|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 194/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7562 — Canada Life Group/LGII) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kunsill |
|
|
2015/C 194/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 194/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 194/04 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2015/C 194/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7572 — OG Capital/Kem One Innovative Vinyls) ( 1 ) |
|
|
2015/C 194/06 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7638 — RTL Nederland Ventures/RF Participatie/Reclamefolder.nl) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7562 — Canada Life Group/LGII)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 194/01)
Fil-5 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7562. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
|
12.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/2 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 li dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau
(2015/C 194/02)
L-informazzjoni segwenti qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni indikati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sat-30 ta’ April 2016, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012.
(1) ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-11 ta’ Ġunju 2015
(2015/C 194/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1232 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
138,95 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4614 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,72660 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
9,2558 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0523 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,7860 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
27,318 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
312,21 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1405 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,4668 |
|
TRY |
Lira Turka |
3,0749 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4533 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3839 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,7078 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6042 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5135 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 252,23 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
13,9601 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,9707 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5660 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 946,03 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,2062 |
|
PHP |
Peso Filippin |
50,879 |
|
RUB |
Rouble Russu |
61,3375 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,911 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
3,5479 |
|
MXN |
Peso Messikan |
17,4152 |
|
INR |
Rupi Indjan |
71,8644 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/4 |
Avviż tal-ftuħ ta’ reviżjoni tal-iskadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(2015/C 194/04)
Wara l-pubblikazzjoni ta’ Avviż ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).
1. Talba għal reviżjoni
It-talba saret fit-13 ta’ Marzu 2015 minn Plansee SE (“l-applikant”) li jirrappreżenta aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti fili tal-molibdenu.
2. Il-prodott li qed jiġi rieżaminat
Il-prodott li hu soġġett ta’ din ir-reviżjoni huwa fili tal-molibdenu li fihom tal-anqas 99,95 % ta’ molibdenu, b’dimensjoni massima ta’ sezzjoni trażversali li taqbeż 1,35 mm iżda li ma taqbiżx dijametru ta’ 4,0 mm li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-prodott rieżaminat”), normalment iddikjarat fin-NM kodiċi ex 8102 96 00.
3. Miżuri eżistenti
Il-miżuri li hemm bħalissa fis-seħħ huma dazju definittiv ta’ antidumping impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 (3). Il-miżuri ġew estiżi għal importazzjonijeit konsenjati mill-Malasja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mill-Malasja u sew jekk le, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 14/2012 (4), u importazzjonijiet tal-fili tal-molibdenu li fihom piż tal-anqas 97 % ta’ molibdenu, b’dimensjoni massima ta’ sezzjoni trażversali li taqbeż 1,35 mm iżda li ma taqbiżx dijametru ta’ 4,0 mm li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa jaqgħu taħt kodiċi NM ex 8102 96 00, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 871/2013 (5).
4. Raġunijiet għar-reviżjoni
It-talba hija bbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal rikorrenza ta’ dumping u għal rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
4.1. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping
Billi, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż konċernat”) titqies bħala pajjiż li l-ekonomija tiegħu mhijiex waħda tas-suq, l-applikant stabbilixxa valur normali għall-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fuq il-bażi tal-valur normali maħdum (l-ispejjeż tal-manifattura, l-ispejjeż tal-bejgħ, dawk ġenerali u amministrattivi (l-“SG&A”) u l-profitt) f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, f’dan il-każ l-Indja. Il-valur normali nħadem billi l-ebda dejta kredibbli ma kienet disponibbli għal prezzijiet domestiċi fl-Indja. L-allegazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping hija bbażata fuq tqabbil tal-valur normali hekk stabbilit mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt reviżjoni meta dan jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, fid-dawl tal-assenza attwali ta’ volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ lejn l-Unjoni.
Abbażi tal-paragun ta’ hawn fuq, li juri l-preżenza ta’ dumping fi swieq ta’ pajjiżi terzi, l-applikant jallega li x’aktarx hemm rikorrenza ta’ dumping min-naħa tal-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni.
4.2. Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara
L-applikant jallega l-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ ħsara. F’dan ir-rigward, l-applikant ippreżenta provi prima facie li, f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali tal-importazzjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping, x’aktarx jiżdied. L-isforzi ripetuti ta’ evażjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi juru li s-suq tal-Unjoni għadu attraenti minħabba l-industrija tal-karozzi b’saħħitha tagħha. Barra minn hekk, importazzjonijiet bi prezzijiet li huma oġġett ta’ dumping aktarx li jiżdiedu fin-nuqqas ta’ miżuri minħabba l-eżistenza ta’ kapaċitajiet mhux użati fil-pajjiż ikkonċernat, li huma ħafna ogħla mil-livell kollu tal-konsum tal-UE, u li l-potenzjal ta’ faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi ta’ esportazzjoni fil-pajjiż ikkonċernat li jżidu b’mod mgħaġġel il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat.
Finalment, l-applikant jallega li t-tneħħija tal-ħsara seħħet l-aktar minħabba l-eżistenza tal-miżuri u li jekk dawn jitħallew jiskadu, kull rikorrenza ta’ importazzjonijiet sostanzjali bi prezzijiet ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx twassal għal rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
5. Proċedura
Wara li ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
Ir-rieżami tal-iskadenza se jiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri hix probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, kif ukoll għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni.
5.1. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara
Il-produtturi esportaturi (6) tal-prodott li qed jiġi rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.1.1. Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
(a)
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma involuti f’dan ir-rieżami tal-iskadenza, u biex tlesti l-investigazzjoni fl-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi esportaturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni huwiex meħtieġ, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma hawnhekk mitluba jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness I ta’ dan l-Avviż.
Biex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Poplari taċ-Ċina u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. Il-produtturi esportaturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernati u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.
Sabiex tikseb it-tagħrif li tqis li teħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi esportaturi magħżula għall-kampjun, lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi esportaturi, u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
Il-produtturi esportaturi kollha magħżula biex ikunu parti mill-kampjun, kull assoċjazzjoni ta’ produtturi esportaturi magħrufa u l-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina se jkollhom jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu qed jikkooperaw (“il-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun”).
5.1.2. Proċedura addizzjonali marbuta mal-produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat li ma għandux ekonomija tas-suq
5.1.2.1.
F’konformità mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, fil-każ ta’ importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-valur normali se jiġi ddeterminat abbażi tal-prezz jew tal-valur mibni f’pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.
Fl-investigazzjoni preċedenti, l-Istati Uniti tal-Amerika ntuża bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq bil-għan li jiġi stabbilit il-valur normali fir-rigward tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. L-applikant ipprovda evidenza prima facie li turi li ċ-ċirkostanzi rigward is-suq tal-Istati Uniti minn dakinhar inbidlu b’mod sinifikanti peress li ma għadhiex tipproduċi l-prodott li qed jiġi rieżaminat. Bħala riżultat, l-applikant sostna li l-Istati Uniti ma għandhiex pajjiż terz xieraq b’ekonomija tas-suq. Għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tippjana li terġa’ tuża l-Indja. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar kemm hi xierqa din l-għażla fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni se teżamina wkoll jekk hemmx produzzjoni u bejgħ tal-prodott rieżaminat f’dawk il-pajjiżi terzi b’ekonomija tas-suq li hemm indikazzjonijiet dwarhom li l-produzzjoni tal-prodott rieżaminat qed isseħħ.
5.1.3. L-investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (7) (8)
L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi rieżaminat, esportat mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina lejn l-Unjoni, huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.
Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza u sabiex tlesti l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita għal għadd raġonevoli l-importaturi mhux relatati li se jkunu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw ruħhom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, billi jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar il-kumpanija/kumpaniji tagħhom, kif mitlub fl-Anness II ta’ dan l-Avviż.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.
Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw xi informazzjoni rilevanti oħra rigward l-għażla tal-kampjun, minbarra l-informazzjoni mitluba hawn fuq, iridu jagħmlu dan fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott li qed jiġi rieżaminat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien għad-dispożizzjoni. L-importaturi mhux relatati u l-assoċjazzjonijiet ta’ importaturi kollha magħrufa se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni dwar il-kumpaniji magħżula għall-kampjun.
Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-avviż tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.
5.2. Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ ħsara
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ ħsara għall-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi rieżaminat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.
5.2.1. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni
Sabiex tikseb it-tagħrif li jidhrilha li huwa meħtieġ għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-produtturi tal-Unjoni, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-produtturi magħrufa tal-Unjoni jew lil produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi tal-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri suġġetti għar-rieżami preżenti, jiġifieri lil: Plansee SE u Osram GmbH.
Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi fl-Unjoni msemmija hawn fuq iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.
Kull produttur fl-Unjoni u assoċjazzjoni ta’ produtturi tal-Unjoni li mhumiex elenkati hawn fuq huma mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih preferibbilment permezz tal-posta elettronika, iżda sa mhux aktar tard minn 15-il jum wara l-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, sabiex jippreżentaw ruħhom u jitolbu kwestjonarju.
5.3. Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni
Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ tkomplija jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ħsara, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk iż-żamma ta’ miżuri antidumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur huma mistiedna jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mid-data ta’ pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumaturi jridu juru, fl-istess limitu ta’ żmien, li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi rieżaminat.
Il-partijiet li jippreżentaw ruħhom fil-limitu ta’ żmien ta’ hawn fuq jistgħu jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni dwar l-interess tal-Unjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tingħata jew f’format liberu jew billi jimlew kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. F’kull każ, l-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.
5.4. Sottomissjonijiet oħrajn bil-miktub
Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Avviż, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjoni tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
5.5. Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni
Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li huma marbutin mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
5.6. Istruzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza.
L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ huma ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b’mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta’ dan il-proċediment ta’ difiża ta’ kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f’forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.
Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’dan l-Avviż, il-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għaliha jintalab trattament kunfidenzjali jkunu mmarkati bħala “Ristretti” (9).
Il-partijiet interessati li jipprovdu informazzjoni “Ristretta” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li se jiġu mmarkati bil-kliem “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed sabiex is-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista’ tiġi injorata.
Il-partijiet interessati huma mħeġġa jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta’ prokura u ta’ ċertifikazzjoni skenjati, bl-eċċezzjoni ta’ tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta’ ittra rreġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (Korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet relatati mad-difiża tal-kumerċ) ippubblikat fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tan-negozju uffiċjali li jaħdem u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta’ kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta’ posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.
L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:
|
European Commission |
||||||
|
Directorate-General for Trade |
||||||
|
Directorate H |
||||||
|
Office: CHAR 04/039 |
||||||
|
1040 Bruxelles/Brussel |
||||||
|
BELGIQUE/BELGIË |
||||||
|
6. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni
F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fit-termini preskrittivi stipulati, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, is-sejbiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
Jekk jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata, u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.
Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss, u r-riżultati jkunu għalhekk imsejsa fuq fatti disponibbli konformi mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.
Nuqqas li tingħata risposta komputerizzata ma għandhiex titqies li tikkostitwixxi nuqqas ta’ kooperazzjoni, sakemm dik il-parti interessata turi li meta tagħti r-risposta kif mitlub dan jirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.
7. L-Uffiċjal tas-Seduta
Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jaġixxi ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina mill-ġdid it-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim li jirrigwarda l-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għall-estensjoni tal-limiti ta’ żmien u t-talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduta ta’ smigħ ma’ parti interessata individwali u jagħmilha ta’ medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.
It-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. Għas-seduti dwar kwistjonijiet li huma marbutin mal-fażi inizjali tal-investigazzjoni t-talba trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Wara dan, it-talba għal smigħ trid titressaq fil-limiti ta’ żmien speċifiċi stabbiliti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha mal-partijiet.
L-Uffiċjal tas-Seduta jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi lill-partijiet u li jippermetti li jiġu ppreżentati fehmiet differenti u li jitressqu argumenti kuntrarji dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw, fost l-oħrajn, il-probabbiltà li jissoktaw jew jerġgħu jseħħu d-dumping u d-dannu, u l-interess tal-Unjoni.
Għal aktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni elettroniċi tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/
8. Skeda tal-investigazzjoni
L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku, fi żmien 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
9. Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku
Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jingħata bidu f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jitħassru jew jinżammu skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.
Jekk xi parti interessata tqis li jkun iġġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.
Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’dan l-Avviż, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.
10. L-ipproċessar ta’ dejta personali
Kull dejta personali miġbura f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (10).
(1) ĠU C 371, 18.10.2014, p. 19.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 tal-14 ta’ Ġunju 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 17).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 14/2012 tad-9 ta’ Jannar 2012 li jestendi dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta’ ċerti fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Malasja u sew jekk le u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet konsenjati mill-Isvizzera (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 22).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 871/2013 tat-2 ta’ Settembru 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta’ fili tal-molibdenu, b’mill-inqas 99,95 % tal-piż tagħhom jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni trażversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta’ fili tal-molibdenu, b’mill-inqas 97 % tal-piż tagħhom jikkonsisti f’molibdenu, b’dimensjoni trasversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 243, 12.9.2013, p. 2).
(6) Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi rieżaminat lejn is-suq tal-Unjoni, kemm direttament kif ukoll permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott rieżaminat.
(7) Għall-kampjun jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. Għad-definizzjoni ta’ parti relatata ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3 fl-Anness I jew fl-Anness II.
(8) Id-dejta mogħtija minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti d-determinazzjoni tad-dumping.
(9) Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim dwar l-Antidumping). Dan huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ANNESS I
ANNESS II
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
12.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7572 — OG Capital/Kem One Innovative Vinyls)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 194/05)
|
1. |
Fit-3 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża OpenGate Capital Group Europe SARL (“OGCGE”, il-Lussemburgu) li tappartjieni lil OpenGate Capital Group (“OGC”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ Kem One Innovative Vinyls SAS (“KOIV”, Franza) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — OGC: tispeċjalizza fi transazzjonijiet carve-out, jiġifieri l-akkwist ta’ diviżjonijiet jew sussidjarji ta’ gruppi li mhumiex fil-qalba tan-negozju tagħhom u li huma mibjugħa fil-kuntest ta’ proċess ta’ razzjonalizzazzjoni ekonomika. Permezz ta’ xi waħda mis-sussidjarji tagħha, OGC hija attiva f’materjali komposti tal-S-PVC u fis-swieq ta’ sistemi tal-bini tal-PVC, — KOIV: kumpanija azzjonarja ta’ kumpaniji attivi fil-manifattura ta’ materjali komposti tal-S-PVC speċjalizzati lesti għall-użu, flimkien ma’ komposti stabilizzaturi u l-manifattura ta’ sistemi ta’ bini tal-PVC. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7572 — OG Capital/Kem One Innovative Vinyls, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
12.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 194/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7638 — RTL Nederland Ventures/RF Participatie/Reclamefolder.nl)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 194/06)
|
1. |
Fil-5 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha RTL Nederland Ventures B.V. (in-Netherlands), proprjetà tal-grupp Bertelsmann (“Bertelsmann”, il-Ġermanja), u RF Participatie B.V. (in-Netherlands) ikkontrollata minn H2 Equity Partners B.V. (“H2”, in-Netherlands) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Reclamefolder.nl B.V. (“Reclamefolder.nl”, in-Netherlands) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Reclamefolder.nl: avviżi kklassifikati onlajn, — għal Bertelsmann: il-midja, is-servizzi u l-edukazzjoni, — għal H2: fond ta’ ekwità privata. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7638 — RTL Nederland Ventures/RF Participatie/Reclamefolder.nl, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.