biex il-kofinanzjament nazzjonali tal-Fondi Strutturali Ewropej ma jkunx parti mill-PST;

12.

jenfasizza li l-investimenti fl-infrastruttura li saru mill-FEIS iridu jkunu reżiljenti għad-diżastri. Azzjoni li ssir issa hija ħafna aktar kosteffikaċi mill-modifikazzjoni aktar tard ta’ bini perikoluż (3);

13.

jissuġġerixxi wkoll, biex jiġi żgurat segwitu tajjeb tal-Pjan ta' Investiment, it-twaqqif ta' Kumitat ta’ Tmexxija magħmul minn membri tal-KESE u l-KtR sabiex jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KE dwar il-politika ta’ investiment tal-Fond;

14.

jitlob lill-Istati Membri biex jinvolvu mill-qrib lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istabbiliment u l-promozzjoni ta' sett ta’ proġetti biex tittejjeb il-governanza tajba tal-FEIS;

15.

jitlob lill-KE u l-BEI biex b’koperazzjoni mal-KtR jiżviluppaw sett ta’ kriterji għall-għażla tal-proġetti u l-proċeduri ta’ segwitu, li jenfasizzaw li l-veloċità ma għandhiex tieħu post il-kwalità tal-proġetti;

16.

jitlob lill-KE u l-BEI biex jinvolvu lill-KtR bħala osservatur fil-Kumitat ta’ Tmexxija u fil-Kumitat ta’ Investiment;

17.

jinnota li l-Proposta għal Regolament tirrigwarda kemm oqsma ta’ kompetenzi maqsuma bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri kif ukoll oqsma fejn l-UE għandha l-kompetenza li tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri (4). Billi l-għan ewlieni tiegħu huwa li jikkontribwixxi għat-tnedija mill-ġdid ta’ investimenti fil-livell Ewropew b’aspetti transnazzjonali ċari, il-KtR iqis li l-Proposta għal Regolament hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Fir-rigward tal-prinċipju tal-proporzjonalità, il-KtR iqis li l-Proposta għal Regolament hija l-istrument legali xieraq, għaliex jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet finanzjarji tagħha jkunu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha;

18.

l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jirċievu r-rapport dwar l-evalwazzjoni u l-funzjonament tal-FEIS u jikkontribwixxu biex jittejjeb il-Pjan peress li huma dawk l-eqreb sabiex jidentifikaw il-problemi u jipproponu s-soluzzjonijiet minħabba d-diversi sitwazzjonijiet fil-prattika;

19.

jenfasizza l-importanza li jiġu kkunsidrati l-ambjent u r-riżorsi naturali fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-użu tal-garanzija tal-UE. Il-kampijiet ta' applikazzjoni fformulati fil-Proposta għal Regolament u l-għanijiet ġenerali msemmija għandhom jiġu estiżi għall-oqsma tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà;

20.

jenfasizza li huwa kruċjali li l-linji gwida ta’ investiment tal-FEIS jiżguraw li dan ikun aċċessibbli għall-proġetti fuq skala iżgħar, speċjalment dawk li jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku u li jindirizzaw id-disparitajiet reġjonali; u li l-istrutturi ta’ governanza tal-Fond jirrikonoxxu li f’xi reġjuni, il-proġetti fuq skala iżgħar jistgħu jkunu ekwivalenti għal investimenti strateġiċi peress li dawn jista’ jkollhom effetti sinifikanti ta’ ingranaġġ.

Brussell, 16 ta' April 2015

Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Markku MARKKULA


(1)   Ir-Regolament (UE) Nru 1291/ 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

(2)   Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

(3)  Ara l-Opinjoni tal-KtR COR-2014-02646.

(4)  L-Artikoli 172 (netwerks Trans-Ewropej), 173 (Industrija), 175(3) (Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali) u 182(1) (Żvilupp u spazju tar-riċerka u t-teknoloġija)